Eureka 02012R0648-20250117 Sign in

02012R0648 — MT — 17.01.2025 — 022.004


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 648/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Lulju 2012

dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 201 27.7.2012, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 575/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tas-26 ta’ Ġunju 2013

  L 176

1

27.6.2013

►M2

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1002/2013 tat-12 ta' Lulju 2013

  L 279

2

19.10.2013

 M3

DIRETTIVA 2014/59/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-15 ta’ Mejju 2014

  L 173

190

12.6.2014

►M4

REGOLAMENT (UE) Nru 600/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-15 ta’ Mejju 2014

  L 173

84

12.6.2014

►M5

DIRETTIVA (UE) 2015/849 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-20 ta' Mejju 2015

  L 141

73

5.6.2015

 M6

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1515 tal-5 ta' Ġunju 2015

  L 239

63

15.9.2015

►M7

REGOLAMENT (UE) 2015/2365 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-25 ta’ Novembru 2015

  L 337

1

23.12.2015

 M8

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/610 tal-20 ta' Diċembru 2016

  L 86

3

31.3.2017

►M9

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/979 tat-2 ta' Marzu 2017

  L 148

1

10.6.2017

►M10

REGOLAMENT (UE) 2017/2402 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-12 ta’ Diċembru 2017

  L 347

35

28.12.2017

►M11

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/460 tat-30 ta' Jannar 2019

  L 80

8

22.3.2019

►M12

REGOLAMENT (UE) 2019/834 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-20 ta' Mejju 2019

  L 141

42

28.5.2019

►M13

REGOLAMENT (UE) 2019/876 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-20 ta' Mejju 2019

  L 150

1

7.6.2019

►M14

REGOLAMENT (UE) 2019/2099 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-23 ta’ Ottubru 2019

  L 322

1

12.12.2019

►M15

REGOLAMENT (UE) 2021/23 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tas-16 ta’ Diċembru 2020

  L 22

1

22.1.2021

►M16

REGOLAMENT (UE) 2021/168 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-10 ta’ Frar 2021

  L 49

6

12.2.2021

►M17

REGOLAMENT (UE) 2022/2554 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-14 ta’ Diċembru 2022

  L 333

1

27.12.2022

►M18

REGOLAMENT (UE) 2024/2987 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tas-27 ta’ Novembru 2024

  L 2987

1

4.12.2024


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 321, 30.11.2013, p.  6 (575/2013)

►C2

Rettifika, ĠU L 183, 9.7.2019, p.  14 (648/2012)

►C3

Rettifika, ĠU L 90543, 27.6.2025, p.  1 (2024/2987)




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 648/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Lulju 2012

dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

▼C2

1.  
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ikklerjar u tal-immaniġġjar bilaterali tar-riskju għall-kuntratti tad-derivati negozjati barra l-Borża (“OTC”), ir-rekwiżiti ta' rappurtar għall-kuntratti tad-derivati u rekwiżiti uniformi għat-twettiq ta' attivitajiet ta' kontropartijiet ċentrali (“CCPs”) u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.

▼B

2.  
Dan ir-Regolament għandu japplika għal kontropartijiet ċentrali u l-membri tal-ikklerjar tagħhom, il kontropartijiet finanzjarji u r-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. Għandu japplika għal kontropartijiet mhux finanzjarji u postijiet ta’ negozju fejn ikun hekk previst.

▼M18 —————

▼B

4.  

Dan ir-Regolament ma għandux japplika:

(a) 

għall-membri tas-SEBĊ u l-korpi oħra tal-Istati Membri li jwettqu funzjonijiet simili u korpi publiċi oħra tal-Unjoni li huma impenjati fi jew jintervjenu fl-amministrazzjoni tad-dejn publiku;

(b) 

għall-Bank ta’ Saldi Internazzjonali;

▼M2

(c) 

il-banek ċentrali u l-korpi pubbliċi inkarigati bil-ġestjoni tad-dejn pubbliku, jew li jintervjenu fih, fil-pajjiżi li jmiss:

(i) 

il-Ġappun;

(ii) 

l-Istati Uniti tal-Amerika;

▼M9

(iii) 

l-Awstralja;

(iv) 

il-Kanada;

(v) 

Hong Kong;

(vi) 

il-Messiku;

(vii) 

Singapore;

(viii) 

l-Iżvizzera;

▼M11

(ix) 

ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

▼B

5.  

Bl-eċċezzjoni tal-obbligu tar-rappurtar taħt l-Artikolu 9, dan ir-Regolament, m’għandux japplika għall-entitajiet li ġejjin:

(a) 

għall-banek ta’ żvilupp multilaterali, kif imniżżla taħt it-Taqsima 4.2 tal-Parti 1 tal-Anness VI għad-Direttiva 2006/48/KE;

(b) 

entitajiet tas-settur pubbliku skont it-tifsira tal-punt (18) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE meta jkunu proprjetà tal-gvern ċentrali u jkollhom arranġamenti espliċiti ta’ garanzija pprovduti mill-gvern ċentrali;

(c) 

il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

6.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 82 biex temenda l-lista stabbilita fil-paragrafu 4 ta’dan l-Artikolu.

Għal dak il-għan, sas-17 ta’ Novembru 2012 il-Kummissjoni għandha tħejji u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport fejn tevalwa t-trattament internazzjonali tal-korpi pubbliċi inkarigati minn jew li jintervjenu fl-immaniġġjar tad-dejn pubbliku u l-banek ċentrali.

Ir-rapport għandu jinkludi analiżi komparattiva tat-trattament ta’ dawk il-korpi u banek ċentrali fil-qafas legali ta’ għadd sinifikanti ta’ pajjiżi terzi, inklużi mill-inqas [tlieta] mill-iktar qrati importanti fir-rigward ta’ volum ta’ kuntratti li jsiru ġo fihom, u tal-istandards ta’ immaniġġjar tar-riskju applikabbli għat-tranżazzjonijiet tad-derivati ippreżentati minn dawn il-korpi u minn banek ċentrali f’dawn il-qrati. Jekk ir-rapport juri, speċjalment fir-rigward tal-analiżi komparattiva, li eżenzjoni mir-responsabbiltà monetarja ta’ dawn il-banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi mill-obbligu tal-ikklerjar u tar-rappurtar tkun neċessarja, il-Kummissjoni għandha żżidhom fil-lista stipulata fil-paragrafu 4.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼C2

(1) 

“kontroparti ċentrali” (“CCP”) tfisser persuna ġuridika li tqiegħed lilha nnifisha bejn il-kontropartijiet għall-kuntratti nnegozjati f'suq finanzjarju wieħed jew iktar, li ssir ix-xerrejja għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħa għal kull xerrej;

▼B

(2) 

“repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet” tfisser persuna ġuridika li ċentralment tiġbor u żżomm ir-rekords tad-derivati;

(3) 

“ikklerjar” tfisser il-proċess biex jiġu stabbiliti pożizzjonijiet, inkluż il-kalkolu ta’ obbligi netti, u biex jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji, flus jew it-tnejn li huma, jkunu disponibbli biex jiżguraw l-espożizzjonijiet li jirriżultaw minn dawn il-pożizzjonijiet;

(4) 

“post ta’ negozju” tfisser sistema operata minn ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1)(1) u 4(1)(13) tad-Direttiva 2004/39/KE minbarra internalizzatur sistematiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(7), li jġib flimkien interessi ta’ xiri jew ta’ bejgħ fl-istrumenti finanzjarji fis-sistema, b’mod li jirriżulta f’kuntratt skont it-Titolu II jew III ta’ dik id-Direttiva;

(5) 

“derivat” jew “kuntratt tad-derivati” tfisser strument finanzjarju kif stipulat fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE kif implimentata mill-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament Nru 1287/2006;

(6) 

“klassi ta’ derivati” tfisser sottogrupp ta’ derivati li jikkondividu karatteristiċi komuni u essenzjali li jinkludu mill-inqas ir-relazzjoni mal-assi sottastanti, it-tip tal-assi sottostanti u l-munita tal-ammont nozzjonali. Jista’ jkun li derivati tal-istess klassi jkollhom maturitajiet differenti;

▼M7

(7) 

“derivattiv OTC” jew “kuntratt tad-derivattiv OTC” tfisser kuntratt tad-derivattiv li l-eżekuzzjoni tiegħu ma sseħħx f’suq regolat skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE jew f’suq ta’ pajjiż terz ikkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq regolat f’konformità mal-Artikolu 2a ta’ dan ir-Regolament;

▼M12

(8) 

“kontroparti finanzjarja” tfisser:

(a) 

ditta tal-investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(b) 

istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(c) 

impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(d) 

UCITS u, fejn rilevanti, il-kumpannija ta' ġestjoni tagħha, awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE, sakemm dik l-UCITS ma tkunx stabbilita esklussivament bil-għan li sservi pjan wieħed jew aktar ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati;

(e) 

istituzzjoni għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali (IORP), kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(f) 

fond ta' investiment alternattiv (AIF), kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE, li huwa jew stabbilit fl-Unjoni jew inkella ġestit minn maniġer ta' fondi ta' investiment alternattiv (AIFM) awtorizzat jew reġistrat f'konformità ma' dik id-Direttiva, sakemm dak l-AIF ma jkunx stabbilit esklussivament bil-għan li jservi pjan wieħed jew aktar ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati, jew sakemm dak l-AIF ma jkunx entità bi skop speċjali ta' titolizzazzjoni kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2011/61/UE, u, fejn rilevanti, l-AIFM tagħha jkun stabbilit fl-Unjoni;

(g) 

depożitorju ċentrali tat-titoli awtorizzat skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

▼B

(9) 

“kontroparti mhux finanzjarja” tfisser impriża stabbilita fl-Unjoni minbarra l-entitajiet imsemmija fil-punti (1) u (8);

(10) 

“arranġament għal skemi tal-pensjonijiet” tfisser:

(a) 

istituzzjonijiet għall-provvediment għall-irtirar okkupazzjonali fit-tifsira tal-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE, inkluż kwalunkwe entità awtorizzata responsabbli biex tamministra din l-istituzzjoni u li taġixxi f’isimha kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Direttiva, kif ukoll kwalunkwe entità ġuridika stabbilita għall-iskop ta’ investiment ta’ tali istituzzjonijiet, li jaġixxu unikament u esklużivament fl-interess tagħhom;

(b) 

in-negozji tal-istituzzjonijiet għall-provvediment ta’ rtirar okkupazzjonali msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/41/KE;

(c) 

negozji ta’ provvediment għall-irtirar okkupazzjonali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja koperti bid-Direttiva 2002/83/KE, sakemm l-attivi u l-passivi kollha korrispondenti għan-negozju jkunu “ring-fenced”, ġestiti u organizzati separatament mill-attivitajiet l-oħra tal-impriża tal-assigurazzjoni, mingħajr ebda possibbiltà ta’ trasferiment;

(d) 

kwalunkwe entità oħra awtorizzata jew sorveljata, jew arranġamenti, li joperaw fuq bażi nazzjonali, kemm-il darba:

(i) 

ikunu rikonoxxuti skont il-liġi nazzjonali; u

(ii) 

l-għan ewlieni tagħhom ikun li jipprovdu benefiċċji tal-irtirar;

(11) 

“riskju ta’ kreditu tal-kontroparti” tfisser ir-riskju li l-kontroparti fi tranżazzjoni tkun inadempjenti qabel is-saldu finali tal-flussi tal-flus tat-tranżazzjoni;

(12) 

“arranġament tal-interoperabilità” tfisser arranġament bejn żewġ kontropartijiet ċentrali jew iżjed li jinvolvu eżekuzzjoni trasversali ta’ tranżazzjonijiet;

(13) 

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità kompetenti msemmija fil-leġislazzjoni msemmija fil-punt (8) ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(5) jew l-awtorità maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 22;

(14) 

“membru tal-ikklerjar” tfisser impriża li tipparteċipa f’kontroparti ċentrali u li tkun responsabbli għat-twettiq tal-obbligi finanzjarji li joħorġu minn dik il-parteċipazzjoni;

(15) 

“klijent” tfisser impriża b’relazzjoni kuntrattwali ma’ membru tal-ikklerjar ta’ CCP li jippermetti lil dik l-impriża li tikklerja t-tranżazzjonijiet tagħha ma’ dik il-kontroparti ċentrali;

(16) 

“grupp” tfisser il-grupp ta’ impriżi li jikkonsisti minn impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha fit-tifsira tal-Artikoli 1u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE jew il-grupp ta’ impriżi msemmi fl-Artikoli 3(1) u l-Artikolu 80(7) u (8) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(17) 

“istituzzjoni finanzjarja” tfisser impriża li mhix istituzzjoni ta’ kreditu, li l-attività prinċipali tagħha hija li takkwista holdings (parteċipazzjonijiet) jew li twettaq xi waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fil-punti (2) sa (12) tal-Anness I għad-Direttiva 2006/48/KE;

(18) 

“kumpanija holding finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja, li l-impriżi sussidjarji tagħha jkunu jew esklussivament jew prinċipalment istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, b’ta l-anqas waħda minn dawk l-impriżi sussidjarji tkun istituzzjoni ta’ kreditu, u li ma tkunx kumpanija holding finanzjarja mħallta skont it-tifsira tal-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni jew ditti ta’ investiment f’konglomerat finanzjarju ( 6 );

(19) 

“impriża ta’ servizzi anċillari” tfisser impriża li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti filli jkollha jew tamministra proprjetà, tamministra servizzi ta’ proċessar ta’ data, jew attività oħra simili li hija anċillari għall-attività ewlenija ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar;

(20) 

“parteċipazzjoni kwalifikata” tfisser kwalunkwe parteċipazzjoni diretta jew indiretta f’kontroparti ċentrali jew repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li jirrappreżenta mill-inqas 10 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, kif stabilit fl-Artikolu 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat ( 7 ), filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet dwar l-aggregazzjoni tagħhom kif stabilit fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva, jew li tagħmiha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq il-maniġment tal-kontroparti ċentrali jew repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li fih teżisti dik il-parteċipazzjoni;

(21) 

“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali kif deskritta fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;

(22) 

“sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif deskritta fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE, inkluża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja ta’ impriża prinċipali;

(23) 

“kontroll” tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja kif deskritta fl- Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE;

(24) 

“konnessjonijiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi huma konnessi permezz ta’:

(a) 

parteċipazzjoni, permezz ta’ proprjetà jew kontroll dirett, ta’ 20 % jew iżjed tad-drittijiet tal-vot jew kapital ta’ impriża; jew

(b) 

kontroll jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża jew sussidjarja ta’ sussidjarja li tkun meqjusa wkoll bħala sussidjarja tal-impriża prinċipali li tkun il-kap ta’ dawk l-impriżi.

Sitwazzjoni li fiha żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iżjed ikunu konnessi b’mod permanenti ma’ persuna waħda permezz ta’ relazzjoni ta’ kontroll għandha titqies ukoll li tikkostitwixxi konnessjoni mill-qrib bejn tali persuni.

(25) 

“kapital” tfisser kapital sottoskritt skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji ( 8 ) oħrajn sakemm dan ikun tħallas totalment, u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati, sakemm jassorbi kompletament it-telfiet f’sitwazzjonijiet ta’ negozju avvjat, u, fil-każ ta’ falliment jew likwidazzjoni, jiġi kklassifikat wara li jitqiesu l-pretensjonijiet l-oħra;

(26) 

“riservi” tfisser riservi kif stabbilit fl-Artikolu 9 tar Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji ( 9 ) u profitti u telf riportati b’konsegwenza tal-applikazzjoni tal-profitti jew it-telf finali;

(27) 

“bord” tfisser il-bord amministrattiv jew superviżorju, jew it-tnejn li huma, skont id-dritt nazzjonali dwar il-kumpaniji;

(28) 

“membru indipendenti” tal-bord tfisser membru tal-bord li ma għandu l-ebda relazzjoni ta’ negozju, familja jew ta’ natura oħra li tqajjem konflitt ta’ interessi fir-rigward tal-kontroparti ċentrali kkonċernata jew l-azzjonist(i) li għandhom kontroll tagħha jew il-membri tal-ikklerjar tagħha jew il-maniġment tagħha, u li ma kellu ebda relazzjoni bħal din matul il-ħames snin qabel is-sħubija tiegħu fil-bord;

(29) 

“diriġenza għolja” tfisser il-persuna jew il-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tal-kontroparti ċentrali jew ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, u l-membru jew membri eżekuttiv(i) tal-bord;

▼M10

(30) 

“bond kopert” tfisser bond li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(31) 

“entità ta’ bonds koperti” tfisser l-emittent tal-bonds koperti jew l-ippuljar ta’ kopertura ta’ bond kopert.

▼M7

Artikolu 2a

Deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ derivattivi OTC

1.  
Għall-finijiet tal-Artikolu 2(7) ta’ dan ir-Regolament, suq ta’ pajjiż terz għandu jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq regolat fis-sens tal-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE fejn jikkonforma ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III ta’ dik id-Direttiva u jkun soġġett għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz fuq bażi kontinwa, kif determinat mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2.  
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw li suq ta’ pajjiż terz jikkonforma ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III tad-Direttiva 2004/39/KE u jkun soġġett għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz fuq bażi kontinwa għall-finijiet tal-paragrafu 1.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.  
Il-Kummissjoni u l-ESMA għandhom jippubblikaw fis-siti elettroniċi tagħhom lista ta’ dawk is-swieq li għandhom jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti f’konformità mal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata perjodikament.

▼M18

Artikolu 3

Tranżazzjonijiet intragrupp

1.  

Fir-rigward ta’ kontroparti mhux finanzjarja, tranżazzjoni intragrupp għandha tkun kuntratt tad-derivati OTC konkluż ma’ kontroparti oħra li hija parti mill-istess grupp, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa u jkunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati xierqa ta’ evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskji; u

(b) 

il-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni jew, jekk tkun stabbilita f’pajjiż terz, dak il-pajjiż terz ma jkunx identifikat fl-ambitu tal-paragrafu 4 jew fl-ambitu tal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 5.

2.  

B’rabta ma’ kontroparti finanzjarja, tranżazzjoni intragrupp għandha tkun kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) 

kuntratt tad-derivati OTC konkluż ma’ kontroparti oħra li hija parti mill-istess grupp, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

il-kontroparti finanzjarja tkun stabbilita fl-Unjoni jew, jekk tkun stabbilita f’pajjiż terz, dak il-pajjiż terz ma jkunx identifikat fl-ambitu tal-paragrafu 4 jew fl-ambitu tal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 5;

(ii) 

il-kontroparti l-oħra tkun kontraparti finanzjarja, kumpanija holding finanzjarja, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa;

(iii) 

iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa; u

(iv) 

iż-żewġ kontropartijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati xierqa ta’ evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskji;

(b) 

kuntratt tad-derivati OTC konkluż ma’ kontroparti oħra fejn iż-żewġ kontropartijiet ikunu parti mill-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali, imsemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dment li tiġi ssodisfata l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (a)(ii) ta’ dan il-paragrafu;

(c) 

kuntratt tad-derivati OTC konkluż bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati mal-istess korp ċentrali jew bejn tali istituzzjoni ta’ kreditu u l-korp ċentrali, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d) 

kuntratt tad-derivati OTC konkluż ma’ kontroparti mhux finanzjarja li hija parti mill-istess grupp, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

iż-żewġ kontropartijiet għall-kuntratt tad-derivati jkunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa u jkunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati xierqa ta’ evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskji; u

(ii) 

il-kontroparti mhux finanzjarja tkun stabbilita fl-Unjoni jew, jekk tkun stabbilita f’pajjiż terz, dak il-pajjiż terz ma jkunx identifikat fl-ambitu tal-paragrafu 4 jew fl-ambitu tal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 5.

3.  

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-kontropartijiet għandhom jitqiesu li huma inklużi fl-istess konsolidazzjoni meta ż-żewġ kontropartijiet ikunu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) 

inklużi f’konsolidazzjoni f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) jew mal-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju (IFRS) adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew, b’rabta ma’ grupp li l-impriża prinċipali tiegħu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz, f’konformità mal-prinċipji ta’ kontabilità ġeneralment aċċettati ta’ pajjiż terz iddeterminati bħala ekwivalenti għall-IFRS f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 ( 11 ), jew mal-istandards tal-kontabilità ta’ pajjiż terz li l-użu tagħhom ikun permess f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament; jew

(b) 

koperti mill-istess superviżjoni konsolidata f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE jew, b’rabta ma’ grupp li l-impriża prinċipali tiegħu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz, l-istess superviżjoni konsolidata mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz ivverifikata bħala ekwivalenti għal dik regolata mill-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 127 ta’ dik id-Direttiva.

4.  

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, it-tranżazzjonijiet ma’ kontropartijiet stabbiliti fi kwalunkwe pajjiż terz li ġejjin ma għandhomx jibbenefikaw minn xi waħda mill-eżenzjonijiet għal tranżazzjonijiet intragrupp:

▼C3

(a) 

meta l-pajjiż terz ikun pajjiż terz b’riskju għoli, kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 );

▼M18

(b) 

meta l-pajjiż terz ikun elenkat fl-Anness I għall-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa fl-aħħar verżjoni aġġornata tagħha.

5.  
Fejn xieraq minħabba kwistjonijiet identifikati fl-arranġamenti legali, superviżorji u ta’ infurzar ta’ pajjiż terz u meta dawk il-kwisjonijiet jirriżultaw f’żieda tar-riskji, inklużi r-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti u r-riskju legali, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 82 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tidentifika l-pajjiżi terzi li l-entitajiet tagħhom mhumiex permessi li jibbenefikaw mill-ebda eżenzjoni għal tranżazzjonijiet intragrupp minkejja li dawk il-pajjiżi terzi ma jkunux pajjiżi terzi kif imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

▼B

TITOLU II

IKKLERJAR, RAPPORTAR U MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAD-DERIVATI OTC

Artikolu 4

Obbligu tal-ikklerjar

1.  

Il-kontropartijiet għandhom jikklerjaw il-kuntratti kollha tad-derivati li jappartjenu għal klassi ta’ derivati OTC li tkun ġiet iddikjarata soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 5(2), jekk dawn il-kuntratti jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ikunu ġew konklużi b’wieħed minn dawn il-modi:

▼M12

(i) 

bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1);

(ii) 

bejn kontroparti finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1) u kontroparti mhux finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);

(iii) 

bejn żewġ kontropartijiet mhux finanzjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);

(iv) 

bejn, minn naħa waħda, kontroparti finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1) jew kontroparti mhux finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1), u, min-naħa l-oħra, entità stabbilita f'pajjiż terz li kieku kienet stabbiltà fl-Unjoni kienet tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar;

▼B

(v) 

bejn żewġ entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz wieħed jew f’iktar minn wieħed li jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, sakemm l-kuntratt għandu effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew fejn obbligu bħal dan huwa meħtieġ jew adegwat biex tiġi evitata l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament; u

▼M12

(b) 

dawn jiġu konklużi jew innovati fid-data li fiha l-obbligu tal-ikklerjar jieħu effett, jew aktar tard dment li, fid-data meta jiġu konklużi jew innovati, iż-żewġ kontropartijiet jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla fil-punt (a).

▼M18

L-obbligu li jiġu kklerjati l-kuntratti tad-derivati OTC kollha ma għandux japplika għal kuntratti konklużi fis-sitwazzjonijiet kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(iv), bejn, fuq naħa waħda, kontroparti finanzjarja li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1), jew kontroparti mhux finanzjarja li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u, min-naħa l-oħra, arranġament ta’ skema tal-pensjoni stabbilit f’pajjiż terz u li jopera fuq bażi nazzjonali, dment li jkun awtorizzat, taħt superviżjoni u rikonoxxut skont il-liġi nazzjonali, u meta l-iskop primarju tiegħu jkun li jipprovdi benefiċċji tal-irtirar u jkun eżenti mill-obbligu tal-ikklerjar skont dik il-liġi nazzjonali.

▼B

2.  
Mingħajr preġudizzju għat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 11, il-kuntratti tad-derivati OTC li jkunu tranżazzjonijiet intragrupp kif deskritti fl-Artikolu 3 ma jkunux suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar.

L-eżenzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu tapplika biss:

(a) 

meta żewġ kontrapartijiet stabbiliti fl-Unjoni li jappartjenu għall-istess grupp l-ewwel ikunu nnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom bil-miktub li għandhom l-intenzjoni li jagħmlu użu mill-eżenzjoni għall-kuntratti tad-kuntratti tad-derivati OTC konklużi bejniethom. In-notifika għandha tingħata mhux inqas minn 30 jum kalendarju qabel ma tintuża l-eżenzjoni. Fi żmien 30 jum kalendarju wara r-riċezzjoni tan-notifika, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joġġezzjonaw għall-użu ta’ din l-eżenzjoni jekk it-tranżazzjonijiet bejn il-kontrapartijiet ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li joġġezzjonaw wara li jkun skada dak il-perjodu ta’ 30 jum kalendarju, fejn dawk il-kundizzjonijiet ma jibqgħux jiġu sodisfatti. Jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-AETS tista’ tgħin lil dawk l-awtoritajiet jilħqu qbil f’konformità mas-setgħat tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;

(b) 

għal kuntratti tad-derivati OTC bejn żewġ kontrapartijiet li jappartjenu għall-istess grupp li jkunu stabbiliti fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, meta l-kontraparti stabbilita fl-Unjoni tkun ġiet awtorizzata li tapplika l-eżenzjoni mill-awtorità kompetenti tagħha fi żmien 30 jum kalendarju wara li tkun ġiet notifikata mill-kontraparti stabbilita fl-Unjoni, sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 jiġu sodisfatti. L-awtorità kompetenti tinnotifika lill-AETS dwar dik id-deċiżjoni.

3.  
Il-kuntratti tad-derivati OTC huma soġġetti għall-obbligu ta’ kklerjar skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu kklerjati f’CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 biex tiġi kklerjata dik il-klassi ta’ derivati OTC u mniżżla fir-reġistru skont l-Artikolu 6(2)(b).

Għal dak l-iskop kontraparti ssir membru tal-ikklerjar, klijent, jew tistabbilixxi arranġamenti indiretti ta’ kklerjar ma’ membru tal-ikklerjar, sakemm dawk l-arranġamenti ma jżidux ir-riskju tal-kontraparti u jiżguraw li l-assi u l-pożizzjonijiet tal-kontraparti jibbenefikaw mill-protezzjoni b’effett ekwivalenti għal dik imsemmija fl-Artikolu 39 u 48.

▼M12

3a.  
Mingħajr ma jkunu obbligati li jkollhom kuntratt, il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar, kemm direttament jew indirettament, għandhom jipprovdu dawk is-servizzi skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti. Tali klijenti u membri tal-ikklerjar għandhom jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha biex jidentifikaw, jipprevjenu, jiġġestixxu u jimmonitorjaw il-kunflitti ta' interess, b'mod partikolari bejn l-unità tan-negozjar u l-unità tal-ikklerjar, li jistgħu jaffettwaw b'mod avvers il-forniment ġust, raġonevoli, nondiskriminatorju u trasparenti tas-servizzi tal-ikklerjar. Għandhom jittieħdu wkoll tali miżuri fil-każ fejn is-servizzi kummerċjali u tal-ikklerjar ikunu provduti minn entitajiet legali differenti li jappartjenu għall-istess grupp.

Il-klijenti u l-membri tal-ikklerjar għandhom jingħataw permess jikkontrollaw ir-riskji relatati mas-servizzi tal-ikklerjar offruti.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 82 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet li taħthom it-termini kummerċjali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu meqjusa li huma ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti, abbażi ta' dawn li ġejjin:

(a) 

rekwiżiti ta' ġustizzja u trasparenza fir-rigward tal-miżati, il-prezzijiet, il-politiki dwar l-iskontijiet u t-termini u l-kondizzjonijiet kuntrattwali ġenerali oħra rigward il-lista tal-prezzijiet, mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità tal-arranġamenti kuntrattwali ma' kontropartijiet individwali;

(b) 

fatturi li jikkostitwixxu termini kummerċjali raġonevoli biex jiżguraw arranġamenti kuntrattwali imparzjali u razzjonali;

(c) 

rekwiżiti li jiffaċilitaw servizzi tal-ikklerjar fuq bażi ġusta u nondiskriminatorja, b'kont meħud tal-ispejjeż u r-riskji, sabiex kwalunkwe differenza fil-prezzijiet mitluba tkun proporzjonata għall-ispejjeż, ir-riskji u l-benefiċċji; u

(d) 

kriterji ta' kontroll tar-riskju għall-membru tal-ikklerjar jew il-klijent relatati mas-servizzi tal-ikklerjar offruti.

▼B

4.  
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kuntratti li huma meqjusa li għandhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew il-każijiet meta jkun neċessarju jew xieraq li tiġi evitata l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament kif imsemmi fil-paragrafu 1(a)(v), u t-tipi ta’ arranġamenti kuntrattwali indiretti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M10

5.  

Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li ma jiġux konklużi minn entitajiet ta’ bonds koperti b’rabta ma’ bond kopert, jew minn entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta ma’ titolizzazzjoni, skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament u tal-Kunsill ( 13 ) dment li:

(a) 

fil-każ ta’ entitajiet bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni, l-entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni għandha toħroġ biss titolizzazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 18, u tal-Artikoli 19 sa 22 jew l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (UE) 2017/2402 [ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];

(b) 

il-kuntratt tad-derivattivi OTC jintuża biss għal hedgeing ta’ rati ta’ interessi jew spariġġi fil-munita fil-bond kopert jew fit-titolizzazzjoni; u

(c) 

l-arranġamenti fil-bond kopert jew fit-titolizzazzjoni jimmitigaw b’mod adegwat ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi mill-entità ta’ bonds koperti jew l-entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta mal-bond kopert jew it-titolizzazzjoni.

6.  
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, u filwaqt li jitqies il-bżonn li jiġi evitat arbitraġġ regolatorju, l-ASE għandhom jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-istabbiliment ta’ liema arranġamenti f’bonds koperti jew titolizzazzjonijiet jimmitigaw b’mod adegwat ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, skont it-tifsira tal-paragrafu 5.

L-ASE għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010.

▼M12

Artikolu 4a

Kontropartijiet finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar

1.  
Kull 12-il xahar, kontroparti finanzjarja li tieħu pożizzjonijiet f'kuntratti ta' derivattivi OTC tista' tikkalkula l-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti skont il-paragrafu 3.

Meta kontroparti finanzjarja ma tikkalkulax il-pożizzjonijiet tagħha, jew fejn ir-riżultat ta' dak il-kalkolu jaqbeż kwalunkwe wieħed mil-limiti tal-ikklerjar speċifikati skont il-punt (b) tal-Artikolu 10(4), il-kontroparti finanzjarja għandha:

(a) 

tinnotifika minnufih lill-AETS u lill-awtorità kompetenti rilevanti tagħha, u, fejn rilevanti, tindika l-perijodu użat għall-kalkolu;

(b) 

tistabbilixxi arranġamenti ta' kklerjar fi żmien erba' xhur wara n-notifika msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu; u

(c) 

issir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 għal kuntratti tad-derivattivi OTC kollha li jappartjenu għall-kwalunkwe klassi ta' derivattivi ta' OTC li tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar konkluż jew innovat aktar minn erba' xhur wara n-notifika msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu.

2.  
Kontroparti finanzjarja li tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 fis-17 ta' Ġunju 2019 jew li ssir soġġetta għal l-obbligu tal-ikklerjar skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, għandha tibqa' soġġetta għal dak l-obbligu u għandha tkompli l-ikklerjar sakemm dik il-kontroparti finanzjarja turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti ma taqbiżx il-limitu għall-ikklerjar speċifikat skont punt (b) tal-Artikolu 10(4).

Il-kontroparti finanzjarja għandha tkun tista' turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-kalkolu tal-pożizzjoni aggregata medja fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti ma jirriżultax f'sottovalutazzjoni sistematika ta' dik il-pożizzjoni.

3.  
Meta tikkalkula l-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontroparti finanzjarja għandha tinkludi il-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi minn dik il-kontroparti finanzjarja jew konklużi minn entitajiet oħrajn fil-grupp li għalih tappartjeni dik il-kontroparti finanzjarja.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, fir-rigward ta' UCITS u AIF, il-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkalkulati fil-livell tal-fond.

Il-kumpaniji ta' ġestjoni ta' UCITS li jiġġestixxu aktar minn UCITS waħda u l-AIFM li jiġġestixxu aktar minn AIF wieħed għandhom ikunu jistgħu juru lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-kalkolu tal-pożizzjonijiet fil-livell tal-fond ma jwassalx għal:

(a) 

sottovalutazzjoni sistematika tal-pożizzjonijiet ta' kwalunkwe wieħed mill-fondi li jiġġestixxu jew il-pożizzjonijiet tal-maniġer; u

(b) 

ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti tal-kontroparti finanzjarja u tal-entitajiet l-oħra fil-grupp għandhom jistabbilixxu proċeduri ta' kooperazzjoni biex jiżguraw il-kalkolu effettiv tal-pożizzjonijiet fil-livell tal-grupp.

▼M18

4.  
L-AETS, wara li tkun ikkonsultat lill-BERS u lill-awtoritajiet rilevanti l-oħra, għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-valur tal-limiti tal-ikklerjar applikabbli għall-pożizzjonijiet aggregati, meta jkun meħtieġ biex tiġi żgurata l-kopertura prudenti tal-kontropartijiet finanzjarji skont l-obbligu tal-ikklerjar.

Meta l-AETS, f’konformità mal-Artikolu 10(4a), tirrieżamina l-limiti tal-ikklerjar speċifikati skont l-Artikolu 10(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-AETS għandha tirrieżamina wkoll il-limiti tal-ikklerjar speċifikati skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

L-AETS għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.  
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 10, “pożizzjoni mhux ikklerjata” tfisser il-pożizzjoni medja aggregata fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti fil-kuntratti tad-derivati OTC li ma jkunux ikklerjati minn CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 25.

▼M18

Artikolu 4b

Servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar

1.  
Mingħajr preġudizzju għat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju fl-ambitu tal-Artikolu 11, l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) ma għandux japplika għal kuntratt tad-derivati OTC inizjat u konkluż bħala riżultat ta’ eżerċizzju eliġibbli ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar (“tranżazzjoni ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar”) li jsir skont il-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu.
2.  

Tranżazzjoni ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar għandha biss tkun eżenti mill-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) meta:

(a) 

l-entità li twettaq l-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar (“fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar”) tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti skont il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu; u

(b) 

kull parteċipant fl-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ikun konformi mar-rekwiżiti skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

3.  

Eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar għandu:

(a) 

jitwettaq minn entità awtorizzata skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE li tkun indipendenti tal-kontropartijiet għall-kuntratti tad-derivati OTC inklużi fl-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;

(b) 

jikseb tnaqqis fir-riskju f’kull wieħed mill-portafolji sottoposti għall-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;

(c) 

jiġi aċċettat bis-sħiħ u, b’riżultat ta’ dan, il-parteċipanti fl-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma għandhomx ikunu jistgħu jagħżlu liema tranżazzjonijiet għandhom jiġu eżegwiti fl-ambitu tal-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;

(d) 

ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni biss tal-entitajiet li inizjalment jissottoponu portafoll għall-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;

(e) 

ikun newtrali għar-riskju tas-suq;

(f) 

ma jikkontribwix għall-formazzjoni tal-prezzijiet;

(g) 

jieħu l-forma eżerċizzju ta’ kompressjoni, ta’ riekwilibriju jew ta’ ottimizzazzjoni jew kombinazzjoni tagħhom;

(h) 

jiġi eżegwit fuq bażi bilaterali jew multilaterali.

4.  

Fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar għandu:

(a) 

ikun konformi mar-regoli miftiehma minn qabel tal-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar, inklużi l-metodi u l-algoritmi f’ċikli preprogammati u jaġixxi b’mod raġonevoli, trasparenti u mhux diskriminatorju;

(b) 

jiżgura li l-entitajiet li jipparteċipaw f’eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma jkollhom l-ebda influwenza fuq ir-riżultat tal-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;

(c) 

iwettaq eżerċizzji ta’ kompressjoni regolari meta l-eżerċizzji ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar jirriżultaw fi tranżazzjonijiet ġodda ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;

(d) 

iżomm reġistri kompluti u akkurati tat-tranżazzjonijiet kollha eżegwiti skont l-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar, inklużi:

(i) 

l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet li jkunu saru bħala parti mill-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;

(ii) 

it-tranżazzjonijiet li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar bħala tranżazzjonijiet modifikati jew bħala tranżazzjonijiet ġodda; u

(iii) 

il-bidla kumplessiva fir-riskju tal-portafolji differenti inklużi fl-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;

(e) 

jagħmel disponibbli, fuq talba u mingħajr dewmien bla bżonn, ir-reġistri msemmija fil-punt (d) għall-awtorità kompetenti rilevanti u għall-AETS; u

(f) 

jimmonitorja t-tranżazzjonijiet li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar biex jiżgura, sa fejn ikun possibbli, li l-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma jirriżulta fl-ebda użu ħażin jew ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.

5.  

L-awtorità kompetenti li tawtorizza fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE għandha, qabel ma tranżazzjoni ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar li tirriżulta minn eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar imwettaq minn dak il-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar tkun tista’ tiġi eżentata mill-obbligu tal-ikklerjar f’konformità mal-paragrafu 1, tagħmel dan li ġej mingħajr dewmien bla bżonn:

(a) 

tinnotifika l-isem tal-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar lill-AETS; u

(b) 

tikkondividi mal-AETS il-valutazzjoni tagħha tal-mod kif ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ġew rispettati mill-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar.

L-awtorità kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha, mill-anqas fuq bażi annwali, tikkonferma lill-AETS li l-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar għadu jirrispetta r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 jew li dak il-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma għadux iforni servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar, skont il-każ.

L-AETS għandha tittrażmetti l-informazzjoni li tirċievi skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu lill-awtoritajiet ta’ kull Stat Membru b’setgħat superviżorji b’rabta mal-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1).

L-awtorità kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tinnotifika lill-AETS meta l-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma għadux jirrispetta r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 3 u 4. Meta tirċievi tali notifika, l-AETS għandha tneħħi lill-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar mil-lista msemmija fil-ħames subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Mid-data li fiha l-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ikun tneħħa minn dik il-lista, it-tranżazzjonijiet ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar li jirriżultaw minn eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma għandhomx jibqgħu jkunu eżenti mill-obbligu tal-ikklerjar f’konformità mal-paragrafu 1.

L-AETS għandha, fuq bażi annwali, tippubblika lista ta’ fornituri tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar innotifikati lill-AETS skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (a).

6.  

L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika l-elementi u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 u l-kundizzjonijiet jew il-karatteristiċi l-oħra li ġejjin tal-eżerċizzji ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar:

(a) 

x’tikkostitwixxi newtralità għar-riskju tas-suq f’eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;

(b) 

it-tnaqqis tar-riskju meħtieġ fil-portofolji sottoposti;

(c) 

l-inklużjoni possibbli ta’ portofolji mħallta li jkun fihom tranżazzjonijiet kemm ikklerjati kif ukoll mhux ikklerjati fl-istess eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar u l-kundizzjonijiet li fihom tali inklużjoni tkun permessa;

(d) 

ir-rekwiżiti rigward il-ġestjoni tal-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;

(e) 

ir-rekwiżiti għat-tipi differenti ta’ servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;

(f) 

il-proċess għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni mogħtija; u

(g) 

il-kriterji li għandhom jiġu applikati meta tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 5

Proċedura tal-obbligu tal-ikklerjar

▼M12

1.  
Fejn awtorità kompetenti tawtorizza lil CCP biex tikklerja klassi ta' derivattivi OTC skont l-Artikolu 14 jew 15, jew fejn klassi ta' derivattivi OTC li CCP biħsiebha tibda tikklerja tkun koperta minn awtorizzazzjoni eżistenti mogħtija skont l-Artikolu 14 jew 15, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika minnufih lill-AETS b'dik l-awtorizzazzjoni jew bil-klassi ta' derivattivi OTC li s-CCP biħsiebha tibda tikklerja.

▼B

2.  

Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi n-notifika skont il-paragrafu 1 jew twettaq proċedura għal rikonoxximent stabbilita fl-Artikolu 25, l-AETS għandha, wara li tagħmel konsultazzjoni pubblika u wara li tikkonsolta mal-BERS u, fejn xieraq, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, tiżviluppa u tissottometti lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li ġej:

(a) 

il-klassi ta’ derivati OTC li għandha tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4;

(b) 

id-data jew id-dati minn meta l-obbligu tal-ikklerjar isir effettiv, inkluża kwalunkwe introduzzjoni gradwali u l-kategoriji tal-kontropartijiet li għalihom japplika l-obbligu.

▼M12 —————

▼B

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M4

Fl-iżvilupp tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji skont dan il-paragrafu, l-ESMA m’għandhiex tippreġudika d-dispożizzjoni tranżizzjonali fir-rigward ta’ kuntratti ta’ derivati tal-enerġija C6 kif stabbilit fl-Artikolu 95 tad-Direttiva 2014/65/UE ( 14 ).

▼B

3.  
L-AETS għandha, fuq l-inizjattiva tagħha proprja, wara li twettaq konsultazzjoni pubblika u wara li tikkonsulta mal-BERS u, fejn xieraq, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, tidentifika skont il-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4 u tinnotifika lill-Kummissjoni l-klassijiet ta’ derivati li għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta’ kklerjar previst fl-Artikolu 4, iżda li għalihom l-ebda kontroparti ċentrali tkun għadha ma rċeviet awtorizzazzjoni.

Wara n-notifika mill-AETS, l-AETS tippubblika sejħa għal żvilupp ta’ proposti rigward l-ikklerjar ta’ dawk il-klassijiet ta’ derivati.

4.  

Bil-għan ġenerali li jitnaqqas ir-riskju sistemiku, l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji għal-parti msemmija fil-paragrafu 2(a) għandu jqis il-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-grad ta’ standardizzazzjoni tat-termini kuntrattwali u tal-proċessi operattivi tal-klassi rilevanti ta’ derivati OTC;

(b) 

il-volum u l-likwidità tal-klassi rilevanti tad-derivati OTC;

(c) 

id-disponibbiltà ta’ informazzjoni ġusta, affidabbli u ġeneralment aċċettata dwar l-ipprezzar fil-klassi rilevanti ta’derivati OTC;

Fit-tħejjija ta’ dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-AETS tista’ tqis interkonnessività bejn il-kontrapartijiet permezz tal-klassijiet rilevanti ta’ kuntratti ta’derivati OTC, l-impatt antiċipat fuq il-livelli ta’ riskju ta’ kreditu tal-kontroparti bejn il-kontropartijiet kif ukoll l-impatt fuq il-kompetizzjoni madwar l-Unjoni.

Sabiex tassigura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika aktar il-kretierji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji kif imsemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.  

L-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji għall-parti msemmija fil-paragrafu 2(b) għandu jqis il-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-volum mistenni tal-klassi rilevanti ta’ derivati OTC;

(b) 

jekk aktar minn kontroparti ċentrali waħda diġà tikklerja l-istess klassi ta’ derivati OTC;

(c) 

il-ħila tal-kontropartijiet ċentrali rilevanti li jlaħħqu mal-volum mistenni u li jiġġestixxu r-riskju li jirriżulta mill-ikklerjar tal-klassi rilevanti ta’ derivati OTC;

(d) 

it-tip u l-għadd tal-kontropartijiet attivi, u ta’ dawk li huma mistennija li jsiru attivi fis-suq fir-rigward tal-klassi rilevanti ta’ derivati OTC;

(e) 

il-perjodu ta’ żmien li kontroparti soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar teħtieġ biex tattwa l-arranġamenti biex tikklerja l-kuntratti tagħha tal-kuntratti ta’ derivati OTC permezz ta’ kontroparti ċentrali;

(f) 

il-ġestjoni tar-riskju u l-kapaċità legali u operattiva tal-firxa ta’ kontropartijiet li huma attivi fis-suq għall-klassi rilevanti ta’ kuntratti ta’ derivati OTCu li jaqgħu fl-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4(1).

