Eureka 02011L0083-20260927 Definitions Sign in

02011L0083 — MT — 27.09.2026 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA 2011/83/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2011

dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 304 22.11.2011, p. 64)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA (UE) 2015/2302 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-25 ta' Novembru 2015

  L 326

1

11.12.2015

►M2

DIRETTIVA (UE) 2019/2161 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tas-27 ta’ Novembru 2019

  L 328

7

18.12.2019

►M3

DIRETTIVA (UE) 2023/2673 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-22 ta’ Novembru 2023

  L 2673

1

28.11.2023

►M4

DIRETTIVA (UE) 2024/825 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-28 ta’ Frar 2024

  L 825

1

6.3.2024


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 90093, 9.2.2024, p.  1 (tad-Direttiva 2011/83/UE)




▼B

DIRETTIVA 2011/83/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2011

dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

SUĠĠETT, DEFINIZZJONIJIET U KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Suġġett

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa, permezz tal-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li tikkontribwixxi għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern billi tagħmel approssimazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar kuntratti konklużi bejn konsumaturi u kummerċjanti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għan ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, f'kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopijiet li jkunu lil hinn mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;

(2) 

“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika, indipendentement mill-fatt li tkun suġġett pubbliku jew privat, li taġixxi, anki permezz ta’ persuna li tkun qed taġixxi f'isimha jew għall-interessi tagħha, għall-iskopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha fil-kuntatti koperti minn din id-Direttiva;

▼M2

(3) 

“oġġetti” tfisser oġġetti kif definiti fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

▼B

(4) 

“oġġett li sar skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur” tfisser kwalunkwe oġġett li ma ġiex prefabbrikat u sar fuq il-bażi ta’ għażla jew deċiżjoni individwali tal-konsumatur;

▼M2

(4a) 

“data personali” tfisser data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

▼M2

(5) 

“kuntratt ta’ bejgħ” tfisser kwalunkwe kuntratt li taħtu l-kummerċjant jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi l-proprjetà ta’ oġġetti lil konsumatur, inkluż kwalunkwe kuntratt li għandu bħala s-suġġett tiegħu kemm oġġetti kif ukoll servizzi;

(6) 

“kuntratt ta’ servizz” tfisser kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta’ bejgħ li taħtu l-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz, inkluż servizz diġitali, lill-konsumatur;

▼B

(7) 

“kuntratt mill-bogħod” tfisser kwalunkwe kuntratt konkluż bejn il-kummerċjant u il-konsumatur fil-qafas ta’ skema ta’ bejgħ mill-bogħod organizzat jew skema ta’ forniment ta’ servizzi, mingħajr il-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur, bl-użu esklużiv ta’ mezz wieħed jew iktar tal-komunikazzjoni mill-bogħod, sal-konklużjoni tal-kuntratt, inkluża l-konklużjoni tal-kuntratt stess;

(8) 

“kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju” tfisser kwalunkwe kuntratt bejn il-kummerċjant u il-konsumatur:

(a) 

konkluż fil-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur, f'post li mhuwiex dak tan-negozju tal-kummerċjant;

(b) 

li saret offerta għalih mill-konsumatur f'ċirkostanzi simili kif imsemmi fil-punt (a);

(c) 

konkluż fil-post tan-negozju tal-kummerċjant iżda permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod immedjatament wara li l-konsumatur ġie avviċinat personalment u individwalment f'post differenti minn dak tan-negozju tal-kummerċjant, fil-preżenza fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur simultanjament; jew

(d) 

konkluż waqt vjaġġ promozzjonali organizzat mill-kummerċjant bil-għan u bl-effett li jippromwovi u jbigħ il-oġġetti jew is-servizzi lill-konsumatur;

(9) 

“post tan-negozju” tfisser:

(a) 

kwalunkwe post fen isir bejħ bl-imnut immobbli fejn il-kummerċjant jiżvolġi l-attività tiegħu fuq bażi permanenti; jew

(b) 

kwalunkwe post fen isir bejħ bl-imnut mobbli fejn il-kummerċjant jiżvolġi l-attività tiegħu fuq bażi tas-soltu;

(10) 

“mezz li jservi għal żmien twil” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew il-kummerċjant li jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lilu b'mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;

▼M2

(11) 

“kontenut diġitali” tfisser kontenut diġitali kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

▼B

(12) 

“servizz finanzjarju” tfisser kwalunkwe servizz ta’ natura bankarja, ta’ kreditu, ta’ assigurazzjoni, ta’ pensjoni personali, ta’ investiment jew ta’ ħlas;

(13) 

“irkant pubbliku” tfisser metodu ta’ bejgħ fejn oġġetti u servizzi huma offruti mill-kummerċjant lill-konsumaturi, li jattendu jew jingħataw il-possibilità li jattendu l-irkant fiżikament, permezz ta’ proċedura trasparenti kompetittiva ta’ offerti mmexxija minn irkantatur u fejn l-offerent rebbieħ huwa obbligat li jixtri l-oġġetti jew is-servizzi;

(14) 

“garanzija kummerċjali” tfisser kwalunkwe impenn mill-kummerċjant jew minn produttur (il-“garanti”) lill-konsumatur, flimkien mal-obbligi tal-liġi dwar il-garanzija ta’ konformità, ta’ rimbors tal-prezz imħallas jew ta’ sostituzzjoni, tiswija jew manutenzjoni ta’ oġġetti fi kwalunkwe mod jekk ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet jew kwalunkwe rekwiżit ieħor mhux relatat mal-konformità, stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-riklamar relevanti disponibbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, jew qablu;

▼M4

(14a) 

“garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà” tfisser garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà ta’ produttur kif imsemmi fl-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2019/771, li abbażi tagħha l-produttur ikun direttament responsabbli lejn il-konsumatur matul il-perjodu kollu tal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà għat-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-oġġetti f’konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2019/771, kull meta l-oġġetti ma jżommux id-durabbiltà tagħhom;

(14b) 

“durabbiltà” tfisser durabbiltà kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (13) tad-Direttiva (UE) 2019/771;

(14c) 

“produttur” tfisser produttur kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2019/771;

(14d) 

“punteġġ għat-tiswija” tfisser punteġġ li jesprimi l-kapaċità ta’ oġġett li jissewwa, abbażi ta’ rekwiżiti armonizzati stabbiliti fil-livell tal-Unjoni;

(14e) 

“aġġornament tas-software” tfisser aġġornament bla ħlas, inkluż aġġornament tas-sigurtà, li jkun meħtieġ biex l-oġġetti b’elementi diġitali, kontenut diġitali u servizzi diġitali jinżammu konformi f’konformità mad-Direttivi (UE) 2019/770 u (UE) 2019/771;

▼B

(15) 

“kuntratt anċillari” tfisser kuntratt li bih il-konsumatur jakkwista oġġetti jew servizzi relatati ma’ kuntratt mill-bogħod jew kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju u fejn dawk l-oġġetti jiġu pprovduti jew is-servizzi jiġu fornuti mill-kummerċjant jew minn parti terza fuq il-bażi ta’ arranġament bejn dik il-parti terza u l-kummerċjant;

▼M2

(16) 

“servizz diġitali” tfisser servizz diġitali kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770;

(17) 

“suq online” tfisser servizz bl-użu ta’ software, inklużi sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, operat minn kummerċjant jew f’ismu li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti jew konsumaturi oħra;

(18) 

“fornitu ta’ suq online” tfisser kwalunkwe kummerċjant li jipprovdi suq online lill-konsumaturi;

(19) 

“kompaibbiltà” tfisser kompatibbiltà kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770;

(20) 

“funzjonaità” tfisser funzjonalità kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE)2019/770;

(21) 

“interoperabiltà” tfisser interoperabbiltà kif definita fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770.

▼B

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

▼M2

1.  
Din id-Direttiva għandha tapplika, taħt il-kundizzjonijiet u sal-punt stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kwalunkwe kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur fejn il-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz. Hija għandha tapplika għal kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass, elettriku jew tisħin distrettwali, inkluż min-naħa ta’ fornituri pubbliċi, sa fejn dawn il-komoditajiet huma fornuti fuq bażi kuntrattwali.

▼M2

1a.  
Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll f’każ fejn il-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jew servizz diġitali lill-konsumatur u l-konsumatur jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief fejn id-data personali pprovduta mill-konsumatur tkun ipproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-finijiet tal-provvista tal-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jew servizz diġitali skont din id-Direttiva jew għall-kummerċjant biex jikkonforma mar-rekwiżiti legali li għalihom ikun soġġett, u l-kummerċjant ma jipproċessa dik id-data għal ebda fini oħra.

▼M3

1b.  
Fil-każ ta’ kuntratti mill-bogħod konklużi bejn kummerċjant u konsumatur għall-forniment ta’ servizzi finanzjarji, għandhom japplikaw biss l-Artikoli 1 u 2, l-Artikolu 3(2), (5) u (6), l-Artikolu 4, l-Artikolu 6a, l-Artikolu 8(6), l-Artikolu 11a, l-Artikoli 16a sa 16e, l-Artikolu 19, l-Artikoli 21 sa 23, l-Artikolu 24(1) u (6), l-Artikoli 25 sa 27 u l-Artikolu 29.

Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 21, meta l-kuntratti msemmija fl-ewwel subparagrafu jinkludu ftehim ta’ servizz inizjali segwit minn operazzjonijiet suċċessivi, jew serje ta’ operazzjonijiet separati, tal-istess natura, imwettqa matul iż-żmien, id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw biss għall-ftehim inizjali.

Fil-każ fejn ma jkun hemm ebda ftehim inizjali ta’ servizz imma jkun hemm l-operazzjonijiet suċċessivi, jew operazzjonijiet separati, tal-istess natura mwettqa tul iż-żmien, li jirrigwardaw l-istess partijiet kontraenti, l-Artikoli 16a u 16d għandhom japplikaw biss għall-ewwel operazzjoni.

Madankollu, meta ebda operazzjoni tal-istess natura ma titwettaq għal iktar minn sena, l-operazzjoni li jmiss titqies li tkun l-ewwel f’serje ġdida ta’ operazzjonijiet u, għalhekk, għandhom japplikaw l-Artikoli 16a u 16d.

▼B

2.  
F' każ ta’ kunflitt bejn kwalunkwe dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva u dispożizzjoni ta’ att ieħor tal-Unjoni li jirregola setturi speċifiċi, id-dispożizzjoni tal-att l-ieħor tal-Unjoni tirbaħ u għandha tapplika lil tali setturi speċifiċi.
3.  

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti:

(a) 

għas-servizzi soċjali, inklużi l-akkomodazzjoni soċjali, l-assistenza għat-tfal u l-appoġġ għall-familji u għall-persuni temporanjament jew permanentement fil-bżonn, inkluża l-assistenza fit-tul;

(b) 

għall-kura tas-saħħa kif definita fil punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/24/UE, anki jekk tkun ipprovduta permezz ta’ faċilitajiet tal-kura tas-saħħa;

(c) 

għall-attivitajiet tal-azzard, li jinvolvu mħatri għal flus f'logħob ta’ fortuna, inklużi l-lotteriji, logħob tal-azzard fil-każinos u l-imħatri;

▼M3

(d) 

għas-servizzi finanzjarji mhux koperti mill-Artikolu 3(1b);

▼B

(e) 

għall-ħolqien, l-akkwist jew it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli;

(f) 

għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, it-trasformazzjoni sostanzjali ta’ bini eżistenti u għall-kiri ta’ akkomodazzjoni għal skop residenzjali;

▼M1

(g) 

dwar pakketti kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).

L-Artikolu 6 (7), l-Artikolu 8(2) u (6) u l-Artikoli 19, 21 u 22 ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw mutatis mutandis għal pakketti kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/2302 fir-rigward ta' vjaġġaturi kif definiti fil-punt 6 tal-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva;

▼B

(h) 

li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju ( 5 );

(i) 

li, skont il-liġijiet tal-Istati Membri, huma stabbiliti bl-intervent ta’ uffiċjali pubbliku, obbligat mil-liġi li jkun indipendenti u imparzjali, li għandu jiggarantixxi, billi jipprovdi informazzjoni ġuridika kompluta, li l-konsumatur jikkonkludi l-kuntratt fuq il-bażi biss ta’ deċiżjoni ġuridika għaqlija u bil-għarfien tar-rilevanza ġuridika tagħha;

(j) 

ta' provvista ta’ ikel, xorb u oġġetti oħra intiżi għall-konsum kurrenti fil-familja u fiżikament fornuti minn kummerċjant f'dawriet frekwenti u regolari fid-djar, residenzi jew post tax-xogħol tal-konsumatur;

▼M2

(k) 

għal servizzi tat-trasport ta’ passiġġieri, għajr għall-Artikolu 8(2) u l-Artikoli 19, 21 u 22;

▼B

(l) 

konklużi permezz ta’ magni awtomatiċi tal-bejgħ jew bini kummerċjali awtomatizzat;

(m) 

konklużi mal-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet permezz ta’ telefons pubbliċi bi ħlas għall-użu tagħhom jew konklużi għall-użu ta’ kollegament wieħed biss permezz tat-telefon, Internet jew fax, stabbilit minn konsumatur;

▼M2

(n) 

għal kwalunkwe oġġett mibjugħ permezz ta’ eżekuzzjoni jew mod ieħor bl-awtorità tal-liġi.

