depożitu
as defined in Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri…, Article 1, point (21)
“depożitu” tfisser bilanċ ta’ kreditu li jirriżulta minn fondi li jitħallew f’kont jew minn sitwazzjonijiet temporanji li joħorġu minn tranżazzjonijiet bankarji normali u li l-istituzzjoni ta’ kreditu hija meħtieġa li tħallas lura taħt il-kondizzjonijiet legali u kontrattwali applikabbli, inkluż depożitu ta’ żmien fiss u depożitu ta’ tfaddil, iżda eskluż bilanċ ta’ kreditu fejn:
l-eżistenza tiegħu tista’ tintwera biss permezz ta’ strument finanzjarju kif definit fl-Artikolu 4(1)(15) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (), sakemm ma jkunx prodott ta’ tfaddil li huwa evidenti permezz ta’ ċertifikat ta’ depożitu mogħti lil persuna msemmija u li jeżisti fi Stat Membru fit-2 ta’ Lulju 2014;
il-kapital mhux ripagabbli at par;
il-kapital tiegħu huwa ripagabbli biss at par taħt garanzija jew ftehim partikolari mogħti mill-istituzzjoni ta’ kreditu jew parti terza;
Install the extension for EUR-Lex
Also defined in
- Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 dwar l-imballaġġ u l-iskart… 32025R0040, Article 3(1), point (61)
(61) “depożitu” tfisser somma definita ta' flus, li ma tkunx parti mill-prezz tal-prodott fl-imballaġġ jew mimli li tinġabar mill-utent finali meta jixtri prodott fl-imballaġġ jew mimli bħal dan, koperta minn sistema ta' rifużjoni tad-depożitu fi Stat Membru partikolari u li tista' tiġi rimborżata… - MiCA 32023R1114, Article 3(1), point (50)
(50) “depożitu” tfisser depożitu kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (3), tad-Direttiva 2014/49/UE; - Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet… 02014R0833-20250225, Article 1, point (k)
(k) “depożitu” tfisser bilanċ ta’ kreditu li jirriżulta minn fondi li jitħallew f’kont jew minn sitwazzjonijiet temporanji li joħorġu minn tranżazzjonijiet bankarji normali u li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tħallas lura b’konformità mal-kundizzjonijiet legali u kuntrattwali applikabbli…