6.  
Jekk klassi ta’ kuntratti tad-derivati OTC ma jkunx għad għandha kontroparti ċentrali li tkun awtorizzata jew rikonoxxuta li tikklerja dawk il-kuntratti skont dan ir-Regolament, din għanda tieqaf tkun suġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 u għandu japplika l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 6

Reġistru pubbliku

1.  
L-AETS għandha tistabbilixxi, iżżomm u taġġorna reġistru pubbliku biex jidentifika b’mod korrett u inekwivoku l-klassijiet ta’ derivati OTC soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Ir-reġistru pubbliku għandu jkun disponibbli fuq is-sit web tal-AETS.
2.  

Ir-reġistru jinkludi:

(a) 

il-klassijiet ta’ derivati OTCli huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4;

▼M14

(b) 

is-CCPs li huma awtorizzati skont l-Artikolu 17 jew rikonoxxuti skont l-Artikolu 25 u d-data ta’ awtorizzazzjoni jew rikonoxximent rispettivament, li jindikaw is-CCPs li jkunu awtorizzati jew rikonoxxuti għall-iskop tal-obbligu tal-ikklerjar;

▼B

(c) 

id-dati minn meta jieħu effett l-obbligu tal-ikklerjar, bl-inklużjoni ta’ kwalunkwe implimentazzjoni gradwali;

(d) 

il-klassijiet ta’ derivati OTC identifikati mill-AETS b’konformità mal-Artikolu 5(3);

▼M12 —————

▼B

(f) 

il-kontropartijiet ċentrali li ġew innotifikati lill-AETS mill-awtorità kompetenti għal skopijiet tal-obbligu tal-ikklerjar, u d-data tan-notifika ta’ kull waħda minnhom;

▼M18

(g) 

il-proporzjon, sa tmiem is-sena kalendarja, ta’ kuntratti tad-derivati kklerjati f’CCPs awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 14 meta mqabbel ma’ kuntratti tad-derivati kklerjati f’CCPs ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 25, ippreżentati fuq bażi aggregata u għal kull klassi ta’ assi.

▼M12

3.  
Fejn CCP ma tkunx għadha awtorizzata jew rikonoxxuta f'konformità ma' dan ir-Regolament biex tikklerja klassi speċifika ta' derivattivi OTC, l-AETS għandha tneħħi dik is-CCP minnufih mir-reġistru pubbliku tagħha fir-rigward ta' dik il-klassi ta' derivattivi OTC.

▼B

4.  
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika d-dettalji li għandhom ikunu inklużi fir-reġistru pubbliku msemmi fil-paragrafu 1.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M12

Artikolu 6a

Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar

1.  

L-AETS tista' titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) għal klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti, fejn tkun ġiet issodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC ma jkunux aktar adatti għall-ikklerjar ċentrali skont il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) u fl-Artikolu 5(5);

(b) 

CCP probabbli li tieqaf tikklerja dawk il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC u l-ebda CCP oħra ma tkun kapaċi tikklerja dawk il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC mingħajr interruzzjoni;

(c) 

is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal dawk il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti hija meħtieġa biex tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni u dik is-sospensjoni hija proporzjonata għal dawk l-għanijiet.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, qabel it-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tikkonsulta lill-BERS u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti maħtura skont l-Artikolu 22.

It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fih hija ssodisfata.

Fejn is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar titqies mill-AETS li tkun bidla materjali fil-kriterji biex l-obbligu tan-negozjar jieħu effett imsemmija fl-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, it-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista' tinkludi wkoll talba biex jiġi sospiż l-obbligu ta' nnegozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) ta' dak ir-Regolament għall-istess klassijiet speċifiċi tad-derivattivi OTC li huma soġġetti għat-talba li tiġi sospiża l-obbligu tal-ikklerjar.

2.  
Skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' membri tal-ikklerjar u l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22 jistgħu jitolbu li l-AETS tagħmel talba għal sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar lill-Kummissjoni. It-talba mill-awtorità kompetenti għandha tipprovdi r-raġunijiet u tippreżenta evidenza li turi li mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu hija ssodisfata.

L-AETS għandha, fi żmien 48 siegħa minn meta tasal it-talba msemmija mill-awtorità kompetenti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-awtorità kompetenti, jew titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) jew tirrifjuta t-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. L-AETS għandha tinforma lill-awtorità kompetenti kkonċernata bid-deċiżjoni tagħha. Meta l-AETS tirrifjuta t-talba mill-awtorità kompetenti, hija għandha tagħti r-raġunijiet għal dan bil-miktub.

3.  
It-talbiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx isiru disponibbli għall-pubbliku.
4.  
Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed wara l-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 1, abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-AETS, tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar għall-klassijiet speċifiċi tad-derivattivi OTC jew għat-tip speċifiku ta' kontroparti msemmi fil-paragrafu 1 permezz ta' att ta' implimentazzjoni, jew inkella tirrifjuta s-sospensjoni mitluba. Fejn il-Kummissjoni tirrifjuta s-sospensjoni mitluba, għandha tipprovdi raġunijiet għal dan bil-miktub lill-AETS. Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan u tgħaddi lilhom ir-raġunijiet pprovduti lill-AETS. Dik l-informazzjoni ma għandhiex issir pubblika.

L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3).

5.  
Fejn mitlub mill-AETS skont ir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-att ta' implimentazzjoni li jissospendi l-obbligu tal-ikklerjar għal klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jista' jissospendi wkoll l-obbligu ta' negozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għall-istess klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC li huma soġġetti għas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.
6.  
Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u, fejn applikabbli, l-obbligu tan-negozjar għandhom jiġu kkomunikati lill-AETS u għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fuq is-sit web tal-Kummissjoni u fir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 6.
7.  
Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar imsemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta' mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-applikazzjoni ta' dik is-sospensjoni.

Is-sospensjoni tal-obbligu ta' negozjar imsemmija fil-paragrafu 5 għandha tkun valida għall-istess perijodu inizjali.

8.  
Fejn ir-raġunijiet għas-sospensjoni jkunu għadhom japplikaw, il-Kummissjoni tista', permezz ta' att ta' implimentazzjoni, testendi s-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 4 għal perijodi addizzjonali ta' mhux aktar minn tliet xhur, bil-perijodu totali tas-sospensjoni ma jeċċedix 12-il xahar. Kull estensjoni tas-sospensjoni għandha tiġi ppubblikata f'konformità mal-paragrafu 6.

L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3).

L-AETS għandha, fi żmien biżżejjed qabel tmiem il-perijodu ta' sospensjoni msemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jew tal-perijodu ta' estensjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan is-subparagrafu, toħroġ opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk għadhomx japplikaw ir-raġunijiet għas-sospensjoni. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha tikkonsulta lill-BERS u lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22. L-AETS għandha tibgħat kopja ta' dik l-opinjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-opinjoni ma għandhiex issir pubblika.

L-att ta' implimentazzjoni li jestendi s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar tista' wkoll testendi l-perijodu tas-sospensjoni tal-obbligu ta' negozjar imsemmi fil-paragrafu 7.

L-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għandha tkun valida għall-istess perijodu tal-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.

▼M15

Artikolu 6b

Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar fil-każ ta’ riżoluzzjoni

1.  

Meta CCP tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP maħtura skont l-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-Regolament jew l-awtorità kompetenti deżinjata f’konformità mal-Artikolu 22(1) ta’ dan ir-Regolament jistgħu fuq l-inizjattiva proprja tagħhom jew fuq talba tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ membru tal-ikklirjar tas-CCP taħt riżoluzzjoni, titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklirjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament għall-klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC jew għal tip speċifiku ta’ kontroparti meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

is-CCP taħt riżoluzzjoni tkun awtorizzata sabiex tikklirja l-klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC soġġetti għall-obbligu tal-ikklirjar li għalihom tintalab is-sospensjoni; u

(b) 

is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għal dawk il-klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC jew għal tip speċifiku ta’ kontroparti hija meħtieġa biex tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni b’rabta mar-riżoluzzjoni tas-CCP, u dik is-sospensjoni tkun proporzjonata għal dawk l-għanijiet.

It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) ta’ dak is-subparagrafu huma ssodisfati.

L-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika t-talba motivata tagħha lill-ESMA u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi ppreżentata t-talba lill-Kummissjoni.

2.  
L-ESMA għandha, fi żmien 24 siegħa min-notifika tat-talba mill-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u, sa fejn ikun possibbli, wara konsultazzjoni mal-BERS, toħroġ opinjoni dwar is-sospensjoni intiża, wara li tikkunsidra l-ħtieġa li tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, l-objettivi tar-riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/23 (u l-kriterji stabbiliti fl- Artikolu 5(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament.
3.  
Fejn is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar titqies mill-ESMA li tkun bidla materjali fil-kriterji biex l-obbligu tan-negozjar jieħu effett imsemmija fl-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-ESMA tista’ titlob lill-Kummissjoni biex tissospendi l-obbligu ta’ nnegozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament għall-istess klassijiet speċifiċi tad-derivati OTC li huma soġġetti għat-talba ta’ sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar.

L-ESMA għandha tippreżenta t-talba motivata tagħha lill-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi ppreżentata t-talba lill-Kummissjoni.

4.  
It-talbiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 u l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma għandhomx jiġu ppubblikati.
5.  
Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 1, abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduta mill-awtorità msemmija fil-paragrafu 1, jew tissospendi l-obbligu tal-ikklirjar għall-klassijiet speċifiċi tad-derivati OTC permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, inkella tirrifjuta s-sospensjoni mitluba.

Meta tadotta l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni maħruġa mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/23 il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament rigward dawk il-klassijiet ta’ derivati OTC u l-ħtieġa tas-sospensjoni sabiex tiġi evitata jew tiġi indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni.

Meta l-Kummissjoni tiċħad is-sospensjoni mitluba, hija għandha tipprovdi r-raġunijiet tagħha bil-miktub lill-awtorità rikjedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lill-ESMA. Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dan u tgħaddilhom ir-raġunijiet pprovduti lill-awtorità rikjedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lill-ESMA. Dik l-informazzjoni ma għandhiex issir pubblika.

L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3).

6.  
Fejn mitlub mill-ESMA f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-att ta’ implimentazzjoni li jissospendi l-obbligu tal-ikklirjar jista’ jissospendi wkoll l-obbligu ta’ negozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għall-istess klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC li huma soġġetti għas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar.
7.  
Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar u, fejn applikabbli, tal-obbligu tan-negozjar għandhom jiġu kkomunikati lill-awtorità rikjedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u lill-ESMA u għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fuq is-sit web tal-Kummissjoni u fir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 6.
8.  
Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar skont il-paragrafu 5 għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-applikazzjoni ta’ dik is-sospensjoni.

Is-sospensjoni tal-obbligu ta’ negozjar imsemmija fil-paragrafu 6 għandha tkun valida għall-istess perijodu inizjali.

9.  
Fejn ir-raġunijiet għas-sospensjoni jkunu għadhom japplikaw, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, testendi s-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 5 għal perijodi addizzjonali ta’ mhux aktar minn tliet xhur, bil-perijodu totali tas-sospensjoni ma jeċċedix 12-il xahar. Kull estensjoni tas-sospensjoni għandha tiġi ppubblikata f’konformità mal-paragrafu 7.

L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3).

10.  
Kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tista’, fi żmien suffiċjenti qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ sospensjoni inizjali msemmi fil-paragrafu 5 jew il-perijodu ta’ estensjoni msemmi fil-paragrafu 9, toħroġ talba lill-Kummissjoni biex testendi s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar.

It-talba għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jibqgħu jiġu ssodisfati.

L-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika t-talba motivata tagħha lill-ESMA u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi nnotifikata t-talba lill-Kummissjoni.

It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu m’għandhiex issir disponibbli għall-pubbliku.

L-ESMA għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tirċievi n-notifika tat-talba u, jekk tqis meħtieġ, wara li tikkonsulta lill-BERS, toħroġ opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħux japplikaw filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, l-objettivi tar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/23 u l-kriterji stabbiliti f -Artikolu 5(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament. L-AETS għandha tibgħat kopja ta’ dik l-opinjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-opinjoni ma għandhiex issir pubblika.

L-att ta’ implimentazzjoni li jestendi s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar tista’ wkoll testendi l-perijodu tas-sospensjoni tal-obbligu ta’ negozjar imsemmi fil-paragrafu 6.

L-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għandha tkun valida għall-istess perijodu tal-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar.

▼B

Artikolu 7

Aċċess għal CCP

▼M4

1.  

CCP li tkun ġiet awtorizzata biex tikklerja kuntratti tad-derivati OTC għandha taċċetta li tikklerja dawn il-kuntratti fuq bażi mhux diskriminatorja u trasparenti, anke fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ kollateral u ta’ tariffi relatati mal-aċċess, irrispettivament miċ-ċentru tan-negozjar. Dan b’mod partikolari għandu jiżgura li ċentru tan-negozjar ikollu d-dritt għal trattament nondiskriminatorju f’termini ta’ kif kuntratti nnegozjati f’dak iċ-ċentru tan-negozjar jiġu ttrattati f’termini ta’:

(a) 

rekwiżiti ta’ kollateral u kalkolazzjoni tal-valur nett ta’ kuntratti ekonomikament ekwivalenti, meta l-inklużjoni ta’ tali kuntratti fl-għeluq u proċeduri oħra ta’ kalkolazzjoni tal-valur nett ta’ CCP bbażata fuq il-liġi applikabbli dwar l-insolvenza ma tipperikolax l-funzjonament bla intoppi u ordinat, il-validità jew l-infurzabilità ta’ tali proċeduri; u

(b) 

kontromarġinazzjoni b’kuntratti korrelatati kklerjati mill-istess CCP skont mudell tar-riskji li jikonforma mal-Artikolu 41.

CCP tista’ titlob li ċentru tan-negozjar jikkonforma mar-rekwiżiti operattivi u tekniċi stabbiliti mis-CCP, inklużi r-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju.

▼B

2.  
Kontroparti ċentrali tista’ taċċedi għal talba formali għall-aċċess minn post tan-negozju jew tirrifjutaha fi żmien tliet xhur minn meta ssir tali talba.
3.  
Meta kontroparti ċentrali tirrifjuta l-aċċess skont il-paragrafu 2, din għandha tipprovdi lill-post tan-negozju bir-raġunijiet kollha għal tali rifjut.
4.  
Ħlief meta l-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjuu dik tal-kontroparti ċentrali jirrifjutaw l-aċċess, il-kontroparti ċentrali, skont it-tieni subparagrafu, għandha tagħti l-aċċess fi żmien tliet xhur minn deċiżjoni li taċċedi għat-talba formali ta’ post tan-negozju f’konformità mal-paragrafu 2.

L-awtorità kompetenti tal-post tan-negozju u dik tal-kontroparti ċentrali jistgħu jirrifjutaw l-aċċess għal-kontroparti ċentrali wara talba formali mill-post tan-negozju fil-każ biss li tali aċċess jhedded il-funzjonament bla xkiel u fl-ordni tas-swieq jew jeffettwa b’mod ħażin ir-riskju sistemiku.

5.  
L-AETS għandha ssolvi kwalunkwe tilwim li jirriżulta min-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f’konformità mas-setgħat tagħha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M4

6.  
Il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 rigward trattament nondiskriminatorju f’termini ta’ kif kuntratti negozjati f’dak iċ-ċentru tan-negozjar jiġu ttrattati f’termini ta’ rekwiżiti ta’ kollateral u ta’ kalkolazzjoni tal-valur nett ta’ kuntratti ekonomikament ekwivalenti u kontromarġinazzjoni ma’ kuntratti korrelatati kklerjati mill-istess CCP għandhom ikunu speċifikati aktar bl-istandards tekniċi adottati skont l-Artikolu 35(6)(e) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 ( 16 ).

▼M18

Artikolu 7a

Kont attiv

1.  
Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar f’konformità mal-Artikoli 4a u 10 fl-24 ta’ Diċembru 2024, jew li jsiru soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar minn hemm ’il quddiem, u li jaqbżu l-limitu tal-ikklerjar fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, f’kategorija individwali elenkata f’dak il-paragrafu jew fuq bażi aggregata fil-kategoriji kollha elenkati f’dak il-paragrafu, għandu jkollhom, għal dawk il-kategoriji tal-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, mill-anqas kont attiv wieħed f’CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14, meta s-servizzi tal-ikklerjar għad-derivati kkonċernati jkunu pprovduti minn dik is-CCP, u meta jikklerjaw mill-anqas għadd rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet f’dak il-kont attiv

Meta kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja ssir soġġetta għall-obbligu li żżomm kont attiv skont l-ewwel subparagrafu, dik il-kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja għandha tinnotifika lill-AETS u lill-awtorità kompetenti rilevanti tagħha b’dan u għandha tistabbilixxi tali kont attiv fi żmien sitt xhur minn meta ssir soġġetta għal dak l-obbligu.

2.  
Fid-determinazzjoni tal-obbligi tagħha fir-rigward tal-paragrafu 1, kontroparti li tappartjeni għal grupp soġġett għal superviżjoni kkonsolidata fl-Unjoni għandha tikkunsidra l-kuntratti tad-derivati kollha msemmija fil-paragrafu 6 li huma kklerjati minn dik il-kontroparti jew minn entitajiet oħra fil-grupp li għalih tappartjeni dik il-kontroparti bl-eċċezzjoni tat-tranżazzjonijiet intragrupp.
3.  

Il-kontropartijiet li jsiru soġġetti għall-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

il-kont ikun funzjonali b’mod permanenti, inkluż b’dokumentazzjoni legali, konnettività tal-IT u proċessi interni assoċjati mal-kont li jkun fis-seħħ;

(b) 

il-kontroparti jkollha sistemi u riżorsi disponibbli biex tkun tista’ topera l-kont, anki fi żmien qasir, għal volumi kbar tal-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu f’kull mument u biex tkun tista’ tirċievi, f’perjodu qasir ta’ żmien, fluss kbir ta’ tranżazzjonijiet minn pożizzjonijiet miżmuma f’servizz tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c);

(c) 

it-tranżazzjonijiet kollha tal-kontroparti rispettiva fil-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 jistgħu jiġu kklerjati fil-kont f’kull mument;

(d) 

il-kontroparti tikklerja fil-kont attiv tranżazzjonijiet li huma rappreżentattivi tal-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu li huma kklerjati f’servizz tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c) matul il-perjodu ta’ referenza.

4.  

L-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), għandu jiġi vvalutat skont il-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-klassijiet differenti ta’ kuntratti tad-derivati;

(b) 

il-maturità tat-tranżazzjonijiet;

(c) 

id-daqsijiet tat-tranżazzjonijiet.

L-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), ma għandux japplika għal kontropartijiet b’volum tal-ikklerjar nozzjonali pendenti ta’ inqas minn EUR 6 biljun fil-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6.

Il-valutazzjoni tal-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), għandu jkun ibbażat fuq is-sottokategoriji. Għal kull klassi ta’ kuntratti tad-derivati, l-għadd ta’ sottokategoriji għandu jirriżulta mill-kombinazzjoni tad-daqsijiet ta’ tranżazzjonijiet differenti u tal-firxiet ta’ maturità differenti.

Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a), (b) u (c), għandhom jiġu ssodisfati mill-kontroparti fi żmien sitt xhur minn meta ssir soġġetta għall-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u dik il-kontroparti għandha tirrapporta regolarment f’konformità mal-Artikolu 7b. Ir-rekwiżiti għandhom jiġu ttestjati għall-istress regolarment mill-inqas darba fis-sena.

Għall-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), li għandu jiġi ssodisfat, il-kontropartijiet għandhom jikklerjaw, fuq bażi medja annwali, mill-inqas ħames tranżazzjonijiet f’kull waħda mill-aktar sottokategoriji rilevanti għal kull klassi ta’ kuntratti tad-derivati u għal kull perjodu ta’ referenza definit f’konformità mal-paragrafu 8, it-tielet subparagrafu. Meta l-għadd ta’ tranżazzjonijiet li jirriżulta jaqbeż nofs it-tranżazzjonijiet totali ta’ dik il-kontroparti għat-12-il xahar preċedenti, l-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), għandu jitqies issodisfat meta dik il-kontroparti tikklerja mill-inqas tranżazzjoni waħda f’kull waħda mill-aktar sottokategoriji rilevanti għal kull klassi ta’ kuntratti tad-derivati għal kull perjodu ta’ referenza.

L-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), m’għandux japplika għall-provvista ta’ servizzi tal-ikklerjar tal-klijenti. Il-kalkolu tal-volum tal-ikklerjar nozzjonali pendenti ta’ kontroparti msemmija fil-paragrafu 8, ir-raba’ subparagrafu, m’għandux jinkludi l-attivitajiet tal-ikklerjar tal-klijenti tagħha.

5.  
Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li jikklerjaw mill-inqas 85 % tal-kuntratti tad-derivati tagħhom li jappartjenu għall-kategoriji msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu f’CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a), (b) u (c), ta’ dan l-Artikolu, ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 4, ir-raba’ subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu u r-rekwiżit ta’ rapportar addizzjonali msemmi fl-Artikolu 7b(2).
6.  

Il-kategoriji ta’ kuntratti ta’ derivati soġġetti għall-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

derivati tar-rati tal-imgħax denominati f’euro jew fi zloty Pollakka;

(b) 

derivati tar-rati tal-imgħax ta’ terminu qasir denominati f’euro.

7.  
Meta l-AETS twettaq valutazzjoni skont l-Artikolu 25(2c) u tikkonkludi li ċerti servizzi jew attivitajiet ipprovduti mill-kontropartijiet ċentrali tal-Grad 2 huma ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha jew li s-servizzi jew l-attivitajiet li qabel kienu identifikati mill-AETS bħala li huma ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha ma għadhomx ta’ importanza sistemika sostanzjali, il-lista ta’ kuntratti soġġetti għall-obbligu tal-kont attiv tista’ tiġi emendata.

Sabiex tiġi emendata l-lista ta’ kuntratti soġġetti għal obbligi ta’ kont attiv, l-AETS, wara li tikkonsulta mal-BERS u bi qbil mal-banek ċentrali tal-ħruġ, għandha tippreżenta lill-Kummissjoni analiżi bir-reqqa u komprensiva tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, f’konformità mal-valutazzjoni teknika kwantitattiva speċifikata fl-Artikolu 25(2c), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), kif rilevanti, inklużi l-effetti fuq muniti oħra tal-Unjoni, u tivvaluta l-effetti possibbli tal-estensjoni tal-obbligi tal-kont attiv għat-tipi ġodda ta’ kuntratti, u opinjoni b’rabta ma’ din il-valutazzjoni. Il-ftehim tal-banek ċentrali tal-ħruġ għandu jirrelata biss mal-kuntratti denominati fil-munita li joħorġu.

Meta l-AETS twettaq il-valutazzjoni u toħroġ opinjoni li tikkonkludi li jenħtieġ li tiġi emendata l-lista ta’ kuntratti, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 biex temenda l-lista ta’ kuntratti tad-derivati skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

8.  
L-AETS għandha, b’kooperazzjoni mal-ABE, mal-AEAPX u mal-BERS u wara li tikkonsulta mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar ir-rekwiżiti skont il-paragrafu 3, il-punti (a), (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, il-kundizzjonijiet tal-ittestjar tal-istress tagħhom u d-dettalji tar-rapportar f’konformità mal-Artikolu 7b. Fl-iżvilupp ta’ dawk l-istandards tekniċi regolatorji, l-AETS għandha tqis id-daqs tal-portafolli ta’ kontropartijiet differenti skont it-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, sabiex il-kontropartijiet b’aktar tranżazzjonijiet fil-portafolli tagħhom ikunu soġġetti għal kundizzjonijiet operazzjonali u rekwiżiti ta’ rapportar aktar stretti minn kontropartijiet b’inqas tranżazzjonijiet.

Fir-rigward tal-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), l-AETS għandha tispeċifika l-klassijiet differenti ta’ kuntratti tad-derivati, soġġetti għal limitu ta’ tliet klassijiet, il-firxiet ta’ maturità differenti, soġġetti għal limitu ta’ erba’ firxiet ta’ maturità, u l-firxiet differenti tad-daqs tat-tranżazzjonijiet, soġġetti għal limitu ta’ tliet firxiet ta’ daqsijiet tat-tranżazzjonijiet, biex tiġi żgurata r-rappreżentattività tal-kuntratti tad-derivati li għandhom jiġu kklerjati permezz tal-kontijiet attivi.

L-AETS għandha tistabbilixxi l-għadd, li ma għandux ikun ogħla minn ħamsa, tal-aktar sottokategoriji rilevanti għal kull klassi ta’ kuntratti tad-derivati li għandhom jiġu rappreżentati fil-kont attiv. Is-sottokategoriji l-aktar rilevanti għandhom ikunu dawk li fihom l-ogħla għadd ta’ tranżazzjonijiet matul il-perjodu ta’ referenza.

L-AETS għandha tistabbilixxi wkoll id-durata tal-perjodu ta’ referenza, li ma għandux ikun inqas minn sitt xhur għal kontropartijiet b’volum tal-ikklerjar nozzjonali pendenti ta’ inqas minn EUR 100 biljun fil-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 u mhux inqas minn xahar għall-kontropartijiet b’volum tal-ikklerjar nozzjonali pendenti ta’ aktar minn EUR 100 biljun fil-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Ġunju 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

9.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw u jikkalkolaw fuq bażi ta’ entità, ta’ grupp u ta’ medja aggregata l-livell tal-attività fil-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, u għandhom jibgħatu dik l-informazzjoni lill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ.

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu penali kriminali, meta jinstab li kontroparti finanzjarja jew mhux finanzjarja tkun qed tikser l-obbligi tagħha skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tagħha għandha, permezz ta’ deċiżjoni, timponi penali amministrattivi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, jew titlob lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jimponu penali jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, sabiex iġġiegħel lil dik il-kontroparti ttemm il-ksur tagħha.

Il-pagament perjodiku ta’ penali msemmi fit-tieni subparagrafu għandu jkun effettiv u proporzjonat u ma jaqbiżx massimu ta’ 3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena kummerċjali preċedenti. Dan għandu jiġi impost għal kull jum ta’ inadempjenza, u jiġi kkalkolat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali.

Il-pagament perjodiku ta’ penali msemmi fit-tieni subparagrafu għandu jiġi impost għal perjodu massimu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti. Wara t-tmiem ta’ dak il-perjodu, l-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina l-miżura u testendiha jekk ikun meħtieġ.

10.  
Sal-25 ta’ Ġunju 2026 l-AETS għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u mal-BERS, u wara li tikkonsulta mal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, tivvaluta l-effettività ta’ dan l-Artikolu fil-mitigazzjoni tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja għall-Unjoni rrappreżentata mill-iskoperturi tal-kontropartijiet tal-Unjoni għal CCPs tal-Grad 2 li joffru servizzi ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c).

L-AETS għandha takkumpanja l-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu b’rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, li jinkludi valutazzjoni tal-impatt motivata bis-sħiħ dwar miżuri komplementari, inklużi limiti kwantitattivi.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tippreżenta l-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tagħha fi kwalunkwe ħin wara li tirċievi notifika formali mill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, li tindika l-materjalizzazzjoni probabbli tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja għall-Unjoni b’riżultat ta’ ċirkostanzi speċifiċi li jiskattaw avveniment b’implikazzjonijiet sistemiċi.

Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi r-rapport tal-AETS msemmi fit-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tħejji r-rapport tagħha li jista’ jkun akkumpanjat, meta jkun il-każ, minn proposta leġiżlattiva.

Artikolu 7b

Monitoraġġ tal-obbligu tal-kont attiv

1.  
Kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja li tkun soġġetta għall-obbligu msemmi fl-Artikolu 7a għandha tikkalkula l-attivitajiet u l-iskoperturi għar-riskju tagħha fil-kategoriji ta’ kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dak l-Artikolu, u tirrapporta kull sitt xhur lill-awtorità kompetenti tagħha l-informazzjoni meħtieġa biex tivvaluta l-konformità ma’ dak l-obbligu. L-awtorità kompetenti għandha tittrasmetti dik l-informazzjoni lill-AETS mingħajr dewmien żejjed.

Il-kontropartijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jużaw l-informazzjoni rrapportata skont l-Artikolu 9 fejn rilevanti. Ir-rapportar għandu jinkludi wkoll dimostrazzjoni lill-awtorità kompetenti li d-dokumentazzjoni legali, il-konnettività tal-IT u l-proċessi interni assoċjati mal-kontijiet attivi huma fis-seħħ.

2.  
Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji soġġetti għall-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li jżommu, għall-kuntratti tad-derivati msemmija fl-Artikolu 7a(6), kontijiet f’CCP tal-Grad 2 flimkien ma’ kontijiet attivi, għandhom jirrapportaw ukoll kull sitt xhur lill-awtorità kompetenti tagħhom informazzjoni dwar ir-riżorsi u s-sistemi li għandhom fis-seħħ biex jiżguraw li tiġi ssodisfata l-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 7a(3), il-punt (b). L-awtorità kompetenti għandha tittrasmetti dik l-informazzjoni lill-AETS mingħajr dewmien żejjed.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu għandhom jiżguraw li l-kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji soġġetti għall-obbligu msemmi fl-Artikolu 7a jieħdu l-passi xierqa biex jissodisfaw dak l-obbligu, inkluż billi jużaw is-setgħat superviżorji tagħhom skont il-leġiżlazzjoni settorjali tagħhom, fejn xieraq, jew jimponu penali kif imsemmi fl-Artikolu 12, fejn ikun meħtieġ. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu rapportar aktar frekwenti b’mod partikolari meta, abbażi tal-informazzjoni rrapportata, ma jkunux ittieħdu passi suffiċjenti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-kontijiet attivi.

Artikolu 7c

Informazzjoni dwar il-provvista ta’ servizzi tal-ikklerjar

1.  
Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar kemm f’CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 kif ukoll f’CCP rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom, meta l-offerta tkun disponibbli, dwar il-possibbiltà li jikklerjaw il-kuntratti tagħhom permezz ta’ CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14.
2.  
Minkejja l-Artikolu 4(3a), il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar lill-klijenti għandhom jiżvelaw, b’mod ċar u li jinftiehem, għal kull CCP li fiha jipprovdu servizzi tal-ikklerjar, it-tariffi li għandhom jiġu imposti fuq tali klijenti għall-forniment ta’ servizzi tal-ikklerjar u kwalunkwe tariffa oħra imposta inkluż tariffi imposti fuq klijenti li jgħaddu l-kostijiet, u kostijiet assoċjati oħrajn relatati mal-forniment ta’ servizzi tal-ikklerjar.
3.  

Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1:

(a) 

meta jistabbilixxu relazzjoni tal-ikklerjar tal-klijenti ma’ klijent; u

(b) 

mill-inqas fuq bażi trimestrali.

4.  
L-AETS għandha, wara li tkun ikkonsultat mal-ABE, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar it-tip ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 7d

Informazzjoni dwar l-attività tal-ikklerjar f’CCPs rikonoxxuti skont l-Artikolu 25

1.  

Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jikklerjaw il-kuntratti permezz ta’ CCP rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 għandhom jirrapportaw tali attività tal-ikklerjar kif ġej:

(a) 

meta jkunu stabbiliti fl-Unjoni iżda ma jkunux parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata fl-Unjoni, huma għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom;

(b) 

meta jkunu parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata fl-Unjoni, l-impriża prinċipali fl-Unjoni ta’ dak il-grupp għandha tirrapporta tali attività tal-ikklerjar fuq bażi konsolidata lill-awtorità kompetenti tagħha.

Ir-rapporti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun fihom informazzjoni dwar l-ambitu tal-attività tal-ikklerjar fis-CCP rikonoxxuta fuq bażi annwali li tispeċifika:

(a) 

it-tip ta’ strumenti finanzjarji jew mhux finanzjarji kklerjati;

(b) 

il-valuri medji kklerjati fuq perjodu ta’ sena għal kull munita tal-Unjoni u għal kull klassi ta’ assi;

(c) 

l-ammont ta’ marġnijiet miġbura;

(d) 

il-kontribuzzjonijiet għal fond ta’ inadempjenza; u

(e) 

l-akbar obbligazzjoni ta’ pagament.

L-awtorità kompetenti għandha tibgħat minnufih dik l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu lill-AETS u lill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ.

2.  
L-AETS għandha, b’kooperazzjoni mal-ABE, mal-AEAPX u mal-BERS u wara li tikkonsulta mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li tqis il-kanali ta’ rappurtar eżistenti u l-informazzjoni diġà disponibbli għall-AETS taħt il-qafas ta’ rapportar eżistenti, inkluż l-obbligu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 9.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.  
L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-format tal-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1, b’kont meħud tal-kanali ta’ rappurtar eżistenti.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 7e

Informazzjoni dwar is-CCPs tal-Unjoni

1.  

Is-CCPs awtorizzati skont l-Artikolu 14 għandhom jirrapportaw lill-AETS fuq bażi ta’ kull xahar, permezz tal-bażi ta’ data ċentrali stabbilita mill-AETS skont l-Artikolu 17c (il-“bażi tad-data ċentrali”), mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-valuri u l-volumi kklerjati għal kull munita u għal kull klassi ta’ assi, inkluż il-valur tal-pożizzjonijiet miżmuma mill-parteċipanti tal-ikklerjar;

(b) 

l-investimenti tas-CCP;

(c) 

il-kapital tas-CCP, inklużi r-riżorsi proprji ddedikati li jintużaw fil-kaskata ta’ inadempjenza kif imsemmija fl-Artikolu 45(4) ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 9(14) tar-Regolament (UE) 2021/23;

(d) 

ir-rekwiżiti tal-marġini tal-membri tal-ikklerjar, il-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza, u r-riżorsi impenjati kuntrattwalment fil-ġestjoni tal-inadempjenza jew fil-pjanijiet ta’ rkupru msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/23;

(e) 

l-adegwatezza tal-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-marġni u tal-inadempjenza u tar-riżorsi tal-kaskata rigward l-Artikoli 41, 42 u 45;

(f) 

ir-riżorsi likwidi disponibbli tas-CCP u r-riżultati tal-ittestjar tal-istress tal-likwidità;

(g) 

id-dettalji tal-membri tal-ikklerjar, il-klijenti li jkollhom kontijiet segregati individwalment, il-partijiet terzi li jipprovdu attivitajiet ewlenin marbuta mal-ġestjoni tar-riskju tas-CCP, il-fornituri materjali tal-likwidità konnessi mas-CCP, kif ukoll is-CCPs interoperabbli u konnessi.

(h) 

kwalunkwe bidla li s-CCP tkun implimentat direttament f’konformità mal-Artikolu 15a.

Il-membri tal-kulleġġ tas-CCP imsemmija fl-Artikolu 18 għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni pprovduta f’konformità ma’ dan l-Artikolu permezz tal-bażi tad-data ċentrali.

2.  
L-AETS għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE u mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar id-dettalji u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 1.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.  
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-istandards u l-formati tad-data għall-informazzjoni li trid tiġi żvelata f’konformità mal-paragrafu 1.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 8

Aċċess għal post tan-negozju

1.  
Post tan-negozju għandu jipprovdi informazzjoni kummerċjali fuq bażi mhux diskriminatorja u trasparenti lil kwalunkwe kontroparti ċentrali li tkun ġiet awtorizzata biex tikklerja kuntratti tad-derivati OTC f’dak il-post tan-negozju fuq talba tal-kontroparti ċentrali.
2.  
Meta talba għal aċċess għal post tan-negozjut kun ġiet sottomessa formalment lil post tan-negozju minn kontroparti ċentrali, il-post tan-negozju għandu jagħti risposta lil-kontroparti ċentrali fi żmien tliet xhur.
3.  
Meta l-post tan-negozju jirrifjuta l-aċċess, dan għandu jinnotifika lill-kontroparti ċentrali b’dan, u jagħti r-raġunijiet kollha.
4.  
Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-post tan-negozju u l-kontroparti ċentrali, l-aċċess għandu isir possibbli mill-post tan-negozju fi żmien tliet xhur minn tweġiba pożittiva għal talba għal aċċess.

L-aċċess tal-kontroparti ċentrali għall-post tan-negozju għandu jingħata biss sakemm tali aċċess ma jkunx jeħtieġ l-interoperabbiltà jew ma jheddidx il-funzjonament bla xkiel u ordnat tas-swieq, b’mod partikolari minħabba l-frammentazzjoni tal-likwidità u sakemm l-post tan-negozju ikun stabbilixxa mekkaniżmu adegwat għall-prevenzjoni ta’ tali frammentazzjoni.

5.  
Biex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-idea ta’ frammentazzjoni tal-likwidità.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 9

Obbligu ta’ rappurtar

▼M12

1.  
Il-kontropartijiet u s-CCPs għandhom jiżguraw li d-dettalji ta' kwalunkwe kuntratt tad-derivattivi li jkunu kkonkludew u kwalunkwe modifika jew terminazzjoni tal-kuntratt jiġu rrapportati skont il-paragrafi 1a sa 1f ta' dan l-Artikolu lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet rreġistrat skont l-Artikolu 55 jew rikonoxxut skont l-Artikolu 77. Id-dettalji għandhom jiġu rrapportati mhux iżjed tard mill-jum tax-xogħol wara l-konklużjoni, il-modifika jew it-terminazzjoni tal-kuntratt.

▼M18

Il-kontropartijiet finanzjarji, il-kontropartijiet mhux finanzjarji u s-CCPs soġġetti għall-obbligu ta’ rappurtar għandhom jistabbilixxu proċeduri u arranġamenti xierqa biex jiżguraw il-kwalità tad-data li jirrapportaw f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

Meta kontroparti mhux finanzjarja li tkun parti minn grupp tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, u tibbenefika mill-eżenzjoni stabbilita fil-ħames subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-impriża prinċipali fl-Unjoni ta’ dik il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tirrapporta l-pożizzjonijiet aggregati netti skont il-klassi ta’ derivati ta’ dik il-kontroparti mhux finanzjarja lill-awtorità kompetenti tagħha fuq bażi ta’ kull ġimgħa. Għal kontroparti stabbilita fl-Unjoni, l-awtorità kompetenti tal-impriża prinċipali għandha tikkondividi l-informazzjoni mal-AETS u mal-awtorità kompetenti ta’ dik il-kontroparti.

▼M12

L-obbligu ta' rapportar għandu japplika għal kuntratti tad-derivattivi li:

(a) 

ġew konklużi qabel it-12 ta' Frar 2014 u li jibqgħu pendenti f'dik id-data;

(b) 

ġew konklużi fit-12 ta' Frar 2014 jew wara.

Minkejja l-Artikolu 3, l-obbligu ta' rapportar ma għandux japplika għal kuntratti tad-derivattivi fl-istess grupp fejn mill-inqas waħda mill-kontropartijiet hija kontroparti mhux finanzjarja jew kienet tikkwalifika bħala kontroparti mhux finanzjarja kieku kienet stabbilita fl-Unjoni, dment li:

(a) 

iż-żewġ kontropartijiet huma inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa;

(b) 

iż-żewġ kontropartijiet huma soġġetti għal proċeduri ċentralizzati ta' evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju; u

(c) 

l-impriża prinċipali ma tkunx kontroparti finanzjarja.

Il-kontropartijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bl-intenzjoni tagħhom li japplikaw l-eżenzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu. L-eżenzjoni għandha tkun valida ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti notifikati ma jaqblux li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika.

▼M12

1a.  
il-kontropartijiet finanzjarji għandhom ikunu unikament responsabbli, anki legalment, għar-rapportar f'isem iż-żewġ kontropartijiet, tad-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi ma' kontroparti mhux finanzjarja li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1), kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji rrapportati.

Biex jiġi żgurat li l-kontroparti finanzjarja jkollha d-data kollha li jkollha bżonn biex tissodisfa l-obbligu ta' rapportar, il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tipprovdi lill-kontroparti finanzjarja d-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi bejniethom, li l-kontroparti finanzjarja ma tistax tkun raġonevolment mistennija li jkollha. Il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tkun responsabbli biex tiżgura li dawk id-dettalji jkunu korretti.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, kontropartijiet mhux finanzjarji li diġà investew f'sistema ta' rapportar jistgħu jiddeċiedu li jirrapportaw id-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC tagħhom ma' kontropartijiet finanzjarji lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet. F'dak il-każ, il-kontropartijiet mhux finanzjarji għandhom jinformaw lill-kontropartijiet finanzjarji li magħhom ikkonkludew kuntratti tad-derivattivi OTC dwar id-deċiżjoni tagħhom qabel ma jirrapportaw dawk id-dettalji. F'dik is-sitwazzjoni, il-kontropartijiet mhux finanzjarji għandhom ikunu responsabbli, anki legalment, għar-rapportar dawk id-dettalji u għall-iżgurar tal-korrettezza.

Kontroparti mhux finanzjarja li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u li tikkonkludi kuntratt tad-derivattivi OTC ma' entità stabbilita f'pajjiż terz ma għandhiex tkun meħtieġa tirrapporta skont dan l-Artikolu u ma għandhiex tkun legalment responsabbli għar-rapportar jew għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji ta' tali kuntratti tad-derivattivi OTC, dment li:

▼M18

(a) 

dik l-entità ta’ pajjiż terz tkun kwalifikata bħala kontroparti finanzjarja kieku kienet stabbilita fl-Unjoni; u

▼M18 —————

▼M12

(c) 

il-kontroparti finanzjarja tal-pajjiż terz tkun irrapportat tali informazzjoni skont is-sistema legali għar-rapportar ta' dak il-pajjiż terz tagħha lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet li huwa soġġett għal obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli li jagħtu lill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 81(3) aċċess dirett u immedjat għad-data.

1b.  
il-kumpannija ta' ġestjoni ta' UCITS għandha tkun responsabbli, anki legalment, għar-rapportar tad-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li għalihom dik l-UCITS hija kontroparti, kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji rrapportati.
1c.  
l-AIFM għandu jkun responsabbli, anki legalment, għar-rapportar tad-dettalji ta' kuntratti tad-derivattivi OTC li għalihom l-AIF rilevanti huwa kontroparti, kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji rrapportati.
1d.  
L-entità awtorizzata li hija responsabbli mill-ġestjoni ta' u li taġixxi f'isem IORP li, skont il-liġi nazzjonali, ma għandhiex personalità legali għandha tkun responsabbli, anki legalment, mir-rappurtar tad-dettalji ta' kuntratti tad-derivattivi OTC li għalihom dik l-IORP hi kontroparti kif ukoll milli tiżgura l-korrettezza tad-dettalji rrappurtati.

▼M18

1e.  
Il-kontropartijiet u s-CCPs li huma meħtieġa jirrapportaw id-dettalji tal-kuntratti tad-derivati għandhom jiżguraw li tali dettalji jiġu rapportati b’mod korrett u mingħajr duplikazzjoni, inkluż meta l-obbligu ta’ rappurtar ikun ġie ddelegat f’konformità mal-paragrafu 1f.

▼M12

1f.  
Il-kontropartijiet u s-CCPs li huma soġġetti għall-obbligu ta' rapportar imsemmi fil-paragrafu 1 jistgħu jiddelegaw dak l-obbligu ta' rapportar.

▼B

2.  
Il-kontropartijiet għandhom iżommu rekord ta’ kwalunkwe kuntratt tad-derivati li jkunu kkonkludew u kwalunkwe modifika mill-inqas għal ħames snin wara t-terminazzjoni tal-kuntratt.
3.  
Meta repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ma jkunx disponibbli biex jirreġistra d-dettalji ta’ kuntratt tad-derivati, il-kontropartijiet u l-kontropartijiet ċentrali għandhom jiżguraw li tali dettalji jiġu rrappurtati lill-AETS.

F’dan il-każ l-AETS għandha tiżgura li l-entitajiet rilevanti kollha msemmija fl-Artikolu 81(3) ikollhom aċċess għad-dettalji kollha tal-kuntratti tad-derivati li jkunu jeħtieġu biex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom.

4.  
Kontraparti jew kontroparti ċentrali li jirrapportaw id-dettalji ta’ kuntratt tad-derivati lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jew lill-AETS, jew entità li tirrapporta tali dettalji f’isem kontroparti jew kontroparti ċentrali ma għandhomx jitqiesux li qed jiksru xi restrizzjoni ta’ divulgazzjoni ta’ informazzjoni imposta minn dak il-kuntratt jew minn kwalunkwe dispożizzjonileġislattiva, regolatorja jew amministrattiva.

