02012R0260 — MT — 08.04.2024 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) Nru 260/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 094 30.3.2012, p. 22) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) Nru 248/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Frar 2014 |
L 84 |
1 |
20.3.2014 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2024/886 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Marzu 2024 |
L 886 |
1 |
19.3.2024 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 260/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Marzu 2012
li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
Dan ir-Regolament ma japplikax għal dawn li ġejjin:
tranżazzjonijiet ta’ pagament imwettqa bejn u fi ħdan PSPs, inklużi l-aġenti u l-fergħat tagħhom, akkont tagħhom;
tranżazzjonijiet ta’ pagamenti proċessati u mħallsa permezz ta’ sistemi ta’ pagament ta’ valur għoli, esklużi t-tranżazzjonijiet ta’ pagament ta’ debitu dirett li min iħallas ma talabx espliċitament li jgħaddu minn sistema ta’ pagament ta’ valur għoli;
tranżazzjonijiet ta’ pagamenti permezz ta’ kard ta’ pagament jew strument simili, inkluż il-ġbid ta’ kontanti, sakemm il-kard ta’ pagament jew strument simili jintuża biss biex jiġġenera l-informazzjoni rikjesta biex jagħmel b’mod dirett trasferiment ta’ kreditu jew debitu dirett ġo u minn kont tal-pagament identifikat minn BBAN jew IBAN;
tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bi kwalunkwe strument tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tal-IT, jekk tali tranżazzjonijiet ta’ pagament ma jirriżultawx fi trasferiment ta’ kreditu jew debitu dirett minn ġo u lejn kont tal-pagament identifikat minn BBAN jew IBAN;
tranżazzjonijiet ta’ ħlas ta’ flus kif iddefiniti fl-Artikolu 4(13) tad-Direttiva 2007/64/KE;
tranżazzjonijiet ta’ pagamenti li jittrasferixxu flus elettroniċi skont il-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ( 1 ), sakemm tranżazzjonijiet bħal dawn ma jirriżultawx fi trasferiment tal-kreditu jew debitu dirett minn jew ġo kont ta’ pagament identifikat minn BBAN jew IBAN.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“trasferiment ta’ kreditu” tfisser servizz ta’ pagament nazzjonali jew transkonfinali għall-ikkreditjar tal-kont tal-pagament ta’ benefiċjarju bi tranżazzjoni ta’ pagament jew sensiliet ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mill-kont tal-pagament ta’ min iħallas mill-PSP li jżomm il-kont ta’ pagament ta’ min iħallas, fuq il-bażi ta’ struzzjoni mogħtija minn min iħallas;
“trasferiment ta’ kreditu istantanju” tfisser trasferiment ta’ kreditu li jiġi eżegwit immedjatament, 24 siegħa kuljum u fi kwalunkwe jum kalendarju;
“mezz ta” bidu ta’ pagament’ tfisser kwalunkwe metodu, apparat jew proċedura li permezz tagħhom pagaturi jistgħu jagħmlu ordnijiet ta’ ħlas mal-PSP tagħhom għal trasferiment ta’ kreditu, inkluż servizzi bankarji online, applikazzjoni bankarja mobbli, magna awtomatizzata għall-ġbid tal-flus, jew bi kwalunkwe mod ieħor fil-bini tal-PSP;
“fornitur ta” servizzi ta’ bidu ta’ pagament’ tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (18), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“isem il-benefiċjarju” tfisser, fir-rigward ta’ persuna fiżika, l-isem u l-kunjom u, fir-rigward ta’ persuna ġuridika, l-isem kummerċjali jew ġuridiku;
“miżura restrittiva finanzjarja mmirata’ tfisser iffriżar tal-assi impost fuq persuna, korp jew entita’ jew projbizzjoni fuq it-tqegħid ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni tal-persuna, korp jew entita, jew għall-benefiċċju tagħha, direttament jew indirettament, skont miżuri restrittivi adottati f’konformità mal-Artikolu 215 TFUE;
“Identifikatur ta’ Entità Ġuridika” jew ‘LEI” tfisser kodiċi uniku ta’ referenza alfanumeriku skont l-istandard ISO 17442 mogħti lil entità ġuridika;
“debitu dirett” tfisser servizz ta’ pagament nazzjonali jew transkonfinali għad-debitu ta’ kont ta’ pagament ta’ min iħallas, meta tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda mill-benefiċjarju abbażi tal-kunsens ta’ min iħallas;
“min iħallas” tfisser pesuna fiżika jew ġuridika li jkollha kont ta’ pagament u tippermetti ordni ta’ pagament minn dak il-kont ta’ pagament, jew, kont ta’ pagament fejn ma jkun hemm l-ebda kont ta’ pagament ta’ min iħallas, tkun persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel ordni ta’ pagament għall-kont ta’ pagament ta’ benefiċjarju;
“benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha kont tal-pagament u li tkun ir-reċipjent intiż tal-fondi li kienu s-suġġett tat-tranżazzjoni ta’ pagamenti;
“kont tal-pagament” tfisser kont ta’ pagament kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (12), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
“sistema ta’ pagament” tfisser sistema ta’ trasferiment ta’ fondi b’arranġamenti formali u standardizzati u regoli komuni għall-ipproċessar, l-ikklerjar jew saldu ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament;
“skema ta’ pagamenti” tfisser sett uniku ta’ regoli, prassi u standards u/jew linji gwida ta’ implimentazzjoni miftiehma bejn il-PSPs għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagamenti madwar l-Unjoni u fl-Istati Membri, u li tkun separata minn kwalunkwe infrastruttura jew sistema ta’ pagament li ssostni t-tħaddim tagħha;
“PSP” tfisser fornitur tas-servizzi ta’ pagament li jaqa’ taħt kwalunkwe waħda mill-kategoriji msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2007/64/KE u l-persuni ġuridiċi u fiżiċi msemmija fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/64/KE, iżda esklużi l-korpi elenkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Europew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 3 ) li jibbenefikaw minn rinunzja skont l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2007/64/KE;