▼B

4.  
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva jew li ma jżommux u lanqas jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali korrispondenti għall-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju li għalihom il-pagament li l-konsumatur għandu jħallas ma jkunu aktar minn EUR 50. L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu valur aktar baxx fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.
5.  
Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi kuntrattwali ġenerali nazzjonali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni jew l-effett ta’ kuntratt, sakemm l-aspetti relatati mal-liġi kuntrattwali ġenerali mhumiex regolati minn din id-Direttiva.
6.  
Din id-Direttiva ma għandhiex timpedixxi lill-kummerċjanti milli joffru lill-konsumaturi arranġamenti kuntrattwali li jmorru lil hinn mill-protezzjoni prevista minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Livell ta’ armonizzjoni

L-Istati Membri m' għandhomx jippreservaw jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f'din id-Direttiva, inklużi dispożizzjonijiet iktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur, sakemm din id-Direttiva ma tipprovdix mod ieħor.

KAPITOLU II

INFORMAZZJONI GĦALL-KONSUMATUR DWAR IL-KUNTRATTI LI MHUMIEX KUNTRATTI MILL-BOGĦOD JEW LIL HINN MILL-POST TAN-NEGOZJU

Artikolu 5

Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-kuntratti li mhumiex kuntratti mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju

1.  

Qabel ma l-konsumatur jintrabat b'kuntratt li mhuwiex kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew bi kwalunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja b'mod ċar u komprensibbli, jekk dik l-imformazzjoni mhijiex diġà evidenti mill-kuntest:

(a) 

il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġett jew tas-servizzi, safejn xieraq għall-mezz u għall-oġġett jew is-servizzi;

(b) 

l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu, l-indirizz ġeografiku li fih huwa stabbilit u n-numru tat-telefon;

(c) 

il-prezz totali tal-oġġetti jew is-servizzi inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi hija tali li l-prezz ma jistax b'mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz għandhu jiġi kkalkolat, kif ukoll, fejn hu applikabbli, kull imposta addizzjonali għat-trasport ta’ merkanzija, ghall-kunsinna jew għall-posta jew jew, fejn dawk l-imposti ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li tali imposti addizzjonali jistgħu jkunu dovuti;

(d) 

fejn hu applikabbli, l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni, id-data sa meta l-kummerċjant jimpenja ruħu li jikkunsinna l-oġġetti jew jagħti servizz, u l-politika tal-kummerċjant tal-ġestjoni tal-ilmenti;

▼M4

(e) 

tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għall-oġġetti u tal-elementi ewlenin tagħha, inkluża d-durata minima tagħha ta’ sentejn kif previst fid-Direttiva (UE) 2019/771, b’mod evidenti, permezz tal-avviż armonizzat msemmi fl-Artikolu 22a ta’ din id-Direttiva;

▼M4

(ea) 

meta l-produttur joffri lill-konsumatur garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà mingħajr kostijiet addizzjonali, li tkopri l-oġġett kollu kemm hu u b’durata ta’ aktar minn sentejn u jagħmel dik l-informazzjoni disponibbli lill-kummerċjant, l-informazzjoni li dak l-oġġett jibbenefika minn tali garanzija, id-durata tagħha u tfakkira tal-eżistenza tal-garanzija legali ta’ konformità, b’mod evidenti, permezz tat-tikketta armonizzata msemmija fl-Artikolu 22a;

(eb) 

tfakkira tal-eżistenza tal-garanzija legali ta’ konformità għall-kontenut diġitali u għas-servizzi diġitali;

(ec) 

fejn applikabbli, l-eżistenza ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ u l-kundizzjonijiet relatati, kif ukoll il-garanziji kummerċjali;

(ed) 

għall-oġġetti b’elementi diġitali, għall-kontenut diġitali u għas-servizzi diġitali, fejn il-produttur jew il-fornitur jagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-kummerċjant, il-perjodu minimu, kemm jekk espress bħala perjodu ta’ żmien jew b’referenza għal data, li matulu l-produttur jew il-fornitur ifornu aġġornamenti tas-software;

▼B

(f) 

it-tul ta’ żmien tal-kuntratt fejn applikabbli, jew, jekk il-kuntratt huwa għal żmien indeterminat jew kuntratt li jiġġedded awtomatika, il-kundizzjonijiet biex ittemm il-kuntratt;

▼M2

(g) 

fejn applikabbli, il-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni, ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali;

(h) 

fejn applikabbli, kwalunkwe kompatibbiltà u interoperabbiltà rilevanti ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew li huwa jista’ jkun raġonevolment mistenni li jaf bihom;

▼M4

(i) 

fejn applikabbli, il-punteġġ għat-tiswija għall-oġġetti;

(j) 

fejn il-punt (i) ma jkunx applikabbli u sakemm il-produttur jagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-kummerċjant, l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà, u l-istima tal-prezz u l-proċedura għall-ordni ta’ spare parts li huma neċessarji biex l-oġġetti jinżammu f’konformità, dwar id-disponibbiltà tat-tiswija u l-istruzzjonijiet relatati mal-manutenzjoni u dwar ir-restrizzjonijiet relatati mat-tiswija.

▼B

2.  
Il-paragrafu 1 għandu japplika anki għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, għat-tisħin distrettwali u għall-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli.
3.  
L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa japplikaw il-paragrafu 1 għall-kuntratti li jinvolvu tranżazzjonijiet ta’ kuljum u li huma eżegwiti immedjatament fil-mument tal-konklużjoni tagħhom.
4.  
L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu rekwiżiti addizzjonali ta’ informazzjoni pre-kuntrattwali għal-kuntratti li japplika għalihom dan l-Artikolu.

KAPITOLU III

IINFORMAZZJONI TAL-KONSUMATUR U DRITT TA' REĊESS GĦAL KUNTRATTI MILL-BOGĦOD U LIL HINN MILL-POST TAN-NEGOZJU

Artikolu 6

Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju

1.  

Qabel ma l-konsumatur jintrabat b’ kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew bi kwanlunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja b'mod ċar u komprensibbli:

(a) 

il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti jew tas-servizzi, safejn xieraq għall-mezz u għall-oġġett jew is-servizzi;

(b) 

l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu;

▼M2

(c) 

l-indirizz ġeografiku fejn il-kummerċjant huwa stabbilit kif ukoll in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-kummerċjant; barra minn hekk, fejn il-kummerċjant jipprovdi mezzi oħra ta’ komunikazzjoni online li jiggarantixxu li l-konsumatur jista’ jżomm kwalunkwe korrispondenza bil-miktub, inklużi d-data u l-ħin ta’ tali korrispondenza, mal-kummerċjant fuq mezz li jservi għal żmien twil, l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll dettalji ta’ dawk il-mezzi l-oħra; dawk il-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni pprovduti mill-kummerċjant għandhom jippermettu lill-konsumatur biex jagħmel kuntatt malajr mal-kummerċjant u jikkomunika b’mod effikaċi miegħu; fejn applikabbli, il-kummerċjant għandu jagħti wkoll l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f’ismu jkun qed jaġixxi;

▼B

(d) 

jekk differenti mill-indirizz ipprovdut skont il-punt (c), l-indirizz ġeografiku tal-post tan-negozju tal-kummerċjant, u fejn applikabbli dak tal-kummerċjant li f'ismu qed jaġixxi, fejn il-konsumatur jista' jirreferi kwalunkwe lment;

(e) 

il-prezz totali tal-oġġetti jew servizzi inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi hija tali li l-prezz ma jistax b'mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz għandhu jiġi kkalkolat, kif ukoll, fejn hu applikabbli, kull imposta addizzjonali għat-trasport ta’ merkanzija, ghall-kunsinna jew għall-posta jew kwalunkwe spejjeż oħra jew, fejn dawk l-imposti ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li tali imposti addizzjonali jistgħu jkunu dovuti. Fil-każ ta’ kuntratt għal żmien indeterminat jew ta’ kuntratt li jkun fih abbonament, il-prezz totali għandu jinkludi l-ispejjeż totali għall-perjodu ta’ kontijiet. Meta l-ħlas għal tali kuntratti jkun tariffa fissa, il-prezz totali għandu jkun ekwivalenti anki għall-ispejjeż totali ta’ kull xahar. Jekk l-ispejjeż totali ma jkunux jistgħu jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, għandhom jiġu pprovduti l-modalitajiet ta’ kalkolu tal-prezz;

▼M2

(ea) 

fejn applikabbli, li l-prezz kien personalizzat abbażi ta’ proċess deċiżjonali awtomatizzat;

▼B

(f) 

l-ispiża tal-użu tal-mezz tal-komunikazzjoni mill-bogħod għall-konklużjoni tal-kuntratt meta tali kost huwa kkalkolat fuq bażi differenti mit-tariffa bażika;

▼M4

(g) 

l-arranġamenti għal ħlas, kunsinna, inklużi għażliet ta’ kunsinna favur l-ambjent meta disponibbli, eżekuzzjoni, id-data sa meta l-kummerċjanti jimpenja ruħu jikkunsinna l-oġġetti jew jagħti s-servizzi u, jekk ikun il-każ, il-politika ta’ ġestjoni tal-ilmenti tal-kummerċjant;

▼M3

(h) 

fejn jeżisti dritt ta’ reċess, il-kondizzjonijiet, il-limitu ta’ żmien u l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ dak id-dritt f’konformità mal-Artikolu 11(1), kif ukoll il-mudell tal-formola standard tar-reċess stipulata fl-Anness I(B), u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar l-eżistenza u t-tqegħid tal-funzjoni ta’ reċess imsemmija fl-Artikolu 11a;

▼B

(i) 

fejn applikabbli, li l-konsumatur ikollu jġarrab l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti fil-każ ta’ reċess u, għall-kuntratti mill-bogħod, jekk il-oġġetti, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux jiġu rritornati normalment bil-posta, l-ispiża tar-ritorn tal-oġġetti;

(j) 

li, jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ reċess wara li kien għamel talba skont l-Artikolu 7(3) jew l-Artikolu 8(8), il-konsumatur għandu jkun responsabbli li jħallas lill-kummerċjant l-ispejjeż raġonevoli skont l-Artikolu 14(3);

(k) 

fejn dritt ta’ reċess mhuwiex previst skont l-Artikolu 16, l-informazzjoni li l-konsumatur mhuwiex se jibbenefika minn dritt ta’ reċess jew, jekk ikun il-każ, iċ-ċirkostanzi li fihom il-konsumatur jitlef id-dritt ta’ reċess;

▼M4

(l) 

tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għall-oġġetti u tal-elementi ewlenin tagħha, inkluża d-durata minima tagħha ta’ sentejn kif previst fid-Direttiva (UE) 2019/771, b’mod evidenti, permezz tal-avviż armonizzat msemmi fl-Artikolu 22a ta’ din id-Direttiva;

▼M4

(la) 

meta l-produttur joffri lill-konsumatur garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà mingħajr kostijiet addizzjonali li tkopri l-oġġett kollu kemm hu u ta’ durabbiltà ta’ aktar minn sentejn, u jagħmel dik l-informazzjoni disponibbli lill-kummerċjant, l-informazzjoni li dak l-oġġett jibbenefika minn tali garanzija, id-durata tagħha u tfakkira tal-eżistenza tal-garanzija legali ta’ konformità, b’mod evidenti, permezz tat-tikketta armonizzata msemmija fl-Artikolu 22a;

(lb) 

tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għall-kontenut diġitali u għas-servizzi diġitali;

(lc) 

għall-oġġetti b’elementi diġitali, għall-kontenut diġitali u għas-servizzi diġitali, jekk il-produttur jew il-fornitur jagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-kummerċjant, il-perjodu minimu, kemm jekk espress bħala perjodu ta’ żmien jew b’referenza għal data, li matulu l-produttur jew il-fornitur ifornu aġġornamenti tas-software;

▼B

(m) 

fejn applikabbli, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ għall-klijenti, servizzi ta’ wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali;

(n) 

l-eżistenza ta’ kodiċijiet ta’ kondotta, kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/29/KE, rilevanti u kif jistgħu jinkisbu kopji tagħhom, fejn applikabbli;

(o) 

it-tul ta’ żmien tal-kuntratt fejn applikabbli jew jekk il-kuntratt huwa għal żmien indeterminat jew kuntratt li jiġġedded awtomatikament, il-kundizzjonijiet biex ittemm il-kuntratt;

(p) 

fejn applikabbli, iż-żmien minimu tal-obbligi tal-konsumatur skont il-kuntratt;

(q) 

fejn applikabbli, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ depożiti jew garanziji finanzjarji oħra li għandhom jitħallsu jew jingħataw mill-konsumatur fuq talba tal-kummerċjant;

▼M2

(r) 

fejn applikabbli, il-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni, ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali;

(s) 

fejn applikabbli, kwalunkwe kompatibbiltà u interoperabbiltà rilevanti ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew li huwa jista’ jkun raġonevolment mistenni li jaf bihom;

▼B

(t) 

fejn applikabbli, il-possibbiltà ta’ rikors għal proċedura extraġudizzjarja ta’ lment jew ta’ rimedju li huwa suġġett għaliha l-kummerċjant kif ukoll il-metodi għall-aċċess għaliha;

▼M4

(u) 

fejn applikabbli, il-punteġġ għat-tiswija għall-oġġetti;

(v) 

fejn il-punt (u) ma jkunx applikabbli u sakemm il-produttur jagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-kummerċjant, l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà u l-istima tal-prezz u l-proċedura għall-ordni ta’ spare parts li huma neċessarji biex l-oġġetti jinżamm f’konformità, dwar id-disponibbiltà tat-tiswija u l-istruzzjonijiet relatati mal-manutenzjoni u dwar ir-restrizzjonijiet relatati mat-tiswija.