L-ebda responsabbiltà li tirriżulta minn dik id-divulgazzjoni ma għandha taqa’ fuq l-entità ta’ rappurtar jew id-diretturi jew l-impjegati tagħha.

▼M18

4a.  
Sal-25 ta’ Diċembru 2025 l-AETS, f’kooperazzjoni mal-ABE u l-AEAPX, għandha tabbozza linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tispeċifika aktar il-proċeduri u l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu.

▼B

5.  
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika d-dettalji u t-tip ta’ rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għall-klassijiet differenti tad-derivati.

Ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha tispeċifika tal-anqas:

(a) 

il-partijiet għall-kuntratt tad-derivati u, meta jkunu differenti, il-benefiċjarju tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minnu;

(b) 

il-karatteristiċi ewlenin tal-kuntratti tad-derivati, inklużi t-tip tagħhom, il-maturità sottostanti, il-valur nozzjonali, il-prezz u d-data tas-saldu.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M12

6.  

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 3, l-AETS għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a) 

l-istandards u l-formats tad-data għall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata, li għandhom jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:

(i) 

identifikaturi globali tal-entitajiet ġuridiċi (LEIs);

(ii) 

numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (international securities identification numbers, ISINs);

(iii) 

identifikaturi uniċi tat-tranżazzjoni (unique trade identifiers, UTIs);

(b) 

il-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar;

(c) 

il-frekwenza tar-rapporti;

(d) 

id-data sa meta l-kuntratti tad-derivattivi għandhom jiġu rrapportati.

Fl-iżvilupp ta' dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni, l-AETS għandha tqis l-iżviluppi u l-istandards internazzjonali miftiehma fil-livell tal-Unjoni jew dak globali, u l-konsistenza tagħhom mar-rekwiżiti tar-rapportar stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2015/2365 ( 17 ) u l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentattivi lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 10

Kontropartijiet mhux finanzjarji

▼M12

1.  
Kull 12-il xahar, kontroparti mhux finanzjarja li tieħu pożizzjonijiet f'kuntratti tad-derivattivi OTC tista' tikkalkula l-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti skont il-paragrafu 3.

Fejn kontroparti mhux finanzjarja ma tikkalkulax il-pożizzjonijiet tagħha, jew fejn ir-riżultat ta' dak il-kalkolu msemmi fir-rigward ta' klassi waħda jew aktar ta' derivattivi OTC jaqbeż il-livelli limiti tal-ikklerjar speċifikati skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, dik il-kontroparti mhux finanzjarja għandha:

(a) 

minnufih tinnotifika lill-AETS u lill-awtorità kompetenti rilevanti, u, fejn rilevanti, tindika l-perijodu użat għall-kalkolu;

(b) 

tistabbilixxi arranġamenti ta' kklerjar fi żmien erba' xhur min-notifika msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu;

(c) 

issir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 għall-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi jew innovati aktar minn erba' xhur wara n-notifika msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu li jappartjenu għal dawk il-klassijiet tal-assi li fir-rigward tagħhom ir-riżultat tal-kalkolu jaqbeż il-limiti tal-ikklerjar jew, fejn il-kontroparti mhux finanzjarja ma tkunx ikkalkulat il-pożizzjoni tagħha, li jappartjenu għal kwalunkwe klassi ta' derivattivi OTC li hija soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar.

2.  
Kontroparti mhux finanzjarja li tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 fis-17 ta' Ġunju 2019 jew li ssir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandha tibqa' soġġetta għal dak l-obbligu u għandha tkompli l-ikklerjar sakemm dik il-kontroparti mhux finanzjarja turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti ma teċċedix il-limitu minimu għall-ikklerjar speċifikat skont il-punt (b) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tkun tista' turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-kalkolu tal-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar ta' qabel ma jwassalx għal sottovalutazzjoni sistematika tal-pożizzjoni.

▼M12

2a.  
L-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-kontroparti mhux finanzjarja u entitajiet l-oħra fil-grupp għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jiżguraw il-kalkolu effettiv tal-pożizzjonijiet fil-livell tal-grupp.

▼B

3.  
Fil-kalkolu tal-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tinkludi l-kuntratti tad-derivati OTC kollha konklużi mill-kontroparti mhux finanzjarja jew minn entitajiet mhux finanzjarji oħra fil-grupp li għalih il-kontroparti mhux finanzjarja tappartjeni, li mhumiex oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji relatati direttament mal-attività kummerċjali jew attività ta’ finanzjament tat-teżor tal-kontroparti mhux finanzjarja jew ta’ dak il-grupp.

▼M18

4.  

L-AETS, wara li tkun ikkonsultat mal-BERS u ma’ awtoritajiet rilevanti oħrajn, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

il-kriterji sabiex jiġi stabbilit liema kuntratti tad-derivati OTC jistgħu jitkejlu b’mod oġġettiv bħala li jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew mal-attività ta’ finanzjament tat-teżor imsemmija fil-paragrafu 3;

(b) 

il-valuri tal-limiti tal-ikklerjar għall-pożizzjonijiet mhux ikklerjati, li jiġu ddeterminati filwaqt li titqies il-metodoloġija stabbilita fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 4a(3), ir-rilevenza sistemika tas-somma tal-pożizzjonijiet u tal-iskoperturi netti għal kull kontroparti u għal kull klassi ta’ derivati OTC; u

(c) 

il-mekkaniżmi li jagħtu bidu għal rieżami tal-valuri tal-limiti tal-ikklerjar wara fluttwazzjonijiet sinifikanti tal-prezzijiet fil-klassi sottostanti tad-derivati OTC jew żieda sinifikanti tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4a.  
L-AETS, b’konsultazzjoni mal-BERS, għandha tirrieżamina l-limiti tal-ikklerjar imsemmija fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 4a(4), filwaqt li tqis, b’mod partikolari, l-interkonnettività tal-kontropartijiet finanzjarji u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kopertura prudenti tal-kontropartijiet finanzjarji skont l-obbligu tal-ikklerjar. Dak ir-rieżami għandu jitwettaq mill-inqas kull sentejn, jew aktar kmieni fejn ikun neċessarju jew fejn meħtieġ skont il-mekkaniżmi stabbiliti skont il-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c). B’riżultat ta’ dak ir-rieżami, l-AETS tista’, fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 4, tipproponi bidliet għal-limiti speċifikati fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dak il-paragrafu. Meta tirrieżamina l-limiti tal-ikklerjar, l-AETS għandha tikkunsidra jekk il-klassijiet ta’ derivati OTC, li għalihom ġie stabbilit limitu tal-ikklerjar, għadhomx il-klassijiet rilevanti ta’ derivati OTC jew jekk jenħtieġx li jiġu introdotti klassijiet ġodda.

Dak ir-rieżami perjodiku għandu jkun akkumpanjat minn rapport mill-AETS dwar is-suġġett.

4b.  
L-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-kontroparti mhux finanzjarja u tal-entitajiet l-oħrajn fi ħdan il-grupp għandhom jistabbilixxu proċeduri ta’ kooperazzjoni sabiex jiżguraw il-kalkolu effettiv tal-pożizzjonijiet u jevalwaw u jivvalutaw il-livell ta’ skopertura fil-kuntratti tad-derivati OTC fil-livell ta’ grupp.
5.  
Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità responsabbli sabiex tiżgura li l-obbligi tal-kontropartijiet mhux finanzjarji skont dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. Dik l-awtorità, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet responsabbli għall-entitajiet l-oħrajn tal-grupp, għandha tirrapporta lill-AETS mill-anqas kull sentejn, u aktar ta’ spiss meta tiġi identifikata sitwazzjoni ta’ emerġenza skont l-Artikolu 24, dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tal-livell ta’ skopertura fid-derivati OTC tal-kontropartijiet mhux finanzjarji li hija responsabbli għalihom. L-awtorità responsabbli għall-impriża prinċipali fl-Unjoni tal-grupp li għalih tappartjeni l-kontroparti mhux finanzjarja għandha tirrapporta lill-AETS, mill-inqas kull sentejn, dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tal-livell ta’ skopertura f’derivati OTC tal-grupp.

Mill-anqas kull sentejn mill-24 ta’ Diċembru 2024, l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-kontropartijiet mhux finanzjarji tal-Unjoni fid-derivati OTC, li jidentifika l-oqsma fejn hemm nuqqas ta’ konverġenza u koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni.

▼B

Artikolu 11

Tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali

1.  

Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji li jikkonkludu kuntratt tad-derivati OTC mhux ikklerjat minn kontroparti ċentrali, għandhom jiżguraw waqt li jeżerċitaw d-diliġenza xierqa, li jkun hemm proċeduri u arranġamenti xierqa fis-seħħ għall-kejl, il-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tar-riskju operattiv u tal-kreditu tal-kontroparti, inklużi mill-inqas:

(a) 

il-konferma fil-ħin, meta disponibbli, permezz ta’ mezzi elettroniċi, tat-termini tal-kuntratt tad-derivati OTC rilevanti;

(b) 

proċessi formalizzati li huma robusti, reżiljenti u awditjabbli sabiex jiġu rikonċiljati l-portafolji, sabiex jiġi mmaniġjat ir-riskju assoċjat u sabiex jiġu identifikati tilwimiet bejn il-partijiet fi stadju bikri u sabiex jiġu riżolti, u sabiex jiġi mmonitorat il-valur tal-kuntratti pendenti.

2.  
Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10 għandhom ta’ kuljum jipprezzaw skont il-valur fis-suq il-kuntratti pendenti. Meta l-kundizzjonijiet tas-suq ma jippermettux l-ipprezzar skont il-valur fis-suq, għandu jintuża l-ipprezzar affidabbli u prudenti skont il-mudell.

▼M18

Kontroparti mhux finanzjarja li ssir soġġetta għall-obbligi stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ dawk l-obbligi fi żmien erba’ xhur min-notifika msemmija fl-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a). Kontroparti mhux finanzjarja għandha tiġi eżentata minn dawk l-obbligi għal kuntratti konklużi matul l-erba’ xhur wara dik in-notifika.

▼B

3.  
Il-kontropartijiet finanzjarji għandu jkollhom proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju li jirrikjedu l-iskambju fil-ħin, preċiż u segregat b’mod xieraq tal-kollateral fir-rigward tal-kuntratti tad-derivati OTC konklużi fi jew wara s-16 ta’ Awwissu 2012. Il-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10 għandu jkollhom proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju li jirrikjedu l-iskambju fil-ħin, preċiż u segregat b’mod xieraq tal-kollateral fir-rigward tal-kuntratti tad-derivati OTC konklużi fi jew wara li jkun inqabeż il-livell limitu tal-ikklerjar.

▼M18

Kontroparti mhux finanzjarja li ssir soġġetta għall-obbligi stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ dawk l-obbligi fi żmien erba’ xhur min-notifika msemmija fl-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a). Kontroparti mhux finanzjarja għandha tiġi eżentata minn dawk l-obbligi għal kuntratti konklużi matul l-erba’ xhur wara dik in-notifika.

Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10(1) għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom qabel ma jużaw, jew jadottaw bidla għal, mudell għall-kalkolu tal-marġni inizjali fir-rigward tal-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Meta japplikaw għal awtorizzazzjoni, dawk il-kontropartijiet għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, permezz tal-bażi ta’ data ċentrali, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar dawk il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu jew jirrifjutaw tali awtorizzazzjoni fi żmien sitt xhur minn meta jirċievu l-applikazzjoni għal mudell ġdid jew fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-applikazzjoni għal bidla f’mudell diġà awtorizzat.

Meta l-mudell imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkun ibbażat fuq mudell pro forma, il-kontroparti għandha tapplika lill-ABE għall-validazzjoni ta’ dak il-mudell u għandha tipprovdi lill-ABE l-informazzjoni rilevanti kollha msemmija f’dak is-subparagrafu permezz tal-bażi tad-data ċentrali. Barra minn hekk, il-kontroparti għandha tipprovdi lill-ABE l-informazzjoni dwar l-ammont nozzjonali pendenti msemmi fil-paragrafu 12a ta’ dan l-Artikolu permezz tal-bażi tad-data ċentrali.

Meta l-mudell imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkun ibbażat fuq mudell pro forma, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-awtorizzazzjoni biss meta l-mudell pro forma jkun ġie vvalidat mill-ABE.

L-ABE, f’kooperazzjoni mal-AETS u mal-AEAPX, tista’ toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet bil-għan li tiżgura l-applikazzjoni u l-proċess ta’ awtorizzazzjoni uniformi tal-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3a.  
B’deroga mill-paragrafu 3, l-opzjonijiet single-stock u l-opzjonijiet tal-indiċi ta’ ekwità mhux ikklerjati minn CCP m’għandhomx ikunu soġġetti għal proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju li jkunu jirrikjedu l-iskambju f’waqtu, preċiż u segregat b’mod xieraq tal-kollateral.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-AETS, f’kooperazzjoni mal-ABE u l-AEAPX, għandha timmonitorja:

(a) 

żviluppi regolatorji f’ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tat-trattament ta’ opzjonijiet ta’ stokk uniku u opzjonijiet tal-indiċi tal-ekwità;

(b) 

l-impatt tad-deroga kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha; u

(c) 

l-iżvilupp ta’ skoperturi f’opzjonijiet ta’ stokk uniku u opzjonijiet tal-indiċi tal-ekwità mhux ikklerjati minn CCP.

Mill-inqas kull tliet snin mill-24 ta’ Diċembru 2024, l-AETS, f’kooperazzjoni mal-ABE u l-AEAPX, għandha tirrapporta lill-Kummissjoni s-sejbiet li jirriżultaw mill-monitoraġġ tagħha msemmi fit-tieni subparagrafu.

Fi żmien sena mid-data tal-wasla tar-rapport imsemmi fit-tielet subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk:

(a) 

l-iżviluppi internazzjonali wasslu għal aktar konverġenza fit-trattament ta’ opzjonijiet ta’ stokk uniku u opzjonijiet tal-indiċi tal-ekwità; u

(b) 

id-deroga stipulata fl-ewwel subparagrafu tipperikolax l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 biex temenda dan ir-Regolament billi tirrevoka d-deroga stabbilita fl-ewwel subparagrafu wara perjodu ta’ adattament. Il-perjodu ta’ adattament ma għandux jaqbeż is-sentejn.

▼B

4.  
Il-kontropartijiet finanzjarji għandhom iżommu ammont adatt u proporzjonat ta’ kapital biex jamministraw ir-riskju mhux kopert bl-iskambju adatt ta’ kollateral.
5.  
Ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika għal tranżazzjoni intragrupp kif imsemmi fl-Artikolu 3 konkluża ma’ kontropartijiet li jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru sakemm ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi tagħhom jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.
6.  

Tranżazzjoni intragrupp kif imsemmija fl-Artikolu 3(2)(a), (b) jew (c) konkluża ma’ kontropartijiet li jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti għandha tiġi eżentata totalment jew parzjalment mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fuq il-bażi ta’ deċiżjoni pożittiva taż-żewġ awtoritajiet kompetenti rilevanti, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;

(b) 

ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jirnexxilhomx jaslu għal deċiżjoni pożittiva fi żmien 30 jum kalendarju minn meta tasal l-applikazzjoni għall-eżenzjoni, l-AETS tista’ tassisti lill-dawk l-awtoritajiet sabiex jilħqu ftehim b’konformità mas-setgħat tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.  

Tranżazzjoni intragrupp kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) konkluża ma’ kontropartijiet mhux finanzjarji li huma stabbiliti fi Stati Membri differenti għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;

(b) 

ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.

Il-kontropartijiet mhux finanzjarji jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li japplikaw l-eżenzjoni lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(5). L-eżenzjoni għandha tkun valida sakemm waħda mill-awtoritajiet kompetenti notifikati ma taqbilx li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika.

8.  

Tranżazzjoni intragrupp imsemmija fl-Artikolu 3(2)(a) sa (d) konkluża ma’ kontroparti li hi stabbilita fl-Unjoni u kontroparti li hi stabbilita f’ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz għandha tiġi eżentata totalment jew parzjalment mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fuq il-bażi ta’ deċiżjoni pożittiva tal-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli għas-superviżjoni tal-kontroparti li hi stabbilita fl-Unjoni, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;

(b) 

ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.

9.  

Tranżazzjoni intragrupp kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) konkluża ma’ kontroparti mhux finanzjarja li hija stabbilita fl-UE u kontroparti li hija stabbilita f’ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;

(b) 

ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.

Il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tinnotifika l-intenzjoni tagħha li tapplika l-eżenzjoni lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(5). L-eżenzjoni għandha tkun valida sakemm l-awtoritajiet kompetenti notifikati ma tjaqblu li hija sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika.

10.  

Tranżazzjoni intragrupp kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) konkluża ma’ kontroparti mhux finanzjarja u kontroparti finanzjarja li jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti għandha tiġi eżentata totalment jew parzjalment mir-rekwiżit imniżżel fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fuq il-bażi ta’ deċiżjoni pożittiva tal-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli għas-superviżjoni tal-kontroparti finanzjarja, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;

(b) 

ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.

L-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli għas-superviżjoni tal-kontroparti finanzjarja għandha tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni bħal din lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(5). L-eżenzjoni tkun valida sakemm l-awtorità kompetenti notifikata ma taqbilx li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu. Jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-AETS tista’ tgħin lil dawk l-awtoritajiet jilħqu qbil f’konformità mas-setgħat tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

11.  
Il-kontroparti ta’ tranżazzjoni intragrupp li ġiet eżentata mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 għandha tagħmel pubblika informazzjoni dwar l-eżenzjoni.

Awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-AETS dwar kwalunkwe deċiżjoni adottata skont il-paragraf 6, 8 jew 10 jew kwalunkwe notifika li ġiet riċevuta skont il-paragraf 7, 9 jew 10 u għandha tagħti lill-AETS id-dettalji tat-tranżazzjoni intragrupp ikkonċernata.

12.  
L-obbligi stipulati fil-paragrafi 1 sa 11 għandhom japplikaw għal kuntratti tad-derivati OTC konklużi bejn entitajiet ta’ pajjiżi terzi li jkunu soġġetti għal dawn l-obbligi jekk ikunu ġew stabbiliti fl-Unjoni, sakemm dawn il-kuntratti jkollhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew fejn dan l-obbligu jkun meħtieġ jew adegwat biex tiġi evitata l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament.

▼M18

12a.  
L-ABE għandha tistabbilixxi funzjoni ta’ validazzjoni ċentrali għall-elementi u l-aspetti ġenerali tal-mudelli pro forma, u l-bidliet fihom, użati jew li għandhom jintużaw mill-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10 għall-fini ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. L-ABE għandha tiġbor feedback mill-AETS, l-AEAPX, u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-kontropartijiet bl-użu tal-mudelli pro forma soġġetti għal validazzjoni, inkluż dwar il-prestazzjoni ta’ dawk il-mudelli pro forma, u għandha tikkoordina l-fehmiet tagħhom bil-għan li jiġi żviluppat kunsens dwar l-elementi u l-aspetti ġenerali tal-mudelli pro forma. L-ABE għandha sservi bħala l-punt ewlieni ta’ kuntatt għad-diskussjonijiet mal-parteċipanti fis-suq u l-iżviluppaturi ta’ dawk il-mudelli pro forma.

Fir-rwol tagħha ta’ validatur ċentrali, l-ABE għandha tivvalida l-elementi u l-aspetti ġenerali ta’ dawk il-mudelli pro forma, inklużi l-kalibrazzjoni, id-disinn u l-kopertura tal-istrumenti, tal-klassijiet tal-assi u tal-fatturi ta’ riskju. L-ABE għandha tagħti jew tirrifjuta tali validazzjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni għall-validazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, ir-raba’ subparagrafu, għal mudell pro forma ġdid u fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni għal bidla f’mudell diġà vvalidat. Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol ta’ validazzjoni tal-ABE, l-iżviluppaturi tal-mudelli pro forma għandhom, fuq talba tal-ABE, jissottomettu lill-ABE l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa.

L-ABE għandha tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fil-proċessi ta’ awtorizzazzjoni tagħhom rigward l-aspetti ġenerali tal-implimentazzjoni tal-mudelli skont il-paragrafu 3. Għal dak l-għan, l-ABE għandha tħejji rapport annwali dwar l-aspetti rilevanti tal-ħidma ta’ validazzjoni tagħha, inkluża l-verifika tal-kalibrazzjoni tal-mudelli skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u l-analiżi tal-kwistjonijiet irrapportati. Fejn tqis li jkun meħtieġ, l-ABE għandha toħroġ, f’kooperazzjoni mal-AETS u l-AEAPX, rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 indirizzati lil dawk l-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jassistu lill-ABE fl-abbozzar tar-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ABE, fuq talba tagħha, l-informazzjoni miġbura matul il-proċess ta’ awtorizzazzjoni inizjali u kontinwu tagħhom fil-livell tal-entità tal-mudelli skont il-paragrafu 3, jew bidliet fihom.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu unikament responsabbli għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-mudelli skont il-paragrafu 3, jew għal bidliet għalihom, fil-livell tal-entità taħt superviżjoni.

L-ABE għandha titlob tariffa annwali, għal kull mudell pro forma, mingħand il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10(1) bl-użu tal-mudelli pro forma vvalidati mill-ABE skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-ABE l-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji li jimplimentaw mudelli soġġetti għall-proċess ta’ validazzjoni skont l-ewwel subparagrafu. It-tariffa għandha tkun proporzjonata għall-ammont nozzjonali pendenti medju fix-xahar ta’ derivati OTC ikklerjati mhux ċentralment matul l-aħħar 12-il xahar tal-kontropartijiet ikkonċernati bl-użu tal-mudelli pro forma vvalidati mill-ABE u għandha tiġi assenjata biex tkopri l-kostijiet kollha mġarrba mill-ABE għat-twettiq tal-kompiti tagħha f’konformità mal-ewwel subparagrafu.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “mudell pro forma” tfisser mudell ta’ marġni inizjali stabbilit, ippubblikat u rivedut permezz ta’ inizjattivi mmexxija mis-suq.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 biex tissuplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi:

(a) 

il-metodu għad-determinazzjoni tal-ammont tat-tariffi; u

(b) 

il-modalitajiet tal-ħlas tat-tariffi.

▼B

13.  
L-AETS għandha tissorvelja regolarment l-attività fid-derivati mhux eliġibbli għall-ikklerjar biex tidentifika l-każijiet fejn klassi partikolari ta’ derivati tista’ tkun ta’ riskju sistemiku u biex tevita l-arbitraġġ regolatorju bejn tranżazzjonijiet tad-derivati kklerjati u mhux ikklerjati. B’mod partikolari, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta l-BERS tieħu azzjoni skont l-Artikolu 5(3) jew terġa’ teżamina l-istandards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti marġni stipulati fil-paragrafu 14 ta’ dan l-Artikolu, u fl-Artikolu 41.
14.  

Bil-għan li tiżgura applikazzjoni konsisteni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tabbozza standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

il-proċeduri u l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 1;

(b) 

il-kundizzjonijiet tas-suq li jipprojbixxu t-tranżazzjonijiet minn suq għal suq u l-kriterji għall-użu tal-ipprezzar skont il-mudell imsemmi fil-paragrafu 2;

(c) 

id-dettalji tat-tranżazzjonijiet intragruppi eżentati li għandhom jiġu inklużi fin-notifika msemmija fil-paragrafi 7, 9 u 10;

(d) 

id-dettalji tal-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet intragruppi eżentati msemmija fil-paragrafu 11;

(e) 

il-kuntratti li huma meqjusa li għandhom effett dirett, sustanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew il-każi meta jkun neċessarju jew xieraq biex tiġi evitata l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament kif imsemmi fil-paragrafu 12;

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M10

15.  

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ASE għandhom jiżviluppaw abbozz komuni ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

▼M12

(a) 

il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż il-livelli u t-tip ta' kollateral u l-arranġamenti tas-segregazzjoni msemmija fil-paragrafu 3;

▼M18

(aa) 

il-proċeduri superviżorji, biex tiġi żgurata l-validazzjoni inizjali u kontinwa tal-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 3 applikati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE u d-ditti tal-investiment awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2014/65/UE li għandhom, jew jappartjenu għal grupp li għandu, ammont nozzjonali medju pendenti fix-xahar ta’ derivati OTC ikklerjati mhux ċentralment ta’ mill-inqas EUR 750 biljun, ikkalkulati f’konformità mal-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu żviluppati mill-ASE f’konformità ma’ dan il-paragrafu;

▼M10

(b) 

il-proċeduri għall-kontrapartijiet u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti li għandhom jiġu segwiti fl-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet skont il-paragrafi 6 sa 10;

(c) 

il-kriterji applikabbli msemmija fil-paragrafi 5 sa 10 inkluż, b’mod partikulari, x’għandu jitqies bħala impediment prattiku jew legali għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji u għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontrapartijiet.

Il-livell u t-tip ta’ kollateral meħtieġ fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li huma konklużi minn entitajiet ta’ bonds koperti b’rabta ma’ bond kopert, jew minn entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta ma’ titolizzazzjoni skont it-tifsira ta’ [dan ir-Regolament] u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 18, u fl-Artikoli 19 sa 22 jew fl-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (UE) 2017/2402 [ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni] għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jittieħed f’kunsiderazzjoni kwalunkwe xkiel affaċċjat fl-iskambju tal-kollateral fir-rigward ta’ arranġamenti kollaterali eżistenti fil-bond kopert jew it-titolizzazzjoni.

▼M12

L-ESAs għandhom jippreżentaw dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, ħlief għal dawk imsemmija fil-punt (aa) tal-ewwel subparagrafu, lill-Kummissjoni sat-18 ta' Lulju 2018.

▼M18

L-ABE, f’kooperazzjoni mal-AETS, għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (aa), lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

▼M10

Skont in-natura legali tal-kontroparti, is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu b’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 12

Penali

1.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tar-regoli skont dan it-Titolu u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom jinkludu mill-inqas multi amministrattivi. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

▼M18

1a.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu penali kriminali, l-awtorità kompetenti għandha, permezz ta’ deċiżjoni, timponi penali amministrattivi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, jew titlob lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jimponu penali jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, fuq l-entitajiet soġġetti għall-obbligu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 9 meta d-dettalji rrapportati ripetutament ikun fihom żbalji manifesti sistematiċi.

Il-pagament perjodiku ta’ penali msemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jaqbeż massimu ta’ 1 % tal-fatturat medju ta’ kuljum għas-sena kummerċjali preċedenti li, fil-każ ta’ ksur kontinwu, l-entità għandha tkun obbligata tħallas għal kull jum li fih ikompli l-ksur, sakemm il-konformità mal-obbligu tiġi stabbilita jew terġa’ tiġi stabbilita. Il-pagament perjodiku ta’ penali jista’ jiġi impost għal perjodu massimu ta’ sitt xhur mid-data stabbilita fid-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirrikjedi t-terminazzjoni ta’ ksur u li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali.

▼B

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ kontropartijiet finanzjarji, u, fejn xieraq, kontropartijiet mhux finanzjarji jiddivulgaw kull penali li tkun ġiet imposta għal ksur tal-Artikoli 4, 5 u 7 sa 11 lill-pubbliku, sakemm din id-divulgazzjoni ma tipperikolax b’mod serju s-swieq finanzjarji jew tikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw regolarment rapporti ta’ valutazzjoni dwar l-effikaċità tar-regoli dwar il-penali li qegħdin jiġu applikati. Tali żvelar u pubblikazzjoni ma jinkludux data personali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE.

Sas-17 ta’ Frar 2013, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli msemmija fil-paragrafu 1. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom mingħajr dewmien.

3.  
Kwalunkwe ksur tar-regoli taħt dan it-Titolu m’għandux jolqot il-validità ta’ kuntratt tad-derivati OTC jew il-possibilità li l-partijiet jinfurzaw id-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt tad-derivati OTC. Ksur tar-regoli taħt dan it-Titolu m’għandu jwassal għall-ebda dritt għal kumpens minn parti għal kuntratt tad-derivati OTC.

▼M18

4.  
Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 1a, meta l-ordinament ġuridiku ta’ Stat Membru ma jipprevedix penali amministrattivi, dan l-Artikolu jista’ jiġi applikat b’tali mod li l-penali tinbeda mill-awtorità kompetenti u tiġi imposta mill-awtoritajiet ġudizzjarji, filwaqt li jiġi żgurat li dawk ir-rimedji legali jkunu effettivi u jkollhom effett ekwivalenti għall-penali amministrattivi imposti mill-awtoritajiet kompetenti. Fi kwalunkwe każ, il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawk l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet tal-liġijiet tagħhom li huma jadottaw skont dan il-paragrafu sal-24 ta’ Diċembru 2024 u, mingħajr dewmien, kwalunkwe liġi ta’ emenda jew emenda sussegwenti li taffettwahom.
5.  
L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, l-AEAPX u l-BERS, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika x’jikkostitwixxi żbalji evidenti sistematiċi kif imsemmi fil-paragrafu 1a.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M18

Artikolu 13

Mekkaniżmu biex jiġu evitati regoli duplikattivi jew konfliġġenti fir-rigward ta’ kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn CCP

1.  
Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-ASE fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni internazzjonali tal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 11, b’mod partikolari fir-rigward ta’ rekwiżiti potenzjali duplikattivi u kunfliġġenti fuq il-parteċipanti fis-suq, u tirrakkomanda azzjoni possibbli.
2.  

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti implimentattivi li jiddikjaraw li l-arranġamenti legali, superviżorji u ta’ infurzar ta’ pajjiż terz:

(a) 

ikunu ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11;

(b) 

jiżguraw protezzjoni tas-sigriet professjonali li tkun ekwivalenti għal dik stipulata fl-Artikolu 83; u

(c) 

ikunu qed jiġu applikati u infurzati b’mod effettiv b’mod ekwu u mhux distorżiv sabiex jiżguraw is-superviżjoni u l-infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).

3.  
Att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jimplika li l-kontropartijiet li jidħlu f’kuntratt tad-derivati OTC mhux ikklerjat minn CCP soġġett għal dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkunu ssodisfaw l-obbligi inklużi fl-Artikolu 11 meta mill-inqas waħda mill-kontropartijiet tkun soġġetta għar-rekwiżiti li jkunu kkunsidrati ekwivalenti skont dak l-att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza.

▼M16

Artikolu 13a

Emendi għall-kuntratti ta’ legat għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ riformi tal-parametri referenzjarji

1.  
Il-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju, imsemmija fl-Artikolu 11(3) li jkollhom fis-seħħ fit-13 ta’ Frar 2021 fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li ma humiex ikklerjati minn kontroparti ċentrali u li jkunu daħlu fihom jew li jkunu ġew innovati qabel id-data li fiha l-obbligu li jkun hemm proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju skont l-Artikolu 11(3) jidħol fis-seħħ meta, wara t-13 ta’ Frar 2021, dawk il-kuntratti jiġu sussegwentement emendati jew innovati bl-iskop uniku li jiġi sostitwit parametru referenzjarju jew li tiġi introdotta dispożizzjoni ta’ riżerva fir-rigward ta’ kwalunkwe parametru referenzjarju li għalih hemm referenza f’dak il-kuntratt.
2.  
Il-kuntratti li jsiru jew li jiġu innovati qabel id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4 u li, wara t-13 ta’ Frar 2021, jiġu sussegwentement emendati jew innovati għall-iskop uniku li jiġi sostitwit parametru referenzjarju jew li tiġi introdotta dispożizzjoni ta’ riżerva fir-rigward ta’ kwalunkwe parametru referenzjarju li għalih hemm referenza f’dak il-kuntratt, ma għandhomx, għal dik ir-raġuni, isiru soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4.
3.  

Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw biss għal kuntratti tad-derivattivi OTC li l-emenda jew in-novazzjoni tagħhom:

(a) 

hija neċessarja sabiex tissostitwixxi parametru referenzjarjua fil-kuntest tar-riformi tal-parametri referenzjarji;

(b) 

ma tibdilx is-sustanza ekonomika jew il-fattur ta’ riskju rappreżentat mir-referenza għall-parametru referenzjarju f’tali kuntratt; u

(c) 

ma tinkludix bidliet oħra għal kwalunkwe terminu legali ta’ dak il-kuntratt li ma jirrelatax għall-parametru referenzjarju li għalih hemm referenza u għalhekk potenzjalment jemenda il-kuntratt b’mod li effettivament jirrikjedi li huwa jitqies bħala kuntratt ġdid.

▼B

TITOLU III

AWTORIZZAZZJONI U SUPERVIŻJONI TAL-KONTROPARTIJIET ĊENTRALI

KAPITOLU 1

Kundizzjonijiet u proċeduri għall-awtorizzazzjoni ta’ kontroparti ċentrali

Artikolu 14

Awtorizzazzjoni ta’ kontroparti ċentrali

1.  
Meta persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni tkun beħsiebha tipprovdi servizzi ta’ kklerjar bħala kontroparti ċentrali, din għandha tapplika għal awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita (l-awtorità kompetenti tall-kontroparti ċentrali), skont il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 17.
2.  
Ladarba l-awtorizzazzjoni tingħata b’konformità mal-Artikolu 17, din tkun effettiva fit-territorju kollu tal-Unjoni.

▼M18

3.  
L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata għas-servizzi u għall-attivitajiet marbuta mal-ikklerjar u għandha tispeċifika s-servizzi jew l-attivitajiet li għalihom is-CCP tkun awtorizzata li tipprovdi jew twettaq servizzi ta’ kklerjar, inklużi l-klassijiet tad-derivati, titoli, strumenti finanzjarji jew strumenti mhux finanzjarji oħrajn koperti minn tali awtorizzazzjoni.

Entità li tapplika għal awtorizzazzjoni bħala CCP sabiex tikklerja l-istrumenti finanzjarji għandha tinkludi fl-applikazzjoni tagħha l-klassijiet ta’ strumenti mhux finanzjarji adattati għall-ikklerjar li tali CCP tkun beħsiebha tikklerja.

▼B

4.  
Kontroparti ċentrali għandha tikkonforma f’kull ħin mal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-awtorizzazzjoni.

Kontroparti ċentrali għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla materjali li taffetwa il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni.

5.  
L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex tipprekludi lill-Istati Membri milli jadottaw jew ikomplu japplikaw, fir-rigward ta’ kontropartijiet ċentrali stabbiliti fit-territorju tagħhom, rekwiżiti addizzjonali inklużi ċerti rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2006/48/KE.

▼M18

6.  
L-AETS, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-lista ta’ dokumenti meħtieġa li għandhom jakkumpanjaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 u biex tispeċifika l-informazzjoni li tali dokumenti għandu jkun fihom bil-għan li jintwera li s-CCP applikanti tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.  
L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format elettroniku tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li għandha tiġi sottomessa lill-bażi tad-data ċentrali.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 15

Estensjoni ta’ attivitajiet u servizzi

▼M18

1.  
CCP li jkollha l-ħsieb li testendi n-negozju tagħha għal servizzi jew attivitajiet addizzjonali, inkluż għal strumenti mhux finanzjarji xierqa biex jiġu kklerjati ċentralment f’CCP awtorizzata, mhux koperti mill-awtorizzazzjoni eżistenti, għandha tissottometti applikazzjoni għal estensjoni ta’ dik l-awtorizzazzjoni għal servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar addizzjonali fi klassi waħda jew aktar ta’ derivati, titoli, strumenti finanzjarji oħra jew strumenti mhux finanzjarji, lill-awtorità kompetenti tas-CCP, sakemm tali estensjoni tal-attivitajiet jew tas-servizzi ma tkunx eżentata mill-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 15a.

L-estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għandha ssir f’konformità jew mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 17 jew mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 17a, kif applikabbli.

▼B

2.  
Meta kontroparti ċentrali tkun tixtieq testendi n-negozju tagħha fi Stat Membru ieħor minbarra dak li ġiet stabbilita fih, l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha minnufih tinnotifika lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru ieħor.

▼M18

3.  
L-AETS għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-listi ta’ dokumenti meħtieġa li għandhom jakkumpanjaw applikazzjoni għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 u biex tispeċifika l-informazzjoni li tali dokumenti għandu jkun fihom. Il-listi tad-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa għandhom ikunu rilevanti u proporzjonati għan-natura tal-estensjoni tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, bil-ħsieb li jintwera li s-CCP tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplementa dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M18

4.  
L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-format elettroniku tal-applikazzjoni għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li għandha tiġi sottomessa lill-bażi tad-data ċentrali.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 15a

Eżenzjoni mill-awtorizzazzjoni ta’ estensjoni ta’ servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar

1.  
Minkejja l-Artikolu 15, CCP li jkollha l-ħsieb li testendi n-negozju tagħha biex tinkludi servizz jew attività addizzjonali mhux koperta mill-awtorizzazzjoni eżistenti tagħha ma għandhiex tkun meħtieġa li tkun awtorizzata għal tali estensjoni meta dak is-servizz jew attività addizzjonali ma jkollux impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tas-CCP.

Is-CCP għandha tinnotifika lir-riċevituri rreġistrati permezz tal-bażi tad-data ċentrali meta tiddeċiedi li tagħmel użu mill-eżenzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, inkluż is-servizz jew l-attività li biħsiebha tipprovdi.

Il-bidliet implimentati minn CCP f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għal rieżami u evalwazzjoni f’konformità mal-Artikolu 21.

L-AETS tista’ tirrieżamina l-forniment ta’ servizzi u attivitajiet tal-ikklerjar u tirrapporta lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 lill-Kummissjoni dwar ir-riskji li jirriżultaw mill-forniment ta’ servizzi u attivitajiet tas-CCPs skont dan l-Artikolu u dwar l-adegwatezza tagħhom.

2.  

L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar:

(a) 

it-tip ta’ estensjoni tas-servizzi jew l-attivitajiet tal-ikklerjar li ma jkollhomx impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ CCP; u

(b) 

il-frekwenza li biha CCP tinnotifika l-użu tal-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1, li ma għandhiex taqbeż darba kull tliet xhur.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 16

Rekwiżiti ta’ kapital

1.  
Kontroparti ċentrali għandu jkollha kapital inizjali permanenti u disponibbli ta’ mill-inqas EUR 7,5 miljun biex tkun awtorizzata skont l-Artikolu 14.
2.  
Il-kapital ta’ kontroparti ċentrali, inkluż id-dħul u r-riżervi miżmuma, għandu jkun proporzjonali għar-riskju li jitnissel mill-attivitajiet tal-kontroparti ċentrali. Għandu dejjem ikun suffiċjenti sabiex jiżgura stralċ jew ristrutturar ordnat tal-attivitajiet fuq perjodu ta’ żmien adatt u protezzjoni adegwata lill-kontroparti ċentrali kontra riskji tal-kreditu, tal-kontroparti, tas-suq, tal-operat, legali u tan-negozju li mhumiex diġà koperti minn riżorsi finanzjarji speċifiċi kif imsemmi fl-Artikoli 41 sa 44.
3.  
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ABE, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u wara li tikkonsulta lill-AETS, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti rigward il-kapital, il-qligħ miżmum u r-riżervi ta’ kontroparti ċentrali imsemmija fil-paragrafu 2.

L-ABE għandha tressaq dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 17

Proċedura għall-għoti u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni1

▼M18

1.  
Is-CCP applikanti għandha tissottometti applikazzjoni għal awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14(1) jew applikazzjoni għal estensjoni ta’ awtorizzazzjoni eżistenti kif imsemmi fl-Artikolu 15(1) f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali. L-applikazzjoni għandha tiġi kondiviża minnufih permezz ta’ dik il-bażi tad-data ċentrali mal-awtorità kompetenti tas-CCP, mal-AETS u mal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18.

Is-CCP ċentrali applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex turi li hija tkun stabbiliet, fil-ħin tal-awtorizzazzjoni inizjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. Meta CCP tkun qed tapplika għal estensjoni ta’ awtorizzazzjoni eżistenti skont l-Artikolu 15, hija għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex turi li fil-mument meta tingħata tali estensjoni hija tkun stabbiliet l-arranġamenti addizzjonali kollha biex tissodisfa kwalunkwe rekwiżit stabbilit f’dan ir-Regolament fir-rigward ta’ tali estensjoni.

F’konformità mal-Artikolu 17c, konferma tal-wasla tal-applikazzjoni għandha tintbagħat permezz tal-bażi tad-data ċentrali fi żmien jumejn ta’ xogħol mit-tressiq ta’ dik l-applikazzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.  
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha, wara l-konferma tar-riċevuta msemmija fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu, tinnotifika lis-CCP applikanti jekk l-applikazzjoni fihiex id-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa.

In-notifika għandha tintbagħat fi żmien:

(a) 

20 jum tax-xogħol mill-konferma tar-riċevuta, meta s-CCP applikanti tkun applikat għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14(1); jew

(b) 

10 ijiem tax-xogħol mill-konferma tar-riċevuta, meta s-CCP applikanti tkun applikat għal estensjoni ta’ awtorizzazzjoni eżistenti skont l-Artikolu 15(1).

Meta, matul il-perijodu applikabbli speċifikat skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tas-CCP tiddeċiedi li ma jkunux ġew sottomessi d-dokumenti jew l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 14(6) u (7) jew l-Artikolu 15(3) u (4), hija għandha titlob lis-CCP applikanti tissottometti tali dokumenti jew informazzjoni addizzjonali, permezz tal-bażi ta’ data ċentrali. L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni jew l-applikazzjoni għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni għandha tiġi miċħuda meta l-awtorità kompetenti tas-CCP tiddeċiedi li s-CCP applikanti tkun naqset milli tikkonforma ma’ kwalunkwe talba bħal din. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tgħarraf lis-kCCPb’dan permezz tal-bażi ta’ data ċentrali.

3.  
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju tal-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti rilevanti stipulati f’dan ir-Regolament fil-perjodu speċifikat fit-tieni subparagrafu (il-“perjodu ta’ valutazzjoni tar-riskju”).

Il-valutazzjoni tar-riskju għandha ssir fi żmien:

(a) 

80 jum tax-xogħol mill-konferma stabbilita fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (a), meta applikazzjoni ssir skont l-Artikolu 14(1); jew

(b) 

40 jum tax-xogħol mill-konferma stabbilita fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (b), fejn applikazzjoni ssir skont l-Artikolu 15(1).

Sa tmiem il-perjodu ta’ valutazzjoni tar-riskju, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tissottometti l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha u tirrapporta lill-AETS u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 permezz tal-bażi ta’ data ċentrali.

Wara li jirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni u r-rapport imsemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u abbażi tas-sejbiet fihom, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu fi żmien 15-il jum ta’ xogħol jadotta opinjoni skont l-Artikolu 19 li tiddetermina jekk is-CCP applikanti tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u jibgħatha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-AETS f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali.

Il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 jista’ jinkludi fl-opinjoni tiegħu kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li jqis meħtieġa sabiex jiġi mmitigat kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tas-CCP.

Wara li tirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni u r-rapport imsemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-AETS għandha fi żmien 15-il jum tax-xogħol tadotta opinjoni li tiddetermina jekk is-CCP applikanti tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 23a(1), il-punt (e), l-Artikolu 23a(2), u l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), u tibgħatha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18.

Fl-opinjoni tagħha, l-AETS tista’ tinkludi kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tqis meħtieġa sabiex ittaffi kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tas-CCP b’rabta mar-riskji transfruntiera identifikati jew mar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;

3a.  
Mingħajr preġudizzju għall-opinjoni msemmija fil-paragrafu 3, is-sitt subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, wara li tirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni u tar-rapport imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3, ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tipprovdi wkoll opinjoni f’konformità mal-Artikolu 23a u l-Artikolu 24a(7) dwar dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-awtorità kompetenti, fejn meħtieġ, biex tippromwovi applikazzjoni konsistenti u koerenti ta’ artikolu rilevanti, fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni.

Meta l-abbozz tad-deċiżjoni ppreżentat lill-AETS f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu juri nuqqas ta’ konverġenza jew ta’ koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-AETS għandha toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet biex tippromwovi l-konsistenza jew il-koerenza meħtieġa fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-opinjonijiet adottati tal-AETS u tal-kulleġġ imsemmija fl-Artikolu 18 għandhom jiġu sottomessi f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali, lir-riċevituri rispettivi.