“PSU” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel użu minn servizz ta’ pagament fil-kapaċità ta’ min iħallas jew ta’ benefiċjarju;
“tranżazzjoni ta’ pagament” tfisser azzjoni ta’ trasferiment ta’ fondi bejn kontijiet tal-pagament fl-Unjoni, mibdija minn min iħallas jew mill-benefiċjarju, irrispettivament minn kwalunkwe obbligu sottostanti bejn min iħallas u l-benefiċjarju;
“ordni ta’ pagament” tfisser struzzjoni minn min iħallas jew mill-benefiċjarju lill-PSP tiegħu li titlob it-twettiq ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;
“tariffa tal-interkambju” tfisser tariffa mħallsa bejn il-PSPs ta’ min iħallas u l-PSP tal-benefiċjarju għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett;
“MIF” tfisser tariffa tal-interkambju multilaterali li hija suġġetta għal arranġament bejn iktar minn żewġ PSPs;
“BBAN” tfisser identifikatur tan-numru tal-kont tal-pagament, li mingħajr ambigwità jidentifika kont ta’ pagament individwali b’PSP fi Stat Membru u li jista’ jintuża biss għal tranżazzjonijiet nazzjonali ta’ pagament filwaqt li l-istess kont ta’ pagament ikun identifikat mill-IBAN għal tranżazzjonijiet ta’ pagament transkonfinali;
“IBAN” tfisser identifikatur tan-numru tal-kont ta’ pagament internazzjonali, li mingħajr ambigwità jidentifika kont tal-pagament individwali fi Stat Membru, li l-elementi tiegħu huma speċifikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO);
“BIC” tfisser kodiċi tal-identifikazzjoni tan-negozju li b’mod mhux ambigwu jidentifika PSP, li l-elementi tiegħu huma speċifikati bl-ISO;
“L-istandard ISO 20022 XML” tfisser standard għall-iżvilupp ta’ messaġġi finanzjarji elettroniċi kif definiti mill-ISO, li jkopri r-rappreżentazzjoni fiżika tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament fis-sintassi XML, skont ir-regoli tan-negozju u l-linji gwida tal-implimentazzjoni ta’ skemi għall-Unjoni kollha għal tranżazzjonijiet ta’ pagament li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament;
“sistema ta’ pagament ta’ valur għoli” tfisser sistema ta’ pagament li l-għan ewlieni tagħha hu li tipproċessa, tiklerja jew tħallas tranżazzjonijiet ta’ pagament ta’ prijorità għolja u ta’ urġenza, u primarjament ta’ kwantità kbira;
“id-data tal-ħlas” tfisser data li fiha l-obbligi rigward it-trasferiment ta’ fondi jitwettqu bejn il-PSP ta’ min iħallas u l-PSP tal-benefiċjarju;
“ġbir” tfisser parti minn debitu dirett li tibda mill-inizjazzjoni tiegħu mill-benefiċjarju sa tmiem it-tranżazzjoni permezz ta’ debitu normali tal-kont ta’ pagament ta’ min iħallas;
“mandat” tfisser l-espressjoni ta’ kunsens u awtorizzazzjoni mogħtija minn min iħallas lill-benefiċjarju u (direttament jew indirettament permezz tal-benefiċjarju) lill-PSP ta’ min iħallas biex jippermetti lill-benefiċjarju jibda jiġbor id-debitu tal-kont tal-pagament speċifikat ta’ min iħallas u biex il-PSP ta’ min iħallas ikun jista’ jikkonforma ma’ tali istruzzjonijiet;
“sistema ta” pagament bl-imnut’ tfisser sistema ta’ pagament li l-għan ewlieni tagħha huwa li tipproċessa, tikklerja jew issalda trasferimenti ta’ kreditu jew debiti diretti li huma primarjament ta’ ammont żgħir, u li mhijiex sistema ta’ pagament ta’ valur għoli;
“mikrointrapriża” tfisser intrapriża, li fil-waqt tal-konklużjoni tal-kuntratt tas-servizz tal-pagament, tkun intrapriża kif definita fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2(1) u (3) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE ( 4 );
“konsumatur” tfisser persuna naturali li taġixxi għal għanijiet li mhumiex ta’ kummerċ, negozju jew professjoni fil-kuntratti ta’ servizz ta’ pagament;
“tranżazzjoni-R” tfisser tranżazzjoni ta’ pagament li ma tistax tkun eżegwita kif suppost minn PSP jew li tirriżulta fi proċessar ta’ eċċezzjoni, inter alia minħabba nuqqas ta’ fondi, revoka, ammont ħażin jew data ħażina, nuqqas ta’ mandat jew kont ħażin jew magħluq;
“tranżazzjoni ta’ pagament transkonfinali” tfisser tranżazzjoni ta’ pagament mibdija minn min se jħallas jew minn benefiċjarju fejn il-PSP ta’ min se jħallas u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fi Stati Membri differenti;
“tranżazzjoni ta’ pagament nazzjonali” tfisser tranżazzjoni ta’ pagament mibdija minn min se jħallas jew minn benefiċjarju, fejn il-PSP ta’ min se jħallas u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fl-istess Stat Membru;
“parti ta’ referenza” tfisser persuna naturali jew legali li f’ isimha, min iħallas jagħmel pagament jew benefiċjarju jirċievi pagament.
Artikolu 3
Aċċessibbiltà
Artikolu 4
Interoperabilità
L-iskemi ta’ pagament li se jintużaw mill-PSPs bl-iskop li jitwettqu trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
ir-regoli tagħhom ikunu l-istess għat-tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu fl-Unjoni u b’ mod simili għal tranżazzjonijiet nazzjonali jew transkonfinali ta’ debiti diretti fl-Unjoni; u
il-parteċipanti fl-iskema ta’ pagament jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-PSPs fi ħdan il-maġġoranza tal-Istati Membri, u jikkostitwixxu maġġoranza tal-PSPs fl-Unjoni, filwaqt li jitqiesu biss il-PSPs li jipprovdu trasferimenti ta’ kreditu jew debiti diretti rispettivament.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, fejn la min iħallas u lanqas il-benefiċjarju mhu konsumatur, huma biss l-Istati Membri fejn tali servizzi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-PSPs u PSPs biss li jipprovdu servizzi bħal dawn għandhom jitqiesu.