▼B

2.  
Il-paragrafu 1 għandu japplika anki għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, għat-tisħin distrettwali jew għall-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli.
3.  
Fil-każ ta’ rkant pubbliku, l-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 tista' tiġi sostitwita b'dettalji ekwivalenti għall-irkantatur.

▼M2

4.  
L-informazzjoni msemmija fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tkun ipprovduta permezz tal-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A). Il-kummerċjant għandu jkun issodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk il-kummerċjant ikun ippreżenta dawn l-istruzzjonijiet lill-konsumatur, mimlija kif suppost. Ir-referenzi għall-perjodu ta’ reċess ta’ 14-il jum fil-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A) għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għal perjodu ta’ reċess ta’ 30 jum f’każijiet fejn l-Istati Membri jadottaw regoli skont l-Artikolu 9(1a).

▼B

5.  
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tifforma parti integrali tal-kuntratti mill-bogħod jew dawk lil hinn mill-post tan-negozju u ma għandhiex tkun modifikata għajr jekk mhux bil-ftehim espliċitu tal-partijiet kuntrattwali.
6.  
Jekk il-kummerċjant ma jottemperax għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar l-ispejjeż addizzjonali jew spejjeż oħrajn imsemmijin fil-punt (e) tal-paragrafu 1, jew dwar l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti msemmijin fil-punti (i) tal-paragrafu 1, il-konsumatur ma għandux iġarrab dawk l-impostijew spejjeż addizzjonali.
7.  
L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom rekwiżiti lingwistiċi dwar l-informazzjoni kuntrattwali, biex jiggarantixxi li tali informazzjoni tinftiehem faċilment mill-konsumatur.
8.  
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva jiżdiedu mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni li jinsabu fid-Direttiva 2006/123/KE u d-Direttiva 2000/31/KE u ma jimpedixxux lill-Istati Membri milli jimponu rekwiżiti ta’ informazzjoni supplementari skont dawk id-Direttivi.

Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu, f'każ ta’ kunflitt bejn dispożizzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE u tad-Direttiva 2000/31/KE dwar il-kontenut u l-modalitajiet li bihom l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta u dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva, għandha tirbaħ din id-Direttiva.

9.  
Fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati f'dan il-Kapitolu, l-oneru tal-prova għandu jkun fuq il-kummerċjant.

▼M2

Artikolu 6a

Rekwiżiti speċifiċi ta’ informazzjoni addizzjonali għal kuntratti konklużi fuq swieq online

1.  

Qabel ma konsumatur jintrabat b’kuntratt mill-bogħod, jew kwalunkwe offerta korrispondenti, f’suq online, il-fornitur tas-suq online għandu, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE, jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni li ġejja b’mod ċar u li jinftiehem u b’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użati:

(a) 

informazzjoni ġenerali, li ssir disponibbli fit-taqsima speċifika tal-interfaċċa online li tkun aċċessibbli direttament u faċilment mill-paġna fejn l-offerti jiġu ppreżentati, dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni, kif definit fil-punt (m) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2005/29/KE, ta’ offerti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tal-mistoqsija ta’ tfittxija u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri meta mqabbla ma’ parametri oħra;

(b) 

jekk il-parti terza li toffri l-oġġetti, servizzi jew kontenut diġitali hijiex kummerċjant jew le, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni ta’ dik il-parti terza lill-fornitur tas-suq online;

(c) 

fejn il-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali mhijiex kummerċjant, li d-drittijiet tal-konsumatur li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ma japplikawx għall-kuntratt;

(d) 

fejn applikabbli, kif l-obbligi relatati mal-kuntratt huma kondiviżi bejn il-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali u l-fornitur tas-suq online, fejn tali informazzjoni tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe responsabbiltà li l-fornitur tas-suq online jew il-kummerċjant terz ikollu fir-rigward tal-kuntratt taħt xi liġi oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.

2.  
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/31/KE, dan l-Artikolu ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jimponu rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali għal fornituri tas-swieq online. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

▼B

Artikolu 7

Rekwiżiti formali għal kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju

1.  
Fir-rigward ta’ kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju, il-kummerċjant għandu jagħti l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 6(1) lill-konsumatur fuq karta jew jekk il-konsumatur jaqbel, fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil. Dik l-informazzjoni għandha tkun leġġibbli u ppreżentata b'lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem.
2.  
Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur b'kopja tal-kuntratt iffirmat jew il-konferma tal-kuntratt fuq karta jew, jekk il-konsumatur jaqbel, fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil, inkluża, jekk ikun il-każ, il-konferma tal-kunsens magħmul espressament u minn qablel u tal-avviż ta’ riċeviment tal-konsumatur skont il-punt (m) tal-Artikolu 16.

▼M2

3.  
Fejn konsumatur irid li l-għoti tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, fejn dawn ma jkunux għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew ta’ tisħin distrettwali jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), u l-kuntratt ipoġġi lill-konsumatur taħt obbligu li jħallas, il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel tali talba espliċita fuq mezz li jservi għal żmien twil u jitlob lill-konsumatur jirrikonoxxi li, ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant, il-konsumatur ma jkollux iżjed id-dritt ta’ reċess.

▼B

4.  

Għall-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju li fihom il-konsumatur talab espliċitament is-servizzi tal-kummerċjant għall-iskopijiet tat-twettiq tat-tiswijiet jew manutenzjoni li għalihom il-kummerċjant u l-konsumatur jottemperaw immedjatament għall-obbbligi kuntrattwali tagħhom u l-ammont li għandu jħallas il-konsumatur ma jaqbiżx il-EUR 200:

(a) 

il-kummerċjanti għandu jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 6(1) u l-informazzjoni dwar il-prezz u l-modalitajiet ta’ kalkolu tal-prezz, flimkien ma’ stima tal-prezz totali, fuq karta jew, jekk il-konsumatur jaqbel, fuq mezz li jservi għal żmien twil ieħor. Il-kummerċjant għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (h) u (k) tal-Artikolu 6(1), iżda jista' jagħżel li ma jipprovdihiex fuq karta jew fuq mezz li jservi għal żmien twil ieħor jekk il-konsumatur jaqbel espressament;

(b) 

il-konferma tal-kuntratt prevista skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun fiha l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 6(1).

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan il-paragrafu

5.  
L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit formali ulterjuri ta’ informazzjoni prekuntrattwali biex jiġu ssodisfatti l-obbligi ta’ informazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva.

Artikolu 8

Rekwiżiti formali għal kuntratti mill-bogħod

1.  
Fir-rigward ta’ kuntratti mill-bogħod, il-kummerċjant għandu jagħti l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 6(1) lill-konsumatur jew jagħmel dik l-informazzjoni disponibblif'mod adegwat għall-mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użat b'lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem. Sakemm dik l-informazzjoni tiġi pprovduta fuq mezz li jservi għal żmien twil, hija għandha tkun leġġibbli.
2.  
►M4  Jekk kuntratt mill-bogħod li għandu jiġi konkluż b’mezzi elettroniċi jimponi lill-konsumatur l-obbligu li jħallas, il-kummerċjant għandu jgħarrfu b’mod ċar u evidenti, u immedjatament qabel ma l-konsumatur jagħmel l-ordni, bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1), il-punti (a), (e), (la), (o) u (p). ◄

Il-kummerċjant għandu jiggarantixxi li, meta ssir l-ordni, il-konsumatur jirrikonoxxi espliċitament li l-ordni timplika l-obbligu ta’ pagament. Jekk biex issir l-ordni jfisser li tiġi azzjonata buttuna jew funzjoni simili, il-buttuna jew il-funzjoni simili għandhom juru b'mod faċilment leġġibili l-kliem “ordni b'obbligu ta’ pagament” biss jew formulazzjoni korrispondenti inekwivokabbli li tindika li l-fatt li saret l-ordni jimplika obbligu li jsir pagament lill-kummerċjant. Jekk il-kummerċjant ma osservax dan is-subparagrafu, il-konsumatur ma għandux ikun marbut bil-kuntratt jew bl-ordni.

3.  
Is-siti ta’ kummerċ elettroniku għandhom jindikaw b'mod ċar u leġġibbli, tal-anqas fil-bidu tal-proċess tal-ordni, jekk japplikaw restrizzjonijiet għall-kunsinna u liema mezzi ta’ pagament huma aċċettati.

▼M2

4.  
Jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jippermetti spazju jew ħin limitat biex tintwera l-informazzjoni, il-kummerċjant għandu jipprovdi, fuq dak il-mezz partikolari, jew permezz tiegħu, qabel il-konklużjoni ta’ tali kuntratt, tal-anqas l-informazzjoni prekuntrattwali dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti jew tas-servizzi, l-identità tal-kummerċjant, il-prezz totali, id-dritt ta’ reċess, it-tul ta’ żmien tal-kuntratt u, fil-każ ta’ kuntratti għal żmien indeterminat, il-kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni tal-kuntratt, kif imsemmi, rispettivament, fil-punti (a), (b), (e), (h) u (o) tal-Artikolu 6(1), ħlief il-mudell tal-formola ta’ reċess kif stabbilit fl-Anness I(B) imsemmi fil-punt (h). L-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Artikolu 6(1), inkluż il-mudell tal-formola ta’ reċess, għandha tingħata mill-kummerċjant lill-konsumatur b’mod xieraq skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

▼B

5.  
Bla ħsara għall-paragrafu 4, jekk il-kummerċjant iċempel lill-konsumatur bil-għan li jikkonkludi kuntratt mill-bogħod, huwa għandu, fil-bidu tal-konversazzjoni mal-konsumatur, jiżvela l-identità tiegħu u, jekk applikabbli, l-identità ta’ dik il-peruna li f'isimha qed jagħmel it-telefonata, kif ukoll l-iskop kummerċjali tat-telefonata.
6.  
Meta kuntratt mill-bogħod jiġi konkluż bit-telefon, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-kummerċjant għandu jikkonferma l-offerta lill-konsumatur, li huwa marbut biss ladarba jiffirma l-offerta jew ikun bagħat il-kunsens tiegħu bil-miktub. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprevedu li tali konfermi għandhom isiru b'mezz li jservi għal żmien twil.
7.  

Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur bil-konferma tal-kuntratt konkluż f'mezz li jservi għal żmien twil, fi żmien raġonevoli wara l-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod, u mhux iktar tard mill-kunsinna tal-oġġetti jew qabel ma tibda l-eżekuzzjoni tas-servizz. Dik il-konferma għandha tinkludi:

(a) 

l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 6(1) ħlief jekk il-kummerċjant diġà ta dik l-informazzjoni lill-konsumatur f'mezz li jservi fit-tul qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod, u

(b) 

fejn applikabbli, il-konferma tal-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur u tal-avviż ta’ riċeviment tal-konsumatur skont il-punt (m) tal-Artikolu 16.

▼M2

8.  
Fejn konsumatur ikun irid li l-għoti ta’ servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, fejn dawn ma jkunux għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew ta’ tisħin distrettwali, jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), u l-kuntratt ipoġġi lill-konsumatur taħt obbligu li jħallas, il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel talba espressament u għandu jitlob lill-konsumatur jirrikonoxxi li, ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant, il-konsumatur ma jkollux iżjed id-dritt ta’ reċess.

▼B

9.  
Dan l-Artikolu għandu jkun bla ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar il-konklużjoni ta’ kuntratti elettroniċi u t-tqegħid ta’ ordnijiet permezz ta’ mezzi elettroniċi stipulat fl-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva 2000/31/KE.
10.  
L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit formali ulterjuri ta’ informazzjoni prekuntrattwali biex jiġu ssodisfatti l-obbligi ta’ informazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva.

Artikolu 9

Dritt ta’ reċess

1.  
Ħlief fejn japplikaw l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 16, il-konsumatur għandu jkollu perjodu ta’ 14-il jum biex jirreċedi minn kuntratt mill-bogħod jewlil hinn mill-post tan-negozju, mingħajr ma jagħti raġuni, u mingħajr ma jġarrab spejjeż differenti minn dawk previsti fl-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14.

▼M2

1a.  
L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli li taħthom il-perjodu ta’ reċess ta’ 14-il jum imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi estiż għal 30 jum għal kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar ta’ konsumatur jew vjaġġi promozzjonali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lil konsumaturi għall-fini li jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ prattiki ta’ kummerċjalizzjoni jew bejgħ aggressivi jew qarrieqa. Tali regoli għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

▼M2

2.  

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, il-perjodu ta’ reċess imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiskadi wara 14-il jum, jew, f’każijiet fejn l-Istati Membri jkunu adottaw regoli skont il-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, 30 jum minn:

▼B

(a) 

fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz, mill-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt;

(b) 

fil-każ ta’ kuntratti ta’ bejgħ, mill-jum li fih il-konsumatur jew parti terza minbarra l-kunsinnatur u indikata mill-konsumatur jikseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti jew:

(i) 

fil-każ ta’ oġġetti multipli ordnati mill-konsumatur permezz ta’ ordni waħda u kkunsinnati separatament, mill-jum li fih il-konsumatur jew parti terza, differenti mill-kunsinnatur u indikata mill-konsumatur, jikseb il-pussess fiżiku tal-aħħar oġġett;

(ii) 

fil-każ ta’ kunsinna ta’ oġġett li jikkonsisti minn lottijiet jew biċċiet multipli, mill-jum li fih il-konsumatur jew parti terza, differenti mill-kunsinnatur u indikata mill-konsumatur, jikseb il-pussess fiżiku tal-aħħar lott jew biċċa;

(iii) 

fil-każ ta’ kuntratti għall-kunsinna regolari ta’ oġġett matul perjodu ta’ żmien definit, mill-jum li fih il-konsumatur jew parti terza, differenti mill-kunsinnatur u indikata mill-konsumatur, jikseb il-pussess fiżiku tal-ewwel oġġett;

(c) 

fil-każ ta’ kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, għat-tisħin distrettwali jew għall-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli, mill-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt.