3b.  

Matul il-perjodu ta’ valutazzjoni tar-riskju, l-awtorità kompetenti tas-CCP, permezz tal-bażi tad-data ċentrali:

(a) 

tista’ tissottometti mistoqsijiet lis-CCP applikanti, u titlob informazzjoni komplementari mingħandha;

(b) 

għandha tikkoordina u tissottometti mistoqsijiet mill-AETS jew minn kwalunkwe membru tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 lis-CCP applikanti; u

(c) 

għandha tikkondividi mal-AETS u l-membri tal-kulleġġ imsemmija fl-Artikolu 18 it-tweġibiet kollha pprovduti mis-CCP applikanti.

Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP ma tkunx ipprovdiet l-informazzjoni mitluba lill-AETS jew lil kwalunkwe membru tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mit-tressiq tat-talba, l-AETS jew kwalunkwe membru ta’ dak il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 jista’ jippreżenta t-talba tiegħu direttament lis-CCP permezz tal-bażi ta’ data ċentrali.

Meta s-CCP applikanti ma tkunx wieġbet għall-mistoqsijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu sal-iskadenza stabbilita mill-awtorità li titlob l-informazzjoni, l-awtorità kompetenti tas-CCP, wara li tikkonsulta lill-awtorità rikjedenti, tista’ tiddeċiedi li testendi darba l-perjodu rilevanti ta’ valutazzjoni tar-riskju b’massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol b’kollox jekk, fil-fehma tagħha jew fil-fehma tal-awtorità rikjedenti, kwalunkwe waħda mill-mistoqsijiet tkun materjali għall-valutazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lis-CCP applikanti, permezz tal-bażi tad-data ċentrali, bl-estensjoni pprovduta. L-awtorità kompetenti tista’ tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fin-nuqqas tat-tweġiba tas-CCP.

3c.  
Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi l-opinjonijiet tal-AETS u tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, adottati skont il-paragrafu 3, ir-raba’ u s-sitt subparagrafi, rispettivament, ta’ dan l-Artikolu, u, fejn maħruġa, l-opinjoni tal-AETS adottata skont il-paragrafu 3a, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha u tibgħatha lill-AETS u l-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 permezz tal-bażi tad-data ċentrali.

Meta d-deċiżjoni tall-awtorità kompetenti tas-CCP ma tirriflettix l-opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, inkluża kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tinsab fiha, id-deċiżjoni għandu jkun fiha spjegazzjoni motivata bis-sħiħ ta’ kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dik l-opinjoni jew mill-kundizzjonijiet jew mir-rakkomandazzjonijiet.

Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP ma tikkonformax jew ma jkollhiex l-intenzjoni li tikkonforma ma’ opinjoni tal-AETS jew ma’ kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni inklużi fiha, l-AETS għandha tinforma lill-Bord tas-Superviżuri skont l-Artikolu 24a. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll ir-raġunament mill-awtorità kompetenti tas-CCP għan-nuqqas ta’ konformità jew għall-intenzjoni tagħha li ma tikkonformax.

4.  

L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha, wara li tikkunsidra kif xieraq l-opinjonijiet tal-AETS u tal-kulleġġ previsti fil-paragrafi 3 u 3a ta’ dan l-Artikolu, inkluża kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni fihom, tiddeċiedi li tagħti awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14 u l-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, biss meta tkun kompletament sodisfatta li s-CCP applikanti:

(a) 

tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, inkluż, fejn applikabbli, għall-forniment ta’ servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar għal strumenti mhux finanzjarji; u

(b) 

tiġi nnotifikata bħala sistema skont id-Direttiva 98/26/KE.

Meta CCP tapplika għal estensjoni ta’ awtorizzazzjoni eżistenti skont l-Artikolu 15, l-AETS, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 u l-awtorità kompetenti tas-CCP jistgħu jiddependu fuq parti mill-valutazzjoni li tkun saret qabel skont dan l-Artikolu sal-punt li l-applikazzjoni għal estensjoni ma tirriżultax f’bidla jew b’xi mod ieħor taffettwa l-valutazzjoni preċedenti għal dik il-parti. Is-CCP għandha tikkonferma lill-awtorità kompetenti tas-CCP li ma hemm l-ebda bidla fil-fatti sottostanti ta’ dik il-parti tal-valutazzjoni.

IS-CCP applikanti ma għandhiex tiġi awtorizzata meta:

(a) 

l-awtorità kompetenti tas-CCP tkun iddeċidiet li ma tagħtix l-awtorizzazzjoni; jew

(b) 

il-membri kollha tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, minbarra l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-CCP applikanti, jaslu għal opinjoni konġunta bi ftehim reċiproku, skont l-Artikolu 19(1), li s-CCP applikanti m’għandhiex tkun awtorizzata.

L-opinjoni konġunta msemmija fit-tielet subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, għandha tiddikjara bil-miktub ir-raġunijiet sħaħ u dettaljati għaliex il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 iqis li r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew fi dritt ieħor tal-Unjoni ma ġewx issodisfati.

Meta tali opinjoni konġunta ma tkunx intlaħqet bi ftehim reċiproku u maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 ikunu esprimew opinjoni negattiva, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, abbażi ta’ dik il-maġġoranza, tista’, fi żmien 30 jum kalendarju mill-adozzjoni ta’ dik l-opinjoni negattiva, tirreferi l-kwistjoni lill-AETS f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Id-deċiżjoni li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-AETS għandha tiddikjara bil-miktub ir-raġunijiet sħaħ u dettaljati għaliex il-membri rilevanti tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 iqisu li r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew f’partijiet oħrajn tal-liġi tal-Unjoni ma ġewx issodisfati. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha dwar l-awtorizzazzjoni u tistenna kwalunkwe deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni li l-AETS tista’ tieħu f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha f’konformità mad-deċiżjoni tal-AETS. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-AETS wara t-tmiem tal-perjodu ta’ 30 jum imsemmi fil-ħames subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Meta l-membri kollha tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, minbarra l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-CCP applikanti, jaslu għal opinjoni konġunta bi ftehim reċiproku, skont l-Artikolu 19(1), li s-CCP applikanti ma għandhiex tkun awtorizzata, l-awtorità kompetenti tas-CCP tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AETS f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-CCP għandha tibgħat id-deċiżjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħrajn.

L-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tieħu deċiżjoni dwar jekk tagħtix jew tirrifjutax awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 3c, tinforma lis-CCP applikanti bil-miktub bid-deċiżjoni tagħha permezz tal-bażi tad-data ċentrali, flimkien ma’ spjegazzjoni motivata bis-sħiħ.

▼B

5.  
L-AETS għandha taġixxi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 f’każ li l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali ma tkunx applikat id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, jew tkun applikathom b’mod li jidher li tkun qed tinkiser il-liġi tal-Unjoni.

L-AETS tista’ tinvestiga allegazzjoni ta’ ksur jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fuq talba minn kwalunkwe membru tal-kulleġġ jew bl-inizjattiva tagħha stess, wara li tkun infurmat lill-awtorità kompetenti.

6.  
Fil-qadi ta’ dmirijiethom, l-ebda azzjoni meħuda minn ebda membru tal-kulleġġ ma għandha, direttament jew indirettament, tiddiskrimina kontra ebda Stat Membru jew grupp ta’ Stati Membri bħala post għal servizzi tal-ikklerjar fi kwalunkwe munita.

▼M18 —————

▼M18

Artikolu 17a

Proċedura aċċellerata għall-awtorizzazzjoni ta’ estensjoni ta’ awtorizzazzjoni

1.  

Proċedura aċċellerata għall-awtorizzazzjoni ta’ estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għandha tapplika meta CCP ikollha l-ħsieb li testendi n-negozju tagħha għal servizzi jew attivitajiet addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 15 u meta tali estensjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ma twassalx biex is-CCP tkun teħtieġ tadatta b’mod sinifikanti l-istruttura operattiva tagħha, fi kwalunkwe punt fiċ-ċiklu tal-kuntratt;

(b) 

ma tinkludix li toffri l-ikklerjar ta’ kuntratti li ma jistgħux jiġu likwidati bl-istess mod bħall-kuntratti diġà kklerjati mis-CCP jew flimkien mal-kuntratti diġà kklerjati mis-CCP;

(c) 

ma tirriżultax li s-CCP tkun teħtieġ tqis l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt materjali ġodda;

(d) 

ma tirriżultax fl-introduzzjoni ta’ riskji materjali ġodda jew iżżid b’mod sinifikanti l-profil tar-riskju tas-CCP;

(e) 

ma tinkludix li toffri mekkaniżmu jew servizz ġdid ta’ saldu jew ta’ konsenja li jinvolvi l-istabbiliment ta’ rabtiet ma’ sistema differenti ta’ saldu tat-titoli, depożitorju ta’ sigurtà ċentrali jew sistema ta’ pagament li s-CCP ma kinitx tuża qabel.

2.  
CCP li tippreżenta applikazzjoni għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni eżistenti tagħha għal servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar addizzjonali skont il-proċedura aċċellerata stabbilita f’dan l-Artikolu, għandha turi li l-estensjoni proposta tan-negozju tagħha għal servizzi jew attivitajiet ta’ kklerjar addizzjonali tikkwalifika li tiġi vvalutata skont tali proċedura.

Is-CCP għandha tippreżenta l-applikazzjoni tagħha għal estensjoni f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali u għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha, skont l-Artikolu 15(3) u (4), meħtieġa sabiex turi li tkun stabbiliet, fil-mument tal-awtorizzazzjoni, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stipulati f’dan ir-Regolament. Bi qbil mal-Artikolu 17c, konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni għandha tintbagħat permezz tal-bażi tad-data ċentrali, fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta tiġi ppreżentata dik l-applikazzjoni.

3.  

Fi żmien 15-il jum tax-xogħol mill-konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha, wara li tikkunsidra l-kontribut mill-AETS u mill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, tiddeċiedi:

(a) 

jekk l-applikazzjoni tikkwalifikax biex tiġi vvalutata skont il-proċedura aċċellerata stabbilita f’dan l-Artikolu; u

(b) 

fejn l-applikazzjoni tikkwalifika biex tiġi vvalutata skont il-proċedura aċċellerata stabbilita f’dan l-Artikolu, jekk għandhiex:

(i) 

tagħti l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni meta s-CCP tikkonforma ma’ dan ir-Regolament; jew

(ii) 

tirrifjuta l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni meta s-CCP ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

Meta CCP tapplika għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 15, l-awtorità kompetenti tas-CCP tista’ tiddependi fuq parti mill-valutazzjoni li tkun saret qabel skont dan l-Artikolu sal-punt li l-applikazzjoni għal estensjoni ma tirriżultax f’bidla jew b’xi mod ieħor taffettwa l-valutazzjoni preċedenti għal dik il-parti. Is-CCP għandha tikkonferma lill-awtorità kompetenti tas-CCP li ma hemm l-ebda bidla fil-fatti sottostanti tal-parti tal-valutazzjoni li l-AETS tagħżel li tistrieħ fuqha.

Meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni ma tikkwalifikax biex tiġi vvalutata skont il-proċedura aċċellerata, l-applikazzjoni tas-CCP għandha tiġi miċħuda.

Meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li ma tagħtix l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni, l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni għandha tiġi rrifjutata.

4.  
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinnotifika lis-CCP applikanti bil-miktub, permezz tal-bażi tad-data ċentrali, fil-perjodu ta’ żmien iddikjarat fil-paragrafu 3, bid-deċiżjoni tagħha skont dak il-paragrafu.
5.  
L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (e) ta’ dan l-Artikolu, u biex tispeċifika l-proċedura għall-konsultazzjoni mal-AETS u l-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu dwar jekk dawk il-kundizzjonijiet humiex issodisfati jew le.

Fl-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-kundizzjonijiet skont l-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tistabbilixxi l-metodoloġija li għandha tintuża u l-parametri li għandhom japplikaw biex jiġi deċiż meta kundizzjoni titqies li ġiet issodisfata. L-AETS għandha telenka u tispeċifika wkoll jekk hemmx estensjonijiet tipiċi ta’ servizzi u attivitajiet li fil-prinċipju jistgħu jitqiesu li jaqgħu taħt il-proċedura aċċellerata stabbilita f’dan l-Artikolu.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 17b

Proċedura sabiex jiġi adottati deċiżjonijiet, rapporti u miżuri oħrajn

1.  

L-awtorità kompetenti ta’ CCP għandha tippreżenta f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali talba għal opinjoni:

(a) 

mill-AETS skont l-Artikolu 23a(2), meta l-awtorità kompetenti tas-CCP jkollha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni, rapport jew miżura oħra b’rabta mal-Artikoli 7, 8, 20, 21, 29 sa 33, 35, 36, 37, 41 u 54;

(b) 

mill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, skont l-Artikolu 19, meta l-awtorità kompetenti tas-CCP jkollha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni, rapport jew miżura oħra b’rabta mal-Artikoli 20, 21, 30, 31, 32, 35, 37, 41, 49, 51 u 54.

It-talba għal opinjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, flimkien mad-dokumenti rilevanti kollha, għandha tiġi kondiviża minnufih mal-AETS u mal-Kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18.

2.  
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor skont l-Artikolu rilevanti, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha, fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tippreżenta t-talba msemmija fil-paragrafu 1, tivvaluta l-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti rispettivi. Sa tmiem il-perjodu ta’ valutazzjoni, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tibgħat l-abbozz tad-deċiżjoni, ir-rapport jew miżura oħra rispettivi tagħha lill-AETS u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18.
3.  

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor skont l-artikolu rilevanti, wara li tasal kemm it-talba għal opinjoni msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet, rapporti jew miżuri oħra msemmija fil-paragrafu 2:

(a) 

l-AETS għandha, fir-rigward tal-Artikolu 20, tadotta opinjoni li tivvaluta l-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti rispettivi f’konformità mal-Artikolu 23a(1), il-punt (e), l-Artikolu 23a(2) u l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc); l-AETS għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18; fl-opinjoni tagħha, l-AETS tista’ tinkludi kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tqis meħtieġa sabiex ittaffi kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tas-CCP, b’rabta mar-riskji transfruntiera identifikati jew mar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni; l-AETS għandha wkoll, fir-rigward tal-Artikoli 21 u 37, tadotta opinjoni f’konformità ma’ dawk l-Artikoli u f’konformità mal-Artikolu 23a(2) u l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), u l-AETS tista’ tinkludi fl-opinjoni tagħha kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tqis meħtieġa;

(b) 

l-AETS tista’, fir-rigward tal-Artikoli 7, 8, 29 sa 33, 35, 36, 41 u 54, tadotta opinjoni f’konformità mal-Artikolu 23a u l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), dwar dak l-abbozz ta’ deċiżjoni, rapport jew miżura oħra fejn meħtieġ għall-promozzjoni ta’ applikazzjoni konsistenti u koerenti ta’ artikolu rilevanti; u

(c) 

il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu jadotta opinjoni skont l-Artikolu 19 li tivvaluta l-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti rispettivi u jibgħatha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-AETS. l-opinjoni ta’ dak il-kulleġġ tista’ tinkludi l-kundizzjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet li huwa jqis meħtieġa sabiex jittaffa kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tas-CCP.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, meta l-abbozz tad-deċiżjoni, rapport jew miżura oħra ppreżentata lill-AETS f’konformità ma’ dak il-punt juri nuqqas ta’ konverġenza jew ta’ koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-AETS għandha toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet biex tippromwovi l-konsistenza jew il-koerenza meħtieġa fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Meta l-AETS tadotta opinjoni f’konformità mal-punt (b), l-awtorità kompetenti għandha tagħtiha l-konsiderazzjoni dovuta u għandha tinforma lill-AETS dwar kwalunkwe azzjoni jew nuqqas ta’azzjoni sussegwenti fir-rigward tagħha.

L-AETS u l-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandhom jadottaw l-opinjonijiet tagħhom sal-iskadenza pprovduta mill-awtorità kompetenti tas-CCP, li għandha tkun mill-inqas 15-il jum tax-xogħol wara li jirċievu d-dokumenti rilevanti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.  
Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi l-opinjoni tal-AETS u tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 u, fejn maħruġa, l-opinjoni tal-AETS adottata skont il-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu, jew fil-perjodu rilevanti meta jkun speċifikat mod ieħor fir-Regolament, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha, wara li tqis kif xieraq l-opinjonijiet tal-AETS u tal-kulleġġ, inklużi kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li hemm fihom, tadotta d-deċiżjoni, ir-rapport jew miżura oħra tagħha kif meħtieġ skont artikolu rilevanti u tibgħatha lill-AETS u lill-kulleġġ.

Meta d-deċiżjoni, ir-rapport jew il-miżura oħra ma tirriflettix l-opinjoni tal-AETS jew tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, inkluża kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tinsab fiha, din għandu jkun fiha raġunijiet sħaħ u spjegazzjoni ta’ kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dik l-opinjoni jew minn dawk il-kundizzjonijiet jew rakkomandazzjonijiet.

Għall-fini tal-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu, meta l-awtorità kompetenti tal-kontraparti ċentrali ma tikkonformax jew ma jkollhiex l-intenzjoni li tikkonforma mal-opinjoni tal-AETS jew ma’ kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni inklużi fiha, l-AETS għandha tinforma lill-Bord tas-Superviżuri tagħha f’konformità mal-Artikolu 24a. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll ir-raġunament mill-awtorità kompetenti tas-CCP għan-nuqqas ta’ konformità jew għall-intenzjoni tagħha li ma tikkonformax.

L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tadotta d-deċiżjonijiet, ir-rapporti jew miżuri oħra tagħha f’konformità mal-Artikoli rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 17c

Bażi tad-data ċentrali

1.  
L-AETS għandha tistabbilixxi u żżomm bażi tad-data ċentrali li tipprovdi aċċess lill-awtorità kompetenti tas-CCP u l-AETS (“riċevituri rreġistrati”), kif ukoll lill-membri tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għas-CCP rilevanti, meta jkun meħtieġ skont artikolu rilevanti, għad-dokumenti kollha rreġistrati fil-bażi tad-data għas-CCP u lir-riċevituri l-oħrajn identifikati skont dan ir-Regolament. L-AETS għandha tiżgura li l-bażi tad-data ċentrali twettaq il-funzjonijiet skont dan l-Artikolu.

L-AETS għandha tħabbar l-istabbiliment tal-bażi tad-data ċentrali fuq is-sit web tagħha.

2.  
CCP għandha tippreżenta l-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14, l-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 49 u l-Artikolu 49a permezz tal-bażi tad-data ċentrali. Konferma tar-riċevuta għandha tintbagħat permezz tal-bażi tad-data ċentrali fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni.

CCP għandha ttella’ minnufih fil-bażi tad-data ċentrali d-dokumenti kollha li hija meħtieġa tipprovdi skont il-proċessi ta’ awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikoli 14 u 15 jew il-proċessi ta’ validazzjoni msemmija fl-Artikoli 49 u 49a, kif applikabbli. Ir-riċevituri rreġistrati għandhom itellgħu minnufih id-dokumenti kollha li jirċievu mis-CCP fir-rigward ta’ applikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sakemm is-CCP ma tkunx diġà tellgħet tali dokumenti.

CCP għandu jkollha aċċess għall-bażi tad-data ċentrali fir-rigward tad-dokumenti li tkun ressqet lil dik il-bażi ta’ data ċentrali jew id-dokumenti trażmessi lis-CCP permezz ta’ dik il-bażi ta’ data ċentrali minn kwalunkwe wieħed mir-riċevituri rreġistrati jew il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18.

3.  
L-awtorità kompetenti għandha tressaq it-talba tagħha għal opinjoni kif imsemmi fl-Artikolu 17b permezz tal-bażi tad-data ċentrali.
4.  
Is-CCP għandha, permezz tal-bażi tad-data ċentrali, tirrispondi għall-mistoqsijiet jew għat-talbiet għall-informazzjoni li jitressqulha permezz tal-bażi tad-data ċentrali mill-AETS, mill-awtorità kompetenti tas-CCP jew mill-membri tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 matul il-perjodi għall-valutazzjoni skont l-Artikoli 17, 17a, 17b, 49 u 49a.
5.  
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinnotifika lis-CCP kkonċernata permezz tal-bażi tad-data ċentrali meta tkun ittieħdet deċiżjoni, rapport jew miżura oħra, kif applikabbli, skont l-Artikoli 14, 15, 15a, 17, 17a, 17b, 20, 21, 30 sa 33, 35, 37, 41, 49, 49a, 51 u 54 u bi kwalunkwe deċiżjoni li l-awtorità kompetenti tas-CCP tiddeċiedi volontarjament li tikkondividi mas-CCP permezz tal-bażi tad-data ċentrali.
6.  
Il-bażi tad-data ċentrali għandha tkun iddisinjata biex tinforma awtomatikament lir-riċevituri rreġistrati meta jkunu saru bidliet fil-kontenut tagħha, inklużi l-upload, it-tħassir jew is-sostituzzjoni ta’ dokumenti, it-tressiq ta’ mistoqsijiet u talbiet għal informazzjoni.
7.  
Il-membri tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP għandu jkollhom aċċess għall-bażi tad-data ċentrali għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont l-Artikolu 24a(7). Il-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP jista’ jillimita l-aċċess għal xi wħud mid-dokumenti għall-membri tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP msemmija fl-Artikolu 24a(2), il-punt (c) u l-punt (d)(ii), meta jkun ġustifikat abbażi ta’ tħassib dwar il-kunfidenzjalità.

▼B

Artikolu 18

Kulleġġ

▼M18

1.  
Fi żmien 30 jum kalendarju mit-tressiq tan-notifika msemmija fl-Artikolu 17(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tistabbilixxi kulleġġ biex jiffaċilita t-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 15, 17, 17a, 20, 21, 30, 31, 32, 35, 37, 41, 49, 51 u 54. Dak il-kulleġġ għandu jkun kopresedut u ġestit mill-awtorità kompetenti u minn kwalunkwe wieħed mill-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP msemmi fl-Artikolu 24a(2), il-punt (b) (il-“kopresidenti”).

▼B

2.  

Il-kulleġġ għandu jkun jikkonsisti minn:

▼M14

(a) 

il-President jew kwalunkwe wieħed mill-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 24a(2);

▼B

(b) 

l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali;

▼M14

(c) 

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar tas-CCP li huma stabbiliti fit-tliet Stati Membri bl-ikbar kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza tas-CCP imsemmija fl-Artikolu 42 ta’ dan ir-Regolament fuq bażi aggregata tul perijodu ta’ sena, inkluż fejn rilevanti, il-BĊE fil-qafas tal-kompiti li jikkonċernaw is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku mogħtija lilu b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( 18 );

▼M14

(ca) 

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar tas-CCP, għajr dawk imsemmija fil-punt (c), soġġetti għall-kunsens tal-awtorità kompetenti tas-CCP. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu l-kunsens tal-awtorità kompetenti tas-CCP biex jipparteċipaw fil-kulleġġ, u jiġġustifikaw it-talba bbażata fuq il-valutazzjoni tagħhom tal-impatt li d-diffikultà finanzjarja tas-CCP jista’ jkollha fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru rispettiv tagħhom. Fejn l-awtorità kompetenti tas-CCP tirrifjuta t-talba, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tipprovdi raġunijiet sħaħ u ddettaljati bil-miktub;

▼B

(d) 

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-postijiet tan-negozju servuti mill-kontroparti ċentrali;

(e) 

l-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw il-kontropartijiet ċentrali li magħhom ikunu ġew stabbiliti arranġamenti tal-interoperabilità;

(f) 

l-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw depożitarji ċentrali tat-titoli li magħhom hija marbuta l-kontroparti ċentrali;

(g) 

il-membri rilevanti tas-SEBĊ responsabbli għas-sorveljanza tal-kontroparti ċentrali u l-membri rilevanti tas-SEBĊ responsabbli għas-sorveljanza tas-kontropartijiet ċentrali li magħhom ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ interoperabbiltà;

(h) 

il-banek ċentrali ta’ emissjoni tal-muniti l-aktar rilevanti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati;

▼M14

(i) 

il-banek ċentrali tal-ħruġ fil-muniti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati jew li għandhom jiġu kklerjati mis-CCP għajr dawk imsemmija fil-punt (h), soġġett għall-kunsens tal-awtorità kompetenti tas-CCP. Dawk il-banek ċentrali tal-ħruġ għandhom jitolbu l-kunsens tal-awtorità kompetenti tas-CCP biex jipparteċipaw fil-kulleġġ, u jiġġustifikaw it-talba bbażata fuq il-valutazzjoni tagħhom tal-impatt li diffikultà finanzjarja tas-CCP jista’ jkollha fuq il-munita ta’ ħruġ rispettiva tagħhom. Fejn l-awtorità kompetenti tas-CCP tirrifjuta t-talba, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tipprovdi raġunijiet sħaħ u ddettaljati bil-miktub.

L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-membri tal-kulleġġ. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata mill-awtorità kompetenti tas-CCP mingħajr dewmien bla bżonn wara kwalunkwe tibdil fil-kompożizzjoni tal-kulleġġ. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinnotifika lill-AETS dik il-lista fi żmien 30 jum kalendarju wara l-istabbiliment tal-kulleġġ jew it-tibdil fil-kompożizzjoni tiegħu. L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha mingħajr dewmien bla bżonn il-lista tal-membri ta’ dak il-kulleġġ.

▼B

3.  
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li mhux membru tal-kulleġġ jista’ titlob mill-kulleġġ kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet superviżorji tagħha.
4.  

Il-kulleġġ għandu, mingħajr preġudizzju għar-responsabilitajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, jiżgura:

(a) 

il-preparazzjoni tal-opinjoni msemmija fl-Artikolu 19;

(b) 

l-iskambju tal-informazzjoni, inklużi talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 84;

(c) 

ftehim dwar kif jiġu fdati b’mod volontarju l-kompiti fost il-membri tiegħu;

(d) 

il-koordinament ta’ programmi ta’ eżami prudenzjali bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju tal-kontroparti ċentrali; u

(e) 

id-determinazzjoni ta’ proċeduri u pjanijiet ta’ kontinġenza sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, kif imsemmija fl-Artikolu 24.

▼M18

Il-kopresidenti għandhom jiddeċiedu d-dati li fihom jiltaqa’ l-kulleġġ u jistabbilixxu l-aġenda ta’ tali laqgħat.

Sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-kompiti assenjati lill-kulleġġi skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-membri tal-kulleġġ imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu intitolati li jikkontribwixxu għall-iffissar ta’ aġenda tal-laqgħat tal-kulleġġ, b’mod partikolari billi jżidu punti fl-aġenda ta’ laqgħa, b’kont meħud l-eżitu tal-ħidma mwettqa mill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ.

▼B

5.  
It-twaqqif u l-funzjonament tal-kulleġġ għandu jkun ibbażat fuq ftehim bil-miktub bejn il-membri kollha tiegħu.

▼M14

Dak il-ftehim għandu jiddetermina l-arranġamenti prattiċi għall-funzjonament tal-kulleġġ, inklużi regoli dettaljati dwar:

(i) 

il-proċeduri tal-vot kif imsemmija fl-Artikolu 19(3);

(ii) 

il-proċeduri għall-iffissar tal-aġenda tal-laqgħat tal-kulleġġ;

(iii) 

il-frekwenza tal-laqgħat tal-kulleġġ;

(iv) 

il-format u l-ambitu tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-awtorità kompetenti tas-CCP lill-membri tal-kulleġġ, speċjalment fir-rigward tal-informazzjoni li trid tiġi provduta skont l-Artikolu 21(4);

(v) 

il-perijodi ta’ żmien minimi xierqa għall-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni rilevanti mill-membri tal-kulleġġ;

(vi) 

il-modalitajiet ta’ komunikazzjoni bejn il-membri tal-kulleġġ;

▼M18

Il-ftehim jista’ jiddetermina wkoll il-kompiti fdati lill-awtorità kompetenti tas-CCP, lill-AETS jew lil membru ieħor tal-kulleġġ. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-kopresidenti, id-deċiżjoni finali għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti, li għandha tipprovdi lill-AETS spjegazzjoni motivata tad-deċiżjoni tagħha.

▼M14

6.  
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi madwar l-Unjoni, l-AETS, f’kooperazzjoni mas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li taħthom il-muniti Ewropej imsemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 2 għandhom jitqiesu bħala l-aktar rilevanti u d-dettalji tal-arranġamenti prattiċi msemmija fil-paragrafu 5.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Jannar 2021.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 19

Opinjoni tal-kulleġġ

▼M18

1.  
Meta l-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 ikun meħtieġ jagħti opinjoni skont dan ir-Regolament, huwa għandu jasal għal opinjoni konġunta li tiddetermina jekk is-CCP tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (b), jekk ma tintlaħaqx opinjoni konġunta f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu jadotta opinjoni ta’ maġġoranza fl-istess perjodu.

▼M14

1a.  
Fejn il-kulleġġ jagħti opinjoni skont dan ir-Regolament, fuq talba ta’ kwalunkwe membru tal-kulleġġ u meta tiġi adottata b’maġġoranza tal-kulleġġ skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, dik l-opinjoni tista’ tinkludi, minbarra d-determinazzjoni jekk is-CCP tikkonformax jew le ma’ dan ir-Regolament, rakkomandazzjonijiet immirati biex jindirizzaw in-nuqqasijiet tal-ġestjoni tar-riskju tas-CCP u jżidu r-reżiljenza tagħha.

Fejn il-kulleġġ ikun jista’ jagħti opinjoni, kwalunkwe bank ċentrali tal-ħruġ, li jkun membru tal-kulleġġ skont il-punti (h) u (i) tal-Artikolu 18(2), jista’ jadotta rakkomandazzjonijiet relatati mal-valuta li huwa joħroġ.

▼B

2.  
L-AETS għandha tiffaċilita l-adozzjoni tal-opinjoni konġunta f’konformità mal-funzjoni ġenerali tagħha ta’ koordinazzjoni skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M14

3.  
Opinjoni ta’ maġġoranza tal-kulleġġ għandha tiġi adottata fuq il-bażi ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

Għall-kulleġġi sa u li jinkludu 12-il membru, massimu ta’ żewġ membri tal-kulleġġ mill-istess Stat Membru għandu jkollhom vot u kull membru li jivvota għandu jkollu vot wieħed. Għall-kulleġġi li jkun fihom aktar minn 12-il membru, massimu ta’ tliet membri mill-istess Stat Membru għandu jkollhom vot u kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed.

Fejn il-BĊE ikun membru tal-kulleġġ skont il-punti (c) u (h) tal-Artikolu 18(2), huwa għandu jkollu żewġ voti.

Il-membri tal-kulleġġ imsemmija fil-punti (a), (ca) u (i) tal-Artikolu 18(2) m’għandu jkollhom l-ebda drittijiet ta’ vot fuq l-opinjonijiet tal-kulleġġ.

▼M18 —————

▼M18

Artikolu 20

Irtirar tal-awtorizzazzjoni

1.  

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22(3), awtorità kompetenti ta’ CCP għandha tirtira l-awtorizzazzjoni sħiħa, jew ta’ parti minnha, meta s-CCP:

(a) 

ma tkunx għamlet użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar;

(b) 

ma tkunx għamlet użu minn awtorizzazzjoni għal servizz jew attività tal-ikklerjar fi klassi ta’ derivati, titoli, strumenti finanzjarji oħra jew strumenti mhux finanzjarji, fi żmien 12-il xahar mid-data meta ngħatat l-awtorizzazzjoni jew mid-data meta s-CCP tkun offriet l-aħħar tali servizz jew attività tal-ikklerjar;

(c) 

tirrinunzja espressament għall-awtorizzazzjoni;

(d) 

ma tkun ipprovdiet l-ebda servizz jew ma tkun wettqet l-ebda attività għat-12-il xahar preċedenti fi klassi ta’ derivati, titoli, strumenti finanzjarji oħra jew strumenti mhux finanzjarji koperti minn awtorizzazzjoni;

(e) 

tkun kisbet l-awtorizzazzjoni billi tkun għamlet dikjarazzjonijiet foloz jew bi kwalunkwe mezz irregolari ieħor;

(f) 

ma tkunx għadha konformi mal-kundizzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni u ma tkunx ħadet l-azzjoni ta’ rimedju fiż-żmien stabbilit; jew

(g) 

tkun kisret serjament u sistematikament kwalunkwe waħda mir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

2.  
Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP tirtira l-awtorizzazzjoni tas-CCP skont il-paragrafu 1, hija tista’ tillimita tali rtirar tal-awtorizzazzjoni għal servizz jew attività tal-ikklerjar partikolari fi klassi waħda jew aktar ta’ derivati, titoli, strumenti finanzjarji oħra jew strumenti mhux finanzjarji.
3.  
Qabel ma l-awtorità kompetenti tas-CCP tieħu deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni tas-CCP b’mod sħiħ jew parzjali, inkluż għal servizz tal-ikklerjar jew attività waħda jew aktar fi klassi waħda jew aktar ta’ derivati, titoli, strumenti finanzjarji oħra jew strumenti mhux finanzjarji skont il-paragrafu 1, hija għandha, f’konformità mal-Artikolu 17b, titlob l-opinjoni tal-AETS u tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, dwar il-ħtieġa li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni, b’mod sħiħ jew parzjali, tas-CCP, ħlief meta d-deċiżjoni tkun meħtieġa b’mod urġenti.
4.  
L-AETS jew kwalunkwe membru tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 jistgħu, fi kwalunkwe mument, jitolbu li l-awtorità kompetenti tas-CCP teżamina jekk is-CCP tkunx għadha konformi mal-kundizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.
5.  
Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP tieħu deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni tas-CCP b’mod sħiħ jew parzjali, inkluż għal servizz jew attività tal-ikklerjar waħda jew aktar fi klassi waħda jew aktar ta’ derivati, titoli, strumenti finanzjarji jew strumenti mhux finanzjarji oħra, dik id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-Unjoni kollha u l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinforma lis-CCP, permezz tal-bażi ta’ data ċentrali, mingħajr dewmien żejjed.

▼B

Artikolu 21

Rieżami u evalwazzjoni

▼M18

1.  

L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 22 għandhom mill-anqas jagħmlu dan kollu li ġej fir-rigward ta’ CCP:

(a) 

jirrieżaminaw l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mis-CCP sabiex tikkonforma ma’ dan ir-Regolament;

(b) 

jirrieżaminaw is-servizzi jew l-attivitajiet ipprovduti mis-CCP, b’mod partikolari s-servizzi jew l-attivitajiet ipprovduti b’segwitu tal-applikazzjoni ta’ proċedura aċċellerata skont l-Artikolu 17a jew 49a;

(c) 

jevalwaw ir-riskji, inklużi r-riskji finanzjarji u operazzjonali, li għalihom is-CCP hija, jew tista’ tkun, esposta;

(d) 

jirrieżaminaw il-bidliet implimentati mis-CCP f’konformità mal-Artikolu 15a.

2.  
Ir-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru r-rekwiżiti fuq is-CCPs stipulati f’dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti tas-CCP tista’ titlob l-assistenza tal-AETS fi kwalunkwe waħda mill-attivitajiet superviżorji tagħha inklużi dawk elenkati fil-paragrafu 1.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, wara li jkunu kkunsidraw il-kontribut tal-AETS u tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, jistabbilixxu l-frekwenza u r-reqqa tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li jqisu b’mod partikolari d-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala, il-kumplessità tal-attivitajiet u l-interkonnettività ma’ infrastrutturi oħrajn tas-suq finanzjarju tal-kontropartijiet ċentrali kkonċernati u l-prijoritajiet superviżorji stabbiliti mill-AETS f’konformità mal-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (ba). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġornaw ir-rieżami u l-evalwazzjoni mill-anqas fuq bażi annwali.

Il-kontropartijiet ċentrali għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet fuq il-post mill-awtorità kompetenti tas-CCP mill-anqas darba fis-sena. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinforma lill-AETS bi kwalunkwe spezzjoni ppjanata fuq il-post xahar qabel ma tkun ser issir tali spezzjoni, sakemm id-deċiżjoni li titwettaq spezzjoni fuq il-post ma titteħidx f’emerġenza, f’liema każ l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinforma lill-AETS malli tittieħed dik id-deċiżjoni. L-AETS tista’ titlob li tiġi mistiedna għall-ispezzjonijiet fuq il-post.

Meta, wara talba mill-AETS skont it-tieni subparagrafu, l-awtorità kompetenti tas-CCP tirrifjuta li tistieden lill-AETS għal spezzjoni fuq il-post, hija għandha tipprovdi spjegazzjoni motivata għal tali rifjut.

Mingħajr preġudizzju għat-tieni u t-tielet subparagrafi, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tibgħat lill-AETS u lill-membri tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tirċievi mis-CCP fir-rigward tal-ispezzjonijiet kollha fuq il-post li twettaq.

4.  
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tissottometti regolarment, u mill-anqas kull sena, rapport lill-AETS u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 dwar il-valutazzjoni u r-riżultati tar-rieżami u tal-evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, inkluż jekk l-awtorità kompetenti tas-CCP tkunx talbet xi azzjoni ta’ rimedju jew tkunx imponiet penali.

Ir-rapport għandu jkopri sena kalendarja u għandu jiġi ppreżentat lill-AETS u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 sat-30 ta’ Marzu tas-sena kalendarja ta’ wara. Dak ir-rapport għandu jkun soġġett għal opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 skont l-Artikolu 19 u opinjoni mill-AETS skont l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), maħruġa f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17b.

L-AETS tista’ titlob li ssir laqgħa ad hoc mas-CCP u l-awtorità kompetenti tagħha. L-AETS tista’ titlob tali laqgħa fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

meta jkun hemm sitwazzjoni ta’ emerġenza skont l-Artikolu 24;

(b) 

meta l-AETS tkun identifikat tħassib materjali dwar il-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(c) 

meta l-AETS tqis li l-attività tas-CCP jista’ jkollha impatt transfruntier negattiv fuq il-membri tal-ikklerjar tagħha jew fuq il-klijenti tagħhom.

Il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu jiġi infurmat li se ssir laqgħa u għandu jirċievi sommarju tal-eżiti ewlenin ta’ dik il-laqgħa.

4a.  
L-AETS tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti jipprovdulha l-informazzjoni meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha skont dan l-Artikolu f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

5.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jesiġu lil kwalunkwe kontroparti ċentrali li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament tieħu l-azzjonijiet jew il-passi meħtieġa fi stadju bikri biex tindirizza s-sitwazzjoni.

▼M14

6.  
Sat-2 ta’ Jannar 2021, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fil-format, il-frekwenza u l-grad ta’ dettall tar-reviżjoni mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont dan l-Artikolu, l-AETS għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tispeċifika aktar, b’mod li jkun adatt għad-daqs, l-istruttura u l-organizzazzjoni interna tas-CCPs u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, il-proċeduri u metodoloġiji komuni għar-rieżami superviżorju u l-proċess ta’ evalwazzjoni msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

▼B

KAPITOLU 2

Superviżjoni u sorveljanza tal-kontropartijiet ċentrali

Artikolu 22

Awtorita’ kompetenti

1.  
Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità kompetenti responsabbli għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-kontropartijiet ċentrali stabbiliti fit-territorju tiegħu u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-AETS b’dan.

Meta Stat Membru jaħtar iżjed minn awtorità kompetenti waħda, għandu b’mod ċar jiddetermina r-rwoli rispettivi u għandu jaħtar awtorità waħda biex tkun responsabbli għall-koordinament tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni mal-Kummissjoni, l-AETS, l-awtoritajiet kompetenti l-oħra tal-Istati Membri, l-ABE u l-membri rilevanti tas-SEBĊ skont l-Artikoli 23, 24, 83 u 84.

2.  
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti jkollha s-setgħat superviżorji u investigatorji meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha.
3.  
Kull Stat Membru għandu jiżgura li miżuri amministrattivi xierqa, f’konformità mad-dritt nazzjonali, ikunu jistgħu jittieħdu jew jiġu imposti fuq il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.

Dawk il-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jinkludu talbiet għal azzjoni ta’ rimedju fi żmien stabbilit.

4.  
L-AETS għandha tippubblika fil-websajt tagħha lista tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1.

KAPITOLU 3

Kooperazzjoni

Artikolu 23

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin, mal-AETS u, jekk ikun hemm bżonn, mas-SEBĊ.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fit-twettiq tal-obbligi ġenerali tagħhom, jikkunsidraw kif dovut l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra konċernati, b’mod partikolari s-sitwazzjonijiet tal-emerġenza msemmija fl-Artikolu 24, ibbażati fuq l-informazzjoni disponibbli f’dak iż-żmien.

▼M18

Artikolu 23a

Kooperazzjoni superviżorja bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA fir-rigward tas-CCPs awtorizzati

1.  

L-AETS għandha twettaq rwol ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u bejn il-kulleġġi sabiex:

(a) 

tibni kultura superviżorja komuni u prattiki superviżorji konsistenti;

(b) 

tiżgura proċeduri uniformi u approċċi konsistenti;

(c) 

issaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji, b’mod partikolari fir-rigward ta’ oqsma superviżorji li għandhom dimensjoni transfruntiera jew impatt transfruntier possibbli;

(d) 

issaħħaħ il-koordinazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza f’konformità mal-Artikolu 24;

(e) 

tivvaluta r-riskji meta tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2 dwar il-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament b’rabta mar-riskji transfruntiera identifikati jew mar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni, u meta tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar kif CCP għandha ttaffi tali riskji.

2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet, rapporti jew miżuri oħra tagħhom lill-AETS għall-opinjoni tagħha qabel ma jadottaw kwalunkwe att jew miżura skont l-Artikoli 7, 8 u 14, l-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 21, l-Artikoli 29 sa 33 u l-Artikoli 35, 36, 37, 41, 54 u, ħlief meta tinħtieġ deċiżjoni urġenti, l-Artikolu 20.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jissottomettu wkoll abbozzi ta’ deċiżjonijiet lill-AETS għall-opinjoni tagħha qabel ma jadottaw kwalunkwe att ieħor jew miżura oħra f’konformità mad-dmirijiet tagħhom taħt l-Artikolu 22(1).

▼M18

Artikolu 23b

Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ

1.  
L-AETS għandha tistabbilixxi Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ għall-eżerċitar tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 2.

Il-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ għandu jkun magħmul minn:

(a) 

rappreżentanti tal-AETS;

(b) 

rappreżentanti tal-ABE u tal-AEAPX;

(c) 

rappreżentanti tal-BERS u tal-BĊE fil-qafas tal-kompiti li jikkonċernaw is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku mogħti lilu f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1024/2013; u

(d) 

rappreżentanti tal-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti minbarra l-euro li fihom huma denominati l-kuntratti tad-derivati msemmija fl-Artikolu 7a(6).

Minbarra l-entitajiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti tad-denominazzjoni tal-kuntratti tad-derivati msemmija fl-Artikolu 7a(6), għajr dawk elenkati fil-punt (d) ta’ dak it-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jissorveljaw l-obbligu skont l-Artikolu 7a, limitat għal wieħed għal kull Stat Membru, u l-Kummissjoni, jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ bħala osservaturi.

L-AETS għandha timmaniġġja u tippresjedi l-laqgħat tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ. Il-President tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ jista’, fuq talba tal-membri l-oħrajn tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ jew fuq inizjattiva tal-President, jistieden lil awtoritajiet oħrajn sabiex jipparteċipaw fil-laqgħat meta jkun rilevanti għas-suġġetti li jkunu se jiġu diskussi.

2.  