Artikolu 5
Rekwiżiti għat-trasferiment ta’ kreditu u għat-tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett
Il-PSPs għandhom iwettqu t-trasferiment tal-kreditu u tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
huma iridu jużaw l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness għall-identifikazzjoni tal-kontijiet tal-pagament tkun fejn tkun il-lokazzjoni tal-PSP kkonċernat;
huma iridu jużaw il-formati tal-messaġġi speċifikati fil-punt (1)(b) tal-Anness, meta jittrasmettu tranżazzjonijiet ta’ pagament lil PSP ieħor jew permezz ta’ sistema ta’ pagament bl-imnut;
huma iridu jiżguraw li l-PSUs jużaw l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness għall-identifikazzjoni tal-kontijet ta’ pagament kemm jekk il-PSP ta’ min iħallas u kemm jekk il-PSP tal-benefiċjarju jew l-uniku PSP fit-tranżazzjoni ta’ pagament jinsabux fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri differenti;
huma jridu jiżguraw li fejn PSU li mhux konsumatur jew mikrointrapriża, jibda jew jirċievi trasferimenti ta’ kreditu individwali jew debiti diretti individwali li ma jkunux trasmessi individwalment, iżda jkunu mgħaqqda flimkien għat-trasmissjoni, jintużaw il-formati tal-messaġġi speċifikati f’punt (1)(b) tal-Anness.
Mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-PSPs għandhom, fuq talba speċifika tal-PSU, jużaw il-formati tal-messaġġi speċifikati fil-punt (1)(b) tal-Anness fir-rigward ta’ dak il-PSU.
Il-PSPs għandhom jagħmlu trasferimenti ta’ kreditu skont ir-rekwiżiti li ġejjin, suġġett għal kwalunkwe obbligu stipulat fil-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE:
il-PSP ta’ min iħallas irid jiżgura li min iħallas jipprovdi l-elementi tad-data speċifikati fil-punt (2)(a) tal-Anness;
il-PSP ta’ min iħallas irid jipprovdi l-elementi tad-data speċifikati fil-punt (2)(b) tal-Anness lill-PSP tal-benefiċjarju;
il-PSP tal-benefiċjarju irid jipprovdi jew iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju l-elementi tad-data speċifikati fil-punt (2)(d) tal-Anness.
Il-PSPs għandhom iwettqu debiti diretti skont ir-rekwiżiti li ġejjin, suġġett għal kwalunkwe obbligu stipulat fil-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE:
il-PSP tal-benefiċjarju irid jiżgura li:
il-benefiċjarju jipprovdi l-elementi tad-data speċifikati fil-punt (3)(a) tal-Anness mal-ewwel debitu dirett u ma’ debitu dirett ta’ darba u ma’ kull tranżazzjoni ta’ pagament sussegwenti,
min iħallas jagħti l-kunsens tiegħu kemm lill-benefiċjarju u kemm lill-PSP ta’ min iħallas (direttament jew indirettament permezz tal-benefiċjarju); il-mandati, flimkien ma’ modifiki li jsiru iktar tard jew kanċellazzjonijiet, jintrefgħu mill-benefiċjarju jew minn parti terza f’isem il-benefiċjarju u il-benefiċjarju jiġi nfurmat dwar dan l-obbligu mill-PSP tiegħu skont l-Artikoli 41 u 42 tad-Direttiva 2007/64/KE;
il-PSP tal-benefiċjarju irid jipprovdi lill-PSP ta’ min iħallas bl-elementi tad-data speċifikati fil-punt (3)(b) tal-Anness;
il-PSP ta’ min iħallas irid jipprovdi jew iqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ min iħallas l-elementi tad-data speċifikati fil-punt (3)(c) tal-Anness;
min iħallas irid ikollu d-dritt jagħti istruzzjonijiet lill-PSP tiegħu:
biex jillimita l-ġbir tad-debitu dirett għal ċertu ammont jew perjodiċità jew it-tnejn,
meta mandat taħt skema ta’ pagament ma jipprovdix għall-dritt ta’ rifużjoni, li jivverifika kull tranżazzjoni ta’ debitu dirett, u li jiċċekkja jekk l-ammont u l-perjodiċità tat-tranżazzjoni ta’ debitu dirett sottomessa hix ugwali għall-ammont u l-perjodiċità maqbula fil-mandat, qabel ma jiddebita l-kont ta’ pagament tiegħu, fuq il-bażi ta’ informazzjoni marbuta mal-mandat;
biex jimblokka kwalunkwe debitu dirett fil-kont ta’ pagament ta’ min iħallas jew li jimblokka kwalunkwe debitu dirett inizjat minn benefiċjarju speċifikat wieħed jew aktar jew li jawtorizza biss dawk id-debiti diretti mibdija minn benefiċjarju speċifikat wieħed jew aktar.
Meta la min iħallas u lanqas il-benefiċjarju ma jkun konsumatur, il-PSPs m’għandhomx l-obbligu li jikkonformaw mal-punti (d)(i), (ii) jew (iii).
Il-PSP ta’ min iħallas għandu jinforma lill min iħallas dwar id-drittijiet imsemmija fil-punt (d) skont l-Artikoli 41 u 42 tad-Direttiva 2007/64/KE.
Mal-ewwel tranżazzjoni ta’ debitu dirett jew tranżazzjoni ta’ debitu dirett ta’ darba u ma’ kull tranżazzjoni ta’ debitu dirett sussegwenti, il-benefiċjarju għandu jibgħat l-informazzjoni relatata mal-mandat lill-PSP tiegħu jew tagħha u l-PSP tal-benefiċjarju għandu jittrażmetti dik l-informazzjoni relatata mal-mandat lill-PSP ta’ min iħallas ma’ kull debitu dirett.
Artikolu 5a
Tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu istantanji
Il-PSPs kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw li l-kontijiet ta’ pagament kollha li jkunu aċċessibbli għal trasferimenti ta’ kreditu jkunu aċċessibbli wkoll għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 24 siegħa kuljum u fi kwalunkwe jum kalendarju.