3.  
L-Istati membri ma għandhomx jipprojbixxu l-partijiet kuntrattwali milli jwettqu l-obbligi kuntrattwali tagħhom matul il-perjodu ta’ reċess. Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-leġislazzjoni nazzjonali eżistenti li tipprojbixxi lill-kummerċjant milli jiġbor il-pagament mill-konsumatur matul il-perjodu speċifiku wara l-konklużjoni tal-kuntratt.

Artikolu 10

Nuqqas ta’ informazzjoni dwar id-dritt ta’ reċess

1.  
Jekk kummerċjant ma pprovdiex lill-konsumatur bl-informazzjoni tad-dritt ta’ reċess kif rikjest mill-punt (h) tal-Artikolu 6(1), il-perjodu ta’ reċess għandu jiskadi tnax-il xahar mit-tmiem tal-perjodu ta’ reċess inizjali, kif determinat skont l-Artikolu 9(2).

▼M2

2.  
Jekk il-kummerċjant ikun ipprovda lill-konsumatur bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi żmien 12-il xahar mill-jum imsemmi fl-Artikolu 9(2), id-dritt ta’ reċess għandu jiskadi 14-il jum, jew, f’każijiet fejn l-Istati Membri jkunu adottaw regoli skont l-Artikolu 9(1a), 30 jum wara l-jum li fih il-konsumatur jirċievi dik l-informazzjoni.

▼B

Artikolu 11

Eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess

1.  

Qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ reċess, il-konsumatur għandu jinforma lill-kummerċjant bid-deċiżjoni ta’ reċess mill-kuntratt. Għal dan il-għan, il-konsumatur jista':

(a) 

juża formola standard ta’ reċess kif stipulata fl-Anness I(B); jew

(b) 

jagħmel kwalunkwe dikjarazzjoni espliċita oħra tad-deċiżjoni tiegħu li jirreċedi mill-kuntratt.

L-Istati Membri ma għandhomx jipprovdu l-ebda rekwiżit formali applikabbli għall-formola standard ta’ reċess differenti minn dawk stabbiliti fl-Anness I(B).

2.  
Il-konsumatur ikun eżerċita d-dritt ta’ reċess matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 9(2) u fl-Artikolu 10 jekk il-komunikazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess tintbagħat mill-konsumatur qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ reċess.
3.  
Il-kummerċjant jista', flimkien mal-possibilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, jagħti lill-konsumatur l-għażla li jimla elettronikament u jressaq il-formola standard ta’ reċess stabbilita fl-Anness I(B) jew kwalunkwe dikjarazzjoni espliċita oħra fis-sit tal-kummerċjant. F'dawk il-każijiet il-kummerċjant għandu jikkomunika lill-konsumatur avviż ta’ riċeviment ta’ tali reċess fuq mezz li jservi għal żmien twil mingħajr dewmien.
4.  
L-oneru tal-prova dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess skont dan l-Artikolu għandu jkun fuq il-konsumatur.

▼M3

Artikolu 11a

Eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess minn kuntratti mill-bogħod konklużi permezz ta’ interfaċċa online

1.  
Għal kuntratti mill-bogħod konklużi permezz ta’ interfaċċa online, il-kummerċjant għandu jiżgura li l-konsumatur jista’ wkoll jirtira mill-kuntratt billi juża funzjoni ta’ reċess.

Il-funzjoni ta’ reċess għandha tkun ittikkettata bil-kliem ‘irtira mill-kuntratt hawnhekk’ jew formulazzjoni korrispondenti mhux ambigwa b’mod li tinqara faċilment. Il-funzjoni ta’ reċess għandha tkun disponibbli kontinwament matul il-perjodu ta’ reċess. Din għandha tintwera b’mod prominenti fuq l-interfaċċa online u tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumatur.

2.  

Il-funzjoni ta’ reċess għandha tippermetti lill-konsumatur jibgħat dikjarazzjoni ta’ reċess online li tinforma lill-kummerċjant bid-deċiżjoni tiegħu li jirtira mill-kuntratt. Dik id-dikjarazzjoni ta’ reċess online għandha tippermetti lill-konsumatur jipprovdi jew jikkonferma faċilment l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

ismu;

(b) 

dettalji li jidentifikaw il-kuntratt li minnu jixtieq jirtira;

(c) 

dettalji tal-mezzi elettroniċi li bihom il-konferma tar-reċess ser tintbagħat lill-konsumatur.

3.  
Ladarba l-konsumatur ikun lesta d-dikjarazzjoni ta’ reċess online f’konformità mal-paragrafu 2, il-kummerċjant għandu jippermetti lill-konsumatur jippreżentahielu permezz ta’ funzjoni ta’ konferma.

Dik il-funzjoni ta’ konferma għandha tkun ittikkettata b’mod li jinqara faċilment, u biss bil-kliem ‘ikkonferma r-reċess’ jew b’formulazzjoni korrispondenti mhux ambigwa.

4.  
Ladarba l-konsumatur jattiva l-funzjoni ta’ konferma, il-kummerċjant għandu jibgħat lill-konsumatur konferma tar-riċevuta tar-reċess fuq mezz li jservi għal żmien twil, inkluż il-kontenut tagħha u d-data u l-ħin tas-sottomissjoni tagħha, mingħajr dewmien żejjed.
5.  
Il-konsumatur għandu jitqies li jkun eżerċita d-dritt tiegħu ta’ reċess fil-perjodu ta’ reċess rilevanti jekk ikun issottometta d-dikjarazzjoni ta’ reċess online imsemmija f’dan l-Artikolu qabel ma jkun skada dak il-perjodu.

▼B

Artikolu 12

Effetti tar-reċess

L-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess għandu jittermina l-obbligi tal-partijiet:

(a) 

li jwettqu l-kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju; jew

(b) 

li jikkonkludu l-kuntratt mill-bogħod jewlil hinn mill-post tan-negozju, f'każijiet fejn l-offerta saret mill-konsumatur.

Artikolu 13

Obbligi tal-kummerċjant f'każ ta’ reċess

1.  
Il-kummerċjant għandu jagħti rimbors għall-pagamenti kollha li rċieva mingħand il-konsumatur, inklużm jekk ikun il-każ, l-ispejjeż tal-kunsinna mingħajr dewmien mhux dovut u f'kull każ mhux aktar tard minn 14-il jum minn dak li fih ikun infurmat bid-deċiżjoni tal-konsumatur li jirreċedi mill-kuntratt skont l-Artikolu 11.

Il-kummerċjant għandh jagħmel ir-rimbors imsemmi fl-ewwel subparagrafu bl-użu tal-istess mezz ta’ pagament użat mill-konsumatur għat-tranżazzjoni inizjali, sakemm ma l-konsumatur ma jkunx qabel espressament mod ieħor u fil-kundizzjoni li ma għandu jġarrab l-ebda spiża oħra bħala konsegwenza ta’ tali rimbors.

2.  
Minkejja l-paragrafu 1, il-kummerċjant ma għandux jintalab jirrimborsal-ispejjeż supplementari, jekk il-konsumatur ikun għażel espressament tip ta’ kunsinna differenti mit-tip l-anqas għali ta’ kunsinna standard offrut mill-kummerċjant.
3.  
Għajr jekk il-kummerċjant ikunx offra li jiġbor il-oġġetti hu stess, fir-rigward ta’ kuntratti ta’ bejgħ, il-kummerċjant jista' jżomm ir-rimbors sakemm ikun irċieva l-oġġetti, jew sakemm il-konsumatur ikun ipprovda prova li bagħat il-oġġetti lura, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel.

▼M2

4.  
Fir-rigward tad-data personali tal-konsumatur, il-kummerċjant għandu jikkonforma mal-obbligi applikabbli taħt ir-Regolament (UE) 2016/679.
5.  

Il-kummerċjant għandu jżomm lura milli juża kwalunkwe kontenut, għajr data personali, li jkun ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, ħlief fejn tali kontenut:

(a) 

ma jkollux utilità lil hinn mill-kuntest tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fornut mill-kummerċjant;

(b) 

huwa relatat biss mal-attività tal-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali fornut mill-kummerċjant;

(c) 

ġie aggregat ma’ data oħra mill-kummerċjant u ma jistax jiġi diżaggregat jew biss bi sforzi sproporzjonati; jew

(d) 

ġie ġġenerat b’mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn, u konsumaturi oħra jistgħu jkomplu jagħmlu użu mill-kontenut.

6.  
Ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 5, il-kummerċjant għandu, fuq talba tal-konsumatur, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur kwalunkwe kontenut, li mhuwiex data personali, li jkun ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta uża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovduti mill-kummerċjant.
7.  
Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra dak il-kontenut diġitali mingħajr ħlas, mingħajr tfixkil mill-kummerċjant, fi żmien raġonevoli u f’format ta’ data li jintuża komunement u li jinqara mill-magni.
8.  
F’każ ta’ reċess mill-kuntratt, il-kummerċjant jista’ jipprevjeni kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mill-konsumatur, b’mod partikolari billi jagħmel il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inaċċessibbli għall-konsumatur jew jiddiżattiva l-kont tal-utent tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6.

▼B

Artikolu 14

Obbligi tal-konsumatur f'każ ta’ reċess

1.  
Hlief jekk il-kummerċjant joffri li jiġbor l-oġġetti huwa stess, il-konsumatur għandu jibgħat lura l-oġġetti jew jagħtihom lill-kummerċjant jew lil persuna awtorizzata mill-kummerċjant biex tirċevi l-oġġetti, mingħajr dewmien mhux dovut u f'kull każ mhux aktar tard minn 14-il jum minn dak li fih ikun ikkomunika d-deċiżjoni tiegħu li jirreċedi mill-kuntratt lill-kummerċjant skont l-Artikolu 11. It-terminu għandu jkun rispettat jekk il-konsumatur jibgħat l-oġġetti lura qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ 14-il jum.

Il-konsumatur għandu jġarrab biss l-ispiża diretta tar-ritorn tal-oġġetti ħlief jekk il-kummerċjant ikun qabel li jġarrabha hu jew ikun naqas milli jinforma lill-konsumatur li din l-ispiża għandu jġarrabha hu.

Fil-każ ta’ kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju li fihom il-oġġetti huma kkunsinnati d-dar tal-konsumatur fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu jiġbor il-oġġetti a spejjeż tiegħu jekk il-oġġetti, minħabba n-natura tagħhom stess, ma jkunux jistgħu jiġu rritornati normalment bil-posta.

2.  
Il-konsumatur għandu jkun responsabbli biss għal kwalunkwe valur imnaqqas tal-oġġetti li jirriżulta mill-manipulazzjoni tal-oġġetti minbarra dik meħtieġa biex tistabbilixxi n-natura, il-karatteristiċi u t-tħaddim tal-oġġetti. Il-konsumatu ma għandux, f'kull każ, ikun responsabbli għal valur imnaqqas tal-oġġetti fejn il-kummerċjant ikun naqas milli jipprovdi avviż tad-dritt ta’ reċess skont il-punt (h), tal-Artikolu 6(1).

▼M2

2a.  
F’każ li jirreċedi mill-kuntratt, il-konsumatur għandu jżomm lura milli juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u milli jqegħidhom għad-dispożizzjoni ta’ partijiet terzi.

▼B

3.  
Jekk konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ reċess wara li jkun għamel talba f'konformità mal-Artikolu 7(3), jew mal-Artikolu 8(8), il-konsumatur għandu jħallas lill-kummerċjant ammont proporzjonali għal kemm ġie fornut sal-mument li fih il-konsumatur ikun informa lill-kummerċjant bl-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess, meta mqabbel mal-kopertura totali tal-kuntratt. L-ammont proporzjonali li l-konsumatur għandu jħallas lill-kummerċjant huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-prezz totali maqbul fil-kuntratt. Jekk dan il-prezz totali huwa eċċessiv, l-ammont proporzjonali għandu jkun ikkalkolat fuq il-bażi tal-valur tas-suq ta’ dak li ġie fornut.
4.  

Il-konsumatur ma għandu jeħel l-ebda spiża għal:

(a) 

twettiq ta’ servizzi, jew il-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, jew it-tisħin distrettwali, mpletament jew parzjalment, matul il-perjodu ta’ reċess, meta:

(i) 

il-kummerċjant naqas milli jipprovdi l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 6(1), punti (h) u (j); jew

(ii) 

il-kummerċjant ma talabx espressament li l-eżekuzzjoni tibda matul il-perjodu ta’ reċess f'konformità mal-Artikolu 7(3) u mal-Artikolu 8(8); jew

(b) 

il-provvista, kompetament jew parzjalment, tal-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli meta:

▼M2

(i) 

il-konsumatur ma jkunx ta l-kunsens espliċitu minn qabel għall-bidu tal-eżekuzzjoni qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 14-il jum jew ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9;

▼B

(ii) 

il-konsumatur ma rrikonoxxiex li huwa jittlef id-dritt ta’ reċess tiegħu meta jagħti l-kunsens tiegħu; jew

(iii) 

il-kummerċjant naqas milli jipprovdi l-konferma f'konformità mal-Artikolu 7(2) jew l-Artikolu 8(7).