Il-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ għandu:

(a) 

jimmonitorja l-implimentazzjoni fil-livell aggregat tal-Unjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7a u 7c, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(i) 

l-iskoperturi ġenerali u t-tnaqqis tal-iskoperturi għal servizzi tal-ikklerjar sostanzjalment u sistematikament importanti identifikati skont l-Artikolu 25(2c);

(ii) 

l-iżviluppi relatati mal-ikklerjar fil-kontropartijiet ċentrali awtorizzati skont l-Artikolu 14 u l-aċċess għall-ikklerjar mill-klijenti għal tali kontropartijiet ċentrali, inklużi t-tariffi imposti minn tali kontropartijiet ċentrali għall-istabbiliment ta’ kontijiet skont l-Artikolu 7a u kwalunkwe tariffa imposta mill-membri tal-ikklerjar lill-klijenti tagħhom għall-istabbiliment ta’ kontijiet u għat-twettiq tal-ikklerjar skont l-Artikolu 7a;

(iii) 

żviluppi sinifikanti oħrajn fil-prattiki tal-ikklerjar li għandhom impatt fuq il-livell tal-ikklerjar fil-kontropartijiet ċentrali awtorizzati skont l-Artikolu 14;

(b) 

jimmonitorja l-implikazzjonijiet transfruntiera tar-relazzjonijiet tal-ikklerjar tal-klijenti, inklużi l-portabbiltà u l-interdipendenzi u l-interazzjonijiet tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti ma’ infrastrutturi oħrajn tas-suq finanzjarju;

(c) 

jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-kontropartijiet ċentrali li jiffokaw fuq ir-riskji tal-likwidità, tal-kreditu u operattivi li jikkonċernaw lill-kontropartijiet ċentrali, il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti;

(d) 

jidentifika r-riskji ta’ konċentrazzjoni, b’mod partikolari fl-ikklerjar tal-klijenti, minħabba l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni, inkluż fejn diversi kontropartijiet ċentrali, membri tal-ikklerjar jew klijenti jużaw l-istess fornituri ta’ servizzi;

(e) 

jimmonitorja l-effettività tal-miżuri mmirati lejn it-titjib tal-attraenza tal-kontropartijiet ċentrali tal-Unjoni, filwaqt li jinkoraġġixxi l-ikklerjar fil-kontropartijiet ċentrali tal-Unjoni u jtejjeb il-monitoraġġ tar-riskji transfruntiera.

Il-korpi li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkooperaw u jikkondividu l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettqu l-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Meta dik l-informazzjoni ma tkunx disponibbli għall-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7a(9), l-awtorità kompetenti rilevanti tal-kontropartijiet ċentrali awtorizzati, il-membri tal-ikklerjar tagħhom u l-klijenti tagħhom għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa li tippermetti lill-AETS u lill-korpi l-oħrajn li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ iwettqu l-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

3.  
Meta awtorità kompetenti rilevanti ma jkollhiex l-informazzjoni mitluba, hija għandha tesiġi li s-CCPs awtorizzati, il-membri tal-ikklerjar tagħhom jew il-klijenti tagħhom jipprovdu dik l-informazzjoni. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tittrasmetti tali informazzjoni lill-AETS mingħajr dewmien żejjed.
4.  
Soġġett għall-qbil tal-awtorità kompetenti rilevanti, l-AETS tista’ titlob ukoll l-informazzjoni direttament mill-entità rilevanti. L-AETS għandha tgħaddi l-informazzjoni kollha li tirċievi mingħand dik l-entità lill-awtorità kompetenti rilevanti mingħajr dewmien żejjed.
5.  
It-talbiet għal informazzjoni lis-CCPs għandhom jiġu skambjati permezz tal-bażi ta’ data ċentrali.
6.  
L-AETS għandha, b’kooperazzjoni mal-korpi l-oħrajn li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, tissottometti rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-attivitajiet tagħha skont il-paragrafu 2.

Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jinkludi rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet potenzjali fil-livell tal-Unjoni biex jiġu indirizzati r-riskji orizzontali identifikati.

7.  

L-AETS għandha taġixxi f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 f’każ li, abbażi tal-informazzjoni riċevuta bħala parti mill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u wara d-diskussjonijiet li saru fih, l-AETS:

(a) 

tqis li l-awtoritajiet kompetenti qed jonqsu milli jiżguraw il-konformità tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7a; jew

(b) 

tidentifika riskju għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni minħabba allegat ksur jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

Qabel ma taġixxi f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-AETS tista’ toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

8.  
Meta l-AETS, abbażi tal-informazzjoni riċevuta bħala parti mill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u wara d-diskussjonijiet li saru fih, tqis li l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7a ma tiżgurax b’mod effettiv it-tnaqqis tal-iskopertura eċċessiva tal-membri tal-ikklerjar tal-Unjoni u tal-klijenti għall-kontropartijiet ċentrali tal-Grad 2, hija għandha tirrieżamina l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 7a(8), u, fejn meħtieġ, tistabbilixxi perjodu ta’ adattament xieraq li ma jaqbiżx it-12-il xahar.

▼M18

Artikolu 24

Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

1.  

L-awtorità kompetenti tas-CCP jew kwalunkwe awtorità rilevanti oħra għandha tinforma lill-AETS, lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, lill-membri rilevanti tas-SEBĊ, lill-Kummissjoni u lil awtoritajiet rilevanti oħrajn mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata ma’ CCP, inklużi:

(a) 

sitwazzjonijiet jew avvenimenti li jkollhom impatt, jew li x’aktarx ikollhom impatt, fuq is-solidità prudenzjali jew finanzjarja jew ir-reżiljenza tas-CCPs awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 14, tal-membri tal-ikklerjar tagħhom jew tal-klijenti tagħhom;

(b) 

meta CCP tkun beħsiebha tattiva l-pjan ta’ rkupru tagħha skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/23, awtorità kompetenti tkun ħadet miżura ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 18 ta’ dak ir-Regolament jew awtorità kompetenti tkun talbet tneħħija totali jew parzjali tal-maniġment superjuri jew tal-bord tas-CCP skont l-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament;

(c) 

meta jkun hemm żviluppi fis-swieq finanzjarji, jew swieq oħra meta s-CCP tipprovdi servizzi ta’ kklerjar, li jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq, it-trażmissjoni tal-politika monetarja, it-tħaddim bla xkiel tas-sistemi ta’ pagament jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn tkun stabbilita s-CCP jew wieħed mill-membri tal-ikklerjar tagħha.

2.  
F’sitwazzjoni ta’ emerġenza, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta u aġġornata mingħajr dewmien żejjed biex il-membri tal-kulleġġ imsemmija fl-Artikolu 18 ikunu jistgħu janalizzaw l-impatt ta’ dik is-sitwazzjoni ta’ emerġenza b’mod partikolari fuq il-membri tal-ikklerjar tagħhom u l-klijenti tagħhom. Il-membri tal-kulleġġ imsemmija fl-Artikolu 18 jistgħu jgħaddu l-informazzjoni lill-korpi pubbliċi responsabbli għall-istabbiltà finanzjarja tas-swieq tagħhom, soġġett għall-obbligu tas-segretezza professjonali stabbilit fl-Artikolu 83. L-obbligu tas-segretezza professjonali f’konformità mal-Artikolu 83 għandu japplika għal dawk il-korpi li jirċievu dik l-informazzjoni.
3.  
Fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza f’CCP waħda jew aktar li jkollha effetti destabbilizzanti jew li x’aktarx ikollha effetti destabbilizzanti fuq is-swieq transfruntiera, l-AETS għandha tikkoordina l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/23 u l-kulleġġi msemmija fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament sabiex jibnu risposta koordinata għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza relatati ma’ CCP u jiżguraw kondiviżjoni effettiva tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti, il-kulleġġi msemmija fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni.
4.  

F’sitwazzjoni ta’ emerġenza, ħlief meta awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun qed tieħu jew tkun ħadet azzjoni ta’ riżoluzzjoni b’rabta ma’ CCP skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/23, laqgħat ad hoc tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, sabiex jikkoordinaw ir-risposti tal-awtoritajiet kompetenti:

(a) 

jistgħu jissejħu mill-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs;

(b) 

għandhom jissejħu mill-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, fuq it-talba ta’ żewġ membri tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs.

5.  

Kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet li ġejjin għandha tiġi mistiedna wkoll għal-laqgħa ad hoc imsemmija fil-paragrafu 4, meta rilevanti, meta jitqiesu l-kwistjonijiet li għandhom jiġu diskussi f’dik il-laqgħa:

(a) 

il-banek ċentrali rilevanti tal-ħruġ;

(b) 

l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar, inkluż, meta rilevanti, il-BĊE fil-qafas tal-kompiti li jikkonċernaw is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku mogħti lilu f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

(c) 

l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għas-superviżjoni taċ-ċentri tan-negozjar;

(d) 

l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għas-superviżjoni tal-klijenti, meta jkunu magħrufa;

(e) 

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti maħtura skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/23;

(f) 

kwalunkwe membru tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, li mhuwiex diġà kopert mill-punti (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu.

6.  
Meta ssir laqgħa ad hoc tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs skont il-paragrafu 4, il-President ta’ dak il-Kumitat għandu jinforma lill-ABE, lill-AEAPX, lill-BERS, lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ) u lill-Kummissjoni b’dan, u għandhom ukoll jiġu mistiedna jipparteċipaw f’dik il-laqgħa fuq talba tagħhom.

Meta ssir laqgħa wara sitwazzjoni ta’ emerġenza kif speċifikat fil-paragrafu 1, il-punt (c), il-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jistieden lill-banek ċentrali rilevanti tal-ħruġ biex jipparteċipaw f’dik il-laqgħa.

7.  
L-AETS tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha jipprovdulha l-informazzjoni meħtieġa biex twettaq il-funzjoni ta’ koordinazzjoni tagħha prevista f’dan l-Artikolu.

Meta awtorità kompetenti rilevanti jkollha l-informazzjoni mitluba, hija għandha tgħaddiha lill-AETS mingħajr dewmien żejjed.

Meta awtorità kompetenti rilevanti ma jkollhiex l-informazzjoni mitluba, hija għandha titlob lis-CCPs awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 14, lill-membri tal-ikklerjar tagħhom jew lill-klijenti tagħhom, lill-infrastrutturi tas-suq finanzjarju konnessi jew lill-partijiet terzi relatati li dawk is-CCPs ikunu esternalizzawlhom funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali, kif rilevanti u applikabbli, biex jipprovdulha dik l-informazzjoni, u għandha tinforma lill-AETS b’dan. Ladarba l-awtorità kompetenti rilevanti tirċievi l-informazzjoni mitluba, hija għandha tgħaddiha lill-AETS mingħajr dewmien żejjed.

Minflok ma titlob l-informazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu, l-awtorità kompetenti rilevanti tista’ tippermetti lill-AETS titlob dik l-informazzjoni direttament mill-entità rilevanti. L-AETS għandha tgħaddi l-informazzjoni kollha li tirċievi mingħand dik l-entità lill-awtorità kompetenti rilevanti mingħajr dewmien żejjed.

Meta l-AETS ma tkunx irċeviet l-informazzjoni li kienet teħtieġ f’konformità mal-ewwel subparagrafu fi żmien 48 siegħa, hija tista’, b’talba sempliċi, titlob lis-CCP awtorizzati, lill-membri tal-ikklerjar tagħhom u lill-klijenti tagħhom, lill-infrastrutturi tas-suq finanzjarju konnessi u lill-partijiet terzi relatati li dawk is-CCPs ikunu esternalizzawlhom funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali biex jipprovdulha dik l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed. L-AETS għandha tgħaddi l-informazzjoni kollha li tirċievi mingħand tali entitajiet lill-awtorità kompetenti rilevanti mingħajr dewmien żejjed.

8.  
L-AETS tista’, fuq il-proposta tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, toħroġ rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 indirizzati lil awtorità kompetenti waħda jew aktar li jirrakkomandawlhom jadottaw deċiżjonijiet superviżorji temporanji jew permanenti skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u fit-Titoli IV u V ta’ dan ir-Regolament sabiex jiġu evitati jew jittaffew l-effetti negattivi sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni. L-AETS tista’ toħroġ tali rakkomandazzjonijiet biss meta aktar minn CCP awtorizzata waħda f’konformità mal-Artikolu 14 tkun affettwata jew meta l-avvenimenti madwar l-Unjoni kollha jkunu qegħdin jiddestabbilizzaw is-swieq transfruntiera kklerjati.”

▼M14

KAPITOLU 3 A

Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs

Artikolu 24a

Kumitat Superviżorju tas-CCPs

1.  
L-AETS għandha tistabbilixxi kumitat intern permanenti skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għall-finijiet tat-tħejjija ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri u tat-twettiq tal-kompiti stabbiliti fil-paragrafi 7, 9 u 10 ta’ dan l-Artikolu (il-“Kumitat Superviżorju tas-CCPs”).
2.  

Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jkun magħmul minn:

(a) 

il-President, li għandu jkollu d-dritt tal-vot;

(b) 

żewġ membri indipendenti, li għandu jkollhom id-dritt tal-vot;

(c) 

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament b’CCP awtorizzata, li għandu jkollhom id-dritt tal-vot; fejn Stat Membru jkun ħatar diversi awtoritajiet kompetenti, kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti maħtura ta’ dan l-Istat Membru tista’ tiddeċiedi li taħtar rappreżentant wieħed għall-finijiet ta’ parteċipazzjoni skont dan il-punt, madankollu, għall-proċeduri ta’ votazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 24c, ir-rappreżentanti tal-Istat Membru rispettiv għandhom flimkien jitqiesu bħala membru wieħed bid-dritt tal-vot.

(d) 

Il-banek ċentrali tal-ħruġ li ġejjin:

(i) 

fejn il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jiltaqa’ relattivament għal CCPs ta’ pajjiżi terzi, fir-rigward tat-tħejjija tad-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw l-Artikoli msemmija fil-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu b’rabta ma’ CCPs tal-Grad 2 u l-Artikolu 25(2a), il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) li jkunu talbu sabiex jissieħbu fil-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, li ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot;

▼M18

(ii) 

meta l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jiltaqa’ b’rabta mas-CCPs awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 14, fil-kuntest ta’ diskussjonijiet li jappartjenu għall-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, il-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati minn CCPs awtorizzati li jkunu talbu sabiex jissieħbu fil-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, li ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.

▼M14

Is-sħubija għall-fini tas-subpunti (i) u (ii) għandha tingħata awtomatikament fuq talba bil-miktub ta’ darba indirizzata lill-President.

▼M18

3  
Il-President jista’ jistieden bħala osservaturi għal-laqgħat tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, meta xieraq, membri tal-kulleġġi msemmija fl-Artikolu 18, rappreżentanti mill-awtoritajiet rilevanti tal-klijenti, meta jkunu magħrufa, u rappreżentanti mill-istituzzjonijiet u l-korpi rilevanti tal-Unjoni.

▼M14

4.  
Il-laqgħat tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom jiġu organizzati mill-President tiegħu fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ wieħed mill-membri tiegħu bid-dritt tal-vot. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jiltaqa’ mill-inqas ħames darbiet f’sena.
5.  
Il-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom ikunu professjonisti indipendenti, full-time. Huma għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien ta’ kwistjonijiet tal-ikklerjar, ta’ wara n-negozjar, ta’ superviżjoni prudenzjali u kwistjonijiet finanzjarji, kif ukoll fuq il-bażi tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni tas-CCPs, wara proċedura ta’ għażla miftuħa.

Qabel il-ħatra tal-President u tal-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, u sa xahar wara l-għażla mill-Bord tas-Superviżuri, li għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew il-lista mqassra tiegħu ta’ kandidati magħżula b’rispett għall-bilanċ bejn is-sessi, il-Parlament Ewropew, wara li jkun sema’ lill-kandidati magħżula, għandu japprovahom jew jirrifjutahom.

Fejn il-President jew kwalunkwe wieħed mill-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu jew jekk jinstab ħati ta’ mġiba ħażina serja, il-Kunsill jista’, fuq proposta mill-Kummissjoni li tkun ġiet approvata mill-Parlament Ewropew, jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex ineħħi lilu jew lilha mill-kariga. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jinformaw lill-Kummissjoni li jqisu bħala sodisfatti l-kondizzjonijiet għat-tneħħija tal-President jew ta’ wieħed mill-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, u l-Kummissjoni għandha tagħti tweġiba għal dan.

Il-mandat tal-President u tal-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jkun ta’ ħames snin u jista’ jiġi estiż darba.

6.  
Il-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs ma għandux ikollhom xi karigi oħra fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni, jew internazzjonali. Huma għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u la għandhom jitolbu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi korp pubbliku jew privat ieħor.

La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni u lanqas xi korp pubbliku jew privat ieħor ma għandu jfittex li jinfluwenza lill-President u lill-membri indipendenti tal-Bord Superviżorju tas-CCPs fil-qadi ta’ dmirijiethom.

F’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal imsemmija fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, il-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom, wara li jitilqu mis-servizz, jibqgħu jkunu marbuta bid-dover li jaġixxu b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.

7.  

►M18  B’rabta mas-CCPs awtorizzati jew li japplikaw għall-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu, għall-fini tal-Artikolu 23a, iħejji deċiżjonijiet u jwettaq il-kompiti fdati lill-AETS fl-Artikolu 23a u fil-punti li ġejjin: ◄

(a) 

mill-inqas darba fis-sena, jagħmel analiżi ta’ reviżjoni bejn il-pari tal-attivitajiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti kollha b’rabta mal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CCPs skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;

▼M15

(b) 

mill-anqas fuq bażi annwali, tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tas-CCPs għal żviluppi negattivi fis-suq skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, filwaqt li tqis, fejn ikun possibbli, l-effett aggregat tal-arranġamenti għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;

▼M18

(ba) 

mill-anqas kull sena, tiddiskuti u tidentifika l-prijoritajiet superviżorji għas-CCPs awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament sabiex tikkontribwixxi għat-tħejjija tal-prijoritajiet superviżorji strateġiċi madwar l-Unjoni kollha mill-AETS f’konformità mal-Artikolu 29a tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;

(bb) 

tikkunsidra, b’kooperazzjoni mal-ABE, mal-AEAPX u mal-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tagħha fi ħdan mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, kwalunkwe riskju transfruntier li jinħoloq mill-attivitajiet tas-CCPs inkluż minħabba l-interkonnettività, l-interkonnessjonijiet u r-riskji ta’ konċentrazzjoni tas-CCPs minħabba tali konnessjonijiet transfruntiera;

(bc) 

tħejji abbozzi ta’ opinjonijiet għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikoli 17 u 17b, abbozzi ta’ validazzjonijiet għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikolu 49 u abbozzi ta’ deċiżjonijiet għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikolu 49a;

(bd) 

tipprovdi kontribut lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 17a;

(be) 

tinforma lill-Bord tas-Superviżuri meta awtorità kompetenti ma tikkonformax jew ma jkollhiex l-intenzjoni li tikkonforma mal-opinjonijiet tal-AETS jew ma’ kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tinsab fihom, inkluż ir-raġunament mill-awtorità kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 17(3c) u l-Artikolu 17b(4);

▼M14

(c) 

jippromwovi l-iskambju u d-diskussjoni regolari fost l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22(1) ta’ dan ir-Regolament relattivament għal:

(i) 

l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet superviżorji rilevanti li ġew adottati mill-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 22 meta jwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CCPs stabbiliti fit-territorju tagħhom;

(ii) 

l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet ippreżentati lill-AETS minn awtorità kompetenti f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23a(2);

(iii) 

l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet ippreżentati lill-AETS minn awtorità kompetenti fuq bażi volontarja f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23a(2);

(iv) 

żviluppi tas-suq rilevanti, inklużi sitwazzjonijiet jew avvenimenti li jaffettwaw jew li x’aktarx jaffettwaw is-solidità prudenzjali jew finanzjarja, jew ir-reżiljenza ta’ CCPs awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 14 jew il-membri tal-ikklerjar tagħhom;

(d) 

isir informat dwar, u jiddiskuti, l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha adottati mill-kulleġġi skont l-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, sabiex jikkontribwixxi għall-funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi u jrawwem il-koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament bejniethom.

Għall-finijiet tal-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-AETS bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha rilevanti mingħajr dewmien mhux ġustifikat.

▼M18

L-AETS għandha, fuq bażi annwali, tirrapporta lill-Kummissjoni dwar ir-riskji transfruntiera li jinħolqu mill-attivitajiet tal-kontropartijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (bb).

▼M14

8.  
Fejn l-attivitajiet jew l-iskambju msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 7 jiżvelaw nuqqas ta’ konverġenza u koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-AETS għandha toħroġ il-linji gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet neċessarji skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 jew opinjonijiet skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Fejn evalwazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 7 tiżvela nuqqasijiet fir-reżiljenza ta’ mill-inqas CCP waħda, l-AETS għandha toħroġ ir-rakkomandazzjonijiet neċessarji skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
9.  

Barra minn hekk, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jista’:

(a) 

abbażi tal-attivitajiet tiegħu skont il-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 7, jitlob lill-Bord tas-Superviżuri biex jikkunsidra jekk l-adozzjoni ta’ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet mill-AETS hix neċessarja sabiex jiġi indirizzat nuqqas ta’ konverġenza u koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fost l-awtoritajiet u l-kulleġġi kompetenti. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jikkunsidra dawn it-talbiet b’mod debitu u jipprovdi tweġiba adegwata;

(b) 

jippreżenta opinjonijiet lill-Bord tas-Superviżuri dwar id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, għajr id-deċiżjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 17 u 19 ta’ dak ir-Regolament, fir-rigward ta’ kompiti li jkunu ngħataw lill-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament.

10.  
Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu, fir-rigward tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi, jħejji abbozzi ta’ deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Bord tas-Superviżuri u jwettaq il-kompiti fdati lill-AETS fl-Artikoli 25, 25a, 25b, 25f sa 25q u 85(6).
11.  
Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu, fir-rigward ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi, jikkondividi mal-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 25c l-aġendi tal-laqgħat tiegħu qabel dawk il-laqgħat iseħħu, il-minuti tal-laqgħat tiegħu, l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet kompleti li jippreżenta lill-Bord tas-Superviżuri u d-deċiżjonijiet finali adottati mill-Bord tas-Superviżuri.
12.  

Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jkun appoġġat minn persunal dedikat mill-AETS, li jkollu biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza, sabiex:

(a) 

iħejji l-laqgħat tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs;

(b) 

iħejji l-analiżi neċessarja għall-Kumitat Superviżorju tas-CCPs biex iwettaq tal-kompiti tiegħu;

(c) 

jappoġġa lill-Kumitat Superviżorju tas-CCPs fil-kooperazzjoni internazzjonali tiegħu fil-livell amministrattiv.

13.  
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-AETS għandha tiżgura s-separazzjoni strutturali bejn il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs u funzjonijiet oħra msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 24b

Konsultazzjoni tal-banek ċentrali tal-ħruġ

▼M18

1.  
Fir-rigward tal-valutazzjonijiet superviżorji mwettqa b’rabta mal-Artikoli 41, 44, 46, 50 u 54 u deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu skont dawn l-Artikoli li jirrigwardaw CCPs tal-Grad 2, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jikkonsulta lill-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fl-Artikolu 25(3), il-punt (f). Kull bank ċentrali tal-ħruġ jista’ jirrispondi. Meta l-bank ċentrali tal-ħruġ jiddeċiedi li jwieġeb, huwa għandu jagħmel dan fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni. F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, dak il-perjodu ma għandux jaqbeż l-24 siegħa. Meta bank ċentrali tal-ħruġ jipproponi emendi jew joġġezzjona għall-valutazzjonijiet relatati jew l-abbozzi ta’deċiżjonijiet skont l-Artikoli 41, 44, 46, 50 u 54, għandu jipprovdi r-raġunijiet kollha u fid-dettall, bil-miktub. Malli jiskadi l-perjodu għall-konsultazzjoni, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jikkunsidra b’mod debitu r-risposta u kwalunkwe emenda proposta mill-banek ċentrali tal-ħruġ u jipprovdi l-valutazzjoni tiegħu lill-bank ċentrali tal-ħruġ.
2.  
Meta l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs ma jirriflettix fl-abbozz ta’ deċiżjoni tiegħu l-emendi proposti minn bank ċentrali tal-ħruġ, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jinforma lil dak il-bank ċentrali tal-ħruġ bil-miktub waqt li jiddikjara r-raġunijiet kollha tiegħu għalfejn ma jkunx ħa kont tal-emendi proposti minn dak il-bank ċentrali tal-ħruġ, u jipprovdi spjegazzjoni għal kwalunkwe devjazzjoni minn dawk l-emendi. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jippreżenta lill-Bord tas-Superviżuri r-risposti riċevuti u l-emendi proposti minn banek ċentrali tal-ħruġ u l-ispjegazzjonijiet tiegħu għalfejn ma jkunx ħa kont tagħhom flimkien mal-abbozz ta’ deċiżjoni tiegħu.

▼M14

3.  
Fir-rigward tad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu skont l-Artikoli 25(2c) u 85(6), il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jfittex il-qbil tal-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) għall-kwistjonijiet relatati mal-muniti maħruġa minnhom. Għandu jkun ikkunsidrat li kull bank ċentrali tal-ħruġ ta l-qbil tiegħu sakemm il-bank ċentrali tal-ħruġ ma jipproponix emendi jew ma joġġezzjonax fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mit-trasmissjoni tal-abbozz ta’ deċiżjoni. Fejn bank ċentrali tal-ħruġ jipproponi emendi jew joġġezzjona għal abbozz ta’ deċiżjoni, huwa għandu jipprovdi r-raġunijiet kollha u fid-dettall, bil-miktub. Fejn bank ċentrali tal-ħruġ jipproponi emendi fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-munita maħruġa minnu, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jista’ biss jippreżenta lill-Bord tas-Superviżuri l-abbozz ta’ deċiżjoni kif emendat fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet. Fejn bank ċentrali tal-ħruġ joġġezzjona fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-munita maħruġa minnu, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs ma għandux jinkludu dawk il-kwistjonijiet fl-abbozz ta’ deċiżjoni lill-Bord tas-Superviżuri għall-adozzjoni.

Artikolu 24c

Teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs

Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot. F’każ li l-voti jiġu ndaqs, il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv.

Artikolu 24d

Teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri

Fejn il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jippreżenta abbozzi ta’ deċiżjonijiet lill-Bord ta’ Superviżuri skont l-Artikoli 25(2), 25(2a), 25(2b), 25(2c), 25(5), 25p, 85(6), 89(3b) ta’ dan ir-Regolament u addizzjonalment biss għal CCPs tal-Grad 2 skont l-Artikoli 41, 44, 46, 50 u 54 ta’ dan ir-Regolament, il-Bord tas-Superviżuri għandu jiddeċiedi dwar dawk l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol.

Fejn il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jippreżenta abbozzi ta’ deċiżjonijiet lill-Bord ta’ Superviżuri skont Artikoli għajr dawk imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jiddeċiedi dwar dawk l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fi żmien tlett ijiem tax-xogħol.

Artikolu 24e

Responsabbiltà

1.  
Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ jistieden lill-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs biex jagħmlu dikjarazzjoni filwaqt li jirrispettaw kompletament l-indipendenza tagħhom. Il-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom jagħmlu dik id-dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġbu kwalunkwe mistoqsija mressqa mill-Membri tiegħu kull meta jintalab dan.
2.  
Il-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom jirrapportaw bil-miktub dwar l-attivitajiet prinċipali tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta jintalbu jagħmlu dan u mill-inqas 15-il jum qabel ma jagħmlu d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
3.  
Il-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom jirrapportaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad-hoc u kunfidenzjali. Dak ir-rapport ma għandux ikopri informazzjoni kunfidenzjali relatata ma’ CCPs individwali.

▼B

KAPITOLU 4

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

Artikolu 25

Rikonoxximent ta’ CCP ta’ pajjiż terz

▼M14

1.  
CCP stabbilita f’pajjiż terz tista’ tipprovdi biss servizzi ta’ kklerjar lil membri tal-ikklerjar jew lil ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni meta dik is-CCP tkun rikonoxxuta mill-AETS.

▼B

2.  

L-AETS, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, tista’ tirrikonoxxi kontroparti ċentrali stabbilita f’pajjiż terz li tkun applikat għal rikonoxximent biex tipprovdi ċerti servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar, meta:

(a) 

il-Kummissjoni tkun adottat att implimentattiv skont il-paragrafu 6;

(b) 

il-kontroparti ċentrali tkun awtorizzata fil-pajjiż terz rilevanti u tkun soġġetta għal superviżjoni u infurzar effettivi li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti prudenzjali applikabbli f’dak il-pajjiż terz;

(c) 

ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni skont il-paragrafu 7;

▼M5

(d) 

il-kontroparti ċentrali hija stabbilita jew awtorizzata f'pajjiż terz li mhuwiex ikkunsidrat, mill-Kummissjoni f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ), li għandu nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim nazzjonali tiegħu tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li jikkostitwixxu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni;

▼M14

(e) 

is-CCP ma tkunx ġiet determinata bħala sistemikament importanti jew mhux probabbli ssir sistemikament importanti f’konformità mal-paragrafu 2a u għalhekk tkun CCP tal-Grad 1.

2a.  

L-AETS għandha, wara li tikkonsulta lill-BERS u lill-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3, tiddetermina jekk CCP ta’ pajjiż terz tkunx sistemikament importanti jew x’aktarx ser issir sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha (CCP tal-Grad 2) billi tieħu kont tal-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

in-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tas-CCP fl-Unjoni u barra l-Unjoni sa fejn in-negozju tagħha jista’ jkollu impatt sistemiku fuq l-Unjoni jew fuq Stat Membru wieħed, jew aktar, tagħha, inklużi:

(i) 

il-valur f’termini ta’ aggregat u f’kull munita tal-Unjoni ta’ tranżazzjonijiet ikklerjati mis-CCP, jew l-espożizzjoni aggregata tas-CCP involuta f’attivitajiet ta’ kklerjar għall-membri tal-ikklerjar tagħha, u sal-punt li tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti u l-klijenti indiretti tagħhom stabbiliti fl-Unjoni, inkluż meta jkunu ġew iddeżinjati mill-Istati Membri bħala istituzzjonijiet sistemikament importanti oħra (O-SIIs) skont l-Artikolu 131(3) tad-Direttiva 2013/36/UE; u

(ii) 

il-profil tar-riskju tas-CCP f’termini ta’, fost oħrajn, riskju legali, operattiv u tan-negozju;

(b) 

l-effett li l-falliment tas-CCP jew it-tfixkil tagħha jkollhom fuq:

(i) 

swieq finanzjarji, inkluża l-likwidità tas-swieq li sservi;

(ii) 

istituzzjonijiet finanzjarji;

(iii) 

is-sistema finanzjarja b’mod ġenerali; jew

(iv) 

l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ xi Stat Membru wieħed, jew aktar, tagħha;

(c) 

l-istruttura tas-sħubija tal-ikklerjar tas-CCP inkluża, sa fejn tkun disponibbli l-informazzjoni, l-istruttura tan-netwerk tal-membri tal-ikklerjar tal-klijenti u l-klijenti indiretti, stabbiliti fl-Unjoni;

(d) 

il-punt sa fejn servizzi alternattivi ta’ kklerjar ipprovduti minn CCPs oħra jeżistu fl-istrumenti finanzjarji denominati f’muniti tal-Unjoni għall-membri tal-ikklerjar u, sa fejn tkun disponibbli l-informazzjoni, għall-klijenti tagħhom u l-klijenti indiretti stabbiliti fl-Unjoni;

(e) 

ir-relazzjonijiet, l-interdipendenzi, jew l-interazzjonijiet l-oħrajn tas-CCP ma’ infrastrutturi tas-swieq finanzjarji oħrajn, istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u s-sistema finanzjarja b’mod ġenerali sa fejn ikun probabbli li dan ikollu impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha.

Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 biex tispeċifika aktar il-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu sat-2 ta’ Jannar 2021.

Mingħajr preġudizzju għall-eżitu tal-proċess ta’ rikonoxximent, l-AETS għandha, wara li twettaq il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, tinforma lis-CCP applikanti jekk titqiesx bħala CCP tal-Grad 1 jew le fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-determinazzjoni li l-applikazzjoni ta’ dik is-CCP tkun kompluta f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.

2b.  

Meta l-AETS tiddetermina li CCP tkun sistemikament importanti jew li x’aktarx ser issir sistemikament importanti (CCP tal-Grad 2) skont il-paragrafu 2a, għandha tirrikonoxxi biss li dik is-CCP tipprovdi ċerti servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar fejn, flimkien mal-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2, jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

is-CCP tikkonforma, fil-mument tar-rikonoxximent u minn hemm ’il quddiem fuq bażi kontinwa, mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u fit-Titoli IV u V. Fir-rigward tal-konformità tas-CCP mal-Artikoli 41, 44, 46, 50 u 54, l-AETS għandha tikkonsulta l-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3 skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24b(1). L-AETS għandha tikkunsidra, f’konformità mal-Artikolu 25a, sa liema punt il-konformità tas-CCP ma’ dawk ir-rekwiżiti hija sodisfatta mill-konformità tagħha ma’ rekwiżiti komparabbli applikabbli fil-pajjiż terz;

(b) 

il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 3 ipprovdew lill-AETS konferma bil-miktub, fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-determinazzjoni li CCP ta’ pajjiż terz mhijiex CCP tal-Grad 1 f’konformità mal-paragrafu 2a jew wara r-rieżami f’konformità mal-paragrafu 5, li s-CCP tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin li dawk il-banek ċentrali tal-ħruġ setgħu imponew fit-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom:

(i) 

il-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni li l-bank ċentrali tal-ħruġ jista’ jirrikjedi mat-talba motivata tiegħu, fejn dik l-informazzjoni ma tkunx inkisbet mod ieħor mill-AETS;

(ii) 

il-kooperazzjoni sħiħa u debita mal-bank ċentrali tal-ħruġ fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-reżiljenza tas-CCP għal żviluppi negattivi tas-suq imwettqa f’konformità mal-Artikolu 25b(3);

(iii) 

il-ftuħ jew in-notifika ta’ intenzjoni ta’ ftuħ, skont il-kriterji u r-rekwiżiti rilevanti għall-aċċess, kont ta’ depożitu mal-lejl mal-bank ċentrali tal-ħruġ.

(iv) 

il-konformità mar-rekwiżiti, applikati f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali mill-bank ċentrali tal-ħruġ, fil-limiti tal-kompetenzi tiegħu biex jindirizza riskji tal-likwidità sistemiċi temporanji li jaffettwaw it-trasmissjoni tal-politika monetarja jew l-operat mingħajr xkiel tas-sistemi ta’ pagament, u li jikkonċernaw il-kontroll tar-riskju tal-likwidità, ir-rekwiżiti tal-marġni, il-kollateral, arranġamenti ta’ saldu jew arranġamenti tal-interoperabilità.

Ir-rekwiżiti msemmija fis-subpunt (iv) għandhom jiżguraw l-effiċjenza, is-solidità u r-reżiljenza tas-CCPs u jkunu allinjati ma’ dawk stabbiliti fl-Artikolu 16 u fit-Titoli IV u V ta’ dan ir-Regolament.

L-applikazzjoni tar-rekwiżiti msemmija fis-subpunt (iv) għandha tkun kondizzjoni għar-rikonoxximent għal perijodu limitat ta’ żmien ta’ mhux aktar minn sitt xhur. Meta fi tmiem dak il-perijodu, il-bank ċentrali tal-ħruġ iqis li s-sitwazzjoni eċċezzjonali għadha tippersisti, l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-finijiet ta’ rikonoxximent tista’ tiġi estiża darba b’perijodu addizzjonali ta’ mhux aktar minn sitt xhur.

Qabel ma jimponi, jew jestendi l-applikazzjoni ta’, ir-rekwiżiti msemmija fis-subpunt (iv), il-bank ċentrali tal-ħruġ għandu jinforma lill-AETS, lill-banek ċentrali tal-ħruġ l-oħrajn imsemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3 u lill-membri tal-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi tal-AETS u jipprovdilhom spjegazzjoni tal-effetti tar-rekwiżiti li biħsiebu jimponi fuq l-effiċjenza, is-solidità u r-reżiljenza tas-CCPs u b’ġustifikazzjoni dwar għalfejn ir-rekwiżiti huma neċessarji u proporzjonati biex jiżguraw it-trasmissjoni tal-politika monetarja jew l-operat mingħajr xkiel tas-sistemi ta’ pagament fir-rigward tal-valuta li huwa joħroġ. L-AETS għandha tippreżenta lill-bank ċentrali tal-ħruġ opinjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mit-trasmissjoni tal-abbozz ta’ rekwiżit jew l-abbozz ta’ estensjoni. F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, il-perijodu msemmi hawn fuq ma għandux ikun ta’ aktar minn 24 siegħa. Fl-opinjoni tagħha, l-AETS għandha tikkunsidra b’mod partikolari l-effetti tar-rekwiżiti imposti fuq l-effiċjenza, is-solidità u r-reżiljenza tas-CCP. Il-banek ċentrali tal-ħruġ l-oħra msemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3 jistgħu jippreżentaw opinjoni fl-istess limitu ta’ żmien. Hekk kif jiskadi l-perijodu għall-konsultazzjoni, il-bank ċentrali tal-ħruġ għandu jikkunsidra b’mod debitu l-emendi proposti fl-opinjonijiet tal-AETS jew tal-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3.

Il-bank ċentrali tal-ħruġ għandu jinforma wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel jestendi l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti msemmija fis-subpunt (iv).

Il-bank ċentrali tal-ħruġ għandu jikkoopera u jikkondividi informazzjoni fuq bażi kontinwa mal-AETS u mal-banek ċentrali tal-ħruġ l-oħrajn imsemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3 fir-rigward tar-rekwiżiti imsemmijin fis-subpunt (iv), b’mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskji ta’ likwidità sistemika u l-effetti tar-rekwiżiti imposti fuq l-effiċjenza, is-solidità u r-reżiljenza tas-CCPs.

Fejn bank ċentrali tal-ħruġ jimponi kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti msemmija f’dan il-punt wara li tkun ġiet rikonoxxuta CCP tal-Grad 2, il-konformità ma’ kwalunkwe tali rekwiżit għandu jitqies bħala kondizzjoni għar-rikonoxximent u l-banek ċentrali tal-ħruġ għandhom jipprovdu lill-AETS konferma bil-miktub, fi żmien 90 jum tax-xogħol, li s-CCP tikkonforma mar-rekwiżit.

Fejn bank ċentrali tal-ħruġ rilevanti ma jkunx ipprovda tweġiba bil-miktub lill-AETS fil-limitu ta’ żmien, l-AETS tista’ tqis dak ir-rekwiżit bħala sodisfatt;

(c) 

is-CCP ipprovdiet lill-AETS:

(i) 

b’dikjarazzjoni bil-miktub, iffirmata mir-rappreżentant legali tagħha, li tesprimi l-kunsens bla kondizzjonijiet tas-CCP biex:

— 
tipprovdi fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara trattament ta’ talba mill-AETS kwalunkwe dokument, rekord, informazzjoni u data miżmuma minn dik is-CCP fil-ħin li tkun ġiet notifikata t-talba; u
— 
tippermetti lill-AETS li jkollha aċċess għal kwalunkwe wieħed mill-binjiet tan-negozju tas-CCP;
(ii) 

b’opinjoni legali motivata minn espert legali indipendenti li tikkonferma li l-kunsens espress huwa validu u eżegwibbli skont il-liġijiet applikabbli rilevanti;

(d) 

is-CCP implimentat il-miżuri kollha meħtieġa u stabbilixxiet il-proċeduri kollha meħtieġa biex tiżgura li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (c);

(e) 

il-Kummissjoni ma adottatx att ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 2c.

2c.  

L-AETS, wara li tikkonsulta mal-BERS u bi ftehim mal-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3 f’konformità mal-Artikolu 24b(3) u b’mod proporzjonat mal-grad ta’ importanza sistemika tas-CCP skont il-paragrafu 2a ta’ dan l-Artikolu, tista’, abbażi ta’ valutazzjoni motivata b’mod sħiħ, tikkonkludi li CCP jew xi servizzi ta’ kklerjar tagħha huma ta’ importanza sistemika tant sostanzjali li jeħtieġ li dik is-CCP ma tiġix rikonoxxuta li tipprovdi ċerti servizzi jew attivitajiet ta’ kklerjar. Il-ftehim ta’ bank ċentrali tal-ħruġ għandu jirrelata biss mal-munita li joħroġ u mhux mar-rakkomandazzjoni fl-intier tagħha kif imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Fil-valutazzjoni tagħha, l-AETS għandha wkoll:

(a) 

tispjega kif il-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2b ma tindirizzax b’mod suffiċjenti r-riskju għall-istabbiltà finanzjarja għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha;

(b) 

tiddeskrivi l-karatteristiċi tas-servizzi ta’ kklerjar ipprovduti mis-CCP, inkluż ir-rekwiżiti ta’ likwidità u ta’ saldu fiżiku assoċjati mal-forniment ta’ tali servizzi;

(c) 

tipprovdi valutazzjoni teknika kwantitattiva tal-ispejjeż u l-benefiċċji u l-konsegwenzi ta’ deċiżjoni biex is-CCP ma tiġix rikonoxxuta biex tforni ċerti servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar, filwaqt li jittieħed kont:

(i) 

tal-eżistenza ta’ sostituti alternattivi potenzjali għall-forniment tas-servizzi ta’ kklerjar kkonċernati fil-muniti kkonċernati lill-membri tal-ikklerjar, u sa fejn tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti tagħhom u l-klijenti indiretti stabbiliti fl-Unjoni;

(ii) 

il-konsegwenzi potenzjali tal-inklużjoni tal-kuntratti pendenti miżmuma f’CCP fl-ambitu tal-att ta’ implimentazzjoni.

Abbażi tal-valutazzjoni tagħha, l-AETS għandha tirrakkomanda li l-Kummissjoni tadotta att ta’ implimentazzjoni li jikkonferma li dik is-CCP ma għandhiex tiġi rikonoxxuta biex tipprovdi ċerti servizzi jew attivitajiet ta’ kklerjar.

Il-Kummissjoni għandu jkollha minimu ta’ 30 jum ta’ xogħol li fihom tivvaluta r-rakkomandazzjoni tal-AETS.

Wara l-preżentazzjoni tar-rakkomandazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, bħala miżura tal-aħħar rikors, att ta’ implimentazzjoni li jispeċifika:

(a) 

li wara l-perijodu ta’ adattament speċifikat mill-Kummissjoni f’konformità mal-punt (b) ta’ dan is-subparagrafu, uħud mis-servizzi tal-ikklerjar jew kollha kemm huma ta’ dik is-CCP ta’ pajjiż terz ikunu jistgħu jiġu pprovduti biss lil membri tal-ikklerjar u lil ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni minn dik is-CCP wara li tkun ġiet awtorizzata tagħmel dan f’konformità mal-Artikolu 14;

(b) 

perijodu ta’ adattament adegwat għas-CCP, il-membri tal-ikklerjar tagħha u l-klijenti tagħhom. Il-perijodu ta’ adattament ma għandux jaqbeż is-sentejn, u jista’ jiġi estiż darba biss b’perijodu addizzjonali ta’ sitt xhur fejn għadhom jeżistu r-raġunijiet għall-għoti ta’ perijodu ta’ adattament;

(c) 

il-kondizzjonijiet li skonthom dik is-CCP tista’ tkompli tforni ċerti servizzi jew attivitajiet ta’ kklerjar matul il-perijodu ta’ adattament imsemmi fil-punt (b);

(d) 

kwalunkwe miżura li għandha tittieħed matul il-perijodu ta’ adattament, sabiex jiġu limitati l-ispejjeż potenzjali għall-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħhom, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Unjoni.

Meta tispeċifika s-servizzi u perijodu ta’ adattament imsemmijin fil-punti (a) u (b) tar-raba’ subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra:

(a) 

il-karatteristiċi tas-servizzi offruti mis-CCP u s-sostitwibbiltà tagħhom;

(b) 

jekk u sa liema punt it-tranżazzjonijiet ikklerjati pendenti għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni, b’kont meħud tal-konsegwenzi legali u ekonomiċi ta’ dik l-inklużjoni;

(c) 

l-implikazzjonijiet ta’ spejjeż potenzjali għal membri tal-ikklerjar u, fejn dik l-informazzjoni tkun disponibbli, il-klijenti tagħhom, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Unjoni.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).

▼M14

3.  