Il-BĊE u kwalunkwe bank ċentrali nazzjonali, meta ma jaġixxix fil-kapaċità tiegħu ta’ awtorità monetarja jew awtorità pubblika oħra, jista’ jillimita l-offerta tiegħu ta’ servizz ta’ pagament biex jintbagħtu trasferimenti ta’ kreditu istantanji għall-perjodu ta’ żmien li matulu joffri servizz ta’ pagament biex jintbagħtu u jiġu riċevuti trasferimenti ta’ kreditu mhux istantanji.
Minkejja l-Artikolu 78(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, jekk il-pagatur u l-PSP tal-pagatur jaqblu li l-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju għandha sseħħ f’ħin speċifiku f’jum speċifiku jew fil-mument meta l-pagatur ikun poġġa fondi għad-dispożizzjoni tal-PSP, il-ħin tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju għandu jitqies li huwa l-ħin miftiehem, irrispettivament mis-siegħa jew mill-jum kalendarju.
B’deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, il-ħin tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju għandu jkun:
għal ordni ta’ pagament mhux elettronika għal trasferiment ta’ kreditu istantanju, il-mument meta l-PSP tal-pagatur ikun introduċa l-informazzjoni dwar l-ordni ta’ pagament fis-sistema interna tiegħu, li għandu jseħħ malajr kemm jista’ jkun wara li l-ordni ta’ pagament mhux elettronika għal trasferiment ta’ kreditu istantanju tkun saret mill-pagatur mal-PSP tal-pagatur;
għal ordni ta’ pagament individwali għal trasferiment ta’ kreditu istantanju li jappartjeni għal pakkett kif imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, fejn il-konverżjoni ta’ dak il-pakkett fi tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali titwettaq mill-PSP tal-pagatur, il-mument meta t-tranżazzjoni ta’ pagament sussegwenti tkun inħarġet mill-pakkett mill-PSP tal-pagatur; il-PSP tal-pagatur għandu jibda l-konverżjoni tal-pakkett minnufih wara li dan ikun tqiegħed mill-pagatur mal-PSP tal-pagatur u jlesti dik il-konverżjoni malajr kemm jista’ jkun;
għal ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju minn kontijiet ta’ pagament li mhumiex denominati f’euro, il-mument meta l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament ikun ġie kkonvertit f’euro; tali kambju tal-munita għandu jsir minnufih wara li l-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju tkun saret mill-pagatur mal-PSP tal-pagatur.
Meta jwettqu trasferimenti ta’ kreditu istantanji, il-PSPs għandhom, minbarra r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5, jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-PSPs għandhom jieħdu ħsieb li l-pagaturi jkunu jistgħu jagħmlu ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju bl-istess mezzi ta’ bidu ta’ pagament, kollha kemm huma, bħal dawk li permezz tagħhom dawk il-pagaturi jkunu jistgħu jagħmlu ordni ta’ pagament għal trasferimenti ta’ kreditu oħra;
minkejja l-Artikolu 83 tad-Direttiva (UE) 2015/2366, minnufih wara l-ħin tar-riċevuta ta’ ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju, il-PSP tal-pagatur għandu jivverifika jekk ikunux issodisfati l-kundizzjonijiet meħtieġa kollha għall-ipproċessar tat-tranżazzjoni ta’ pagament u jekk ikunux disponibbli l-fondi meħtieġa, jirriżerva jew jiddebita l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mill-kont tal-pagatur, u minnufih jibgħat it-tranżazzjoni ta’ pagament lill-PSP tal-benefiċjarju;
minkejja l-Artikolu 83 u l-Artikolu 87(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, il-PSP tal-benefiċjarju għandu, fi żmien 10 sekondi mill-ħin tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju mill-PSP tal-pagatur, jagħmel l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament disponibbli fil-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju fil-munita li fiha jkun denominat il-kont tal-benefiċjarju u jikkonferma t-tlestija tat-tranżazzjoni ta’ pagament lill-PSP tal-pagatur;
minkejja l-Artikolu 87(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, il-PSP tal-benefiċjarju għandu jieħu ħsieb li d-data tal-valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju tkun l-istess data bħal dik meta l-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju jiġi kkreditat mill-PSP tal-benefiċjarju bl-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament; u
minnufih malli jirċievi l-konferma tat-tlestija msemmija fil-punt (c), jew meta ma tasal ebda konferma tat-tlestija bħal din mill-PSP tal-pagatur fi żmien 10 sekondi mill-ħin tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju, il-PSP tal-pagatur għandu, mingħajr ħlas, jinforma lill-pagatur, kif ukoll, fejn applikabbli, lill-fornitur ta’ servizz ta’ bidu ta’ pagament, jekk l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament ikunx ġie magħmul disponibbli fil-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju.
Il-PSPs ma għandhomx jimponu limiti fuq l-għadd ta’ ordnijiet ta’ pagament li jistgħu jiġu sottomessi f’pakkett ta’ trasferimenti ta’ kreditu istantanji li jkunu aktar baxxi mil-limiti li huma jimponu fir-rigward ta’ pakketti ta’ trasferimenti ta’ kreditu oħra.
Il-PSPs kif imsemmija fil-paragrafu 1 li jkunu jinsabu fi Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro għandhom joffru lil PSUs is-servizz ta’ pagament biex jiġu riċevuti trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ Jannar 2027, u s-servizz ta’ pagament biex jintbagħtu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ Lulju 2027.
B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, sad-9 ta’ Ġunju 2028 il-PSPs kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li jkunu jinsabu fi Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro ma għandhomx ikunu obbligati joffru lil PSUs is-servizz ta’ pagament biex jintbagħtu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro minn kontijiet ta’ pagament denominati fil-munita nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru, matul iż-żmien meta dawk il-PSPs la jibagħtu u lanqas jirċievu trasferimenti ta’ kreditu mhux istantanji f’euro fir-rigward ta’ tali kontijiet.
Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-PSPs li huma istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE jew istituzzjonijiet ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u li jinsabu fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro għandhom joffru lil PSUs is-servizz ta’ pagament biex jintbagħtu u jiġu riċevuti trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ April 2027.