5.  
Ħlief kif dispost fl-Artikolu 13(2) u f'dan l-Artikolu, l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess ma twassal għal ebda responsabbiltà għall-konsumatur.

Artikolu 15

Effetti tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess fuq kuntratti anċillari

1.  
Bla ħsara għall-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur ( 6 ), jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ reċess minn kuntratt mill-bogħod jewlil hinn mill-post tan-negozju skont l-Artikoli 9 sa 14 ta’ din id-Direttiva, kull kuntratt anċillari għandu jintemm awtomatikament, mingħajr ebda spiża għall-, ħlief kif previst fl-Artikolu 13(2) u fl-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva.
2.  
L-Istat Membri se jistipulaw regoli dettaljati dwar it-tmiem ta’ kuntratti bħal dawn.

Artikolu 16

Eċċezzjonijiet mid-dritt ta’ reċess

L-Istati Membri ma għandhomx jipprevedu d-dritt ta’ reċess stabbilit fl-Artikolu 9 sa 15 għall-kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju fir-rigward ta’ dan li ġej:

▼M2

(a) 

kuntratti ta’ servizz wara l-eżekuzzjoni totali tas-servizz iżda, jekk il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’obbligu li jħallas, biss jekk l-eżekuzzjoni tkun inbdiet bil-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur u bir-rikonoxximent li huwa jitlef id-dritt tiegħu ta’ reċess ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant;

▼B

(b) 

il-forniment ta’ oġġetti jew servizzi li l-prezz tagħhom jiddependi fuq varjazzjonijiet fis-suq finanzjarju li ma jistax ikun ikkontrollat mill-kummerċjant u li jistgħu jseħħu waqt il-perjodu ta’ reċess;

(c) 

il-forniment ta’ oġġetti li saru għall-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b'mod ċar;

(d) 

il-forniment tal-oġġetti li huma predisposti għal deterjorament jew jiskadu b'mod mgħaġġel;

(e) 

il-forniment ta’ oġġetti siġillati li mhumiex adatti biex jiġu rritornati minħabba raġunijiet iġjeniċi jew marbutin mal-protezzjoni tas-saħħa u nfetħu wara l-kunsinna;

(f) 

il-forniment ta’ oġġetti li, wara l-kunsinna, jirriżultaw, minħabba n-natura tagħom, inseparabbilment imħallta ma’ oġġetti oħrajn;

(g) 

il-forniment ta’ xorb alkoħoliku, li l-prezz tiegħu inqabel fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt tal-bejgħ, li l-kunsinna tiegħu tista' ssir biss wara 30 jum u li għandu l-valur reali tiegħu li jiddependi fuq varjazzjonijiet fis-suq li ma jistgħux jiġu kkontrollati mill-kummerċjant;

(h) 

kuntratti li għalihom il-konsumatur speċifikament talab żjara mill-kummerċjant għall-iskop li jagħmel tiswija jew manutenzjoni urġenti. Jekk fl-okkażjoni ta’ din iż-żjara, il-kummerċjant jipprovdi servizzi flimkien ma’ dawk speċifikatament mitluba mill-konsumatur jew oġġetti minbarra parts ta’ sostituzzjoni użati bi ħtieġa fit-twettiq tal-manutenzjoni jew fit-tiswijiet, id-dritt ta’ reċess għandu japplika għal dawk is-servizzi jew oġġetti addizzjonali;

(i) 

il-forniment ta’ reġistrazzjonijiet tal-awdjo jew tal-vidjo siġillati jew ta’ software tal-kompjuter miftuħa wara l-kunsinna;

(j) 

il-forniment ta’ gazzetti, perjodiċi u rivisti bl-eċċezzjoni tal-kuntratti ta’ abbonament għall-forniment ta’ tali pubblikazzjonijiet;

(k) 

il-kuntratti konklużi waqt irkant pubbliku;

(l) 

il-forniment ta’ akkomodazzjoni għal skopijiet mhux residenzjali, trasport tal-oġġetti, servizzi tal-kiri tal-karozzi, kejtering jew servizzi relatati ma’ attivitajiet ta’ divertiment jekk il-kuntratt jipprevedi data speċifika jew perjodu speċifiku ta’ eżekuzzjoni;

▼M2

(m) 

kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jekk l-eżekuzzjoni tkun inbdiet u, jekk il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’obbligu li jħallas, fejn:

(i) 

il-konsumatur ikun ta l-kunsens espliċitu minn qabel biex tinbeda l-eżekuzzjoni matul il-perjodu tad-dritt ta’ reċess;

(ii) 

il-konsumatur ikun irrikonoxxa li b’dan huwa jitlef id-dritt tiegħu ta’ reċess; u

(iii) 

il-kummerċjant ikun ipprovda l-konferma f’konformità mal-Artikolu 7(2) jew mal-Artikolu 8(7).

▼M2

L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ reċess stabbilit fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-ewwel paragrafu għal kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar ta’ konsumatur jew vjaġġi promozzjonali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lil konsumaturi għall-fini li jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fil-konfront ta’ prattiki ta’ kummerċjalizzjoni jew bejgħ aggressivi jew qarrieqa. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz li jqiegħdu lill-konsumatur f’obbligu li jħallas fejn il-konsumatur ikun talab speċifikament żjara mill-kummerċjant bil-għan li jagħmel tiswijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-konsumatur jitlef id-dritt ta’ reċess wara li s-servizz ikun twettaq b’mod sħiħ sakemm l-eżekuzzjoni tkun inbdiet bil-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur.

▼M3

KAPITOLU IIIa

Regoli dwar kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod

Artikolu 16a

Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal kuntratti mill-bogħod għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur

1.  

Fi żmien xieraq qabel ma l-konsumatur jintrabat b’kuntratt mill-bogħod, jew kwalunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur, b’mod ċar u li jinftiehem, l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-identità u n-negozju ewlieni tal-kummerċjant u, fejn applikabbli, l-identità u n-negozju ewlieni tal-kummerċjant li f’ismu jkun qed jaġixxi;

(b) 

l-indirizz ġeografiku li fih huwa stabbilit il-kummerċjant kif ukoll in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tal-kummerċjant, jew id-dettalji ta’ kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni offrut mill-kummerċjant u, fejn applikabbli, dawk tal-kummerċjant li f’ismu jkun qed jaġixxi; dawk il-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni offruti mill-kummerċjant għandhom jippermettu lill-konsumatur jidħol f’kuntatt malajr mal-kummerċjant u jikkomunika b’mod effikaċi miegħu u jiggarantixxu li l-konsumatur ikun jista’ iżomm kwalunkwe korrispondenza bil-miktub mal-kummerċjant fuq mezz li jservi għal żmien twil;

(c) 

dettalji tal-kuntatt rilevanti li jippermettu lill-konsumatur jindirizza kwalunkwe ilment lill-kummerċjant, u fejn applikabbli, lill-kummerċjant li f’ismu dan ikun qed jaġixxi;

(d) 

meta l-kummerċjant huwa rreġistrat f’negozju jew reġistru pubbliku simili, ir-reġistru li fih huwa mniżżel il-kummerċjant u n-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu jew mezz ekwivalenti ta’ identifikazzjoni f’dak ir-reġistru;

(e) 

meta l-attività tal-kummerċjant tkun soġġetta għal skema ta’ awtorizzazzjoni, l-isem, l-indirizz, is-sit web u kwalunkwe informazzjoni ta’ kuntatt oħra tal-awtorità superviżorja rilevanti;

(f) 

deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tas-servizz finanzjarju;

(g) 

il-prezz totali li jrid jitħallas mill-konsumatur lill-fornitur għas-servizz finanzjarju, inkluż it-tariffi, l-imposti u l-ispejjeż kollha relatati, u t-taxxi kollha mħallsa permezz tal-fornitur jew, meta ma jistax jiġi indikat prezz eżatt, il-bażi għall-kalkolu tal-prezz li jippermetti lill-konsumatur jivverifikah;

(h) 

fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-konsegwenzi ta’ pagamenti tard jew li ma sarux;

(i) 

meta applikabbli, l-informazzjoni li l-prezz kien personalizzat abbażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat;

(j) 

fejn applikabbli, nota li tindika li s-servizz finanzjarju huwa relatat ma’ strumenti li jinvolvu riskji speċjali relatati mal-fatturi speċifiċi tagħhom jew l-operazzjonijiet li jridu jiġu eżegwiti jew li l-prezz tagħhom jiddependi fuq iċ-ċaqliq fis-swieq finanzjarji li mhuwiex fil-kontroll tal-kummerċjant u notifika li tindika li l-prestazzjonijiet storiċi mhumiex indikaturi ta’ prestazzjonijiet futuri;

(k) 

nota tal-possibbiltà li jistgħu jeżistu taxxi u/jew spejjeż oħra li mhumiex imħallsa permezz tal-kummerċjant jew imposti minnu;

(l) 

kwalunkwe limitazzjoni tal-perjodu li għalih hija valida l-informazzjoni pprovduta f’konformità ma’ dan il-paragrafu;

(m) 

l-arranġamenti għal ħlas u għal twettiq;

(n) 

kwalunkwe spiża speċifika addizzjonali għall-konsumatur biex juża l-mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod, jekk tintalab din l-ispiża addizzjonali;

(o) 

fejn fatturi ambjentali jew soċjali huma integrati fl-istrateġija ta’ investiment tas-servizz finanzjarju, informazzjoni dwar kwalunkwe objettiv ambjentali jew soċjali mmirat mis-servizz finanzjarju;

(p) 

l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ dritt ta’ reċess u, fejn jeżisti d-dritt ta’ reċess, informazzjoni dwar il-perjodu ta’ reċess u l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ dak id-dritt inkluż informazzjoni dwar l-ammont li l-konsumatur jista’ jintalab iħallas, kif ukoll il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ eżerċizzju ta’ dak id-dritt;

(q) 

id-dewmien minimu tal-kuntratt mill-bogħod fil-każ ta’ servizzi finanzjarji li għandhom jitwettqu permanentement jew ripetutament;

(r) 

informazzjoni dwar kwalunkwe dritt li l-partijiet jista’ jkollhom biex jitterminaw il-kuntratt kmieni jew unilateralment permezz tat-termini tal-kuntratt mill-bogħod, inkluż xi penalitajiet imposti mill-kuntratt f’dawn il-każijiet;

(s) 

istruzzjonijiet prattiċi u proċeduri għall-eżerċitar tad-dritt ta’ reċess f’konformità mal-Artikolu 16b(1), li jindikaw, fost l-oħrajn, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tal-kummerċjant jew id-dettalji ta’ mezzi oħra ta’ komunikazzjoni rilevanti biex tintbagħat id-dikjarazzjoni tar-reċess u, għal kuntratti tas-servizzi finanzjarji konklużi permezz ta’ interfaċċa online, informazzjoni dwar l-eżistenza u t-tqegħid tal-funzjoni ta’ reċess imsemmija fl-Artikolu 11a;

(t) 

kwalunkwe klawżola kuntrattwali dwar il-liġi applikabbli għall-kuntratt mill-bogħod jew/u dwar il-qorti kompetenti;

(u) 

b’liema lingwa, jew lingwi, it-termini u l-kondizzjonijiet kontrattwali, u l-informazzjoni ta’ qabel imsemmija f’dan l-Artikolu, huma fornuti, u barra minn hekk b’liema lingwa, jew lingwi, li bihom il-kummerċjant, bi qbil mal-konsumatur, jimpenja ruħu li jikkomunika tul id-durata tal-kuntratt mill-bogħod;

(v) 

fejn applikabbli, il-possibbiltà ta’ rikors għal proċedura extraġudizzjarja ta’ lment jew ta’ rimedju li huwa suġġett għaliha l-kummerċjant, kif ukoll il-metodi biex jinkiseb aċċess għaliha;

(w) 

l-eżistenza ta’ fondi ta’ garanzija jew arranġamenti oħra ta’ kumpens, mhux koperti bid-Direttivi 2014/49/UE ( 7 ) u 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).

2.  
L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom rekwiżiti lingwistiċi dwar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, biex jiġi garantit li tali informazzjoni tinftiehem faċilment mill-konsumatur.
3.  
Fil-każ ta’ komunikazzjonijiet telefoniċi bil-vuċi, l-identità tal-kummerċjant u l-iskop kummerċjali tat-telefonata mibdija mill-kummerċjant għandhom ikunu ċari b’mod espliċitu fil-bidu ta’ kwalunkwe telefonata mal-konsumatur. Meta telefonata tkun qed tiġi rrekordjata, jew tista’ tiġi rrekordjata, il-kummerċjant għandu jinnotifika wkoll lill-konsumatur li dan huwa l-każ.
4.  
B’deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta’ komunikazzjonijiet telefoniċi bil-vuċi kif imsemmi fil-paragrafu 3, jekk il-konsumatur jaqbel b’mod espliċitu, il-kummerċjant jista’ jipprovdi biss l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (f), (g), (k) u (p) tal-paragrafu 1 qabel ma l-konsumatur jintrabat bil-kuntratt mill-bogħod. F’dak il-każ il-kummerċjant għandu jinforma lill-konsumatur dwar in-natura u d-disponibbiltà tal-informazzjoni l-oħra msemmija fil-paragrafu 1. Il-kummerċjant għandu jipprovdi dik l-informazzjoni l-oħra meħtieġa mill-paragrafu 1 fuq mezz li jservi għal żmien twil immedjatament wara l-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod.
5.  
Fil-każ li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi pprovduta anqas minn jum qabel ma l-konsumatur ikun marbut bil-kuntratt mill-bogħod, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kummerċjant jibgħat tfakkira lill-konsumatur dwar il-possibbiltà li jirreċedi mill-kuntratt mill-bogħod u dwar il-proċedura li jrid isegwi għar-reċess, f’konformità mal-Artikolu 16b. Dik it-tfakkira għandha tingħata lill-konsumatur, fuq mezz li jservi għal żmien twil, bejn jum u sebat ijiem wara l-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod.
6.  
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata lill-konsumatur fuq mezz li jservi għal żmien twil u tkun tinqara faċilment.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata fuq talba f’format xieraq u aċċessibbli għall-konsumaturi b’diżabilità, inkluż persuni b’insuffiċjenza fil-vista.