Meta tkun qed tivvaluta jekk ġewx sodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2, l-AETS għandha tikkonsulta:

▼B

(a) 

l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fih il-kontroparti ċentrali tipprovdi jew biħsiebha tipprovdi servizzi tal-ikklerjar u li ntgħażlet mill-kontroparti ċentrali;

(b) 

lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar tal-kontroparti ċentrali li huma stabbiliti fit-tliet Stati Membri li jagħtu jew huma antiċipati mill-kontroparti ċentrali li jagħtu l-akbar kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza tal-kontroparti ċentrali imsemmi fl-Artikolu 42 fuq bażi aggregata fuq perjodu ta’ sena;

(c) 

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ postijiet tan-negozju li jinsabu fl-Unjoni, li huma servuti jew ser jiġu servuti mill-kontroparti ċentrali;

(d) 

lill-awtoritajiet kompetenti li jagħmlu superviżjoni ta’ Kontropartijiet ċentrali stabbiliti fl-Unjoni li magħhom ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ interoperabbiltà;

(e) 

lill-membri rilevanti tas-SEBĊ tal-Istati Membri li fihom il-kontroparti ċentrali tipprovdi jew beħsiebha tipprovdi servizzi tal-ikklerjar u l-membri rilevanti tas-SEBĊ responsabbli għas-sorveljanza tal-kontropartijiet ċentrali li magħhom ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ interoperabbiltà;

▼M14

(f) 

lill-banek ċentrali tal-ħruġ tal-valuti kollha tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati jew li għandhom jiġu kklerjati mis-CCP.

▼B

4.  
Il-kontroparti ċentrali imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tissottometti l-applikazzjoni tagħha lill-AETS.

▼M14

Is-CCP applikanti għandha tipprovdi lill-AETS l-informazzjoni kollha neċessarja għar-rikonoxximent tagħha. Fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tirċeviha, l-AETS għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompleta. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompleta, l-AETS għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien sa meta s-CCP applikanti għandha tipprovdi informazzjoni addizzjonali. L-AETS għandha tibgħat minnufih l-informazzjoni kollha li tkun irċeviet mingħand is-CCP applikanti lill-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi.

▼M18

Id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent għandha tkun ibbażata fuq il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 għas-CCPs tal-Grad 1 u fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (d), u l-paragrafu 2b għas-CCPs tal-Grad 2. Fi żmien 180 jum tax-xogħol mid-determinazzjoni li applikazzjoni hija kompluta f’konformità mat-tieni subparagrafu, l-AETS għandha tinforma lis-CCP applikanti bil-miktub, bi spjegazzjoni motivata bis-sħiħ, jekk ir-rikonoxximent ikunx ingħata jew ġie rrifjutat.

▼M14

L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tas-CCPs rikonoxxuti f’konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li tindika l-klassifikazzjoni tagħhom bħala CCPs tal-Grad 1 jew tal-Grad 2.

5.  

L-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet u l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, tirrieżamina r-rikonoxximent ta’ CCP stabbilita f’pajjiż terz:

(a) 

jekk dik is-CCP beħsiebha testendi jew tnaqqas il-firxa tal-attivitajiet u s-servizzi tagħha fl-Unjoni, f’liema każ is-CCP għandha tinforma lill-AETS b’dan billi tippreżenta l-informazzjoni kollha meħtieġa; u

(b) 

fi kwalunkwe każ mill-inqas kull ħames snin.

Dak ir-rieżami għandu jitwettaq skont il-paragrafi 2 sa 4.

▼M18

Meta r-rieżami jsir f’konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, is-CCP ma għandhiex tkun meħtieġa tippreżenta applikazzjoni ġdida għar-rikonoxximent, iżda għandha tforni lill-AETS l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-AETS tirrieżamina r-rikonoxximent tagħha Meta l-AETS twettaq rieżami tar-rikonoxximent ta’ CCP stabbilita f’pajjiż terz f’konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-AETS ma għandhiex tittratta tali rieżami bħala applikazzjoni għar-rikonoxximent għas-CCP rikonoxxuta rilevanti.

▼M14

Fejn, wara r-rieżami msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-AETS tiddetermina li CCP ta’ pajjiż terz li tkun ġiet ikklassifikata bħala CCP tal-Grad 1 għandha tiġi kklassifikata bħala CCP tal-Grad 2, l-AETS għandha tistabbilixxi perijodu ta’ adattament adegwat li ma għandux jeċċedi 18-il xahar li fihom is-CCP trid tikkonforma mar-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 2b. L-AETS tista’ testendi dak il-perijodu ta’ żmien ta’ adattament b’mhux aktar minn sitt xhur addizzjonali fuq it-talba motivata tas-CCP jew tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar, meta tali estensjoni tkun iġġustifikata minn ċirkostanzi eċċezzjonali u implikazzjonijiet għall-membri tal-ikklerjar stabbiliti fl-Unjoni.

6.  

Il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, li jiddetermina li:

(a) 

l-arranġamenti ġuridiċi u superviżorji ta’ pajjiż terz jiżguraw li s-CCPs awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw fuq bażi kontinwa ma’ rekwiżiti ġuridikament vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

dawk is-CCPs ikunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz fuq bażi kontinwa;

(c) 

il-qafas legali ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta’ CCPs awtorizzati taħt reġimi legali ta’ pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta l-applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għat-twettiq effettiv ta’ kwalunkwe rekwiżit stabbilit fih minn pajjiż terz fuq bażi kontinwa u għall-kapaċità li l-AETS effettivament twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha fir-rigward ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti skont il-paragrafi 2 u 2b jew b’rabta mal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 6b, inkluż permezz tal-approvazzjoni u l-applikazzjoni tal-arranġamenti dwar il-kooperazzjoni msemmijin fil-paragrafu 7.

▼M18

Meta jkun fl-interessi tal-Unjoni u meta jitqiesu r-riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni minħabba l-parteċipazzjoni mistennija tal-membri tal-ikklerjar u taċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni f’CCPs stabbiliti f’pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, irrispettivament minn jekk il-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu jkunx ġie ssodisfat.

▼M14

6a.  
Il-Kummissjoni tista’ tadotta att delegat skont l-Artikolu 82 biex tispeċifika aktar il-kriterji msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 6.
6b.  

L-AETS għandha tissorvelja l-iżviluppi regolatorji u superviżorji f’pajjiżi terzi li għalihom ikunu ġew adottati l-atti ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 6.

Fejn l-AETS tidentifika kwalunkwe żvilupp regolatorju jew superviżorju f’dawk il-pajjiżi terzi, li jista’ jkollu impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ xi wieħed jew aktar mill-Istat Membru tagħha, għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-membri tal-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 25c mingħajr dewmien. Kull informazzjoni bħal din għandha tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali.

L-AETS għandha tippreżenta rapport kunfidenzjali lill-Kummissjoni u lill-membri tal-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 25c dwar l-iżviluppi regolatorji u superviżorji tal-pajjiżi terzi msemmijin fl-ewwel subparagrafu fuq bażi annwali.

▼M18

7.  
L-AETS għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni effettivi mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajjiżi terzi li l-oqfsa legali u superviżorji tagħhom ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament f’konformità mal-paragrafu 6.
7a.  

Meta l-AETS tkun għadha ma ddeterminatx il-gradazzjoni ta’ CCP jew meta l-AETS tkun iddeterminat li s-CCPs kollha jew uħud minnhom f’pajjiż terz rilevanti jkunu CCPs tal-Grad 1, l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 għandhom iqisu r-riskju li jinvolvi l-forniment ta’ servizzi tal-ikklerjar minn dawk is-CCPs u għandhom jispeċifikaw:

(a) 

il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni fuq bażi annwali bejn l-AETS, il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (f), u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, sabiex l-AETS tkun tista’:

(i) 

tiżgura li s-CCP tikkonforma mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent skont il-paragrafu 2;

(ii) 

tidentifika kwalunkwe impatt materjali potenzjali fuq il-likwidità tas-suq jew fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha; u

(iii) 

timmonitorja l-attivitajiet tal-ikklerjar f’wieħed jew aktar mis-CCPs stabbiliti f’tali pajjiż terz minn membri tal-ikklerjar stabbiliti fl-Unjoni, jew li huma parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata fl-Unjoni;

(b) 

b’mod eċċezzjonali, il-mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni fuq bażi trimestrali li jitlob informazzjoni dettaljata li tkopri l-aspetti msemmija fil-paragrafu 2a, u b’mod partikolari informazzjoni dwar bidliet sinifikanti fil-mudelli u l-parametri tar-riskju, dwar l-estensjoni tal-attivitajiet u s-servizzi tas-CCPs u dwar il-bidliet fl-istruttura tal-kont tal-klijent, bil-għan li jiġi identifikat jekk CCP hijiex potenzjalment qrib li ssir jew potenzjalment x’aktarx li ssir sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha kif ukoll il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-iżviluppi tas-suq li jista’ jkollhom konsegwenzi fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;

(c) 

il-mekkaniżmu għan-notifika fil-pront lill-AETS meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tqis li CCP taħt is-superviżjoni tagħha tkun qed tikser il-kundizzjonijietonijiet tal-awtorizzazzjoni tagħha jew liġi oħra li għaliha tkun soġġetta;

(d) 

il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-AETS mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz meta s-CCP tal-pajjiż terz li tkun taħt superviżjoni minn dik l-awtorità kompetenti jkollha l-intenzjoni li testendi jew tnaqqas l-attivitajiet jew is-servizzi tal-ikklerjar tagħha;

(e) 

il-proċeduri neċessarji għall-monitoraġġ effettiv tal-iżviluppi regolatorji u superviżorji f’pajjiż terz;

(f) 

il-proċeduri għal awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex jinformaw lill-AETS, lill-kulleġġ tas-CCP ta’ pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 25c u lill-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (f), mingħajr dewmien bla bżonn bi kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata ma’ CCP rikonoxxuta, inklużi żviluppi fis-swieq finanzjarji, li jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni jew f’wieħed mill-Istati Membri tagħha u l-proċeduri u l-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-indirizzar ta’ tali sitwazzjonijiet;

(g) 

il-proċeduri għal awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex jiżguraw l-infurzar effettiv tad-deċiżjonijiet adottati mill-AETS f’konformità mal-Artikoli 25f, 25j, l-Artikolu 25k(1), il-punt (b), u l-Artikoli 25l, 25m u 25p;

(h) 

il-kunsens tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għall-kondiviżjoni suċċessiva ta’ kwalunkwe informazzjoni li jkunu pprovdew lill-AETS skont l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3 u mal-membri tal-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi, soġġett għar-rekwiżiti ta’ segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 83.

7b.  

Meta l-AETS tkun iddeterminat li mill-anqas CCP waħda f’pajjiż terz rilevanti tkun CCP tal-Grad 2, l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 għandhom jispeċifikaw b’rabta ma’ dawk is-CCPs tal-Grad 2 mill-anqas dawn li ġejjin:

(a) 

l-elementi msemmija fil-paragrafu 7a, il-punti (a), (c), (e), (f) u (h), meta l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma jkunux diġà stabbiliti mal-pajjiż terz rilevanti skont dak il-paragrafu;

(b) 

il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni fuq bażi ta’ mill-anqas kull xahar, kif xieraq, bejn l-AETS, il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (f), u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni kollha mitluba mill-AETS sabiex tiġi żgurata l-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2b;

(c) 

il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji, inkluż il-qbil tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex jippermettu investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 25g u 25h, rispettivament;

(d) 

il-proċeduri għall-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex jiżguraw l-infurzar effettiv tad-deċiżjonijiet adottati mill-AETS f’konformità mal-Artikoli 25b, 25f sa 25m, 25p u 25q;

(e) 

il-proċeduri għal awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex:

(i) 

jikkonsultaw lill-AETS dwar it-tħejjija u l-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u dwar it-tħejjija tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ aspetti rilevanti għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha;

(ii) 

jinformaw lill-AETS mingħajr dewmien dwar l-istabbiliment tal-pjanijiet ta’ rkupru u tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u dwar kwalunkwe bidla materjali sussegwenti għal dawk il-pjanijiet fir-rigward ta’ aspetti rilevanti għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha;

(iii) 

jinformaw lill-AETS mingħajr dewmien jekk CCP tal-Grad 2 ikollha l-ħsieb li tattiva l-pjan ta’ rkupru tagħha jew meta l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jkunu ddeterminaw li hemm indikazzjonijiet ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi emerġenti li tista’ taffettwa l-operazzjonijiet ta’ dik is-CCP tal-Grad 2, b’mod partikolari, il-kapaċità tagħha li tipprovdi servizzi tal-ikklerjar jew meta l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jipprevedu li jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fil-futur qrib.

7c.  
Meta l-AETS tqis li awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tonqos milli tapplika kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet stipulati f’arranġament ta’ kooperazzjoni stabbilit f’konformità mal-paragrafi 7, 7a u 7b, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dan b’mod kunfidenzjali u mingħajr dewmien. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirrieżamina l-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-paragrafu 6.

▼B

8.  
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-kontroparti ċentrali li tkun qed tapplika għandha tagħti lill-AETS fl-applikazzjoni tagħha għal rikonoxximent.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M14

Artikolu 25a

Konformità komparabbli

1.  
CCP imsemmija fl-Artikolu 25(2b) tista’ tippreżenta talba motivata li l-AETS tivvaluta jekk fil-konformità tagħha mal-qafas applikabbli ta’ pajjiż terz, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-att ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-Artikolu 25(6), dik is-CCP tistax titqies bħala konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 t-Titoli IV u V. L-AETS għandha minnufih tibgħat it-talba lill-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi.

▼M18

2.  
It-talba msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tipprovdi bażi fattwali għall-konstatazzjoni ta’ komparabbiltà u r-raġunijiet għalfejn il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli fil-pajjiż terz tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u t-Titoli IV u V. Is-CCP tal-Grad 2 għandha tippreżenta t-talba motivata tagħha msemmija fil-paragrafu 1 f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali.

L-AETS għandha tagħti konformità komparabbli, b’mod parzjali jew totali, meta tiddeċiedi, abbażi tat-talba motivata msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li s-CCP tal-Grad 2 fil-konformità tagħha mar-rekwiżiti rilevanti applikabbli fil-pajjiż terz titqies konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u t-Titoli IV u V u b’hekk tissodisfa r-rekwiżit għal rikonoxximent skont l-Artikolu 25(2b), il-punt (a).

L-AETS għandha tirtira, b’mod totali jew fir-rigward ta’ rekwiżit partikolari, il-konformità komparabbli, meta s-CCP tal-Grad 2 ma tibqax tirrispetta l-kundizzjonijiet għall-konformità komparabbli u meta tali CCP ma tkunx ħadet azzjoni ta’ rimedju mitluba mill-AETS fil-perjodu ta’ żmien stabbilit. Meta tkun qed tiddetermina d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-irtirar tal-konformità komparabbli, l-AETS għandha tagħmel ħilitha biex tipprevedi perjodu ta’ adattament adegwat li ma jaqbiżx sitt xhur.

Jekk l-AETS tagħti konformità komparabbli, hija għandha tkompli tkun responsabbli mill-qadi ta’ dmirijietha u li twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari skont l-Artikoli 25 u 25b, u għandha tkompli teżerċita s-setgħat tagħha msemmija fl-Artikoli 25c, 25d, 25f sa 25m, 25p u 25q.

Mingħajr preġudizzju għall-kapaċità tal-AETS li twettaq dawk il-kompiti skont dan ir-Regolament, meta l-AETS tagħti konformità komparabbli, hija għandha taqbel fuq arranġamenti amministrattivi mal-awtorità tal-pajjiż terz ħalli tiżgura skambju ta’ informazzjoni xierqa u kooperazzjoni bil-għan li l-AETS timmonitorja li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti għall-konformità komparabbli fuq bażi kontinwa.

▼M14

3.  

Il-Kummissjoni, sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tirrifletti b’mod effettiv l-objettivi regolatorji tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u t-Titoli IV u V u l-interessi tal-Unjoni kollha kemm huma, għandha tadotta att delegat biex tispeċifika dan li ġej:

(a) 

l-elementi minimi li għandhom jiġu evalwati għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

il-modalitajiet u l-kondizzjonijiet biex titwettaq il-valutazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 82 sat-2 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 25b

Il-konformità kontinwa mal-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent

1.  
L-AETS ser tkun responsabbli għat-twettiq tad-dmirijiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għas-superviżjoni fuq bażi kontinwa tal-konformità ta’ CCPs tal-Grad 2 rikonoxxuti mar-rekwiżiti msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 25(2b). Fir-rigward tad-deċiżjonijiet skont l-Artikoli 41, 44, 46, 50 u 54, l-AETS għandha tikkonsulta lill-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) f’konformità mal-Artikolu 24b(1).

▼M18

L-AETS għandha titlob minn kull CCP tal-Grad 2 dawn kollha li ġejjin:

(a) 

konferma, mill-anqas fuq bażi annwali, li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 25(2b), il-punti (a), (c) u (d), għadhom qegħdin jiġu ssodisfati;

(b) 

informazzjoni u data fuq bażi regolari sabiex jiġi żgurat li l-AETS tkun tista’ twettaq superviżjoni tal-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 25(2b), il-punt (a).

▼M14

Fejn bank ċentrali tal-ħruġ imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) jikkunsidra li CCP tal-Grad 2 ma tibqax tissodisfa l-kondizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 25(2b), huwa għandu jinnotifika minnufih lill-AETS.

2.  
Fejn CCP tal-Grad 2 tonqos milli tagħti lill-AETS il-konferma msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jew fejn l-AETS tirċievi notifika skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, is-CCP għandha titqies bħala li ma għadhiex tissodisfa l-kondizzjonijiet għal rikonoxximent skont l-Artikolu 25(2b) u għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25p(2), (3) u (4).
3.  
L-AETS għandha, f’kooperazzjoni mal-BERS, twettaq valutazzjonijiet, tar-reżiljenza ta’ CCPs tal-Grad 2 rikonoxxuti għal żviluppi negattivi fis-suq f’konformità mal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, f’koordinazzjoni mal-valutazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 24a(7). Il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) jistgħu jikkontribwixxu għal tali valutazzjoni fit-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom. Fit-twettiq ta’ dawk il-valutazzjonijiet, l-AETS għandha tinkludi mill-inqas ir-riskji finanzjarji u operazzjonali, u tiżgura l-konsistenza mal-valutazzjonijiet tar-reżiljenza tas-CCPs tal-Unjoni mwettqa skont il-punt (b) tal-Artikolu 24a(7) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 25c

Kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi

1.  
L-AETS għandha tistabbilixxi kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi biex tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni.
2.  

Il-kulleġġ għandu jkun magħmul minn:

(a) 

il-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, li għandu jippresiedi l-kulleġġ;

(b) 

iż-żewġ membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs;

(c) 

l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 22; fi Stati Membri fejn inħatru aktar minn awtorità waħda bħala kompetenti f’konformità mal-Artikolu 22, dawk l-awtoritajiet għandhom jaqblu dwar rappreżentant komuni;

(d) 

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar stabbiliti fl-Unjoni;

(e) 

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni, li qed jingħataw servizz jew li ser jingħataw servizz mis-CCPs;

(f) 

l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw lid-depożitarji ċentrali tat-titoli stabbiliti fl-Unjoni li s-CCPs huma konnessi jew beħsiebhom ikunu konnessi magħhom;

(g) 

il-membri tas-SEBĊ.

3.  
Il-membri tal-kulleġġ jistgħu jitolbu li l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jiddiskuti kwistjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ CCP stabbilita f’pajjiż terz. It-tali talba għandha ssir bil-miktub u għandha tinkludi motivazzjoni dettaljata għat-talba. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jikkunsidra kif xieraq tali talbiet u jipprovdi tweġiba xierqa.
4.  
L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġ għandu jkun ibbażat fuq ftehim bil-miktub bejn il-membri kollha tiegħu. L-obbligu tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 83 għandu japplika għall-membri kollha tal-kulleġġ.

Artikolu 25d

Tariffi

1.  

L-AETS għandha titlob it-tariffi li ġejjin lil CCPs stabbiliti f’pajjiż terz f’konformità ma’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-att delegat adottat skont il-paragrafu 3:

(a) 

tariffi assoċjati mal-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 25;

(b) 

tariffi annwali assoċjati mal-kompiti tal-AETS f’konformità ma’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-CCPs rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 25.

2.  
It-tariffi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati mal-fatturat tas-CCP ikkonċernata u għandhom ikopru l-ispejjeż kollha mġarrba mill-AETS għar-rikonoxximent u għat-twettiq tal-kompiti tagħha f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
3.  

Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 sabiex tispeċifika aktar dan li ġej:

(a) 

it-tipi ta’ tariffi;

(b) 

il-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti t-tariffi;

(c) 

l-ammont tat-tariffi;

(d) 

il-mod kif għandhom jitħallsu t-tariffi minn dawn li ġejjin:

(i) 

CCP li tapplika għal rikonoxximent;

(ii) 

CCP rikonoxxuta kklassifikata bħala CCP tal-Grad 1 f’konformità mal-Artikolu 25(2);

(iii) 

CCP rikonoxxuta kklassifikata bħala CCP tal-Grad 2 f’konformità mal-Artikolu 25(2b).

Artikolu 25e

Eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 25f sa 25h

Is-setgħat mogħtija lill-AETS jew kwalunkwe uffiċjal tal-AETS jew persuna oħra awtorizzata minnha mill-Artikoli 25f sa 25h ma għandhomx jintużaw biex jesiġu l-iżvelar ta’ informazzjoni jew dokumenti li huma soġġetti għall-privileġġ legali.

Artikolu 25f

Talba għal informazzjoni

▼M18

1.  
L-AETS tista’ b’talba sempliċi jew b’deċiżjoni, titlob li s-CCPs rikonoxxuti u l-partijiet terzi relatati li lilhom dawk is-CCPs ikunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali biex jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja biex l-AETS tkun tista’ timmonitorja l-forniment ta’ dawk is-CCPs ta’ servizzi u attivitajiet tal-ikklerjar fl-Unjoni u twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu u mitluba b’talba sempliċi tista’ tkun ta’ natura perjodika jew ta’ darba.

▼M14

2.  

Meta tibgħat talba sempliċi għal informazzjoni skont il-paragrafu 1, l-AETS għandha tindika dan kollu li ġej:

(a) 

ir-referenza għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;

(b) 

il-fini tat-talba;

(c) 

l-informazzjoni meħtieġa;

(d) 

il-limitu ta’ żmien biex tingħata l-informazzjoni;

(e) 

tinforma lill-persuna li tkun intalbet l-informazzjoni li mhijiex obbligata tipprovdi l-informazzjoni, iżda f’każ ta’ tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni pprovduta ma għandhiex tkun skorretta jew qarrieqa;

(f) 

il-multa prevista fl-Artikolu 25j flimkien mal-punt (a) tat-Taqsima V tal-Anness III, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa.

3.  

Meta titlob li tingħata informazzjoni skont il-paragrafu 1 b’deċiżjoni, l-AETS għandha tindika dan kollu li ġej:

(a) 

ir-referenza għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;

(b) 

il-fini tat-talba;

(c) 

l-informazzjoni meħtieġa;

(d) 

il-limitu ta’ żmien biex tingħata l-informazzjoni;

(e) 

il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 25k meta l-produzzjoni tal-informazzjoni mitluba ma tkunx kompluta;

(f) 

il-multa prevista fl-Artikolu 25j flimkien mal-punt (a) tat-Taqsima V tal-Anness III, imposta fejn ma tingħatax l-informazzjoni meħtieġa jew fejn it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa; u

(g) 

id-dritt għal appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell tal-AETS u għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti tal-Ġustizzja”) f’konformità mal-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.  
Il-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet mingħajr personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentawhom bil-liġi jew mill-kostituzzjoni tagħhom għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Avukati debitament awtorizzati li jaġixxu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu responsabbli b’mod sħiħ jekk l-informazzjoni mogħtija tkun mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa.
5.  
L-AETS għandha tibgħat, mingħajr dewmien, kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz fejn huma domiċiljati jew stabbiliti l-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 ikkonċernati mit-talba għall-informazzjoni.

Artikolu 25g

Investigazzjonijiet ġenerali

1.  

Sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista’ twettaq l-investigazzjonijiet neċessarji fir-rigward tas-CCPs tal-Grad 2 u l-partijiet terzi relatati li lilhom dawk is-CCPs jkunu esternalizzaw funzjonijiet operattivi, servizzi jew attivitajiet. Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS għandu jkollhom is-setgħa li:

(a) 

jeżaminaw kwalunkwe rekord, data, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħha irrispettivament mill-mezz li jkunu miżmumin fih;

(b) 

jieħdu jew jakkwistaw kopji ċċertifikati ta’ tali rekords, data, proċeduri u materjal ieħor jew siltiet minnhom;

(c) 

isejħu u jsaqsu lil CCPs tal-Grad 2 jew ir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u li jirreġistraw it-tweġibiet;

(d) 

jintervistaw kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens li tiġi intervistata bil-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett tal-investigazzjoni;

(e) 

jitolbu rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-data.

Il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) jistgħu, fuq talba motivata lill-AETS, jipparteċipaw f’tali investigazzjonijiet fejn dawk l-investigazzjonijiet ikunu rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom.

Il-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 25c għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien mhux ġustifikat dwar kwalunkwe sejba li tista’ tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

2.  
L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS għall-finijiet tal-investigazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 25k meta l-produzzjoni tar-rekords, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lil CCPs tal-Grad 2 ma jingħatawx jew ma jkunux kompleti, u l-multi previsti fl-Artikolu 25j flimkien mal-punt (b) tat-Taqsima V tal-Anness III, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lil CCPs tal-Grad 2 jkunu skorretti jew qarrieqa.
3.  
Is-CCPs tal-Grad 2 huma meħtieġa jippreżentaw ruħhom għall-investigazzjonijiet imnedija abbażi ta’ deċiżjoni tal-AETS. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 25k ta’ dan ir-Regolament, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.
4.  
Qabel ma tinnotifika lil CCP tal-Grad 2 dwar investigazzjoni, l-AETS għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz fejn ser titwettaq l-investigazzjoni dwar l-investigazzjoni u l-identità tal-persuni awtorizzati. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz konċernat, fuq talba tal-AETS, jistgħu jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fit-twettiq ta’ dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz konċernat jistgħu wkoll jattendu għall-investigazzjonijiet. L-investigazzjonijiet imwettqa f’pajjiż terz f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jitwettqu skont l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz.

Artikolu 25h

Spezzjonijiet fil-post

1.  
Sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista’ twettaq l-ispezzjonijiet fil-post kollha meħtieġa fi kwalunkwe bini, art jew proprjetà ta’ negozju ta’ CCPs tal-Grad 2 u l-partijiet terzi relatati li lilhom dawk is-CCPs ikunu esternalizzaw funzjonijiet operattivi, servizzi jew attivitajiet.

Il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) jistgħu jressqu talba motivata lill-AETS biex jipparteċipaw f’tali spezzjonijiet fil-post fejn dan ikun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom.

Il-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 25c għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien mhux ġustifikat dwar kwalunkwe sejba li tista’ tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

2.  
L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjonijiet fil-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini tan-negozju, art jew proprjetà tal-persuni ġuridiċi soġġetti għal deċiżjoni ta’ spezzjoni adottata mill-AETS u għandu jkollhom is-setgħat kollha stipulati fl-Artikolu 25 g(1). Għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini tan-negozju u kotba jew reġistri għall-perijodu ta’ spezzjoni u sal-punt neċessarju għaliha.
3.  
F’biżżejjed żmien qabel l-ispezzjoni, l-AETS għandha tinnotifika l-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz fejn tkun ser ssir l-ispezzjoni. Fejn it-twettiq xieraq u l-effiċjenza tal-ispezzjoni hekk jeħtieġu, l-AETS, wara li tinforma l-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz, tista’ twettaq l-ispezzjoni fil-post mingħajr notifika minn qabel lis-CCP. L-ispezzjonijiet imwettqa f’pajjiż terz f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jitwettqu f’konformità mal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni stabbiliti mal-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz.

L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjoni fil-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 25k meta l-persuni kkonċernati ma jissottomettux ruħhom għall-ispezzjoni.

4.  
CCPs tal-Grad 2 għandhom jissottomettu ruħhom għal spezzjonijiet fil-post ordnati b’deċiżjoni tal-AETS. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, tiffissa d-data meta din għandha tibda u tindika l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 25k, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.
5.  
L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn għandha titwettaq l-ispezzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, jistgħu, fuq it-talba tal-AETS, jassistu attivament lill-uffiċjali u l-persuni l-oħra awtorizzati mill-AETS. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz jistgħu jattendu wkoll l-ispezzjonijiet fil-post.
6.  
L-AETS tista’ titlob ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz iwettqu kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fil-post kif previst f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 25 g(1) f’isimha.
7.  
Fejn l-uffiċjali u persuni oħrajn li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-AETS jsibu li persuna topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-AETS tista’ titlob lill-awtorità kompetenti kkonċernata tal-pajjiż terz tagħtihom l-għajnuna neċessarja, inkluża, fejn xieraq, l-għajnuna tal-pulizija jew ta’ awtorità ta’ infurzar oħra ekwivalenti, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fil-post.

Artikolu 25i

Regoli proċedurali biex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi

1.  
Fejn, fit-twettiq ta’ dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS ssib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness III, l-AETS għandha taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fi ħdan l-AETS biex jinvestiga l-kwistjoni. L-uffiċjal maħtur m għandux jiġi involut jew ikun ġie involut direttament jew indirettament fil-proċess tar-rikonoxximent jew superviżjoni tas-CCP ikkonċernata u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-AETS.
2.  
L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinvestiga l-ksur allegat, filwaqt li jieħu kont ta’ kwalunkwe kumment ippreżentat mill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u għandu jippreżenta fajl komplet bis-sejbiet tiegħu lill-AETS.

Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni jista’ jeżerċita s-setgħa li jirrikjedi informazzjoni skont l-Artikolu 25f u jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post skont l-Artikoli 25 g u 25 h. Meta juża dawk is-setgħat, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jikkonforma mal-Artikolu 25e.

Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha miġbura mill-AETS fl-attivitajiet tagħha.

3.  
Meta jlesti l-investigazzjoni tiegħu u qabel ma jippreżenta l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-AETS, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jagħti lill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet l-opportunità li jinstemgħu fir-rigward tal-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati. L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jibbaża s-sejbiet tiegħu biss fuq fatti li l-persuni kkonċernati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwarhom.

Matul l-investigazzjonijiet taħt dan l-Artikolu, id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu rrispettati b’mod sħiħ.

4.  
Meta jippreżenta l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-AETS, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinnotifika dak il-fatt lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet. Il-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew id-dokumenti preparatorji interni tal-AETS.
5.  
Abbażi tal-fajl li jkun fih is-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni u, meta jintalab mill-persuni kkonċernati, wara li tkun semgħet lill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 25 l, l-AETS għandha tiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness III jkunx twettaq mill-persuni li kienu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u, f’tali każ, għandha tieħu miżura superviżorja skont l-Artikolu 25q u timponi multa skont l-Artikolu 25j.
6.  
L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux jipparteċipa f’deliberazzjonijiet tal-AETS jew b’xi mod ieħor jintervjeni fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-AETS.
7.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 82 biex tispeċifika aktar ir-regoli ta’ proċedura għall-eżerċitar tas-setgħa ta’ impożizzjoni ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, inkluż dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, dispożizzjonijiet temporali, u l-ġbir ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, u l-perijodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar tal-penali.
8.  
L-AETS għandha tirreferi kwistjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa għal investigazzjoni u prosekuzzjoni kriminali possibbli meta, fit-twettiq ta’ dmirijietha skont dan ir-Regolament, hija ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li hi taf li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reat kriminali skont il-qafas legali applikabbli tal-pajjiż terz. Barra minn hekk, l-AETS għandha żżomm lura milli timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali meta tkun konxja li liberazzjoni minn akkuża jew kundanna preċedenti li tirriżulta minn fatt jew fatti identiċi li jkunu sostanzjalment l-istess tkun diġà saret res judicata bħala riżultat tal-proċeduri kriminali skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 25j

Multi

1.  
Fejn, skont l-Artikolu 25i(5), l-AETS ssib li CCP tkun wettqet intenzjonalment jew b’negliġenza wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness III, din għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Ksur minn CCP jitqies li twettaq intenzjonalment jekk l-AETS ssib fatturi oġġettivi li juru li s-CCP jew id-diriġenza għolja tagħha aġixxew deliberatament biex jitwettaq il-ksur.

2.  
L-ammonti bażiċi tal-multi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu sa darbtejn l-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikun jistgħu jiġu ddeterminati, jew sa 10 % tad-dħul annwali totali, kif definit fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, ta’ persuna ġuridika fis-sena ta’ negozju preċedenti.
3.  
L-ammonti bażiċi stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu aġġustati, jekk meħtieġ, filwaqt li jitqiesu tal-fatturi aggravanti jew mitiganti skont il-koeffiċjenti rilevanti stabbiliti fl-Anness IV.

Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikunu applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku.

Il-koeffiċjenti mitiganti rilevanti jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikun applikabbli aktar minn koeffiċjent mitiganti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent mitiganti individwali għandha titnaqqas mill-ammont bażiku.

4.  
Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-ammont tal-multa ma għandux jaqbeż 20 % tad-dħul annwali tas-CCP fis-sena tan-negozju preċedenti iżda, jekk is-CCP tkun kisbet benefiċċju finanzjarju direttament jew indirettament mill-ksur, l-ammont tal-multa jkun għall-inqas ugwali għal dak il-benefiċċju.

Fejn xi att jew ommissjoni ta’ CCP jikkostitwixxu aktar minn ksur wieħed elenkat fl-Anness III, għandha tapplika biss l-ogħla multa kalkolata skont il-paragrafi 2 u 3 u relatata ma’ wieħed minn dan il-ksur.

Artikolu 25k

Ħlasijiet perjodiċi ta’ penali

1.  

L-AETS għandha, permezz ta’ deċiżjoni, timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali sabiex iġġiegħel lil:

(a) 

CCP tal-Grad 2 ittemm il-ksur skont deċiżjoni meħuda f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 25q(1);

(b) 

persuna msemmija fl-Artikolu 25f(1) tipprovdi informazzjoni kompleta li tkun ġiet rikjesta b’deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 25f;

(c) 

CCP tal-Grad 2:

(i) 

tissottometti ruħha għal investigazzjoni u b’mod partikolari tipproduċi reġistri, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ b’mod komplut u tikkompleta u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija b’deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 25 g; jew

(ii) 

tissottometti ruħha għal spezzjoni fil-post ordnata b’deċiżjoni skont l-Artikolu 25 h.

2.  
Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal kull ġurnata ta’ dewmien.
3.  
Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont tal-pagamenti tal-penali perjodiċi għandu jkun 3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena tan-negozju preċedenti, jew, f’każ ta’ persuni fiżiċi, 2 % tad-dħul medju ta’ kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Għandu jiġi kkalkolat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagamenti perjodiċi ta’ penali.
4.  
Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal perijodu massimu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-AETS. Wara li dak il-perijodu jintemm, l-AETS għandha tirrevedi l-miżura.

Artikolu 25l

Smigħ tal-persuni kkonċernati

1.  
Qabel ma tieħu ebda deċiżjoni dwar multa jew pagament perjodiku ta’ penali skont l-Artikoli 25j u 25k, l-AETS għandha tagħti lill-persuni soġġetti għall-proċeduri l-opportunità li jinstemgħu fir-rigward tas-sejbiet tagħha. L-AETS għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha unikament fuq sejbiet li l-persuni soġġetti għall-proċeduri kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwarhom.

L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika fejn tkun meħtieġa azzjoni urġenti li tipprevjeni li ssir ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja. F’każ bħal dan, l-AETS tista’ tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu kemm jista’ jkun malajr wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.

2.  
Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-proċeduri għandhom jiġu rispettati b’mod sħiħ matul il-proċeduri. Għandhom ikunu intitolati jkollhom aċċess għall-fajl tal-AETS, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew id-dokumenti preparatorji interni tal-AETS.

Artikolu 25m

L-iżvelar, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u l-pagamenti tal-penali perjodiċi

1.  
L-AETS għandha tiżvela lill-pubbliku kull multa u pagament perjodiku ta’ penali li jkun ġie impost skont l-Artikoli 25j u 25k ta’ dan ir-Regolament sakemm tali żvelar lill-pubbliku ma jippreġudikax b’mod serju s-swieq finanzjarji jew jikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Tali żvelar ma għandux jinkludi data personali fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
2.  
Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 25j u 25k għandhom ikunu ta’ natura amministrattiva.
3.  
Meta l-AETS tiddeċiedi li ma timponi ebda multa jew pagament ta’ penali, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz kif meħtieġ u għandha tippreżenta r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
4.  
Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 25j u 25k għandhom ikunu infurzabbli.

L-infurzar għandu jkun regolat mir-regoli ta’ proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz fejn jitwettaq.

5.  
L-ammonti tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 25n

Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni illimitata biex tirrieżamina deċiżjonijiet li bihom l-AETS tkun imponiet multa jew ħlas perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagament perjodiku ta’ penali imposti.

▼M18

Artikolu 25o

Emendi għall-Annessi III u IV

Sabiex jittieħed kont tal-emendi għall-Artikolu 16 u t-Titoli IV u V, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 82 sabiex tiżgura li l-ksur skont l-Anness III jikkorrispondi għar-rekwiżiti skont l-Artikolu 16 u t-Titoli IV u V.

Sabiex jiġu kkunsidrati żviluppi fis-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 82 dwar miżuri għall-emendar tal-Anness IV.

▼M14

Artikolu 25p

L-irtirar tar-rikonoxximent

1.  

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25q u soġġetta għall-paragrafi li ġejjin, l-AETS, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet u l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 25(3), għandha tirtira deċiżjoni ta’ rikonoxximent adottata skont l-Artikolu 25 fejn:

(a) 

is-CCP ikkonċernata ma tkunx għamlet użu tar-rikonoxximent fi żmien sitt xhur, b’mod espress tirrinunzja r-rikonoxximent jew ma tkunx għadha involuta fin-negozju għal aktar minn sitt xhur;

(b) 

is-CCP ikkonċernata tkun kisbet ir-rikonoxximent permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezz irregolari ieħor;

▼M18

(c) 

is-CCP ikkonċernata tkun kisret b’mod serju u sistematiku kwalunkwe rekwiżit applikabbli stabbilit f’dan ir-Regolament jew ma tkunx għadha konformi mal-ebda kundizzjoni għar-rikonoxximent stabbilita fl-Artikolu 25, u ma tkunx ħadet l-azzjoni ta’ rimedju mitluba mill-AETS f’perjodu ta’ żmien xieraq sa massimu ta’ sena;

▼M14

(d) 

l-AETS ma tkunx tista’ teżerċita b’mod effikaċi r-responsabbiltajiet tagħha taħt dan ir-Regolament fuq is-CCP ikkonċernata, minħabba n-nuqqas min-naħa tal-awtorità tal-pajjiż terz tas-CCP li tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni rilevanti kollha jew tikkoopera mal-AETS f’konformità mal-Artikolu 25(7);

(e) 

l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25(6) jkun ġie irtirat jew sospiż, jew xi waħda mill-kondizzjonijiet marbutin miegħu ma tkunx aktar sodisfatta.

L-AETS tista’ tillimita l-irtirar tar-rikonoxximent għal servizz, attività, jew klassi partikolari ta’ strumenti finanzjarji.

Meta tkun qed tiddetermina d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-irtirar tar-rikonoxximent, l-AETS għandha tagħmel ħilitha biex timminimizza t-tfixkil potenzjali tas-suq u tipprevedi perijodu ta’ adattament adegwat li ma għandux ikun aktar minn sentejn.

▼M18

2.  
Qabel ma tirtira r-rikonoxximent f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (c), l-AETS għandha tqis il-possibbiltà li tapplika miżuri skont l-Artikolu 25q(1), il-punti (a), (b) u (c).

Jekk l-AETS tiddetermina li ma tkunx ittieħdet azzjoni ta’ rimedju fil-perjodu ta’ żmien stabbilit f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu jew li l-azzjoni meħuda ma tkunx xierqa, u wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 25(3), l-AETS għandha tirtira d-deċiżjoni tar-rikonoxximent.

▼M14

3.  
L-AETS għandha, mingħajr dewmien mhux ġustifikat, tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz dwar deċiżjoni li jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta’ CCP rikonoxxuta.
4.  
Kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 25(3), li tqis li tkun ġiet sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, tista’ titlob lill-AETS teżamina jekk ġewx sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-irtirar tar-rikonoxximent ta’ CCP rikonoxxuta jew tar-rikonoxximent tagħha ta’ servizz, attività jew klassi partikolari ta’ strumenti finanzjarji. Meta l-AETS tiddeċiedi li ma tirtirax ir-rikonoxximent tas-CCP ikkonċernata, hija għandha tipprovdi r-raġunijiet kollha lill-awtorità rikjedenti.

Artikolu 25q

Miżuri superviżorji mill-AETS

1.  

Fejn, f’konformità mal-Artikolu 25i(5), l-AETS ssib li CCP tal-Grad 2 tkun wettqet wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness III, hija għandha tieħu waħda jew aktar mid-deċiżjonijiet li ġejjin:

(a) 

tesiġi li s-CCP ittemm il-ksur;

(b) 

timponi multi skont l-Artikolu 25j;

(c) 

toħroġ avviżi pubbliċi;

(d) 

tirtira r-rikonoxximent tas-CCP, jew tar-rikonoxximent tagħha ta’ servizz, attività jew klassi partikolari ta’ strumenti finanzjarji, skont l-Artikolu 25p.

2.  

Meta tieħu d-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:

(a) 

it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-ksur;

(b) 

jekk il-ksur kixifx dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri tas-CCP jew fis-sistemi tal-amministrazzjoni jew tal-kontrolli interni tagħha;

(c) 

jekk ir-reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew inkella ġiex attribwit b’mod ieħor għall-ksur;

(d) 

jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza.

3.  
Mingħajr dewmien mhux ġustifikat, l-AETS għandha tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 1 lis-CCP ikkonċernata, u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz u lill-Kummissjoni. Għandha tiżvela pubblikament kull deċiżjoni bħal din fis-sit tal-web tagħha fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Meta tagħmel id-deċiżjoni tagħha pubblika kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tagħmel pubbliku wkoll id-dritt tas-CCP ikkonċernata li tappella d-deċiżjoni, il-fatt, fejn rilevanti, li dan l-appell ikun sar, waqt li tispeċifika li dan l-appell ma għandux effett ta’ sospensjoni, u l-fatt li huwa possibbli li l-Bord tal-Appell tal-AETS jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

TITOLU IV

REKWIŻITI GĦALL-KONTROPARTIJIET ĊENTRALI

KAPITOLU 1

Rekwiżiti organizzattivi

Artikolu 26

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  
Kontroparti ċentrali għandu jkollha arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludu struttura organizzattiva ċara b’linji ta’ responsabilità ddefiniti sew, trasparenti u konsistenti, proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, l-immaniġġjar, il-monitoraġġ u r-rapportar tar-riskji li għalihom hi jew tista’ tkun esposta, u mekkaniżmi tal-kontroll interni adegwati, inklużi proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi.

▼M18

Mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti ta’ interoperabbiltà skont it-Titolu V jew għat-tmexxija tal-politika ta’ investiment f’konformità mal-Artikolu 47, CCP ma għandhiex tkun jew issir membru tal-ikklerjar, klijent, jew tistabbilixxi arranġamenti tal-ikklerjar indiretti ma’ membru tal-ikklerjar bil-għan li twettaq attivitajiet ta’ kklerjar f’CCP.

▼B

2.  
Kontroparti ċentrali għandha tadotta politiki u proċeduri li jkunu effettivi biżżejjed sabiex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża l-konformità tal-maniġers u l-impjegati tagħha mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament.

▼M17

3.  
Kontroparti ċentrali (CCP) għandha żżomm u topera struttura organizzazzjonali li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament tajjeb fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tagħha. Hija għandha tuża sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati, inkluż sistemi tal-ICT ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ).

▼B

4.  
Kontroparti ċentrali għandha żżomm separazzjoni ċara bejn il-linji tar-rapportar għall-immaniġġjar tar-riskju u dawk għal operazzjonijiet oħra tal-kontroparti ċentrali.
5.  
Kontroparti ċentrali għandha tadotta, timplimenta u żżomm politika ta’ rimunerazzjoni li tippromwovi l-immaniġġjar tar-riskji sod u effikaċi u li ma toħloqx inċentivi għar-rilassament tal-istandards tar-riskji.