Minkejja t-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-PSPs li huma istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE jew istituzzjonijiet ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u li jinsabu fi Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro għandhom joffru lil PSUs is-servizz ta’ pagament biex jiġu riċevuti trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ April 2027 u s-servizz ta’ pagament biex jintbagħtu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ Lulju 2027.
Artikolu 5b
Bidliet rigward it-trasferimenti ta’ kreditu u l-verifika tal-benefiċjarju
Il-PSPs li jinsabu fi Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro għandhom jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu sad-9 ta’ Jannar 2027.
Artikolu 5c
Verifika tal-benefiċjarju fil-każ ta’ trasferimenti ta’ kreditu
Il-PSP tal-pagatur għandu joffri lill-pagatur servizz li jiżgura l-verifika tal-benefiċjarju li lilu l-pagatur biħsiebu jibgħat trasferiment ta’ kreditu (servizz li jiżgura l-verifika). Il-PSP tal-pagatur għandu jwettaq is-servizz filwaqt li jiżgura l-verifika immedjatament wara li l-pagatur jipprovdi informazzjoni rilevanti dwar il-benefiċjarju u qabel ma l-pagatur jiġi offrut il-possibbiltà li jawtorizza dak it-trasferiment ta’ kreditu. Il-PSP tal-pagatur għandu joffri s-servizz li jiżgura l-verifika irrispettivament mill-mezz ta’ bidu ta’ pagament użat mill-pagatur biex jagħmel ordni ta’ pagament għat-trasferiment ta’ kreditu. Is-servizz li jiżgura l-verifika għandu jiġi pprovdut skont dan li ġej:
meta l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness u l-isem tal-benefiċjarju jkunu ddaħħlu fl-ordni ta’ pagament għat-trasferiment ta’ kreditu mill-pagatur, il-PSP tal-pagatur għandu jipprovdi servizz biex jitqabbel l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness mal-isem tal-benefiċjarju. Fuq talba tal-PSP tal-pagatur, il-PSP tal-benefiċjarju għandu jivverifika jekk l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness u l-isem tal-benefiċjarju pprovdut mill-pagatur jaqblux. Fejn ma jaqblux, il-PSP tal-pagatur għandu, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-PSP tal-benefiċjarju, jinnotifika lill-pagatur b’dan u jinforma lill-pagatur li l-awtorizzazzjoni tat-trasferiment ta’ kreditu tista’ twassal għat-trasferiment tal-fondi f’kont ta’ pagament mhux miżmum mill-benefiċjarju indikat mill-pagatur. Meta l-isem tal-benefiċjarju pprovdut mill-pagatur u l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness kważi jaqblu, il-PSP tal-pagatur għandu jindika lill-pagatur l-isem tal-benefiċjarju assoċjat mal-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness ipprovdut mill-pagatur;
meta l-benefiċjarju jkun persuna ġuridika u l-PSP tal-pagatur joffri mezz ta’ bidu ta’ pagament li jippermetti lill-pagatur jagħmel ordni ta’ pagament billi jipprovdi l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament flimkien ma’ elementi tad-data għajr l-isem tal-benefiċjarju li jidentifikaw mingħajr ambigwità lill-benefiċjarju, bħal numru fiskali, identifikatur uniku Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) jew LEI, u fejn dawk l-istess elementi tad-data jkunu disponibbli fis-sistema interna tal-PSP tal-benefiċjarju, dak il-PSP, fuq talba tal-PSP tal-pagatur, għandu jivverifika jekk l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament u l-element tad-data pprovdut mill-pagatur jaqblux. Meta l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament u l-element tad-data pprovdut mill-pagatur ma jaqblux, il-PSP tal-pagatur għandu, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-PSP tal-benefiċjarju, jinnotifika lil pagatur b’dan;
meta kont ta’ pagament identifikat permezz ta’ identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness ipprovdut mill-pagatur jinżamm minn PSP f’isem benefiċjarji multipli, informazzjoni addizzjonali li tippermetti li l-benefiċjarju jiġi identifikat mingħajr ambigwità tista’ tiġi pprovduta mill-pagatur lill-PSP tal-pagatur. Il-PSP li jżomm dak il-kont ta’ pagament f’isem benefiċjarji multipli jew, fejn xieraq, il-PSP li jkollu dak il-kont ta’ pagament, għandu, fuq talba tal-PSP tal-pagatur, jikkonferma jekk il-benefiċjarju indikat mill-pagatur huwiex fost il-benefiċjarji multipli li f’isimhom jinżamm il-kont ta’ pagament. Il-PSP tal-pagatur għandu jinnotifika lill-pagatur jekk il-benefiċjarju indikat mill-pagatur ma jkunx fost il-benefiċjarji multipli li f’isimhom jinżamm il-kont ta’ pagament;
f’każijiet għajr dawk deskritti fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu, u, b’mod partikolari, fejn PSP jipprovdi mezz ta’ bidu ta’ pagament li ma jirrikjedix li l-pagatur idaħħal kemm l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness kif ukoll l-isem tal-benefiċjarju, il-PSP għandu jiżgura li l-benefiċjarju li l-pagatur biħsiebu jibgħatlu trasferiment ta’ kreditu jiġi identifikat b’mod korrett. Għal dak il-għan, il-PSP għandu jinforma lill-pagatur b’mod li jippermetti lill-pagatur jivvalida l-benefiċjarju qabel ma jawtorizza t-trasferiment ta’ kreditu.
Il-PSPs għandhom jiżguraw li l-PSUs li jagħżlu li ma jirċevux is-servizz li jiżgura l-verifika jkollhom id-dritt li fi kwalunkwe ħin jagħżlu li jirċievu dak is-servizz.
Meta l-PSP tal-pagatur jonqos milli jikkonforma mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jonqos milli jikkonforma mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u meta dak in-nuqqas jirriżulta fi tranżazzjoni ta’ pagament eżegwita b’mod difettuż, il-PSP tal-pagatur għandu iħallas lura mingħajr dewmien lill-pagatur l-ammont ittrasferit u, fejn applikabbli, ireġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat fl-istat li kien fih li kieku t-tranżazzjoni ma seħħitx.