7.  
Ħlief għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (f), (g), (k), u (p), il-kummerċjant għandu jitħalla jippreżenta l-informazzjoni f’layers meta l-informazzjoni tingħata b’mezzi elettroniċi.

Meta l-informazzjoni f’layers, għandu jkun possibbli li wieħed jara, jissejvja u jistampa l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 bħala dokument wieħed.

F’każijiet bħal dawn, il-kummerċjant għandu jiżgura li l-konsumatur jiġi ppreżentat bl-informazzjoni prekuntrattwali kollha msemmija fil-paragrafu 1 qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod.

8.  
Fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f’dan l-Artikolu, l-oneru tal-prova għandu jkun fuq il-kummerċjant.
9.  
L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet aktar stretti dwar rekwiżiti ta’ informazzjoni pre-kuntrattwali minbarra dawk imsemmija f’dan l-Artikolu, meta d-dispożizzjonijiet ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni.
10.  
Meta att ieħor tal-Unjoni li jirregola servizzi finanzjarji speċifiċi jkun fih regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, ir-regoli ta’ dak l-att tal-Unjoni biss għandhom japplikaw għal dawk is-servizzi finanzjarji speċifiċi, irrispettivament mil-livell ta’ dettall ta’ dawk ir-regoli, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dak l-att tal-Unjoni.

Meta dak l-att l-ieħor tal-Unjoni ma jkunx fih regoli dwar informazzjoni dwar id-dritt ta’ reċess, il-kummerċjant għandu jinforma lill-konsumatur dwar l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ tali dritt f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (p).

Artikolu 16b

Dritt ta’ reċess minn kuntratti mill-bogħod għal servizzi finanzjarji

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikollu perjodu ta’ 14-il jum kalendarju sabiex jirtira mill-kuntratt mingħajr penali u mingħajr ma jagħti raġuni. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż għal 30 jum kalendarju f’kuntratti mill-bogħod relatati ma’ operazzjonijiet ta’ pensjoni personali.

Il-perjodu tar-reċess imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jibda jew:

(a) 

mill-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod; jew

(b) 

mill-jum li fih il-konsumatur jirċievi t-termini u l-kondizzjonijiet kuntrattwali u l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 16a, jekk dan ikun aktar tard mid-data fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu.

Jekk il-konsumatur ma jkunx irċieva t-termini u l-kondizzjonijiet kuntrattwali u l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 16a, il-perjodu ta’ reċess għandu fi kwalunkwe każ jiskadi 12-il xahar u 14-il jum wara l-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod. Dan ma għandux japplika jekk il-konsumatur ma jkunx ġie infurmat dwar id-dritt tiegħu ta’ reċess f’konformità mal-Artikolu 16a(1), il-punt (p).

2.  

Id-dritt ta’ reċess ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:

(a) 

servizzi finanzjarji għall-konsumatur li l-prezz tagħhom jiddependi fuq ċaqliq fis-suq finanzjarju lil hinn mill-kontroll tal-kummerċjant, li jista’ jseħħ matul il-perjodu ta’ reċess, bħal servizzi relatati ma’:

— 
munita barranija,
— 
strumenti tas-suq monetarju,
— 
titoli trasferibbli,
— 
unitajiet f’intrapriżi ta’ investiment kollettiv,
— 
kuntratti ta’ futuri finanzjarji, inkluż strumenti ekwivalenti saldati bi flus,
— 
ftehimiet bil-quddiem b’rati ta’ imgħax (FRAs),
— 
swaps tar-rata tal-imgħax, tal-munita u tal-ekwità,
— 
opzjonijiet għall-akkwist jew iċ-ċessjoni ta’ kwalunkwe strument imsemmi f’dan il-punt, inkluż strumenti ekwivalenti ssaldati bi flus kontanti. Din il-kategorija tinkludi b’mod partikolari opzjonijiet fuq il-munita u fuq ir-rati tal-imgħax;
(b) 

poloz tal-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar u tal-bagalji jew poloz tal-assigurazzjoni simili għal żmien qasir ta’ inqas minn xahar;

(c) 

kuntratti li t-twettiq tagħhom ġie kompletat bis-sħiħ miż-żewġ partijiet fuq it-talba espressa tal-konsumatur qabel ma l-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ reċess.

3.  
Il-konsumatur għandu jitqies li jkun eżerċita d-dritt ta’ reċess tiegħu fil-perjodu ta’ reċess imsemmi fil-paragrafu 1 jekk ikun bagħat il-komunikazzjoni rigward l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess qabel ikun skada dak il-perjodu.
4.  
Meta servizz anċillari relatat mal-kuntratt mill-bogħod għal servizz finanzjarju jiġi pprovdut mill-kummerċjant jew minn parti terza abbażi ta’ ftehim bejn dik il-parti terza u l-kummerċjant, il-konsumatur ma għandux ikun marbut bil-kuntratt anċillari jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ reċess f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Fejn il-konsumatur jagħżel li jittermina l-kuntratt anċillari, dan għandu jkun mingħajr ebda spiża għall-konsumatur.
5.  
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola tad-dritt nazzjonali li tistabbilixxi perjodu ta’ żmien li matulu ma jistax jibda t-twettiq tal-kuntratt.
6.  
Meta att ieħor tal-Unjoni li jirregola servizzi finanzjarji speċifiċi jkun fih regoli dwar id-dritt ta’ reċess, ir-regoli dwar id-dritt ta’ reċess ta’ dak l-att tal-Unjoni biss għandhom japplikaw għal dawk is-servizzi finanzjarji speċifiċi, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dak l-att l-ieħor tal-Unjoni. Fejn dak l-att l-ieħor tal-Unjoni jagħti lill-Istati Membri d-dritt li jagħżlu bejn id-dritt ta’ reċess u alternattiva, bħal perjodu ta’ riflessjoni, ir-regoli korrispondenti ta’ dak l-att tal-Unjoni biss għandhom japplikaw għal dawk is-servizzi finanzjarji speċifiċi, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dak l-att l-ieħor tal-Unjoni.
7.  

B’deroga minn dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li minflok japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin għas-servizzi finanzjarji li ġejjin fir-rigward tad-dritt ta’ reċess jew perjodu ta’ riflessjoni:

(a) 

l-Artikolu 14(6) tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) għal kuntratti ta’ kreditu eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva permezz tal-Artikolu 3(2) tagħha; u

(b) 

l-Artikoli 26 u 27 tad-Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) għal ftehimiet ta’ kreditu eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva permezz tal-Artikolu 2(2) tagħha.

Artikolu 16c

Ħlas tas-servizz ipprovdut qabel r-reċess

1.  

Meta l-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ reċess skont l-Artikolu 16b, il-konsumatur jista’ jintalab iħallas biss għas-servizz li fil-fatt ikun ipprovdilu l-kummerċjant f’konformità mal-kuntratt mill-bogħod. Il-konsumatur għandu jħallas għal dak is-servizz mingħajr dewmien żejjed. L-ammont pagabbli ma għandux:

(a) 

jaqbeż ammont li jkun proporzjonat mad-daqs tas-servizz diġà pprovdut meta mqabbel mal-kopertura sħiħa tal-kuntratt mill-bogħod;

(b) 

fi kwalunkwe każ ikun b’mod li jista’ jinftiehem bħala penali.

2.  
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-konsumaturi ma jistgħu jintalbu jħallsu l-ebda ammont talli jirreċedu minn kuntratt ta’ assigurazzjoni.
3.  
Il-kummerċjant jista’ jitlob li l-konsumatur ma jħallas l-ebda ammont abbażi tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sakemm il-kummerċjant ma jkunx jista’ jipprova li l-konsumatur kien infurmat kif xieraq dwar l-ammont pagabbli, f’konformità mal-Artikolu 16a(1), il-punt (p). Madankollu, il-kummerċjant ma jistax jitlob tali ħlas jekk il-kummerċjant ikun beda l-eżekuzzjoni tal-kuntratt qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ reċess previst fl-Artikolu 16b(1) mingħajr it-talba minn qabel tal-konsumatur.
4.  
Il-fornitur għandu, mingħajr dewmien bla bżonn u sa mhux iktar minn 30 jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-kummerċjant jirċievi n-notifika ta’ reċess, jirritorna lill-konsumatur kwalunkwe somma li l-kummerċjant ikun irċieva mingħandu f’konformità mal-kuntratt mill-bogħod, ħlief għall-ammont imsemmi fil-paragrafu 1.
5.  
Il-konsumatur għandu jirritorna lill-kummerċjant kwalunkwe somma li jkun irċieva mill-kummerċjant mingħajr dewmien bla bżonn u mhux aktar tard minn 30 jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-konsumatur jirtira mill-kuntratt.

Artikolu 16d

Spjegazzjonijiet adegwati

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kummerċjanti jkunu meħtieġa jipprovdu spjegazzjonijiet adegwati lill-konsumatur rigward il-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji proposti li jagħmluha possibbli għall-konsumatur li jivvaluta jekk il-kuntratt propost u s-servizzi anċillari humiex adattati għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu jew tagħha. Tali spjegazzjonijiet għandhom jingħataw lill-konsumatur mingħajr ħlas u qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. L-ispjegazzjonijiet għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

(a) 

l-informazzjoni prekuntrattwali meħtieġa;

(b) 

il-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratt propost, inkluż servizzi anċillari possibbli;

(c) 

l-effetti speċifiċi li l-kuntratt propost jista’ jkollu fuq il-konsumatur, inkluż, fejn applikabbli, il-konsegwenzi ta’ inadempjenza ta’ pagament jew pagament tard mill-konsumatur.

2.  
L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw il-mod li bih, kif ukoll sa fejn, jingħataw l-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu jadattaw il-mod u l-kamp ta’ applikazzjoni skont il-kuntest li fih jiġi offrut is-servizz finanzjarju, il-persuna lil min jiġi offrut u n-natura tas-servizz finanzjarju offrut.
3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’każ li l-kummerċjant juża għodod online, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jitlob u jikseb intervent uman fl-istadju prekuntrattwali u, f’każijiet ġustifikati wara li jkun ġie konkluż il-kuntratt mill-bogħod, bl-istess lingwa bħal dik użata għall-informazzjoni prekuntrattwali pprovduta f’konformità mal-Artikolu 16a(1).
4.  
Fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ spjegazzjoni adegwata stabbiliti f’dan l-Artikolu, l-oneru tal-prova għandu jkun fuq il-kummerċjant.
5.  
Meta att ieħor tal-Unjoni li jirregola servizzi finanzjarji speċifiċi jkun fih regoli dwar l-ispjegazzjonijiet adegwati li għandhom jiġu pprovduti lill-konsumatur, ir-regoli dwar l-ispjegazzjonijiet adegwati ta’ dak l-att tal-Unjoni biss għandhom japplikaw għal dawk is-servizzi finanzjarji speċifiċi, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dak l-att tal-Unjoni.

Artikolu 16e

Protezzjoni addizzjonali fir-rigward tal-interfaċċi online

1.  

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE u r-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kummerċjanti, meta jikkonkludu kuntratti ta’ servizzi finanzjarji mill-bogħod, ma jfasslux, ma jorganizzawx jew ma joperawx l-interfaċċi online tagħhom, kif definit fl-Artikolu 3(m) tar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), b’mod li jqarraq jew jimmanipula l-konsumaturi li huma riċevituri tas-servizz tagħhom jew b’xi mod ieħor joħloq distorsjoni jew ifixkel il-kapaċità tagħhom li jieħdu deċiżjonijiet liberi u infurmati. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, jindirizzaw mill-inqas waħda mill-prattiki li ġejjin min-negozjanti:

(a) 

tingħata aktar prominenza lil ċerti għażliet meta l-konsumaturi li huma riċevituri tas-servizz tagħhom jintalbu jieħdu deċiżjoni;

(b) 

jintalab ripetutament li l-konsumaturi li huma riċevituri tas-servizz jagħmlu għażla fejn dik l-għażla tkun diġà saret, speċjalment bil-preżentazzjoni ta’ pop-ups li jinterferixxu mal-esperjenza tal-utent; jew

(c) 

proċedura tat-terminazzjoni ta’ servizz li tkun aktar milli tissottoskrivi għalih.

2.  
L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet aktar stretti rigward ir-rekwiżiti għan-negozjanti stipulati fil-paragrafu 1, fejn id-dispożizzjonijiet ikunu f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

▼B

KAPITOLU IV

DRITTIJIET OĦRA TAL-KONSUMATUR

Artikolu 17

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  
L-Artikoli 18 u 20 għandhom japplikaw għal kuntratti ta’ bejgħ. Dawk l-Artikoli ma għandhomx japplikaw għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, ta’ tisħin distrettwali u għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli.
2.  
L-Artikoli 19, 21 u 22 għandhom japplikaw għall-kuntratti ta’ bejgħ u ta’ servizz u għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass, elettriku, tisħin distrettwali jew kontenut diġitali.