▼M17 —————

▼B

7.  
Kontroparti ċentrali għandha tagħmel l-arranġamenti ta’ governanza tagħha, ir-regoli li jirregolaw il-kontroparti ċentrali, u l-kriterji tagħha ta’ ammissjoni għal sħubija tal-ikklerjar, disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas.

▼M18

8.  
Is-CCP għandha tkun soġġetta għal verifiki frekwenti u indipendenti. Ir-riżultati ta’ dawk il-verifiki għandhom ikunu komunikati lill-bord tas-CCP u għandhom jiġu magħmula disponibbli lill-AETS u lill-awtorità kompetenti tas-CCP.

▼B

9.  
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS, wara li tikkonsulta mal-membri tal-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut minimu tar-regoli u l-arranġamenti ta’ governanza msemmija fil-paragrafi 1 sa 8.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 27

Diriġenza għolja u l-bord

1.  
Id-diriġenza għolja ta’ kontroparti ċentrali għandu jkollha reputazzjoni tajba u għandu jkollha esperjenza biżżejjed sabiex tiżgura l-immaniġġjar sod u prudenti tal-kontroparti ċentrali.
2.  
Kontroparti ċentrali għandu jkollha bord. Mill-inqas terz, iżda mhux iżjed minn tnejn, tal-membri ta’ dak il-bord għandhom ikunu indipendenti. Ir-rappreżentanti tal-klijenti tal-membri tal-ikklerjar għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-bord għal kwistjonijiet rilevanti għall-Artikoli 38 u 39. Il-kumpens tal-membri independenti u l-membri l-oħra mhux eżekuttivi tal-bord ma għandux ikun konness mal-prestazzjoni tan-negozju tal-kontroparti ċentrali.

Il-membri tal-bord ta’ kontroparti ċentrali, inklużi l-membri indipendenti tiegħu, għandu jkollhom reputazzjoni tajba biżżejjed u għandu jkollhom ħila esperta adegwata fis-servizzi finanzjarji, l-immaniġjar tar-riskju u servizzi tal-ikklerjar.

▼M18

2a.  
Il-kompożizzjoni tal-bord tas-CCP għandha tqis b’mod xieraq il-prinċipju tal-bilanċ bejn il-ġeneri.

▼B

3.  
Kontroparti ċentrali għandha tiddetermina b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabilitajiet tal-bord u għandha tagħmel il-minuti tal-laqgħat tal-bord disponibbli għall-awtorità kompetenti u għall-awdituri.

Artikolu 28

Kumitat tar-riskju

▼M18

1.  
CCP għandha tistabbilixxi kumitat tar-riskju, li għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-membri tal-ikklerjar tagħha, membri indipendenti tal-bord u rappreżentanti tal-klijenti tagħha. Il-kumitat tar-riskju jista’ jistieden lill-impjegati tas-CCP u lil esperti indipendenti esterni biex jattendu laqgħat tal-kumitat tar-riskju f’kapaċità mingħajr id-dritt tal-vot. L-AETS u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu li jattendu l-laqgħat tal-kumitat tar-riskju f’kapaċità mingħajr id-dritt tal-vot u li jkunu infurmati kif xieraq bl-attivitajiet u d-deċiżjonijiet tal-kumitat tar-riskju. Il-parir tal-kumitat tar-riskju għandu jkun indipendenti minn kwalunkwe influwenza diretta mill-maniġment tas-CCP. L-ebda mill-gruppi ta’ rappreżentanti m’għandu jkollu maġġoranza fil-kumitat tar-riskju.

▼B

2.  
Kontroparti ċentrali għandha b’mod ċar tiddetermina l-mandat, l-arranġamenti ta’ governanza sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tagħha, il-proċeduri operattivi, il-kriterji tal-ammissjoni u l-mekkaniżmu li bih jiġu eletti l-membri tal-kumitat tar-riskju. L-arranġamenti tal-governanza għandhom ikunu pubblikament disponibbli u għandhom, mill-inqas, jiddeterminaw li l-kumitat tar-riskju jkun ippresedut minn membru tal-bord indipendenti, jirrapporta direttament lill-bord u jżomm laqgħat regolari.

▼M15

3.  
Il-kumitat tar-riskju għandu jagħti pariri lill-bord dwar kwalunkwe arranġament li jista’ jħalli impatt fuq il-ġestjoni tar-riskji tas-CCP, bħal bidla sinifikanti fil-mudell tar-riskju tagħha, il-proċeduri ta’ inadempjenza, il-kriterji sabiex jiġu aċċettati l-membri tal-ikklirjar, l-ikklirjar ta’ klassijiet ġodda ta’ strumenti jew l-esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet. Il-kumitat tar-riskju għandu jgħarraf lill-bord fil-ħin dwar kwalunkwe riskju li jaffettwa r-reżiljenza tas-CCP. Il-pariri tal-kumitat tar-riskju mhumiex meħtieġa għall-operazzjonijiet ta’ kuljum tas-CCP. Għandhom isiru sforzi raġonevoli sabiex issir konsultazzjoni mal-kumitat tar-riskju dwar l-iżviluppi li jħallu impatt fuq il-ġestjoni tar-riskji tas-CCP f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inkluż dwar l-iżviluppi li huma rilevanti għall-iskoperturi tal-membri tal-ikklirjar għas-CCP u l-interdipendenzi ma’ CCPs oħrajn.

▼M18

4.  
Mingħajr preġudizzjoni għad-dritt tal-AETS u tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu infurmati kif dovut, il-membri tal-kumitat tar-riskju għandhom ikunu marbuta bil-kunfidenzjalità. Meta l-president tal-kumitat tar-riskju jiddetermina li membru effettivament jew potenzjalment għandu kunflitt ta’ interess fuq kwistjoni partikolari, dak il-membru ma għandux jitħalla jivvota fuq dik il-kwistjoni.
5.  
CCP għandha tgħarraf minnufih lill-AETS, lill-awtorità kompetenti u lill-kumitat tar-riskju bi kwalunkwe deċiżjoni meta l-bord jiddeċiedi li ma jsegwix il-pariri tal-kumitat tar-riskju u tispjega tali deċiżjoni. Il-kumitat tar-riskju jew kwalunkwe membru tal-kumitat tar-riskju jista’ jgħarraf lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe qasam fejn huwa jqis li l-pariri tal-kumitat tar-riskju ma ġewx segwiti.

▼B

Artikolu 29

Żamma ta’ rekords

1.  
Kontroparti ċentrali għandha żżomm, għal perjodu ta’ mill-inqas għaxar snin, ir-rekords kollha dwar is-servizzi u l-attività pprovduti sabiex tippermetti lill-awtorità kompetenti li timmonitorja l-konformità tal-kontroparti ċentrali ma’ dan ir-Regolament.
2.  
Kontroparti ċentrali għandha żżomm, għal perjodu ta’ mill-inqas għaxar snin wara t-terminazzjoni ta’ kuntratt, l-informazzjoni kollha dwar il-kuntratti kollha li tkun ipproċessat. Dik l-informazzjoni għandha mill-inqas tippermetti l-identifikazzjoni tat-termini oriġinali ta’ transazzjoni qabel l-ikklerjar minn dik il-kontroparti ċentrali.
3.  
Kontroparti ċentrali għandha tagħmel ir-rekords u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-informazzjoni kollha dwar il-pożizzjonijiet ta’ kuntratti kklerjati, irrispettivament mill-post fejn ikunu twettqu t-transazzjonijiet, disponibbli meta mitluba lill-awtorità kompetenti, lill-AETS u lill-membri rilevanti tas-SEBĊ.
4.  
Bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tar-rekords u l-informazzjoni li għandha tinżamm kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 3.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.  
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi li jispecifikaw l-format tar-rekords u l-informazzjoni li għandha tinżamm.

L-AETS għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards teknici implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M18

Artikolu 30

Azzjonisti u membri b’parteċipazzjoni kwalifikanti

1.  
L-awtorità kompetenti ma għandhiex tawtorizza CCP sakemm ma tkunx ġiet infurmata bl-identitajiet tal-azzjonisti jew membri, kemm jekk diretti jew indiretti, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li għandhom parteċipazzjoni kwalifikanti u bl-ammonti ta’ dawn il-parteċipazzjonijiet.
2.  
L-awtorità kompetenti ma għandhiex tawtorizza lil CCP meta ma tkunx sodisfatta dwar l-adattezza tal-azzjonisti jew il-membri li għandhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fis-CCP, meta tikkunsidra l-bżonn li tiġi żgurata l-ġestjoni soda u prudenti ta’ CCP. Meta jkun ġie stabbilit kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, dak il-kulleġġ għandu joħroġ opinjoni dwar l-adattezza tal-azzjonisti jew tal-membri li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fis-CCP, skont l-Artikolu 19 f’konformità mal-proċedura skont l-Artikolu 17b.
3.  
Meta jeżistu konnessjonijiet mill-qrib bejn is-CCP u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra, l-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni biss meta dawk il-konnessjonijiet ma jipprevjenux l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji.
4.  
Meta l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jeżerċitaw influwenza li aktarx li tkun ta’ preġudizzju għall-ġestjoni soda u prudenti tas-CCP, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa biex ittemm din is-sitwazzjoni, liema azzjoni tista’ tinkludi l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tas-CCP. Il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu joħroġ opinjoni dwar jekk l-influwenza hijiex probabbli li tkun ta’ preġudizzju għall-ġestjoni soda u prudenti tas-CCP u dwar il-miżuri previsti biex tintemm dik is-sitwazzjoni, skont l-Artikolu 19 u f’konformità mal-proċedura skont l-Artikolu 17b.
5.  
L-awtorità kompetenti ma għandhiex tawtorizza s-CCP meta l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika jew iżjed minn persuna waħda li dik is-CCP ikollha konnessjonijiet mill-qrib magħha/magħhom, jew diffikultajiet involuti fl-infurzar tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji.

▼B

Artikolu 31

Informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti

1.  
Kontroparti ċentrali għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tagħha bi kwalunkwe bidla fil-maniġment tagħha, u għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni meħtieġa kollha sabiex jiġi vvalutata l-konformità mal- Artikolu 27(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2).

Meta l-komportament ta’ membru tal-bord aktarx li jkun ta’ preġudizzju għall-immaniġġjar sod u prudenti tal-kontroparti ċentrali, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa, li jistgħu jinkludu it-tneħħija ta’ dak il-membru mill-bord.

2.  
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew dawk il-persuni li jaġixxu flimkien (“l-akkwirent propost”), li ħadu deċiżjoni li jiksbu, direttament jew indirettament, parteċipazzjoni kwalifikatorja f’kontroparti ċentrali jew li jkomplu jżidu, direttament jew indirettament, tali parteċipazzjoni kwalifikatorja f’kontroparti ċentrali li b’konsegwenza ta’ dan il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jeċċedi 10 %, 20 %, 30 % jew 50 % jew b’tali mod li l-kontroparti ċentrali ssir is-sussidjarja (“l-akkwiżizzjoni proposta”), għandhom l-ewwel jinnotifikaw bil-miktub lill-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali li fiha qed ifittxu li jiksbu jew iżidu parteċipazzjoni kwalifikatorja, filwaqt li jindikaw id-daqs tal-parteċipazzjoni intiża u l-informazzjoni rilevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 32(4).

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni kwalifikatorja f’kontroparti ċentrali (“il-bejjiegħ propost”) għandha l-ewwel tinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-miktub dwarha, u tindika d-daqs ta’ din il-parteċipazzjoni. Tali persuna għandha bl-istess mod tinnotifika lill-awtorità kompetenti meta tkun ħadet deċiżjoni għat-tnaqqis ta’ parteċipazzjoni kwalifikatorja sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital jaqa’ taħt 10 %, 20 %, 30 % jew 50 % jew b’tali mod li l-kontroparti ċentrali ma tibqax tkun sussidjarja ta’ dik il-persuna.

▼M18

L-awtorità kompetenti għandha, minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta tirċievi n-notifika msemmija f’dan il-paragrafu u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, tirrikonoxxi mal-akkwirent jew mal-bejjiegħ propost, bil-miktub li tkun irċeviethom u tikkondividi l-informazzjoni mal-AETS u mal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18.

Fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-data tal-konferma bil-miktub tar-riċevuta tan-notifika u tad-dokumenti kollha meħtieġa li jiġu mehmuża man-notifika abbażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 32(4) u sakemm ma jkunux estiżi f’konformità ma’ dan l-Artikolu (“il-perjodu ta’ valutazzjoni”), l-awtorità kompetenti għandha twettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 32(1) (“il-valutazzjoni”). Il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu joħroġ opinjoni skont l-Artikolu 19 u l-AETS għandha toħroġ opinjoni skont l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc) u f’konformità mal-proċedura skont l-Artikolu 17b matul il-perjodu ta’ valutazzjoni.

▼B

L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-akkwirent propost jew lill-bejjiegħ bid-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ valutazzjoni fiż-żmien tar-rikonoxximent tal-irċevuta.

3.  
►M18  L-awtorità kompetenti għandha, f’isimha stess u meta mitluba mill-AETS jew mill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, mingħajr dewmien żejjed matul il-perjodu ta’ valutazzjoni, meta jkun meħtieġ, iżda mhux aktar tard mill-50 jum tax-xogħol tal-perjodu ta’ valutazzjoni, titlob tali informazzjoni ulterjuri li tkun meħtieġa sabiex titlesta l-valutazzjoni. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. ◄

Il-perjodu ta’ valutazzjoni għandu jkun interrott għall-perjodu bejn id-data tat-talba għall-informazzjoni mill-awtorità kompetenti u l-irċevuta ta’ risposta għaliha mill-akkwirent propost. L-interruzzjoni ma għandhiex teċċedi 20 jum tax-xogħol. Kwalunkwe talbiet oħra mill-awtorità kompetenti għat-tlestija jew il-kjarifika tal-informazzjoni għandhom ikunu fid-diskrezzjoni tagħha iżda ma jistgħux jirriżultaw f’interruzzjoni tal-perjodu ta’ valutazzjoni.

4.  

L-awtorità kompetenti tista’ testendi l-interruzzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 sa 30 jum tax-xogħol meta l-akkwirent propost jew il-bejjiegħ ikun:

(a) 

jinsab jew hu rregolat barra l-Unjoni;

(b) 

persuna fiżika jew ġuridika mhux soġġetta għal superviżjoni skont dan ir-Regolament jew id-Direttiva 73/239/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja ( 22 ) jew id-Direttivi 2002/83/KE, 2003/41/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE, 2006/48/KE, 2009/65/KE jew 2011/61/UE.

5.  
Meta l-awtorità kompetenti, mat-tlestija tal-valutazzjoni, tiddeċiedi li topponi l-akkwiżizzjoni proposta, għandha fi żmien jumejn tax-xogħol, u mingħajr ma taqbeż il-perjodu ta’ valutazzjoni, tinforma lill-akkwirent propost bil-miktub u tipprovdi r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-kulleġġ msemmi fl- Artikolu 18 b’dan. Soġġett għad-dritt nazzjonali, dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tista’ ssir aċċessibbli għall-pubbliku fuq talba tal-akkwirent propost. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti li tagħmel tali divulgazzjoni fin-nuqqas ta’ talba mill-akkwirent propost.
6.  
Meta l-awtorità kompetenti ma topponix l-akkwiżizzjoni proposta fiż-żmien tal-perjodu tal-valutazzjoni, din għandha titqies li ġiet approvata.
7.  
L-awtorità kompetenti tista’ tistipula perjodu massimu għall-konklużjoni tal-akkwiżizzjoni proposta u testendih safejn dan ikun xieraq.
8.  
L-Istati Membri ma għandhomx jimponu rekwiżiti għal notifika lil, u approvazzjoni minn, l-awtorità kompetenti ta’ akkwisti diretti jew indiretti ta’ drittijiet ta’ votazzjoni jew kapital li huma iżjed stretti minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 32

Valutazzjoni

1.  

Fil-valutazzjoni tan-notifika prevista fl-Artikolu 31(2) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31(3), l-awtorità kompetenti għandha, sabiex tiżgura l-immaniġġjar sod u prudenti tal-kontroparti ċentrali li fiha hu propost l-akkwist, u wara li tikkunsidra l-influwenza probabbli tal-akkwirent propost fuq il-kontroparti ċentrali, tevalwa l-adattezza tal-akkwirent propost u s-sodezza finanzjarja tal-akkwiżizzjoni proposta skont dawn kollha li ġejjin:

(a) 

ir-reputazzjoni u s-sodezza finanzjarja tal-akkwirent propost;

(b) 

ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li se tidderieġi n-negozju tal-kontroparti ċentrali b’konsegwenza tal-akkwiżizzjoni proposta;

(c) 

jekk il-kontroparti ċentrali hix se tkun kapaċi tikkonforma u tkompli tikkonforma ma’ dan ir-Regolament;

(d) 

jekk ikunx hemm motivi raġonevoli biex wieħed jissuspetta li, f’rabta mal-akkwist propost, sar, qed isir jew hemm tentattivi biex isir ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE, jew li l-akkwist propost jista’ jżid ir-riskju ta’ kondotta bħal din.

Fil-valutazzjoni tas-sodezza finanzjarja tal-akkwirent propost, l-awtorità kompetenti għandha tagħti attenzjoni partikolari lit-tip ta’ negozju segwit u previst fil-kontroparti ċentrali li fiha tkun proposta l-akkwiżizzjoni.

Meta tiġi vvalutata l-abilità tal-kontroparti ċentrali li tikkonforma ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tagħti attenzjoni partikolari dwar jekk il-grupp li minnha se ssir parti għandux struttura li tagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata superviżjoni effikaċi, li effettivament tiġi skambjata informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti u li tiġi ddeterminata l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet fost l-awtoritajiet kompetenti.

▼M18

Il-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti dwar in-notifika prevista fl-Artikolu 31(2) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31(3), għandha tkun soġġetta għal opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 skont l-Artikolu 19 u opinjoni tal-AETS skont l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), maħruġa f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17b.

▼B

2.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jopponu l-akkwiżizzjoni proposta biss meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli għalxiex jagħmlu dan fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew meta l-informazzjoni pprovduta mill-akkwirent propost ma tkunx kompleta.
3.  
L-Istati Membri ma għandhom la jimponu kwalunkwe kundizzjonijiet preċedenti fir-rigward tal-livell ta’ parteċipazzjoni li għandu jinkiseb u lanqas ma jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jeżaminaw l-akkwiżizzjoni proposta f’termini tal-bżonnijiet ekonomiċi tas-suq.
4.  
L-Istati Membri għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli lista li tispeċifika l-informazzjoni li hi meħtieġa għat-twettiq tal-valutazzjoni u li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien tan-notifika msemmija fl-Artikolu 31(2). L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonali u għandha tkun adattata għan-natura tal-akkwirent propost u l-akkwiżizzjoni proposta. L-Istati Membri ma għandhomx jitolbu informazzjoni li mhix rilevanti għall-valutazzjoni prudenzjali.
5.  
Minkejja l-Artikolu 31(2), (3) u (4), fejn żewġ proposti jew iżjed għall-kisba jew iż-żieda ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikatorji fl-istess kontroparti ċentrali jkunu ġew notifikati lill-awtorità kompetenti, din tal-aħħar għandha titratta l-akkwirenti proposti b’mod mhux diskriminatorju.
6.  

L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jikkooperaw mill-viċin ma’ xulxin għat-twettiq tal-valutazzjoni meta l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

kontroparti ċentrali oħra, istituzzjoni tal-kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment, operatur tas-suq, operatur ta’ sistema tas-saldu tat-titoli, kumpanija maniġerjali UCITS jew AIFM awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(b) 

l-impriża prinċipali ta’ kontroparti ċentrali oħra, istituzzjoni tal-kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment, operatur tas-suq, operatur ta’ sistema tas-saldu tat-titoli, kumpanija maniġerjali UCITS jew AIFM awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(c) 

persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla kontroparti ċentrali oħra, istituzzjoni tal-kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment, operatur tas-suq, operatur ta’ sistema tas-saldu tat-titoli, kumpanija maniġerjali UCITS jew AIFM awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

7.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni li hi essenzjali għall-valutazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, jikkomunikaw l-informazzjoni rilevanti kollha lil xulxin u għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni kollha essenzjali b’inizjattiva tagħhom. Deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li awtorizzat il-kontroparti ċentrali li fiha tkun proposta l-akkwiżizzjoni għandha tindika kwalunkwe fehmiet jew riservi espressi mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-akkwirent propost.

Artikolu 33

Konflitti ta’ interess

1.  
Kontroparti ċentrali għandha żżomm u topera arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-miktub sabiex tidentifika u timmaniġja kwalunkwe konflitti ta’ interess potenzjali bejnha, inklużi l-maniġers, l-impjegati, jew kwalunkwe persuna b’kontroll dirett jew indirett jew konnessjonijiet mill-qrib, u l-membri tal-ikklerjar tagħhom jew il-klijenti tagħhom magħrufa lill-kontroparti ċentrali. Għandha żżomm u timplimenta proċeduri xierqa bl-għan li jsolvu konflitti ta’ interess possibbli.
2.  
Meta l-arranġamenti organizzattivi jew amministrattivi ta’ kontroparti ċentrali biex jimmaniġjaw konflitti ta’ interess ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw, b’fiduċja raġonevoli, li r-riskji tal-ħsara għall-interessi ta’ membru tal-ikklerjar jew klijent huma evitati, il-kontroparti ċentrali għandha tiżvela b’mod ċar in-natura ġenerali jew sorsi ta’ konflitti ta’ interess lill-membru tal-ikklerjar qabel ma jiġu aċċettati transazzjonijiet ġodda minn dak il-membru tal-ikklerjar. Meta l-klijent ikun magħruf lill-kontroparti ċentrali, il-kontroparti ċentrali għandha tinforma lill-klijent u lill-membru tal-ikklerjar li l-klijent tagħha jkun ikkonċernat.
3.  
Meta l-kontroparti ċentrali tkun impriża prinċipali jew sussidjarja, l-arranġamenti bil-miktub għandhom jikkunsidraw ukoll kwalunkwe ċirkostanzi, li tagħhom il-kontroparti ċentrali hi jew għandha tkun konxja, li jistgħu jagħtu lok għal konflitt ta’ interess li joħroġ b’konsegwenza tal-istruttura u l-attivitajiet tan-negozju ta’ impriżi oħra li magħhom għandha relazzjoni ta’ impriża prinċipali jew sussidjarja.
4.  

L-arranġamenti bil-miktub stabbiliti skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

iċ-ċirkostanzi li jikkostitwixxu jew li jistgħu jagħtu lok għal konflitt ta’ interess li jwassal għal riskju materjali ta’ ħsara għall-interessi ta’ membru tal-ikklerjar wieħed jew iżjed jew għall-klijenti;

(b) 

il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex jiġi ġestit tali konflitt.

5.  
Kontroparti ċentrali għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe użu ħażin tal-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tagħha u għandha tipprevjeni l-użu ta’ dik l-informazzjoni għal attivitajiet tan-negozju oħra. Persuna fiżika li għandha konnessjoni mill-viċin ma’ kontroparti ċentrali jew persuna ġuridika li għandha impriża prinċipali jew relazzjoni sussidjarja ma’ kontroparti ċentrali m’għandhiex tuża l-informazzjoni konfidenzjali rreġistrata f’kontroparti ċentrali għal użu kummerċjali mingħajr il-kunsens bil-miktub mogħti minn qabel mill-klijent li tali informazzjoni kunfidenzjali tkun tappartjeni lilu.

Artikolu 34

Kontinwità tan-negozju

▼M17

1.  
CCP għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm politika adegwata ta’ kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru minn diżastri, li għandhom jinkludu pjanijiet ta’ politika ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u pjanijiet ta’ rispons u rkupru tal-ICT stabbiliti u implimentati f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, bl-għan li jiżguraw l-preservazzjoni tal-funzjonijiet tagħha, l-irkupru bla dewmien tal-operazzjonijiet u l-issodisfar tal-obbligi tas-CCP.

▼B

2.  
Kontroparti ċentrali għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura adegwata li tiżgura s-saldu f’waqtu u ordinat jew it-trasferiment tal-assi u tal-pożizzjonijiet tal-klijenti u tal-membri tal-ikklerjar fil-każ li tkun irtirata l-awtorizzazzjoni b’konsegwenza ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 20.

▼M17

3.  
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha, wara li tikkonsulta mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut minimu u r-rekwiżiti tal-politika ta’ kontinwità tal-operat u tal-pjan ta’ rkupru minn diżastri, bl-esklużjoni ta’ pjanijiet ta’ politika ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u tal-irkupru minn diżastri.

▼B

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 35

Esternalizzazzjoni

1.  

Meta kontroparti ċentrali testernalizza funzjonijiet operattivi, servizzi jew attivitajiet, għandha tibqa’ kompletament responsabbli għat-twettiq tal-obbligi kollha tagħha skont dan ir-Regolament u għandha tiżgura f’kull ħin li:

(a) 

l-esternalizzazzjoni ma tirriżultax fid-delega tar-responsabilità;

(b) 

ir-relazzjoni u l-obbligi tal-kontroparti ċentrali lejn il-membri tal-ikklerjar tagħha jew meta rilevanti lejn il-klijenti tagħhom ma jinbidlux;

(c) 

il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-kontroparti ċentrali effettivament ma jitbiddlux;

(d) 

l-esternalizzazzjoni ma timpedix l-eżerċizzju ta’ funzjonijiet ta’ superviżjoni u ta’ sorveljanza, inkluż l-aċċess fil-post biex tinkiseb kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa biex jiġu ssodisfati dawk il-mandati;

(e) 

l-esternalizzazzjoni ma twassalx sabiex il-kontroparti ċentrali tiċċaħħad mis-sistemi u kontrolli neċessarji għall-immaniġġjar tar-riskji li tiffaċċja;

(f) 

il-fornitur tas-servizz jimplimenta rekwiżiti ekwivalenti tal-kontinwità tan-negozju għal dawk li għandhom jiġu ssodisfati minn kontroparti ċentrali skont dan ir-Regolament;

(g) 

il-kontroparti ċentrali iżżomm il-kompetenza u r-riżorsi meħtieġa biex tevalwa l-kwalità tas-servizzi pprovduti u l-adegwatezza organizzattiva u kapitali tal-fornitur tas-servizz u biex tissorvelja l-funzjonijiet esternalizzati b’mod effikaċi u timmaniġja r-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni u tissorvelja dawn il-funzjonijiet u timmaniġja dawk ir-riskji fuq bażi kontinwa;

(h) 

il-kontroparti ċentrali jkollha aċċess dirett għall-informazzjoni rilevanti tal-funzjonijiet esternalizzati;

(i) 

il-fornitur tas-servizzi jikkoopera mal-awtorità kompetenti b’rabta mal-attivitajiet esternalizzati;

(j) 

il-fornitur tas-servizzi jipproteġi kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali relatata mal-kontroparti ċentrali u l-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħha jew, meta dak il-fornitur tas-servizzi jkun stabbilit f’pajjiżi terz, jiżgura li l-istandards tal-protezzjoni tad-data ta’ dak il-pajjiż terz, jew dawk stabbiliti fil-ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati, ikunu kumparabbli mal-istandards tal-protezzjoni tad-data fis-seħħ fl-Unjoni.

▼M18

CCP ma għandhiex testernalizza attivitajiet ewlenin marbuta mal-ġestjoni tar-riskju għajr jekk din l-esternalizzazzjoni tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti għandha tkun soġġetta għal opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 skont l-Artikolu 19 u għal opinjoni tal-AETS skont l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), maħruġa f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17b.

▼B

2.  
L-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi li l-kontroparti ċentrali talloka u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħha, u dawk tal-fornitur tas-servizzi, b’mod ċar fi ftehim bil-miktub.

▼M18

3.  
CCP għandha tagħmel l-informazzjoni kollha meħtieġa disponibbli, fuq talba, sabiex l-awtorità kompetenti, l-AETS u l-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 ikunu jistgħu jivvalutaw il-konformità tat-twettiq tal-attivitajiet esternalizzati ma’ dan ir-Regolament.

▼B

KAPITOLU 2

Regoli tal-Kondotta tan-Negozju

Artikolu 36

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  
Meta tipprovdi servizzi lill-membri tal-ikklerjar tagħha, u fejn rilevanti, lill-klijenti tagħhom, kontroparti ċentrali għandha taġixxi b’mod ġust u professjonali skont l-aħjar interessi ta’ tali membri tal-ikklerjar u klijenti u l-immaniġġjar tajjeb tar-riskji.
2.  
Kontroparti ċentrali għandu jkollha regoli aċċessibbli, trasparenti u ġusti biex tittratta l-ilmenti fil-pront.

Artikolu 37

Rekwiżiti tal-parteċipazzjoni

▼M18

1.  
CCP għandha tistabbilixxi, meta rilevanti għal kull tip ta’ prodott ikklerjat, il-kategoriji ta’ membri tal-ikklerjar ammissibbli u l-kriterji ta’ ammissjoni, fuq il-parir tal-kumitat tar-riskju skont l-Artikolu 28(3). Tali kriterji għandhom ikunu mhux diskriminatorji, trasparenti u oġġettivi sabiex jiġi żgurat aċċess ġust u miftuħ għas-CCP u għandhom jiżguraw li l-membri tal-ikklerjar ikollhom riżorsi finanzjarji u kapaċità operazzjonali suffiċjenti sabiex jissodisfaw l-obbligi li jinħolqu mill-parteċipazzjoni f’CCP. Il-kriterji li jirrestrinġu l-aċċess għandhom ikunu permessi biss sal-punt li l-għan tagħhom ikun li jikkontrollaw ir-riskju għas-CCP. Mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti ta’ interoperabbiltà skont it-Titolu V jew għat-tmexxija tal-politika ta’ investiment tas-CCP f’konformità mal-Artikolu 47, il-kriterji għandhom jiżguraw li s-CCPs jew il-kmamar tal-ikklerjar ma jistgħux ikunu membri tal-ikklerjar, direttament jew indirettament, tas-CCP.
1a.  
CCP għandha taċċetta kontropartijiet mhux finanzjarji bħala membri tal-ikklerjar biss jekk dawk il-kontropartijiet mhux finanzjarji jkunu jistgħu juru kif għandhom l-intenzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marġni u l-kontribuzzjonijiet għal fond tal-inadempjenza, inkluż f’kundizzjonijiet tas-suq taħt stress.

L-awtorità kompetenti ta’ CCP li taċċetta kontropartijiet mhux finanzjarji bħala membri tal-ikklerjar għandha tirrieżamina regolarment l-arranġamenti stabbiliti mis-CCP biex timmonitorja li tintlaħaq il-kundizzjoni skont l-ewwel subparagrafu. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tirrapporta fuq bażi annwali lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 dwar il-prodotti kklerjati minn dawk il-kontropartijiet mhux finanzjarji, l-esponiment ġenerali tagħhom u kwalunkwe riskju identifikat.

Kontroparti mhux finanzjarja li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar ta’ CCP tista’ tipprovdi servizzi tal-ikklerjar tal-klijenti lil kontropartijiet finanzjarji li huma parti mill-istess grupp bħal dik il-kontroparti mhux finanzjarja biss u tista’ żżomm biss kontijiet fis-CCP għall-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont proprju tagħha jew il-kont ta’ dawk il-kontropartijiet mhux finanzjarji.

L-AETS tista’ toħroġ opinjoni jew rakkomandazzjoni dwar l-adegwatezza ta’ tali arranġamenti wara rieżami bejn il-pari ad hoc.

▼B

2.  
Kontroparti ċentrali għandha tiżgura li l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 tintlaħaq fuq bażi kontinwa u għandu jkollha aċċess fil-ħin għall-informazzjoni rilevanti għal din il-valutazzjoni. Kontroparti ċentrali għandha twettaq, għall-inqas darba fis-sena, rieżami komprensiv tal-konformità ma’ dan l-Artikolu mill-membri tal-ikklerjar tagħha.

▼M15

Is-CCP għandha tinforma lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe żvilupp negattiv sinifikanti rigward il-profil tar-riskju ta’ kwalunkwe wieħed mill-membri tal-ikklirjar tagħha ddeterminat fil-kuntest tal-valutazzjoni tas-CCP imsemmija fl-ewwel subparagrafu jew kwalunkwe valutazzjoni oħra b’konklużjoni simili, inkluż kwalunkwe żieda tar-riskju li kwalunkwe wieħed mill-membri tal-ikklirjar tagħha joħloq lis-CCP, li s-CCP tqis li jkollu l-potenzjal li jiskatta proċedura ta’ inadempjenza.

▼B

3.  
Membri tal-ikklerjar li jikklerjaw transazzjonijiet f’isem il-klijenti tagħhom għandu jkollhom ir-riżorsi finanzjarji addizzjonali meħtieġa u kapaċità operattiva għat-twettiq ta’ din l-attività. Ir-regoli tal-kontroparti ċentrali għall-membri tal-ikklerjar għandhom jippermettulha tiġbor l-informazzjoni bażika rilevanti ħalli tidentifika, timmonitorja u timmaniġġja l-konċentrazzjonijiet rilevanti ta’ riskju marbut mal-forniment ta’ servizzi lill-kjlienti. Il-membri tal-ikklerjar għandhom, meta mitluba, jinformaw lil-kontroparti ċentrali dwar il-kriterji u l-arranġamenti li jadottaw biex jippermettu li l-klijenti tagħhom jaċċessaw is-servizzi tal-kontroparti ċentrali. Ir-responsabilità biex jiġi żgurat li l-klijenti jikkonformaw mal-obbligi tagħhom għandha tibqa’ f’idejn il-membri tal-ikklerjar.
4.  
Kontroparti ċentrali għandu jkollha proċeduri oġġettivi u trasparenti għas-sospensjoni u l-ħruġ ordnat ta’ membri tal-ikklerjar li ma jkunux għadhom jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1.
5.  
Kontroparti ċentrali tista’ tirrifjuta biss l-aċċess għal membri tal-ikklerjar li jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 meta jkun ġustifikat kif dovut bil-miktub u bbażat fuq analiżi tar-riskju komprensiva.
6.  
Kontroparti ċentrali tista’ timponi obbligi addizzjonali speċifiċi fuq il-membri tal-ikklerjar, bħall-parteċipazzjoni f’irkanti tal-pożizzjoni ta’ membru tal-ikklerjar inadempjenti. Dawn l-obbligi addizzjonali għandhom ikunu proporzjonali għar-riskju li jkollu membru tal-ikklerjar u ma għandhomx jirrestrinġu l-parteċipazzjoni għal ċertu kategoriji ta’ membri tal-ikklerjar.

▼M18

7.  

L-AETS, wara li tikkonsulta mal-EBA u mas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati meta CCP:

(a) 

tistabbilixxi l-kriterji ta’ ammissjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1;

(b) 

tivvaluta l-kapaċità tal-kontropartijiet mhux finanzjarji li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marġni u l-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza msemmija fil-paragrafu 1a.

Meta tħejji dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-AETS għandha tqis:

(a) 

il-modalitajiet u l-ispeċifiċitajiet li permezz tagħhom il-kontropartijiet mhux finanzjarji jistgħu, jew diġà, jaċċessaw is-servizzi tal-ikklerjar, inkluż bħala membri tal-ikklerjar diretti f’mudelli sponsorjati;

(b) 

il-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-aċċess dirett prudenzjalment sod ta’ kontropartijiet mhux finanzjarji għas-servizzi u l-attivitajiet tal-ikklerjar tas-CCP;

(c) 

il-ħtieġa li tiġi żgurata l-proporzjonalità;

(d) 

il-ħtieġa li tiġi żgurata ġestjoni effettiva tar-riskji.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M18

Artikolu 38

Trasparenza

1.  
CCP u l-membri tal-ikklerjar tagħha għandhom pubblikament jiżvelaw il-prezzijiet u t-tariffi assoċjati mas-servizzi fornuti. Għandhom jiżvelaw il-prezzijiet u t-tariffi ta’ kull servizz fornut separatament, inklużi skontijiet u ribassi u l-kundizzjonijiet li jibbenefikaw minn dak it-tnaqqis. CCP għandha tippermetti l-membri tal-ikklerjar tagħha u, meta rilevanti, il-klijenti tagħhom, aċċess separat għas-servizzi speċifiċi fornuti.

CCP għandha tagħti rendikont separat tal-ispejjeż u d-dħul tas-servizzi fornuti u għandha tiżvela dik l-informazzjoni lill-AETS u lill-awtorità kompetenti.

2.  
CCP għandha tiżvela lill-membri tal-ikklerjar u l-klijenti r-riskji assoċjati mas-servizzi fornuti.
3.  
CCP għandha tiżvela lill-AETS, lill-membri tagħha tal-ikklerjar u lill-awtorità kompetenti tagħha l-informazzjoni dwar il-prezz użata għall-kalkolu tal-iskoperturi tagħha fi tmiem il-jum lill-membri tal-ikklerjar tagħha.

CCP għandha tiżvela pubblikament il-volumi tat-tranżazzjonijiet ikklerjati għal kull klassi ta’ strumenti kklerjata mill-kontroparti ċentrali fuq bażi aggregata.

4.  
CCP għandha tiżvela pubblikament ir-rekwiżiti operattivi u tekniċi marbutin mal-protokolli tal-komunikazzjoni li jkopru l-format tal-kontenut u tal-messaġġ li tuża fl-interazzjoni ma’ terzi, inklużi ir-rekwiżiti operattivi u tekniċi msemmija fl-Artikolu 7.
5.  
CCP għandha tiżvela pubblikament kull ksur mill-membri tal-ikklerjar tal-kriterji msemmijin fl-Artikolu 37(1) u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ħlief meta l-awtorità kompetenti tikkunsidra li żvelar ta’ dan it-tip ikun jikkostitwixxi theddida għall-istabbiltà finanzjarja jew il-fiduċja tas-suq jew jipperikola serjament is-swieq finanzjarji jew jikkawża danni sproporzjonati lill-partijiet involuti.
6.  
CCP għandha tipprovdi għodda ta’ simulazzjoni lill-membri tal-ikklerjar tagħha li tippermettilhom jiddeterminaw l-ammont tal-marġni inizjali addizzjonali, fil-livell ta’ portafoll, li s-CCP tista’ tirrikjedi mal-ikklerjar ta’ tranżazzjoni ġdida, inkluża simulazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni li jaf ikunu soġġetti għalihom f’xenarji differenti. Dik l-għodda għandha tkun aċċessibbli biss fuq bażi ta’ aċċess sigur, u r-riżultati tas-simulazzjoni ma għandhomx ikunu vinkolanti.
7.  

CCP għandha tforni lill-membri tal-ikklerjar tagħha informazzjoni dwar il-mudelli tal-marġni inizjali li tuża, inklużi metodoloġiji għal kwalunkwe suppliment, b’mod ċar u trasparenti. Dik l-informazzjoni għandha:

(a) 

tispjega b’mod ċar id-disinn tal-mudell tal-marġni inizjali u kif jaħdem, inkluż f’kundizzjonijiet tas-suq taħt stress;

(b) 

tiddeskrivi b’mod ċar is-suppożizzjonijiet u l-limitazzjonijiet ewlenin tal-mudell tal-marġni inizjali u ċ-ċirkostanzi li taħthom dawn is-suppożizzjonijiet ma jkunux iżjed validi;

(c) 

tkun iddokumentata.

8.  

Il-membri tal-ikklerjar li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom b’mill-inqas dan li ġej:

(a) 

informazzjoni dwar il-mod kif jaħdmu l-mudelli tal-marġni tas-CCP;

(b) 

informazzjoni dwar is-sitwazzjonijiet u l-kundizzjonijiet li jistgħu jiskattaw sejħiet tal-marġni;

(c) 

informazzjoni dwar il-proċeduri użati biex jiġi stabbilit l-ammont li għandu jiġi depożitat mill-klijenti; u

(d) 

simulazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni li l-klijenti jistgħu jkunu soġġetti għalihom f’xenarji differenti.

Għall-finijiet tal-punt (d), is-simulazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni għandha tiżgura li s-simulazzjoni tinkludi kemm il-marġnijiet meħtieġa mis-CCP kif ukoll kwalunkwe marġni addizzjonali meħtieġ mill-membri tal-ikklerjar u mill-klijenti li jipprovdu s-servizzi tal-ikklerjar infushom. Ir-riżultati ta’ tali simulazzjoni ma għandhomx ikunu vinkolanti.

Fuq talba ta’ membru tal-ikklerjar, CCP għandha, mingħajr dewmien żejjed, tipprovdi lil dak il-membru tal-ikklerjar bl-informazzjoni mitluba biex dak il-membru tal-ikklerjar ikun jista’ jikkonforma mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà pprovduta skont il-paragrafi 1 sa 7. Meta l-membru tal-ikklerjar jew klijent jipprovdi servizzi tal-ikklerjar, u meta xieraq, għandhom jittrażmettu dik l-informazzjoni lill-klijenti tagħhom.

9.  
Il-membri tal-ikklerjar tas-CCP u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar għandhom jinformaw b’mod ċar lill-klijenti eżistenti u potenzjali tagħhom dwar it-telf potenzjali jew kostijiet oħrajn li jistgħu jġarrbu bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ ġestjoni ta’ inadempjenza u l-arranġamenti ta’ allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjoni skont ir-regoli operattivi tas-CCP, inkluż it-tip ta’ kumpens li jistgħu jirċievu, filwaqt li jqisu l-Artikolu 48(7). Il-klijenti għandhom jiġu pprovduti b’informazzjoni dettaljata suffiċjenti biex jiġi żgurat li jifhmu t-telf tal-agħar każ u spejjeż oħra li jistgħu jiffaċċjaw li kieku s-CCP tieħu miżuri ta’ rkupru.
10.  

L-AETS, f’kooperazzjoni mal-EBA u mas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika:

(a) 

ir-rekwiżiti li l-għodda ta’ simulazzjoni għandha tikkonforma magħhom u t-tip ta’ output li għandu jiġi pprovdut skont il-paragrafu 6;

(b) 

l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mis-CCPs lill-membri tal-ikklerjar rigward it-trasparenza tal-mudelli tal-marġni skont il-paragrafu 7;

(c) 

l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar lill-klijenti tagħhom skont il-paragrafi 7 u 8; u

(d) 

ir-rekwiżiti li s-simulazzjoni tal-marġni li għandha tiġi pprovduta lill-klijenti u t-tip ta’ output li għandu jiġi pprovdut skont il-paragrafu 8.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 39

Segregazzjoni u portabilità

1.  
Kontroparti ċentrali għandha żżomm rekords u kontijiet separati li jippermettulha, fi kwalunkwe ħin u mingħajr dewmien, li tiddistingwi fil-kontijiet mal-kontroparti ċentrali l-assi u l-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont ta’ membru tal-ikklerjar wieħed mill-assi u l-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont ta’ kwalunkwe membru tal-ikklerjar ieħor mill-assi tagħha stess.
2.  
Kontroparti ċentrali għandha toffri li żżomm rekords u kontijiet separati li jippermettu lil kull membru tal-ikklerjar jiddistingwi f’kontijiet mal-kontroparti ċentrali, l-assi u l-pożizzjonijiet ta’ dak il-membru tal-ikklerjar minn dawk miżmumin għall-kontijiet tal-klijenti tagħha (“segregazzjoni tal-klijenti omnibus”).
3.  
Kontroparti ċentrali għandha toffri li żżomm rekords u kontijiet separati li jippermettu lil kull membru tal-ikklerjar jiddistingwi fil-kontijiet mal-kontroparti ċentrali l-assi u l-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont ta’ klijent minn dawk miżmumin għall-kont ta’ klijenti oħrajn (“segregazzjoni tal-klijenti individwali”). Fuq talba, il-kontroparti ċentrali għandha toffri lill-membri tal-ikklerjar il-possibilità li jiftħu iktar kontijiet f’isimhom jew għall-kont tal-klijenti tagħhom.
4.  
Membru tal-ikklerjar għandu jżomm rekords u kontijiet separati li jippermettulu jiddistingwi, sew fil-kontijiet miżmuma mal-kontroparti ċentrali, kif ukoll fil-kontijiet tiegħu stess, bejn l-assi u l-pożizzjonijiet tiegħu u l-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont tal-klijenti tiegħu fil-kontroparti ċentrali.
5.  
Membru tal-ikklerjar għandu joffri lill-klijenti tiegħu, tal-inqas, l-għażla bejn “segregazzjoni tal-klijenti omnibus” u “segregazzjoni tal-klijenti individwali”, u jinfurmahom bl-ispejjeż u l-livell ta’ protezzjoni msemmija fil-paragrafu 7 assoċjati ma’ kull għażla. Il-klijent għandu jikkonferma l-għażla tiegħu bil-miktub.
6.  
Meta klijent jagħżel segregazzjoni tal-klijenti individwali, kwalunkwe marġini li jeċċedi r-rekwiżit tal-klijent għandu jintbagħat ukoll fil-kontroparti ċentrali u jkun distint minn marġnijiet ta’ klijenti jew membri tal-ikklerjar oħra u m’għandux ikun espost għal telf konness ma’ pożizzjonijiet irreġistrati f’kont ieħor.
7.  
Il-kontropartijiet ċentrali u l-membri tal-ikklerjar għandhom pubblikament jiddivulgaw il-livelli tal-protezzjoni u l-ispejjeż assoċjati mal-livelli differenti ta’ segregazzjoni li jipprovdu, u għandhom joffru dawn is-servizzi b’kundizzjonijiet kummerċjali raġonevoli. Id-dettalji tal-livelli differenti ta’ segregazzjoni għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-implikazzjonijiet ewlenin fil-liġi tal-livelli rispettivi ta’ segregazzjoni offruti, inkluż tagħrif dwar il-liġi dwar l-insolvenza applikabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti.
8.  
Kontroparti ċentrali għandu jkollha dritt għall-użu tal-marġini jew tal-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza miġburin permezz ta’ arranġament ta’ kollateral finanzjarju ta’ titoli, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju ( 23 ), sakemm l-użu ta’ tali arranġamenti jkun previst mir-regoli operattivi tiegħu. Il-membru tal-iklerjar għandu jikkonferma bil-miktub l-aċċettazzjoni tar-regoli operattivi min-naħa tiegħu. Il-kontroparti ċentrali għandha pubblikament tiżvela dak id-dritt għall-użu, li għandu jkun eżerċitat skont l-Artikolu 47.
9.  