Meta n-nuqqas ta’ konformità jseħħ minħabba li l-PSP tal-pagatur, jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, ikunu naqsu milli jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu, il-PSP tal-benefiċjarju jew, fejn rilevanti, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, għandhom jikkumpensaw lill-PSP tal-pagatur għad-dannu finanzjarju kkawżat lill-PSP tal-pagatur b’dak in-nuqqas.
Kwalunkwe telf finanzjarju ulterjuri kkawżat lill-pagatur jista’ jiġi kkumpensat f’konformità mal-liġi applikabbli għall-kuntratt konkluż bejn il-pagatur u l-PSP rilevanti.
Il-PSPs li jinsabu fi Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro għandhom jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu sad-9 ta’ Lulju 2027.
Artikolu 5d
Skrinjar tal-PSUs mill-PSPs li joffru trasferimenti ta’ kreditu istantanji biex jiġi vverifikat jekk PSU huwiex persuna jew entità soġġetta għal miżuri restrittivi finanzjarji mmirati
Il-PSPs għandhom iwettqu tali verifiki immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe miżura restrittiva finanzjarja mmirata ġdida, u immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe emenda għal tali miżuri restrittivi finanzjarji mmirati, u mill-inqas darba kull jum kalendarju.
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-azzjonijiet meħuda mill-PSPs sabiex jikkonformaw ma’ miżuri restrittivi, għajr miżuri restrittivi finanzjarji mmirati, adottati f’konformità mal-Artikolu 215 TFUE, ma’ miżuri restrittivi li mhumiex adottati f’konformità mal-Artikolu 215 TFUE, jew mal-liġi tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
Artikolu 6
Skadenzi
Artikolu 7
Il-validità tal-mandati u dritt għal rifużjoni
Artikolu 8
Tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett
Għat-tranżazzjonijiet-R tista’ tiġi applikata MIF sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-arranġament jimmira li l-ispejjeż jiġu allokati b’mod effiċjenti lill-PSP li, jew lill-PSU tiegħu, li jkun ikkawża t-tranżazzjoni-R, kif meħtieġ, filwaqt li titqies l-eżistenza tal-ispejjeż tat-tranżazzjoni u jiżgura li min iħallas ma jkunx iċċarġjat awtomatikament, u il-PSP jiġi projbit milli jimponi tariffa fuq il-PSU rigward ċertu tip ta’ tranżazzjoni-R li jeċċedu l-ispiża li jkun għamel il-PSP għal tranżazzjonijiet bħal dawn;
it-tariffi huma bbażati strettament fuq l-ispejjeż;
il-livell tat-tariffi ma jaqbiżx l-ispejjeż attwali tat-trattament ta’ tranżazzjoni-R mill-PSP komparabbli l-iżjed effiċenti meta mqabbel mal-ispejjeż li jkun parti rappreżentattiva fl-arranġament f’termini ta’ volum ta’ tranżazzjonijiet u n-natura tas-servizzi;
l-applikazzjoni tat-tariffi skont il-punti (a), (b) u (c) tipprevjeni lill-PSP milli jimponi tariffi addizzjonali relatati mal-ispejjeż koperti minn dawk it-tariffi tal-interkambju fuq il-PSUs rispettivi tagħhom;
m’ hemm l-ebda alternattiva prattika u ekonomikament vijabbli għall-arranġament li tista’ twassal għal trattament ugwalment effikaċi jew aktar tat-tranżazzjonijiet-R bi spejjeż indaqs jew anqas għall-konsumaturi.
Għall-iskopijiet tal-ewwel subparagrafu, kategoriji tal-ispejjeż li huma biss direttament u b’mod inekwivoku rilevanti għat-trattament tat-tranżazzjoni-R għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi tat-tranżazzjoni-R. Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu ddeterminati b’mod preċiż. It-tqassim tal-ammont tal-ispejjeż, inkluża l-identifikazzjoni separata ta’ kull waħda mill-komponenti tiegħu, għandhom jiffurmaw parti mill-arranġament sabiex jippermettu verifika u sorveljanza faċli.
Artikolu 9
Aċċessibbiltà tal-pagamenti
Artikolu 10
Awtoritajiet kompetenti
Artikolu 11
Penalitajiet
Fir-rigward tal-penalitajiet applikabbli għall-ksur tal-Artikolu 5d, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali penalitajiet jinkludu:
fil-każ ta’ persuna ġuridika, multi amministrattivi massimi sa mill-inqas 10 % tal-fatturat nett annwali totali tal-persuna ġuridika fis-sena kummerċjali preċedenti;
fil-każ ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas EUR 5 000 000 , jew l-ammont ekwivalenti fil-munita nazzjonali fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro fid-8 ta’ April 2024.
Għall-finijiet tal-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, meta l-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta’ impriża prinċipali, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), jew ta’ kwalunkwe impriża li effettivament teżerċita influwenza dominanti fuq dik il-persuna ġuridika, il-fatturat rilevanti għandu jkun il-fatturat li jirriżulta mill-kontijiet konsolidati tal-impriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti.
Artikolu 12
Proċeduri ta’ lmenti u rimedju barra mill-Qorti
Artikolu 13
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness, sabiex jitqies il-progress tekniku u l-iżviluppi tas-suq.
Artikolu 14
Eżerċizzju ta’ setgħat delegati
Artikolu 15
Rieżami
Sad-9 ta’ Ottubru 2028, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva. Ir-rapport għandu jkun fih evalwazzjoni ta’:
l-iżvilupp ta’ imposti għall-kontijiet ta’ pagament kif ukoll għat-trasferimenti ta’ kreditu nazzjonali u transfruntiera u t-trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro u fil-munita nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro mis-26 ta’ Ottubru 2022, inkluż l-impatt tal-Artikolu 5b(1) fuq dawk l-imposti; kif ukoll
il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5d u l-effettività tiegħu fil-prevenzjoni ta’ tfixkil bla bżonn ta’ trasferimenti ta’ kreditu istantanji.