Artikolu 18

Kunsinna

1.  
Sakemm il-partijiet ma jkunux qablu mod ieħor dwar it-terminu tal-kunsinna, il-kummerċjant għandu jwassal il-oġġetti billi jittrasferixxi l-pussess fiżiku jew il-kontroll tal-oġġetti lill-konsumatur mingħajr dewmien żejjed wara, iżda mhux iktar tard minn 30 jum minn dak li fih ġie konkluż il-kuntratt.
2.  
Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jissodisfa l-obbligu tiegħu biex iwassal tal-beni fit-terminu miftiehem mal-konsumatur jew fit-terminu stabbilit fil-paragrafu 1, il-konsumatur għandu jitolbu jagħmel il-kunsinna f'perjodu ta’ żmien addizzjonali xieraq għaċ-ċirkostanzi. Jekk il-kummerċjat jonqos milli jwassal il-oġġetti f'dak il-perjodu ta’ żmien addizzjonali xieraq, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt iġib il-kuntratt fit-tmiem.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-kuntratti ta’ bejgħ jekk il-kummerċjant irrifjuta li jwassal il-oġġetti jew fejn il-kunsinna matul il-perjodu miftiehem tal-kunsinna jkun essenzjali fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha li jakkumpanjaw il-konklużjoni tal-kuntratt jew jekk il-konsumatur jinforma lill-kummerċjant, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, li l-kunsinna sa jew fid-data speċifikata hija essenzjali. F'tali każijiet, jekk il-kummerċjant jonqos milli jwassal il-oġġetti fil-mument miftiehem mal-konsumatur jew fl-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1, il-konsumantur għandu jkun intitolat jittermina il-kuntratt immedjatament.

3.  
Mat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu, mingħajr dewmien żejjed, jirrimborsal-ammonti kollha mħallsa għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.
4.  
Minbarra li jintemm il-kuntratt f' konformita' mal-paragrafu 2, il-konsumatur jista' jirrikorri għal rimedji oħra previsti mil-leġislazzjoni nazzjonali.

Artikolu 19

Tariffi għall-użu tal-mezz ta’ pagament

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-kummerċjanti milli jimponu lill-konsumaturi, fir-rigward tal-użu ta’ mezz speċifiku ta’ pagament, tariffi li jaqbżu dawk imġarrba mill-kummerċjant għall-użu tat-tali mezzi.

Artikolu 20

Trasferiment tar-riskju

Fil-kuntratti li fihom il-kummerċjant jibgħat il-oġġetti lill-konsumatur, ir-riskju ta’ telf jew ħsara għall-oġġetti għandu jiġi trasferit lill-konsumatur meta huwa jew parti terzaindikata mill-konsumatur u differenti mill-kunsinnatur jikseb/tikseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti. Madankollu, ir-riskju għandu jkun trasferit lill-konsumatur mal-kunsinna lill-kunsinnatur, jekk il-konsumatur ikun inkariga lill-kunsinnatur bit-trasport tal-oġġetti u dik l-għażla ma tkunx ġiet offruta mill-kummerċjant, bla ħsara lid-drittijiet tal-konsumatur fil-konfront tal-kunsinnatur.

Artikolu 21

Komunikazzjoni bit-telefon

L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li, fejn il-kummerċjant juża linja telefonika għall-iskop li jikkuntattja lill-konsumatur bit-telefon dwar il-kuntratt konkluż, il-konsumatur mhuwiex marbut iħallas aktar mit-tariffa bażika, meta jikkuntattja lill-kummerċjant.

L-ewwel subparagrafu Dan huwa bla ħsara għad-dritt tal-operaturi ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni li japplikaw tariffa għal dawn it-telefonati.

Artikolu 22

Pagamenti addizjonali

Qabel ma l-konsumatur ikun marbut bil-kuntratt jew bl-offerta, il-kummerċjant għandu jfittex il-kunsens espress tal-konsumatur għal kwalunkwe ħlas addizzjonali li jiżdied mal-pagament miftiehem għall-obbligu kuntrattwali ewlieni tal-kummerċjant. Jekk kummerċjant ma jkunx kiseb il-kunsens espress tal-konsumatur iżda ddeduċieh bl-użu ta’ alternattivi prestabbiliti li l-konsumatur obbligat li jirrifjuta biex jevita ħlas addizzjonali, il-konsumatur għandu jkun intitolat għal rimbors ta’ dan il-ħlas.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

▼M4

Artikolu 22a

Avviż armonizzat u tikketta armonizzata

1.  
Sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu informati tajjeb u jistgħu jifhmu faċilment id-drittijiet tagħhom fl-Unjoni kollha, għandu jintuża avviż armonizzat għall-għoti tal-informazzjoni skont l-Artikolu 5(1), il-punt (e), u l-Artikolu 6(1), il-punt (l), u u tikketta armonizzata għandha tintuża għall-għoti ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 5(1), il-punt (ea), u l-Artikolu 6(1), il-punt (1a).
2.  
Sas-27 ta’ Settembru 2025 il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika d-disinn u l-kontenut tal-avviż armonizzat imsemmi fil-paragrafu 1.
3.  
L-avviż armonizzat għandu jkun fih l-elementi ewlenin tal-garanzija legali ta’ konformità, inkluż id-durata minima tagħha ta’ sentejn kif previst fid-Direttiva (UE) 2019/771 u referenza ġenerali għall-possibbiltà li d-durata tal-garanzija legali ta’ konformità tkun itwal skont il-liġi nazzjonali.
4.  
Sas-27 ta’ Settembru 2025 il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika d-disinn u l-kontenut tat-tikketta armonizzata msemmija fil-paragrafu 1.
5.  
L-avviż armonizzat u t-tikketta armonizzata għandhom ikunu faċilment rikonoxxibbli u komprensibbli għall-konsumaturi u faċli biex il-kummerċjanti jużawhom u jirriproduċuhom.
6.  
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27a.

▼B

Artikolu 23

Infurzar

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiżguraw konformità ma’ din id-Direttiva.
2.  

Il-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li bihom korp wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin, kif stabbilit mil-liġi nazzjonali, jista'/jistgħu jieħu/jieħdu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jttrasponu din id-Direttiva jiġu applikati:

(a) 

il-korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(b) 

organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumaturi;

(c) 

organizzazzjonijiet professjonali li jkollhom interess leġittimu li jaġixxu.

▼M2

Artikolu 24

Penali

1.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

(a) 

in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b) 

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

(c) 

kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant;

(d) 

il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;

(e) 

penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 );

(f) 

kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkollhom jiġu imposti penali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.
4.  
Għal każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa skont il-paragrafu 3, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-kummerċjant, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.
5.  
L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ Novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

▼M3

6.  
Fir-rigward tal-ksur tal-miżuri adottati skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1b) applikabbli għal kuntratti mill-bogħod għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiġu imposti penali f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, dawn jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali għall-impożizzjoni ta’ multi, jew it-tnejn li huma.

▼B

Artikolu 25

Natura imperattiva tad-Direttiva

Jekk il-liġi applikabbli għall-kuntratt hija l-liġi ta’ Stat Membru, il-konsumaturi ma jistgħux jirrinunzjaw id-drittijiet konferiti fuqhom mill-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

Kwalunkwe klawżola kuntrattwali li teskludi jew tillimita, direttament jew indirettament, id-drittijiet li jirriżultaw minn din id-Direttiva, ma għandhiex torbot lill-konsumatur.

Artikolu 26

Informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jgħarrfu lill-konsumaturi u lill-kummerċjanti dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u għandhom, fejn xieraq, iħeġġu lill-kummerċjanti u lis-sidien ta’ kodiċi kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/29/KE, biex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kodiċijiet ta’ kondotta tagħhom.

Artikolu 27

Bejgħ mhux mitlub

Il-konsumatur għandu jkun eżentat mill-obbligu li jipprovdu kwalunkwe kunsiderazzjoni f'każijiet ta’ forniment mhux solleċitat ta’ oġġetti, ilma, gass, elettriku, tisħin distrettwali jew kontenut diġitali jew għoti mhux mitlub ta’ servizz kif ipprojbit mill-Artikolu 5(5) u l-punt 29 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE. F'każijiet bħal dawn, in-nuqqas ta’ reazzjoni mill-konsumatur wara tali forniment jew provvista mhux mitlub/a ma għandux jikkostitwixxi kunsens.

▼M4

Artikolu 27a

Proċedura ta’ kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ).
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼B

Artikolu 28

Traspożizzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-13 ta’ Diċembru 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn il-miżuri fil-forma ta’ dokumenti. Il-Kummissjoni għandha tuża dawn id-dokumenti għall-iskopijiet ta’ rappurtar imsemmija fl-Artikolu 30.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-13 ta’ Ġunju 2014.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

2.  
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-kuntratti konklużi wara t-13 ta’ Ġunju 2014.

Artikolu 29

Rekwiżiti ta’ rappurtar

▼M3

1.  
Meta Stat Membru jagħmel użu minn kwalunkwe waħda mill-għażliet regolatorji msemmija fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 6(7), l-Artikolu 6(8), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(6), l-Artikolu 9(1a) u (3), l-Artikolu 16, it-tieni u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 16a (2) u (9), l-Artikolu 16b(7) u l-Artikolu 16e, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan sad-19 ta’ Diċembru 2025, kif ukoll bi kwalunkwe bidla sussegwenti.

▼B

2.  
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti, fost affarijiet oħra fuq sit elettroniku apposta.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri l-oħra u lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar dik l-informazzjoni.

Artikolu 30

Rappurtar mill-Kummisjoni u rieżami

Sat-13 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dan ir-rapport għandu jinkludi partikolarment evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-kontenut diġitali, inkluż id-dritt ta’ reċess. Jekk ikun il-każ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġislattivi biex id-Direttiva tiġi adegwata għall-iżviluppi fil-qasam tad-drittijiet tal-konsumatur.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 31

Thassir

Id-Direttiva 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE, kif emendati bid-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi ( 14 ), u mid-Direttivi 2005/29/KE u 2007/64/KE, huma mħassra mit-13 ta’ Ġunju 2014.

Ir-referenzi magħmula għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Anness II.

Artikolu 32

▼C1

Emenda għad-Direttiva 93/13/KEE

Fid-Direttiva 93/13/KEE jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

1.  

Meta Stat Membru jadotta dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 8, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan, kif ukoll bi kwalunkwe modifika sussegwenti, b’mod partikolari fejn dawk id-dispożizzjonijiet:

— 
jestendu l-valutazzjoni tal-karattru inġust għall-klawżoli kuntrattwali negozjati individwalment jew għall-adegwatezza tal-prezz jew ir-remunerazzjoni; jew
— 
ikun fihom listi ta’ klawżoli kuntrattwali li għandhom jitqiesu bħala inġusti.

▼B

2.  
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti, fost affarijiet oħra fuq sit elettroniku apposta.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri l-oħra u lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar dik l-informazzjoni pprovduta.”

Artikolu 33

Emenda għad-Direttiva 1999/44/KE

Fid-Direttiva 1999/44/KE, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

Rekwiżiti ta’ rappurtaġġ

1.  
Meta, f'konformità mal-Artikolu 8(2), Stat Membru jadotta d-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi aktar iebsa minn dawk previsti fl-Artikolu 5(1) sa (3) u fl-Artikolu 7(1), għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan, kif ukoll bi kwalunkwe modifika sussegwenti.
2.  
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti, fost affarijiet oħra fuq sit elettroniku apposta.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri l-oħra u lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar dik l-informazzjoni.”

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 35

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

Informazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess

A.   Mudell ta’ istruzzjonijiet dwar ir-reċess

Dritt ta’ reċess

Għandek id-dritt tirreċedi mill-kuntratt, mingħajr ma tagħti raġunijiet, fi żmien erbatax-il jum.

Il-perjodu ta’ reċess jiskadi wara 14-il jum mill-jum

1

.

▼M2

Biex teżerċita d-dritt ta’ reċess, għandek tinfurmana [2] bid-deċiżjoni tiegħek li tirreċedi minn dan il-kuntratt permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita (eż. ittra mibgħuta bil-posta jew posta elettronika). Tista’ tuża l-formola standard ta’ reċess mehmuża, iżda din mhijiex obbligatorja. [3]

▼B

Biex tirrispetta l-iskadenza għar-reċess, hu biżżejjed li tibgħat il-komunikazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess qabel il-perjodu ta’ reċess ikun skada.

Effetti tar-reċess

Jekk tirreċedi mill-kuntratt, nagħtuk rimbors tal-pagamenti kollha li għamilt favurina, inklużi l-ispejjeż tal-kunsinna (bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż supplementari li ġejjin mill-għażla tiegħek ta’ tip ta’ kunsinna differenti mit-tip l-anqas għali ta’ kunsinna standard offrut minna), mingħajr dewmien mhux dovut u f’kull każ mhux iktar tard minn 14-il jum mill-jum li fih niġu infurmati bid-deċiżjoni tiegħek li tirreċedi mill-kuntratt. Se nagħmlu dawn ir-rimborsi bl-użu tal-istess mezz ta’ pagament li użajt int għat-tranżazzjoni inizjali, għajr jekk taqbel espressament mod ieħor; fi kwalunkwe każ, m’intix se ġġarrab l-ebda spiża bħala konsegwenza tar-rimbors.