Il-PSPs għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar:
il-livell ta’ imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu, trasferimenti ta’ kreditu istantanji u kontijiet ta’ pagament;
is-sehem ta’ rifjuti, separatament għal tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali u transfruntiera, minħabba l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi finanzjarji mmirati.
Il-PSPs għandhom jissottomettu tali rapporti kull 12-il xahar. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat fid-9 ta’ April 2025 u għandu jinkludi informazzjoni dwar il-livell tal-imposti u dwar ir-rifjuti matul il-perjodu li jibda fis-26 ta’ Ottubru 2022 sal-aħħar tas-sena kalendarja preċedenti.
L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni sad-9 ta’ Ġunju 2024.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 16
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
L-Istati Membri japplikaw ir-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tal-Artikolu 6(1) u (2), stabbiliti skont l-Artikolu 11, mit-2 ta’ Awwissu 2014.
B’deroga mill-Artikoli 6(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu, sal-1 ta’ Frar 2016, iħallu lill-PSPs biex jipprovdu lill-PSUs, b’servizzi ta’ konverżjoni għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas nazzjonali li jippermettu lil PSUs li jkunu konsumaturi jkomplu jużaw BBAN minflok l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness bil-kundizzjoni li l-interoperabilità tiġi żgurata billi jiġi konvertit il-BBAN ta’ min iħallas u tal-benefiċjarju b’mod tekniku u sikur fl-identifikatur tal-kont ta’ pagament rispettiv speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness. Dan l-identifikatur tal-kont ta’ pagament jingħata lill-PSU inizjali, meta jkun xieraq qabel ma jsir il-pagament. F’każ bħal dan, il-PSPs ma għandhom jimponu l-ebda imposta jew tariffa oħra fuq il-PSU marbuta direttament jew indirettament ma’ dawn is-servizzi ta’ konverżjoni.
Jekk, madankollu, l-euro jiġi introdott bħala l-munita ta’ kwalunkwe minn dawn l-Istati Membri qabel il-31 ta’ Ottubru 2015, il-PSPs jew meta jkun rilevanti l-operaturi tas-sistemi ta’ pagamenti bl-imnut li jinsabu f’dak l-Istat Membru u l-PSUs li jużaw servizz ta’ pagament f’dak l-Istat Membru għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rispettivi fi żmien sena mid-data li fiha l-Istat Membru konċernat ikun daħal fiż-żona euro, iżda mhux qabel id-dati rispettivi speċifikati għall-Istati Membri li għandhom l-euro bħala l-munita tagħhom fil-31 ta’ Marzu 2012.
Artikolu 17
Emendi tar-Regolament (KE) Nru 924/2009
Ir-Regolment (KE) Nru 924/2009 huwa emendat kif ġej:
fl-Artikolu 2, il-punt (10) huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘fondi’ tfisser karti tal-flus u muniti, flus skritturali u flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, it-tkomplija u s-superviżjoni prudenti tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ( *1 ).
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafu 2 għandu jitħassar;
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, id-data “l-1 ta’ Novembru 2012” hi sostitwita bi “l-1 ta’ Frar 2017”.
fil-paragrafu 2, id-data “l-1 ta’ Novembru 2012” hi sostitwita bi “l-1 ta’ Frar 2017”.
fil-paragrafu 3, id-data “l-1 ta’ Novembru 2012” hi sostitwita bi “l-1 ta’ Frar 2017”.
L-Artikolu 8 huwa mħassar.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
REKWIŻITI TEKNIĊI (ARTIKOLU 5)
(1) Barra mir-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Artikolu 5, ir-rekwiżiti tekniċi li ġejjin għandhom japplikaw għat-trasferiment ta’ krediti u ta’ tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett:
L-identifikatur tal-kont ta’ pagament msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) u (c) irid ikun l-IBAN.
L-istandard għall-format tal-messaġġi msemmi fl-Artikolu 5(1)(b) u (d) irid ikun l-istandard ISO 20022 XML.
Il-kaxxa tad-data tar-rimessa trid tippermetti 140 karattru. L-iskemi ta’ pagament jistgħu jippermettu għal għadd ogħla ta’ karattri, ħlief jekk it-tagħmir użat għall-informazzjoni tar-rimessa jkollu limitazzjonijiet tekniċi relatati man-numru ta’ karattri, f’liema każ japplika l-limitu tekniku tat-tagħmir.
L-informazzjoni ta’ referenza tar-rimessa u l-elementi tad-data l-oħra kollha pprovduti skont il-punti 2 u 3 ta’ dan l-Anness, irid jgħaddi bejn il-PSPs b’mod sħiħ u mingħajr alterazzjoni fil-katina tal-pagamenti.
Ladarba d-data meħtieġa tkun disponibbli f’forma elettronika, it-tranżazzjonijiet ta’ pagament iridu jippermettu pproċessar awtomatizzat u elettroniku sħiħ fl-istadji kollha tal-proċess tul il-katina tal-pagamenti (ipproċessar awtomatiku mill-bidu sal-aħħar), li jippermetti li l-proċess sħiħ tal-pagamenti jitwettaq elettronikament mingħajr il-bżonn ta’ dħul mill-ġdid ta’ data jew intervent manwali. Dan irid japplika wkoll għall-immaniġġjar eċċezzjonali ta’ trasferiment tal-kreditu u ta’ tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett, kull fejn hu possibbli.
L-iskemi ta’ pagament ma għandhomx jistabbilixxu l-ebda livell minimu għall-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament li jippermettu trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti iżda ma għandhomx l-obbligu li jipproċessaw tranżazzjonijiet ta’ pagament b’ammont żero.
L-iskemi ta’ pagament m’ humiex obbligati jwettqu trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti li jaqbżu l-ammont ta’ EUR 999 999 999,99 .
(2) Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-punt (1), ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment tal-kreditu:
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(2)(a) huma dawn li ġejjin:
l-isem ta’ min iħallas u/jew l-IBAN tal-kont ta’ pagament ta’ min iħallas,
l-ammont tat-trasferiment ta’ kreditu,
l-IBAN tal-kont ta’ pagament tal-benifiċjarju,
meta jkun disponibbli, l-isem tal-benefiċjarju,
kwalunkwe informazzjoni tar-rimessa.
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(2)(b) huma dawn li ġejjin:
l-isem ta’ min iħallas,
l-IBAN tal-kont ta’ pagament ta’ min iħallas,
l-ammont tat-trasferiment ta’ kreditu,
l-IBAN tal-kont ta’ pagament tal-benifiċjarju,
kwalunkwe informazzjoni tar-rimessa,
kwalunkwe kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-benefiċjarju,
l-isem ta’ kwalunkwe parti ta’ referenza tal-benefiċjarju,
kwalunkwe fini tat-trasferiment ta’ kreditu,
kwalunkwe kategorija tal-fini tat-trasferiment ta’ kreditu.
Barra minn hekk, l-elementi tad-data obbligatorja li ġejjin għandhom jiġu pprovduti mill-PSPs ta’ min iħallas lill-PSP tal-benefiċjarju:
il-BIC tal-PSP ta’ min iħallas (jekk mhux miftiehem mod ieħor mill-PSPs involuti fit-tranżazzjoni tal-pagament),
il-BIC tal-PSP tal-benefiċjarju (jekk mhux miftiehem mod ieħor mill-PSPs involuti fit-tranżazzjoni tal-pagament),
il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-iskema ta’ pagament,
id-data tas-saldu tat-trasferiment tal-kreditu,
in-numru ta’ referenza tal-messaġġ tat-trasferiment tal-kreditu tal-PSP ta’ min iħallas.
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(2)(c) għandhom ikunu dawn li ġejjin:
l-isem ta’ min iħallas,
l-ammont tat-trasferiment ta’ kreditu,
kwalunkwe informazzjoni tar-rimessa.
(3) Barra mir-rekwiżiti msemmija fil-punt (1), ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett:
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(3)(a)(i) huma dawn li ġejjin:
it-tip ta’ debitu dirett (rikorrenza, ta’ darba, l-ewwel, l-aħħar jew irriversjar),
l-isem tal-benefiċjarju,
l-IBAN tal-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju li għandu jiġi kkreditat għall-ġbir,
meta jkun disponibbli, l-isem ta’ min iħallas,
l-IBAN tal-kont ta’ pagament ta’ min iħallas li għandu jiġi ddebitat għall-ġbir,
ir-referenza unika tal-mandat,
meta l-mandat ta’ min iħallas jingħata wara 31 ta’ Marzu 2012, id-data li fiha ġie ffirmat,
l-ammont tal-ġbir,
meta l-mandat jittieħed minn benefiċjarju għajr il-benefiċjarju li ħareġ il-mandat, ir-referenza unika tal-mandat kif mogħtija mill-benefiċjarju oriġinali li ħareġ il-mandat,
l-identifikatur tal-benefiċjarju,
meta l-mandat jittieħed minn benefiċjarju li mhuwiex il-benefiċjarju li jkun ħareġ il-mandat, l-identifikatur tal-benefiċjaru oriġinali li ħareġ il-mandat,
kwalunkwe informazzjoni ta’ rimessa mingħand il-benefiċjarju lil min iħallas,
kwalunkwe fini ta’ ġbir,
kwalunkwe kategorija tal-fini ta’ ġbir.
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(3)(b) għandhom ikunu dawn li ġejjin:
il-BIC tal-PSP tal-benefiċjarju (jekk mhux miftiehem mod ieħor mill-PSPs involuti fit-tranżazzjoni tal-pagament),
l-BIC tal-PSP ta’ min iħallas (jekk mhux miftiehem mod ieħor mill-PSPs involuti fit-tranżazzjoni tal-pagament),
l-isem tal-parti ta’ referenza ta’ min iħallas (jekk preżenti fil-mandat dematerjalizzat),
il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-parti ta’ referenza ta’ min iħallas (jekk preżenti fil-mandat dematerjalizzat),
l-isem tal-parti ta’ referenza tal-benefiċjarju (jekk preżenti fil-mandat dematerjalizzat),
il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-parti ta’ referenza tal-benefiċjarju (jekk preżenti fil-mandat dematerjalizzat),
il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-iskema ta’ pagament,
id-data tas-saldu tal-ġbir,
ir-referenza tal-PSP tal-benefiċjarju għall-ġbir,
it-tip ta’ mandat,
it-tip ta’ debitu dirett (rikorrenza, ta’ darba, l-ewwel, l-aħħar jew irriversjar),
l-isem tal-benefiċjarju,
l-IBAN tal-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju li għandu jiġi kkreditat għall-ġbir,
meta jkun disponibbli, l-isem ta’ min iħallas,
l-IBAN tal-kont ta’ pagament ta’ min iħallas li għandu jiġi ddebitat għall-ġbir,
ir-referenza unika tal-mandat,
id-data tal-iffirmar tal-mandat jekk il-mandat jingħata minn min iħallas wara 31 ta’ Marzu 2012,
l-ammont tal-ġbir,
ir-referenza unika tal-mandat kif mogħtija mill-benefiċjarju oriġinali li ħareġ il-mandat (jekk il-mandat ikun għadda għand benefiċjarju ieħor li mhuwiex il-benefiċjaru li jkun ħareġ il-mandat),
l-identifikatur tal-benefiċjarju,
l-identifikatur tal-benefiċjaru oriġinali li ħareġ il-mandat (jekk il-mandat ikun għadda għand benefiċjarju ieħor li mhuwiex il-benefiċjarju li jkun ħareġ il-mandat),
kwalunkwe informazzjoni ta’ rimessa mingħand il-benefiċjarju lil min iħallas.
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(3)(c) huma dawn li ġejjin:
ir-referenza unika tal-mandat,
l-identifikatur tal-benefiċjarju,
l-isem tal-benefiċjarju,
l-ammont tal-ġbir,
kwalunkwe informazzjoni tar-rimessa,
il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-iskema ta’ pagament.
( 1 ) ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7.
( 2 ) Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
( 3 ) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
( 4 ) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
( 5 ) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.
( 6 ) Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).
( 7 ) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ intrapriżi, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
( *1 ) ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7 ”;
( *2 ) ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22.”.