4
5
6

Istruzzjonijiet biex timla l-formola:

1.
 

Daħħal wieħed mit-testi li ġejjin bejn il-virgoletti:

(a) 

f’każ ta’ kuntratt ta’ servizz jew kuntratt għall-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, tisħin distrettwali jew kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli: “tal-konklużjoni tal-kuntratt”;

(b) 

fil-każ ta’ kuntratt ta’ bejgħ: “li fih int jew parti terza, differenti mill-kunsinnatur u indikata minnek, tikseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti.”;

(ċ) 

fil-każ ta’ kuntratt relatat ma’ oġġetti multipli ordnati mill-konsumatur f’ordni waħda u kkunsinnati separatament: “li fih int, jew parti terza differenti mill-kunsinnatur u indikata minnek, tikseb il-pussess fiżiku tal-aħħar oġġett.”;

(d) 

fil-każ ta’ kuntratt relatat mal-kunsinna ta’ oġġetti li jikkonsisti minn lottijiet jew biċċiet multipli: “li fih int, jew parti terza differenti mill-kunsinnatur u indikata minnek, tikseb il-pussess fiżiku tal-aħħar lott jew biċċa.”;

(e) 

fil-każ ta’ kuntratt regolari ta’ oġġett matul perjodu ta’ żmien definit: “li fih int, jew parti terza differenti mill-kunsinnatur u indikata minnek, tikseb il-pussess fiżiku tal-ewwel oġġett.”.

▼M2

2.
 

Daħħal ismek, l-indirizz ġeografiku tiegħek, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħek.

▼M3

3.
 

Jekk għandek l-obbligu li tipprovdi funzjoni li tippermetti lill-konsumatur jirtira mill-kuntratt konkluż online, daħħal dan li ġej: “Tista’ wkoll teżerċita d-dritt tiegħek ta’ reċess online fi [daħħal l-indirizz tal-Internet jew spjegazzjoni xierqa oħra ta’ fejn il-funzjoni ta’ reċess hija disponibbli]. Jekk tuża din il-karatteristika online, aħna nibgħatulek konferma tar-riċevuta tar-reċess fuq mezz li jservi għal żmien twil (eż. permezz tal-posta elettronika), inkluż il-kontenut tiegħu u d-data u l-ħin tas-sottomissjoni tiegħu, mingħajr dewmien żejjed.” Jekk tagħti lill-konsumatur il-possibbiltà li jimla u jibgħat elettronikament l-informazzjoni dwar ir-reċess tiegħu mill-kuntratt fuq is-sit elettroniku tiegħek, daħħal dan li ġej: “Tista’ wkoll timla u tibgħat elettronikament il-formola standard ta’ reċess jew kwalunkwe dikjarazzjoni espliċita fuq is-sit elettroniku tagħna [daħħal l-indirizz tal-Internet]. Fil-każ li tagħmel din l-għażla, nibgħatulek mill-aktar fis konferma li rċevejna r-reċess fuq mezz li jservi għal żmien twil (eż. email).”

▼B

4.
 

Għall-kuntratti ta’ bejgħ li fihom ma offrejtx li tiġbor il-oġġetti f’każ ta’ reċess, daħħal dan li ġej: “Ir-rimbors jista’ jkun sospiż sakemm nirċievu l-oġġetti lura jew sakemm tkun urejtna bi prova li bgħatt il-oġġetti, skont liema jsir l-ewwel.”

5.
 

Jekk il-konsumatur irċieva l-oġġetti marbuta mal-kuntratt,:

(a) 

daħħal:

— 
“Se niġbru l-oġġetti.”; jew
— 
“Inti mitlub tirritorna l-oġġetti jew tgħaddihom lilna jew lil … [daħħal l-isem u l-indirizz ġeografiku, jekk ikun il-każ, tal-persuna awtorizzata minna li tirċievi l-oġġetti], mingħajr dewmien żejjed u f’kull każ mhux aktar tard minn 14-il jumi mill-jum li fih għarraftna bir-reċess minn dan il-kuntratt. It-terminu huwa rispettat jekk tibgħat lura l-oġġetti qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ 14-il jum.”
(b) 

daħħal:

— 
“L-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti se jitħallsu minna.”;
— 
“L-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti se jitħallsu minnek.”;
— 
Jekk, f’kuntratt mill-bogħod, ma toffrix li tħallas l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti u dawn tal-aħħar, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux ikunu rritornati normalment bil-posta: “L-ispiża ta’ EUR … [daħħal l-ammont] għar-ritorn tal-oġġetti se titħallas minnek.” inkella jekk l-ispiża tar-ritorn tal-oġġetti ma tistax tiġi raġonevolment ikkalkolata minn qabel: “L-ispejjeż diretti tar-ritorn tal-oġġetti se jitħallsu minnek.” L-ispiża hija stmata bejn wieħed u ieħor sa massimu ta’ … EUR [daħħal l-ammont].’; jew
— 
Jekk, f’każ ta’ kuntrattlil hinn mill-post tan-negozju, il-oġġetti, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux ikunu rritornati normalment bil-posta u twasslu d-dar tal-konsumatur fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt: “Se niġbru l-oġġetti a spejjeż tagħna.”; u
(c) 

daħħal: “Inti responsabbli biss għal kwalunkwe valur imnaqqas tal-oġġetti li jirriżulta mill-manipulazzjoni ħlief dik meħtieġa biex tistabbilixxi n-natura, il-karatteristiċi u t-tħaddim tal-oġġetti.”

6.
 

F’każ ta’ kuntratt għall-għoti ta’ servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew ta’ tisħin distrettwali, daħħal dan li ġej: “Jekk tlabt li l-eżekuzzjoni tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma/gass/elettriku/tisħin distrettwali [ħassar fejn ma japplikax] tibda matul il-perjodu ta’ reċess, għandek tħallasna ammont proporzjonali għal kemm fornut sal-mument li fih tgħarrafna bir-reċess minn dan il-kuntratt, meta mqabbel mal-kopertura totali tal-kuntratt.”.

B.   Formola standard ta’ reċess

(imla u rritorna din il-formola fil-każ biss li tixtieq tirreċedi mill-kuntratt)

— 
►M2  Lil [hawnhekk, l-isem tal-kummerċjant, l-indirizz ġeografiku u l-indirizz tal-posta elettronika tal-kummerċjant jiddaħħlu mill-kummerċjant]: ◄
— 
Jien/Aħna ( *1 ) bil-preżenti ninnotifika(w) (*1)  li nirreċedi/u (*1)  mill-kuntratt ta’ bejgħ tiegħi/tagħna (*1)  tal-oġġetti li ġejjin (*1) /għall-forniment tas-servizz li ġej (*1) 
— 
Ordnat(i) fi (*1) /li wasal/waslu fi (*1) 
— 
Isem il-konsumatur(i)
— 
Indirizz tal-konsumatur(i)
— 
Firma tal-konsumatur(i) (fil-każ biss li din il-formola hija notifikata fuq il-karta)
— 
Data




ANNESS II



Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 85/577/KEE

Direttiva 97/7/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

 

Artikolu 3 moqri flimkien mal-Artikolu 2, punti 8 u 9 u Artikolu 16, punt h.

 

Artikolu 1

Artikolu 1 moqri flimkien mal-Artikolu 2, punt 7.

Artikolu 2

 

Artikolu 2, punti 1 u 2

 

Artikolu 2, punt 1

Artikolu 2, punt 7

 

Artikolu 2, punt 2

Artikolu 2, punt 1

 

Artikolu 2, punt 3

Artikolu 2, punt 2

 

Artikolu 2, punt 4,l-ewwel sentenza

Artikolu 2, punt 7

 

Artikolu 2punt 4, it-tieni sentenza

—

 

Artikolu 2 punt 5

—

Artikolu 3(1)

 

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(2), punt a

 

Artikolu 3(3), punti e u f

Artikolu 3(2), punt b

 

Artikolu 3(3), punt j

Artikolu 3(2), punt c

 

—

Artikolu 3(2), punt d

 

Artikolu 3(3), punt d

Artikolu 3(2), punt e

 

Artikolu 3(3), punt d

Artikolu 3(3)

 

—

 

Artikolu 3(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(3), punt d

 

Artikolu 3(1), it-tieni inċiż

Artikolu 3(3), punt l

 

Artikolu 3(1), it-tielet inċiż

Artikolu 3(3), punt m

 

Artikolu 3(1), ir-raba’ inċiż

Artikolu 3(3), punti e u f

 

Artikolu 3(1), il-ħames inċiż

Artikolu 6(3) u Artikolu 16, punt k moqri flimkien ma’ Artikolu 2, punt 13

 

Artikolu 3(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(3), punt j

 

Artikolu 3(2), it-tieni inċiż

Artikolu 3(3) punt f (għall-kiri ta’ akkomodazzjoni għal skopijiet residenzjali), punt g (għall-vjaġġi kollox kompriż), punt h (għal timeshare), punt k (għat-trasport tal-passiġġieri b’ xi eċċezzjonijiet) u Artikolu 16, punt l (eżenzjoni mid-dritt ta’ reċess)

Artikolu 4, l-ewwel sentenza

 

Artikolu 6(1), punti b, c u h, u Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 4, it-tieni sentenza

 

Artikolu 6(1), punt a u Artikolu 7(1)

Artikolu 4, it-tielet sentenza

 

Artikolu 6(1)

Artikolu 4, ir-raba’ sentenza

 

Artikolu 10

 

Artikolu 4(1), punt a

Artikolu 6(1), punti b u c

 

Artikolu 4(1), punt b

Artikolu 6(1), punt a

 

Artikolu 4(1), punt c

Artikolu 6(1), punt e

 

Artikolu 4(1), punt d

Artikolu 6(1), punt e

 

Artikolu 4(1), punt e

Artikolu 6(1), punt g

 

Artikolu 4(1), punt f

Artikolu 6(1), punt h

 

Artikolu 4(1), punt g

Artikolu 6(1), punt f

 

Artikolu 4(1), punt h

—

 

Artikolu 4(1), punt i

Artikolu 6(1), punti o u p

 

Artikolu 4(2)

Artikolu 6(1) moqri flimkien ma Artikolu 8(1), (2) u (4)

 

Artikolu 4(3)

Artikolu 8(5)

 

Artikolu 5(1)

Artikolu 8(7)

 

Artikolu 5(2)

Artikolu 3(3), punt m

 

Artikolu 6(1)

Artikolu 9(1) u (2), Artikolu 10, Artikolu 13(2), Artikolu 14

 

Artikolu 6(2)

Artikolu 13 u Artikolu 14(1), it-tieni u it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 6(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 16, punt a

 

Artikolu 6(3), it-tieni inċiż

Artikolu 16, punt b

 

Artikolu 6(3), it-tielet inċiż

Artikolu 16, punti c u d

 

Artikolu 6(3), ir-raba’ inċiż

Artikolu 16, punt i

 

Artikolu 6(3), il-ħames inċiż

Artikolu 16, punt j

 

Artikolu 6(3), is-sitt inċiż

Artikolu 3(3), punt c

 

Artikolu 6(4)

Artikolu 15

 

Artikolu 7(1)

Artikolu 18(1)(għall-kuntratti ta’ bejgħ)

 

Artikolu 7(12)

Artikolu 18(2), (3) u (4)

 

Artikolu 7(3)

—

 

Artikolu 8

—

 

Artikolu 9

Artikolu 27

 

Artikolu 10

—

(imma ara Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/58/KE)

 

Artikolu 11(1)

Artikolu 23(1)

 

Artikolu 11(2)

Artikolu 23(2)

 

Artikolu 11(3), punt a

Artikolu 6(9) l-oneru tal-prova rigward l-informazzjoni pre-kontrattwali; għal bqija: —

 

Artikolu 11(3), punt b

Artikolu 24(1)

 

Artikolu 11(4)

—

 

Artikolu 12(1)

Artikolu 25

 

Artikolu 12(2)

—

 

Artikolu 13

Artikolu 3(2)

 

Artikolu 14

Artikolu 4

 

Artikolu 15(1)

Artikolu 28(1)

 

Artikolu 15(2)

Artikolu 28(1)

 

Artikolu 15(3)

Artikolu 28(1)

 

Artikolu 15(4)

Artikolu 30

 

Artikolu 16

Artikolu 26

 

Artikolu 17

—

 

Artikolu 18

Artikolu 34

 

Artikolu 19

Artikolu 35

Artikolu 5(1)

 

Artikoli 9 u 11

Artikolu 5(2)

 

Artikolu 12

Artikolu 6

 

Artikolu 25

Artikolu 7

 

Artikoli 13, 14 u 15

Artikolu 8

 

Artikolu 4



Anness tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (“ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi”) (1)

Għandu jiġi interpretat bħala referenza għal

Paragrafi 2 u 11

Din id-Direttiva

(1)   

ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.



( 1 ) Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).

( 2 ) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

( 3 ) Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1).

( 4 ) Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u ta' arranġamenti ta' vjaġġar marbuta, u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1).

( 5 )  ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10.

( 6 )  ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.

( 7 ) Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).

( 8 ) Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22).

( 9 ) Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).

( 10 ) Id-Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva 2008/48/KE (ĠU L, 2023/2225, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2225/oj).

( 11 ) Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).

( 12 ) Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta ’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).

( 13 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

( 14 )  ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.

( *1 ) Aqta’ fejn xieraq.

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…