Ir-rekwiżit li ssir distinzjoni bejn l-assi u l-pożizzjonijiet mal-kontroparti ċentrali fil-kontijiet huwa ssodisfat fejn:

(a) 

l-assi u l-pożizzjonijiet huma rreġistrati f’kontijiet separati;

(b) 

l-allokazzjoni ta’ pożizzjonijiet irreġistrati f’kontijiet differenti hija mwaqqfa milli sseħħ;

(c) 

l-assi li jkopru l-pożizzjonijiet irreġistrati f’kont ma jkunux esposti għal telf marbut mal-pożizzjonijiet irreġistrati f’kont ieħor.

10.  
L-assi jirreferu għal kollateral miżmum biex ikopri l-pożizzjonijiet u jinkludu d-dritt għal trasferiment tal-assi ekwivalenti għal dak il-kollateral jew il-qligħ li jiġi minn kwalunkwe kollateral, iżda ma jinkludux kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza.

▼M12

11.  
Il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar l-insolvenza ma għandhomx iwaqqfu lil CCP milli taġixxi skont l-Artikolu 48(5), (6) u (7) fir-rigward tal-assi u l-pożizzjonijiet irreġistrati fil-kontijiet kif imsemmi fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu.

▼B

KAPITOLU 3

Rekwiżiti prudenzjali

Artikolu 40

Immaniġjar tal-iskoperturi

Kontroparti ċentrali għandha tkejjel u tivvaluta l-likwidità tagħha u l-iskoperturi tal-kreditu tagħha għal kull membru tal-ikklerjar u, fejn rilevanti, għal kontroparti ċentrali oħra li magħha tkun ikkonkludiet arranġament interoperabbli, fuq bażi ta’ kważi ħin reali. Kontroparti ċentrali għandu jkollha aċċess fil-ħin u fuq bażi mhux diskriminatorja għas-sorsi tal-ipprezzar rilevanti sabiex tkun tista’ tkejjel l-iskoperturi tagħha b’mod effettiv. Dan għandu jsir fuq bażi raġonevoli ta’ kost.

▼M18

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(4) u (5), u bl-objettiv li jiġi ffaċilitat l-ikklerjar ċentrali minn entitajiet tas-settur pubbliku, l-AETS għandha, sal-25 ta’ Ġunju 2026, toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jispeċifikaw il-metodu li għandu jintuża mis-CCPs awtorizzati skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament għall-kalkolu tal-iskoperturi u tal-kontribuzzjonijiet, jekk ikun hemm, għar-riżorsi finanzjarji tas-CCPs minn entitajiet tas-settur pubbliku li jipparteċipaw f’tali CCPs, filwaqt li jitqies kif xieraq il-mandat tal-entitajiet tas-settur pubbliku.

▼B

Artikolu 41

Rekwiżiti tal-marġini

▼M18

1.  
CCP għandha timponi, tappella u tiġbor marġnijiet sabiex tillimita l-iskopertura tal-kreditu tagħha mill-membri tal-ikklerjar tagħha u, meta rilevanti, minn CCPs li magħhom ikollha arranġamenti ta’ interoperabbiltà. Tali marġnijiet għandhom ikunu suffiċjenti sabiex ikopru l-iskoperturi potenzjali li s-CCP tqis li se jinħolqu sal-likwidazzjoni tal-pożizzjonijiet rilevanti. Għandhom ikunu wkoll suffiċjenti sabiex ikopru t-telf li jirriżulta minn mill-anqas 99 % tal-movimenti fl-iskoperturi fuq perjodu ta’ żmien xieraq u għandhom jiżguraw li s-CCP tikkollateralizza bis-sħiħ l-iskoperturi tagħha mal-membri tal-ikklerjar kollha tagħha u, meta rilevanti, mas-CCP li magħhom ikollha arranġamenti ta’ interoperabbiltà, mill-anqas fuq bażi ta’ kuljum. CCP għandha timmonitorja u tirrevedi kontinwament il-livell tal-marġni tagħha sabiex ikun jirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq, filwaqt li tqis kwalunkwe effett potenzjalment proċikliku ta’ tali reviżjonijiet.
2.  
CCP għandha tadotta mudelli u parametri fid-determinazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni tagħha li jaqbdu l-karatteristiċi tar-riskju tal-prodotti klerjati u li jikkunsidraw l-intervall bejn il-ġbir tal-marġni, il-likwidità tas-suq u l-possibbiltà ta’ bidliet tul id-durata tat-tranżazzjoni. Il-mudelli u l-parametri għandhom jiġu vvalidati mill-awtorità kompetenti u jkunu soġġetti għal opinjoni mill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 f’konformità mal-Artikolu 19 u opinjoni mill-AETS f’konformità mal-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), maħruġa f’konformità mal-proċedura skont l-Artikolu 17b.
3.  
CCP għandha ssejjaħ il-marġnijiet u tiġborhom fuq bażi tal-istess ġurnata, mill-anqas meta jinqabżu l-limiti predefiniti. Meta tagħmel dan, CCP għandha tikkunsidra, sa fejn ikun possibbli, l-impatt potenzjali tal-ġbir tal-marġni u tal-pagamenti fl-istess ġurnata fuq il-pożizzjoni ta’ likwidità tal-parteċipanti tagħha u fuq ir-reżiljenza tas-CCP. CCP ma għandhiex, sa fejn ikun possibbli, iżżomm pagamenti tal-marġni ta’ varjazzjoni tal-istess ġurnata wara li tkun ġabret tali pagamenti kollha dovuti.

▼B

4.  
Kontroparti ċentrali għandha ssejjaħ u tiġbor il-marġini li jkunu adegwati sabiex ikopru r-riskju li jkun ġej mill-pożizzjonijiet reġistrati f’kull kont miżmum f’konformità mal-Artikolu 39 fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji speċifiċi. Kontroparti ċentrali tista’ tikkalkula l-marġni fir-rigward ta’ portafoll ta’ strumenti finanzjarji sakemm il-metodoloġija li tintuża tkun prudenti u soda.
5.  
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta l-ABE u s-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-perċentwal adatt u l-firxiet taż-żmien għall-perjodu tal-likwidazzjoni u l-kalkolu tal-volatilità storika, kif imsemmi fil-paragrafu 1, li għandhom jitqiesu għall-klassijiet differenti ta’ strumenti finanzjarji, filwaqt li jitqies l-objettiv tal-limitazzjoni tal-proċikliċità, u l-kundizzjonijiet li bihom il-prattika ta’ stabbiliment tal-marġni tal-portafolli msemmija fil-paragrafu 4 tkun tista’ tiġi mplimentata.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 42

Fond tal-inadempjenza

1.  
Biex tillimita aktar l-espożizzjoni tagħha tal-kreditu għall-membri tal-ikklerjar, kontroparti ċentrali għandha żżomm fond ta’ inadempjenza ffinanzjat minn qabel biex ikopri telf li jeċċedi t-telf li għandu jkun kopert b’rekwiżiti ta’ marġini stipulati fl-Artikolu 41, riżultanti mill-inadempjenza, inkluż il-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza ta’ membru tal-ikklerjar wieħed jew iżjed.

Il-kontroparti ċentrali għandha tistabbilixxi ammont minimu li d-daqs tal-fond tal-inadempjenza m’għandu fl-ebda ċirkostanzi jinżel taħtu.

2.  
Kontroparti ċentrali għandha tistabbilixxi d-daqs minimu tal-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza u l-kriterji għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tal-membri tal-ikklerjar singoli. Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu proporzjonali għall-iskoperturi ta’ kull membru tal-ikklerjar.
3.  
Il-fond tal-inadempjenza għandu għall-inqas jippermetti lill-kontroparti ċentrali tirreżisti, taħt kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli, l-inadempjenza tal-membru tal-ikklerjar li għalih għandha l-akbar skoperturi, jew tat-tieni jew it-tielet l-akbar membri tal-ikklerjar, jekk is-somma tal-iskoperturi tagħhom tkun akbar. Kontroparti ċentrali għandha tiżviluppa xenarji ta’ kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli. Ix-xenarji għandhom jinkludi l-aktar perjodi volatili li jkunu ġew esperjenzati mis-swieq li l-kontroparti ċentrali tkun tathom is-servizzi tagħha u firxa ta’ xenarji futuri potenzjali. Għandhom iqisu l-bejgħ għall-għarrieda ta’ riżorsi finanzjarji u tnaqqis rapidu fil-likwidità tas-suq.
4.  
Kontroparti ċentrali tista’ tistabilixxi aktar minn fond tal-inadempjenza wieħed għall-klassijiet ta’ strumenti finanzjarji differenti li tikklerja.
5.  
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u wara li tikkonsulta l-ABE, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-qafas għad-definizzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli msemmija fil-paragrafu 3, li għandhom jintużaw meta jiġi definit id-daqs tal-fond tal-inadempjenza u r-riżorsi finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 43.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 43

Riżorsi finanzjarji oħrajn

1.  
Kontroparti ċentrali għandha żżomm biżżejjed riżorsi finanzjarji ffinanzjati minn qabel biex tkopri t-telf potenzjali li jeċċedi t-telf li għandu jiġi kopert mir-rekwiżiti tal-marġini stipulati fl-Artikolu 41 u l-fond tal-inadempjenza kif imsemmi fl-Artikolu 42. Tali riżorsi finanzjarji ffinanzjati minn qabel għandhom jinkludu riżorsi dedikati tal-kontroparti ċentrali, għandhom ikunu liberament disponibbli għal-kontroparti ċentrali u m’għandhomx jintużaw biex jintlaħaq il-kapital meħtieġ skont l-Artikolu 16.
2.  
Il-fond tal-inadempjenza msemmi fl-Artikolu 42 u r-riżorsi finanzjarji l-oħrajn imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom f’kull ħin jippermettu lill-kontroparti ċentrali tirreżisti l-inadempjenza ta’ mill-inqas iż-żewġ membri tal-ikklerjar li għalihom għandha l-akbar skoperturi taħt kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli.
3.  
Kontroparti ċentrali tista’ titlob lill-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti biex jipprovdu fondi addizzjonali f’każ ta’ inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar ieħor. Il-membri tal-ikklerjar ta’ kontroparti ċentrali għandu jkollhom skoperturi limitati lejn il-kontroparti ċentrali.

Artikolu 44

Kontrolli tar-riskju tal-likwidità

1.  
F’kull ħin il-kontroparti ċentrali għandu jkollha aċċess għal likwidità adegwata biex twettaq is-servizzi u l-attivitajiet tagħha. Għal dak l-għan, hija għandha tikseb il-linji tal-kreditu meħtieġa jew arranġamenti simili sabiex tkopri l-bżonnijiet ta’ likwidità tagħha f’każ li r-riżorsi finanzjarji għad-dispożizzjoni tagħha ma jkunux disponibbli minnufih. Membru tal-ikklerjar, impriża prinċipali jew kumpanija sussidjarja ta’ dak il-membru tal-ikklerjar flimkien ma għandhomx jipprovdu iżjed minn 25 % tal-linji tal-kreditu meħtieġa mi.

▼M18

CCP għandha tkejjel, fuq bażi ta’ kuljum, il-ħtiġijiet ta’ likwidità potenzjali tagħha. Hija għandha tqis ir-riskju tal-likwidità ġġenerat mill-inadempjenza ta’ mill-inqas iż-żewġ entitajiet li għalihom għandha l-akbar skoperturi u li huma membri tal-ikklerjar jew fornituri tal-likwidità, esklużi l-banek ċentrali.

▼B

2.  
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet rilevanti u mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-qafas għall-immaniġġjar tar-riskju tal-likwidità li l-kontropartijiet ċentrali għandhom jirreżistu skont il-paragrafu 1.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 45

Kaskata tal-inadempjenza

1.  
Kontroparti ċentrali għandha tuża l-marġini li jiddaħħlu minn membru tal-ikklerjar inadempjenti qabel riżorsi finanzjarji oħra biex jiġi kopert it-telf.
2.  
Meta l-marġini li jiddaħħlu mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti ma jkunux biżżejjed biex ikopru t-telf imġarrab mill-kontroparti ċentrali, il-kontroparti ċentrali għandha tuża l-kontribuzzjoni tal-fond tal-inadempjenza tal-membru inadempjenti biex tkopri dan it-telf.
3.  
Kontroparti ċentrali għandha tuża l-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza tal-membri tal-ikklerjar li mhumiex inadempjenti u kwalunkwe riżorsi finanzjarji oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 43(1) biss wara li tkun eżawriet il-kontribuzzjonijiet għall-membru tal-ikklerjar inadempjenti.
4.  
Kontroparti ċentrali għandha tuża riżorsi proprji ddedikati qabel ma tuża l-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza ta’ membri tal-ikklerjar li mhumiex inadempjenti. Kontroparti ċentrali ma għandhiex tuża l-marġini li ddaħħlu minn membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti biex tkopri t-telf riżultanti mill-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar ieħor.
5.  
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti u mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu u ż-żamma tal-ammont ta’ riżorsi proprji tal-kontroparti ċentrali li għandha tintuża skont il-paragrafu 4.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M15

Artikolu 45a

Restrizzjonijiet temporanji fil-każ ta’ event sinifikanti mhux ta’ inadempjenza

1.  

Fil-każ ta’ event sinifikanti mhux ta’ inadempjenza kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar- Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità kompetenti tista’ titlob lis-CCP biex toqgħod lura minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin għal perijodu speċifikat mill-awtorità kompetenti, li ma jistax jaqbeż ħames snin:

(a) 

li tagħmel distribuzzjoni ta’ dividendi jew jingħata impenn irrevokabbli ta’ distribuzzjoni ta’ dividendi, minbarra għal drittijiet għal dividendi speċifikament imsemmija fir-Regolament (UE) 2021/23, bħala forma ta’ kumpens;

(b) 

ix-xiri lura ta’ ishma ordinarji;

(c) 

li toħloq obbligu li titħallas remunerazzjoni varjabbli kif definit mill-politika ta’ remunerazzjoni tas-CCP skont l-Artikolu 26(5) ta’ dan ir-Regolament, benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew indenizzi għat-terminazzjoni tal-impjieg lill-maniġment superjuri kif definit fil-punt 29 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

L-awtorita’ kompetenti m’għandhiex tillimita lis-CCP milli tieħu kwalunkwe azzjoni fl-ewwel subparagrafu, jekk is-CCP tkun obbligata legalment li twettaq dik l-azzjoni u l-obbligu jiġi qabel l-avvenimenti skont l-ewwel subparagrafu.

2.  
L-awtorita’ kompetenti tista’ tiddeċiedi li tirrinunzja r-restrizzjonijiet fil-paragrafu 1 fejn tqis li t-tneħħija ta’ dawk ir-restrizzjonijiet ma tnaqqasx il-kwantità jew id-disponibbiltà tar-riżorsi proprji tas-CCP, b’mod partikolari r-riżorsi proprji disponibbli għall-użu bħala miżura ta’ rkupru.
3.  
Sat-12 ta’ Frar 2022 l-ESMA għandha tabbozza linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fejn tispeċifika aktar iċ-ċirkostanzi li fihom l-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ li s-CCP tieqaf milli tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 46

Rekwiżiti tal-kollateral

▼M18

1.  
CCP għandha taċċetta kollateral likwidu ħafna b’riskju minimu ta’ kreditu u tas-suq sabiex tkopri l-iskopertura inizjali u kontinwa tagħha għall-membri tal-ikklerjar tagħha.

CCP tista’, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet rilevanti, taċċetta garanziji pubbliċi, garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali, sakemm dawn ikunu disponibbli mingħajr kundizzjonijiet fuq talba fil-perjodu ta’ likwidazzjoni msemmi fl-Artikolu 41.

CCP għandha tistabbilixxi fir-regoli operattivi tagħha l-livell minimu aċċettabbli ta’ kollateralizzazzjoni għall-garanziji li taċċetta u tista’ tispeċifika li tista’ taċċetta garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali kompletament mhux kollateralizzati. CCP tista’ taċċetta garanziji pubbliċi, garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali biss biex tkopri l-iskopertura inizjali u kontinwa tagħha għall-membri tal-ikklerjar tagħha li huma kontropartijiet mhux finanzjarji jew għal klijenti ta’ membri tal-ikklerjar, dment li dawk il-klijenti jkunu kontropartijiet mhux finanzjarji.

Meta jiġu pprovduti assi, garanziji pubbliċi, garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali lil CCP dik is-CCP għandha:

(a) 

tieħu kont tal-garanziji bankarji pubbliċi jew tal-garanziji bankarji kummerċjali meta tikkalkula l-iskopertura tagħha għall-bank, li huwa wkoll membru tal-ikklerjar, li joħroġhom;

(b) 

tissoġġetta lill-garanziji bankarji pubbliċi jew lill-garanziji bankarji kummerċjali mhux kollateralizzati għal limiti ta’ konċentrazzjoni;

(c) 

tapplika t-telf impost adegwat fuq il-valuri tal-assi, il-garanziji pubbliċi, il-garanziji bankarji pubbliċi u l-garanziji bankarji kummerċjali sabiex dawk il-valuri jkunu jirriflettu l-potenzjal biex dawk il-valuri jonqsu matul l-intervall bejn l-aħħar rivalwazzjoni tagħhom u ż-żmien sa meta jistgħu raġonevolment jiġu preżunti li jiġu likwidati jew eżerċitati, kif applikabbli;

(d) 

tqis ir-riskju ta’ likwidità wara l-inadempjenza ta’ parteċipant fis-suq u r-riskju ta’ konċentrazzjoni fuq ċerti assi fl-istabbiliment tal-kollateral aċċettabbli u tat-telf impost rilevanti għas-CCP;

(e) 

tqis il-ħtieġa li jiġi minimizzat kwalunkwe effett proċikliku potenzjali ta’ tali reviżjonijiet meta tirrevedi l-livell tat-telf impost li tapplika għall-assi u l-garanziji pubbliċi, il-garanziji bankarji pubbliċi u l-garanziji bankarji kummerċjali li taċċetta bħala kollateral.

▼B

2.  
Kontroparti ċentrali tista’ taċċetta, meta dan ikun xieraq u prudenti biżżejjed, dak li fuqu hu bbażat il-kuntratt tad-derivati jew l-istrument finanzjarju li joriġina mill-iskopertura tal-kontroparti ċentrali bħala kollateral sabiex tkopri r-rekwiżiti tal-marġini tagħha.

▼M18

3.  

L-AETS, b’kooperazzjoni mal-EBA, u wara li tikkonsulta mal-BERS u mal-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

it-tip ta’ kollateral li jista’ jitqies bħala likwidu ħafna, bħall-flus kontanti, id-deheb, il-bonds tal-gvern u oħrajn korporattivi ta’ kwalità għolja u bonds koperti,

(b) 

it-telf impost imsemmi fil-paragrafu 1, filwaqt li jitqies l-objettiv li tiġi limitata l-proċiklikalità tagħhom; u

(c) 

il-kundizzjonijiet rilevanti li fihom il-garanziji pubbliċi, il-garanziji ta’ banek pubbliċi u l-garanziji ta’ anek kummerċjali jistgħu jiġu aċċettati bħala kollateral skont il-paragrafu 1, inklużi limiti ta’ konċentrazzjoni xierqa, rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu u rekwiżiti stretti għal riskji ta’ korrelazzjoni ħażina għal garanziji ta’ banek pubbliċi u garanziji ta’ banek kummerċjali.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 47

Politika tal-investiment

1.  
Kontroparti ċentrali għandha tinvesti r-riżorsi finanzjarji tagħha biss fi flus kontanti jew fi strumenti finanzjarji likwidi ħafna biss b’riskju minimu tas-suq u ta’ kreditu. L-investimenti ta’ kontroparti ċentrali għandhom ikunu kapaċi li jkunu likwidati b’mod rapidu b’effett avvers minimu fuq il-prezz.
2.  
L-ammont ta’ kapital, inkluż il-qligħ miżmum u r-riżervi ta’ kontroparti ċentrali li ma jkunux investiti skont il-paragrafu 1, m’għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-Artikolu 16(2) jew l-Artikolu 45(4).
3.  
L-istrumenti finanzjarji skjerati bħala marġini jew bħala kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza għandhom, fejn disponibbli, ikunu depożitati ma’ operaturi ta’ sistemi ta’ saldu ta’ titoli li jiżguraw il-protezzjoni sħiħa ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji. Jew inkella jistgħu jintużaw arranġamenti oħra sikuri ħafna ma’ istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati.
4.  
Id-depożiti ta’ flus kontanti ta’ kontroparti ċentrali għandhom jitwettqu permezz ta’ arranġamenti sikuri ħafna ma’ istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati jew inkella permezz tal-użu tal-faċilitajiet permanenti ta’ depożiti tal-banek ċentrali jew mezzi kumparabbli oħrajn provduti mill-banek ċentrali.
5.  
Fejn kontroparti ċentrali tiddepożita assi ma’ terz, hija għandha tiżgura li l-assi li jappartjenu lill-membri tal-ikklerjar ikunu identifikabbli b’mod separat mill-assi li jappartjenu lill-kontroparti ċentrali u mill-assi li jappartjenu lil dak it-terz permezz ta’ kontijiet b’titoli differenti fil-kotba tat-terz jew kwalunkwe miżuri ekwivalenti oħrajn li jilħqu l-istess livell ta’ protezzjoni. Kontroparti ċentrali għandu jkollha aċċess minnufih għall-istrumenti finanzjarji meta dan ikun meħtieġ.
6.  
Kontroparti ċentrali m’għandhiex tinvesti l-kapital tagħha jew is-somom riżultanti mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 41, 42, 43 jew 44 fit-titoli tagħha stess jew dawk tal-impriża prinċipali jew is-sussidjarja tagħha.
7.  
Kontroparti ċentrali għandha tikkunsidra l-iskoperturi tar-riskju tal-kreditu globali tagħha għal individwi b’obbligazzjoni meta tagħmel id-deċiżjonijiet tal-investiment tagħha u għandha tiżgura li l-iskoperturi tar-riskju globali tagħha għal kwalunkwe indiviwdu b’obbligazzjoni tibqa’ skont limiti ta’ konċentrazzjoni aċċettabbli.
8.  
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-ABE u mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jiġu kkunsidrati likwidi ħafna, bi kreditu u riskju tas-suq minimu kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-arranġamenti b’sigurtà għolja msemmija fil-paragrafi 3 u 4 u l-limiti ta’ konċentrazzjoni msemmijin fil-paragrafu 7.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 48

Proċeduri ta’ inadempjenza

1.  
Kontroparti ċentrali għandu jkollha fis-seħħ proċeduri dettaljati li għandhom jiġu segwiti meta membru tal-ikklerjar ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ parteċipazzjoni tal-kontroparti ċentrali stabbiliti fl-Artikolu 37 fil-limitu taż-żmien u skont il-proċeduri stabbiliti mil-kontroparti ċentrali. Il-kontroparti ċentrali għandha tistabbilixxi fid-dettall il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’każ li l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar ma tkunx iddikjarata mill-kontroparti ċentrali. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu rieżaminati annwalment.
2.  
Kontroparti ċentrali għandha tieħu azzjoni minnufih biex iżżomm telf u pressjonijiet ta’ likwidità li jirriżultaw minn inadempjenzi u għandha tiżgura li l-għeluq totali ta’ kwalunkwe pożizzjonijiet tal-membru tal-ikklerjar ma jfixkilx l-operazzjonijiet tagħha jew jesponi l-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti għal telf li ma jistax jiġi antiċipat jew ikkontrollat.
3.  
Fejn kontroparti ċentrali tqis li l-membru tal-ikklerjar mhux se jkun kapaċi jissodisfa l-obbligi futuri tiegħu, għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti qabel ma tiġi ddikjarata jew skattata l-proċedura ta’ inadempjenza. L-awtorità kompetenti għandha minnufih tikkomunika din l-informazzjoni lill-AETS, lill-membri rilevanti tas-SEBĊ u lill-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti.
4.  
Kontroparti ċentrali għandha tivverifika li l-proċeduri tal-inadempjenza tagħha huma infurzabbli. Għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tiżgura li jkollha s-setgħat legali biex tillikwida l-pożizzjonijiet proprjetarji tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti u biex tittrasferixxi jew tillikwida l-pożizzjonijiet tal-klijent tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti.
5.  
►M18  Meta l-assi u l-pożizzjonijiet huma rreġistrati fir-rekords u l-kontijiet ta’ CCP bħala miżmumin għall-kont ta’ klijent ta’ membru tal-ikklerjar inadempjenti skont l-Artikolu 39(2), is-CCP għandha, tal-inqas, tintrabat kuntrattwalment li tattiva l-proċeduri għat-trasferiment tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti għall-kontijiet tal-klijenti kollha tagħha lil membru tal-ikklerjar ieħor magħżul minn dawk il-klijenti kollha, u għandha tittrasferixxi tali assi u pożizzjonijiet sakemm il-klijenti kollha ma joġġezzjonawx għal tali trasferiment qabel jiġi konkluż dak it-trasferiment u mingħajr il-kunsens tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti. Dak il-membru tal-ikklerjar l-ieħor għandu jkun obbligat li jaċċetta dawk l-assi u l-pożizzjonijiet fil-każ biss meta qabel ikun daħal f’relazzjoni kuntrattwali ma’ dawk il-klijenti, li biha jkun intrabat li jagħmel hekk. Jekk it-trasferiment għal dak il-membru tal-ikklerjar l-ieħor ma jkunx sar għal kwalunkwe raġuni f’perjodu ta’ trasferiment predefinit speċifikat fir-regoli operattivi tagħha, is-CCP tista’ tieħu l-passi kollha permessi mir-regoli tagħha biex tamministra attivament ir-riskji tagħha fir-rigward ta’ dawk il-pożizzjonijiet, inkluża l-likwidazzjoni tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti għall-kont tal-klijenti tagħha. ◄
6.  
Fejn l-assi u l-pożizzjonijiet huma rreġistrati fir-rekords u l-kontijiet ta’ kontroparti ċentrali bħala miżmumin għall-kont ta’ klijent ta’ membru tal-ikklerjar inadempjenti skont l-Artikolu 39(3), il-kontroparti ċentrali għandha, tal-anqas, tikkommetti lilha nfisha kuntrattwalment li tiskatta l-proċeduri għat-trasferiment tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti għall-kont tal-klijent lil membru tal-ikklerjar ieħor magħżul mill-klijent, fuq talba tal-klijent u mingħajr il-kunsens tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti. Dak il-membru tal-ikklerjar l-ieħor għandu jkun obbligat li jaċċetta dawn l-assi u l-pożizzjonijiet fil-każ biss fejn qabel ikun daħal f’relazzjoni kuntrattwali mal-klijent, li biha jkun ikkommetta lilu nnifsu li jagħmel hekk. Jekk it-trasferiment għal dak il-membru tal-ikklerjar l-ieħor ma jkunx sar għal kwalunkwe raġuni f’perjodu ta’ trasferiment predefinit speċifikat fir-regoli operattivi tagħha, il-kontroparti ċentrali tista’ tieħu l-passi kollha permessi mir-regoli tagħha biex tamministra attivament ir-riskji tagħha fir-rigward ta’ dawk il-pożizzjonijiet, inkluża l-likwidazzjoni tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti għall-kont tal-klijent.
7.  
Il-kollateral tal-klijenti li jkun distint skont l-Artikolu 39(2) u (3) għandu jintuża esklużivament biex ikopri il-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont tagħhom. Kwalunkwe bilanċ dovut mill-kontroparti ċentrali wara l-ikkompletar tal-proċess ta’ mmaniġġjar tal-inadempjenza tal-membru tal-ikklerjar mill-kontroparti ċentrali għandu jingħata lura fil-pront lil dawk il-klijenti meta jkunu magħrufa lill-kontroparti ċentrali jew, jekk ma jkunux, lill-membru tal-ikklerjar għall-kont tal-klijenti tagħha.

▼M18

8.  
Fil-każ ta’ inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar u meta tali inadempjenza tirriżulta fit-trasferiment sħiħ jew parzjali tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma mill-klijenti mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti lejn membru tal-ikklerjar ieħor f’konformità mal-paragrafi 5 u 6, dak il-membru tal-ikklerjar l-ieħor jista’, għal tliet xhur mid-data ta’ dak it-trasferiment, jiddependi fuq id-diliġenza dovuta mwettqa mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tad-Direttiva (UE) 2015/849 għall-fini ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva.

Meta l-membru tal-ikklerjar li lilu jkun sar it-trasferiment tal-assi u l-pożizzjonijiet, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ikun soġġett għar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kapitali għall-iskoperturi tal-membri tal-ikklerjar lejn il-klijenti skont dak ir-Regolament fi żmien perjodu miftiehem mal-awtorità kompetenti tiegħu, li ma għandux jaqbeż it-tliet xhur mid-data ta’ dak it-trasferiment.

▼B

Artikolu 49

Rieżami ta’ mudelli, ittestjar tal-istress u ttestjar retrospettiv

▼M18

1.  
CCP għandha tirrieżamina regolarment il-mudelli u l-parametri adottati sabiex tikkalkula r-rekwiżiti tal-marġni tagħha, il-kontribuzzjonijiet għal fond tal-inadempjenza, ir-rekwiżiti tal-kollateral u mekkaniżmi oħrajn ta’ kontroll tar-riskju. Hija għandha tissoġġetta l-mudelli għal testijiet tal-istress rigorużi u frekwenti sabiex tivvaluta r-reżiljenza tagħhom f’kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli u għandha twettaq testijiet retrospettivi sabiex tivvaluta l-affidabbiltà tal-metodoloġija adottata. Is-CCP għandha tikseb validazzjoni indipendenti, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tagħha u lill-AETS bir-riżultati tat-testijiet imwettqa u għandha tikseb il-validazzjoni tagħhom f’konformità mal-paragrafi 1a sa 1e qabel ma tadotta kwalunkwe bidla sinifikanti fil-mudelli u l-parametri.

Meta CCP ikollha l-ħsieb li tadotta bidla f’mudell jew parametru msemmi fl-ewwel subparagrafu, hija għandha tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

meta s-CCP tqis li l-bidla maħsuba tkun sinifikanti skont il-paragrafu 1i, hija għandha tapplika għall-validazzjoni tal-bidla f’konformità mal-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu;

(b) 

meta s-CCP tqis li l-bidla maħsuba ma tkunx sinifikanti skont il-paragrafu 1i ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tapplika għall-validazzjoni tal-bidla f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 49a.

1a.  
Il-bidliet kollha fil-mudelli u l-parametri mhux ivvalutati skont l-Artikolu 49a għandhom jiġu stmati f’konformità mal-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu.

Il-mudelli u l-parametri adottati, inkluża kwalunkwe bidla sinifikanti fihom, għandhom ikunu soġġetti għal opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

L-AETS għandha tiżgura li l-informazzjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet tal-istress tiġi mgħoddija lill-ASE, lis-SEBĊ u lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw l-iskopertura tal-impriżi finanzjarji għall-inadempjenza tas-CCPs.

1b.  
Meta CCP ikollha l-ħsieb li tadotta kwalunkwe bidla fil-mudell jew il-parametru msemmija fil-paragrafu 1, hija għandha tissottometti applikazzjoni għall-validazzjoni ta’ tali bidla f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali. Dik l-applikazzjoni għandha tiġi kondiviża minnufih mal-awtorità kompetenti tas-CCP, mal-AETS u mal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18. Is-CCP għandha tinkludi validazzjoni indipendenti tal-bidla maħsuba fl-applikazzjoni tagħha.

Fi żmien jumejn tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ tali applikazzjoni, għandha tintbagħat konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni lis-CCP, permezz tal-bażi tad-data ċentrali.

1c.  
L-awtorità kompetenti tas-CCP u l-AETS għandhom jivvalutaw kull wieħed, fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni, jekk l-applikazzjoni fihiex id-dokumenti meħtieġa u jekk dawk id-dokumenti fihomx l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-paragrafu 5, il-punt (d).

Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP jew l-AETS tikkonkludi li ma jkunux ġew sottomessi d-dokumenti jew l-informazzjoni kollha meħtieġa, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha titlob lis-CCP applikanti tissottometti dokumenti jew informazzjoni addizzjonali li hija jew l-AETS jkunu identifikaw bħala neqsin, permezz tal-bażi tad-data ċentrali. Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jista’ f’dak il-każ jiġi estiż b’massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol. L-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda meta l-awtorità kompetenti tas-CCP jew l-AETS tikkonkludi li s-CCP tkun naqset milli tikkonforma ma’ kwalunkwe talba bħal din u, f’każ bħal dan, l-awtorità li kkonkludiet li l-applikazzjoni għandha tiġi rrifjutat għandha tinforma lill-awtorità l-oħra b’dan. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinforma lis-CCP bid-deċiżjonijiet li tirrifjuta l-applikazzjoni permezz tal-bażi tad-data ċentrali u tinforma wkoll lis-CCP dwar id-dokumenti jew l-informazzjoni identifikati bħala neqsin.

1d.  

Fi żmien 40 jum tax-xogħol minn meta jiġi konkluż li d-dokumenti u l-informazzjoni kollha ġew ippreżentati f’konformità mal-paragrafu 1c:

(a) 

l-awtorità kompetenti għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju tal-bidla sinifikanti u tissottometti r-rapport tagħha lill-AETS u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18; u

(b) 

l-AETS għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju tal-bidla sinifikanti u tissottometti r-rapport tagħha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18.

Matul il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tas-CCP, l-AETS jew kwalunkwe wieħed mill-membri tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 jistgħu jissottomettu, permezz tal-bażi tad-data ċentrali, mistoqsijiet direttament lis-CCP applikanti, u jitolbu informazzjoni komplementari mingħandha, u għandhom jistabbilixxu skadenza sa meta s-CCP applikanti għandha tipprovdi tali informazzjoni.

Fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievi r-rapporti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu jadotta opinjoni skont l-Artikolu 19 u jittrażmettiha lill-AETS u lill-awtorità kompetenti. Minkejja l-adozzjoni proviżorja f’konformità mal-paragrafu 1g, l-awtorità kompetenti u l-AETS ma għandhomx jadottaw deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta l-validazzjoni ta’ tibdil sinifikanti għall-mudelli jew il-parametri sakemm tali opinjoni tiġi adottata mill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, għajr jekk il-kulleġġ ma jkunx adotta dik l-opinjoni fil-limitu ta’ żmien.

1e.  
Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu l-opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, jew wara l-iskadenza għall-għoti ta’ dik l-opinjoni, skont liema minnhom tiġi l-ewwel, l-awtorità kompetenti tas-CCP u l-AETS għandhom kull wieħed jagħtu jew jirrifjutaw il-validazzjoni, filwaqt li jqisu r-rapporti msemmija fil-paragrafu 1d, l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, u dik l-opinjoni, u għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miktub dwar dan, filwaqt li jipprovdu spjegazzjoni motivata bis-sħiħ għall-għotja jew ir-rifjut. Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP jew l-AETS ma tkunx ivvalidat il-bidla, il-validazzjoni għandha tiġi rrifjutata.

Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP jew l-AETS ma taqbilx mal-opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, inkluża kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tinsab fiha, id-deċiżjoni tagħha għandu jkun fiha raġunijiet sħaħ u spjegazzjoni ta’ kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dik l-opinjoni jew mill-kundizzjonijiet jew mir-rakkomandazzjonijiet.

1f.  
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinforma lis-CCP, sal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1e, jekk il-validazzjonijiet ikunux ingħataw jew ġewx irrifjutati u għandha tipprovdi spjegazzjoni motivata bis-sħiħ għal dan.
1g.  
Is-CCP ma tista’ tadotta ebda bidla sinifikanti għall-mudell jew il-parametru msemmija fil-paragrafu 1 qabel ma tikseb il-validazzjoni kemm mill-awtorità kompetenti tagħha u mill-AETS.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, meta mitluba mis-CCP, l-awtorità kompetenti, bi ftehim mal-AETS, tista’ tippermetti adozzjoni proviżorja ta’ bidla sinifikanti ta’ mudell jew parametru qabel il-validazzjonijiet tagħhom meta debitament ġustifikat. Tali bidla temporanja għandha tkun permessa biss għal ċertu perjodu ta’ żmien speċifikat b’mod konġunt mill-awtorità kompetenti tas-CCP u mill-AETS. Wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, is-CCP ma għandhiex titħalla tuża tali bidla, sakemm ma tkunx ġiet ivvalidata skont dan l-Artikolu.

1h.  
Il-bidliet fil-parametri li huma r-riżultat tal-applikazzjoni ta’ metodoloġija li hija parti minn mudell ivvalidat, jew minħabba input estern jew minħabba eżerċizzju regolari ta’ rieżami jew ta’ kalibrazzjoni, ma għandhomx jitqiesu bħala bidliet fil-mudelli u fil-parametri għall-fini ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 49a.
1i.  

Bidla għandha titqies bħala sinifikanti meta tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-bidla twassal għal tnaqqis jew żieda sinifikanti tar-riżorsi finanzjarji totali tas-CCP iffinanzjati minn qabel, inklużi r-rekwiżiti tal-marġni, il-fond tal-inadempjenza u r-riżorsi proprji ddedikati kif imsemmija fl-Artikolu 45(4);

(b) 

l-istruttura jew l-elementi strutturali tal-mudell tal-marġni jinbidlu;

(c) 

komponent tal-mudell tal-marġni, inkluż parametru tal-marġni jew suppliment, jiġi introdott, jitneħħa, jew jiġi emendat b’mod li jwassal għal tnaqqis jew żieda tal-output tal-mudell tal-marġni fil-livell tas-CCP;

(d) 

il-metodoloġija użata sabiex jiġu kkalkolati l-kumpensi tal-portafoll tinbidel b’mod li twassal għal tnaqqis jew żieda sinifikanti tar-rekwiżiti tal-marġni totali għall-istrumenti finanzjarji fi ħdan il-portafoll;

(e) 

il-metodoloġija għad-definizzjoni u l-kalibrazzjoni tax-xenarji tat-testijiet tal-istress għall-fini tad-determinazzjoni tad-daqs tal-fondi tal-inadempjenza tas-CCP u d-daqs tal-kontribuzzjonijiet tal-membri tal-ikklerjar individwali għal dawk il-fondi tal-inadempjenza tinbidel, li jwassal għal tnaqqis jew żieda sinifikanti fid-daqs ta’ kwalunkwe mill-fondi tal-inadempjenza jew ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni ta’ fond tal-inadempjenza individwali;

(f) 

il-metodoloġija applikata għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ likwidità tinbidel, li jwassal għal tnaqqis jew żieda sinifikanti tal-ħtiġijiet ta’ likwidità stmati fi kwalunkwe munita jew tal-ħtiġijiet ta’ likwidità totali;

(g) 

il-metodoloġija applikata biex jiġi ddeterminat ir-riskju ta’ konċentrazzjoni li CCP ikollha fil-konfront ta’ kontroparti individwali tinbidel, b’tali mod li l-iskopertura ġenerali tas-CCP għal dik il-kontroparti tonqos jew tiżdied b’mod sinifikanti;

(h) 

il-metodoloġija applikata sabiex jingħata valur lill-kollateral, jew jiġi kkalibrat it-telf impost tal-kollateral tinbidel, b’tali mod li l-valur totali ta’ kollateral jonqos jew jiżdied b’mod sinifikanti;

(i) 

il-bidla jista’ jkollha effett materjali fuq ir-riskju ġenerali tas-CCP.

▼B

2.  
Kontroparti ċentrali għandha regolarment tittestja l-aspetti ewlenin tal-proċeduri tal-inadempjenza tagħha u għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tiżgura li l-membri tal-ikklerjar kollha jifhmuhom u jkollhom arranġamenti xierqa fis-seħħ sabiex jirrispondu għal avveniment ta’ inadempjenza.
3.  
Kontroparti ċentrali għandha pubblikament tiżvela l-informazzjoni ewlenija fuq il-mudell tal-immaniġġjar tar-riskji tagħha u l-preżunzjonijiet adottati għat-twettiq tat-testijiet tal-istress imsemmija fil-paragrafu 1.
4.  

Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-ABE, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra u l-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

it-tip ta’ testijiet li għandhom jitwettqu għal klassijiet differenti ta’ strumenti finanzjarji u portafolji;

(b) 

l-involviment tal-membri tal-ikklerjar jew partijiet oħra fit-testijiet;

(c) 

il-frekwenza tat-testijiet;

(d) 

il-firxa taż-żmien tat-testijiet;

(e) 

l-informazzjoni prinċipali msemmija fil-paragrafu 3.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M18

5.  

L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar;

(a) 

x’jikkostitwixxi żieda jew tnaqqis sinifikanti għall-finijiet tal-paragrafu 1i, il-punti (a) u (c), (d) sa (h);

(b) 

l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi vvalutat jekk intlaħqitx waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1i;

(c) 

bidliet oħra fil-mudelli li jistgħu jitqiesu bħala diġà koperti mill-mudell approvat u għalhekk ma jitqisux bħala bidla fil-mudell u mhumiex soġġetti għall-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 49a; u

(d) 

il-listi ta’ dokumenti meħtieġa li għandhom jakkumpanjaw applikazzjoni għall-validazzjoni skont il-paragrafu 1c ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 49a u l-informazzjoni li għandu jkun fihom tali dokumenti sabiex juru li s-CCP tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament.

Id-dokumenti u l-livell ta’ informazzjoni meħtieġa għandhom ikunu proporzjonati mat-tip ta’ validazzjoni tal-mudell iżda jkun fihom dettall suffiċjenti biex jiżguraw analiżi xierqa tal-bidla.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-AETS tista’ tistabbilixxi valuri differenti għall-punti differenti tal-paragrafu 1i.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M18

6.  
L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format elettroniku tal-applikazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-bażi tad-data ċentrali għall-validazzjoni msemmija fil-paragrafu 1b ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 49a.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 49a

Proċedura aċċellerata għal bidliet mhux sinifikanti għall-mudelli u l-parametri ta’ CCP

1.  
Meta CCP tqis li bidla f’mudell jew parametru msemmi fl-Artikolu 49(1) li jkollha l-ħsieb li tadotta ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1i ta’ dak l-Artikolu, hija tista’ titlob li l-applikazzjoni għall-validazzjoni tal-bidla tkun soġġetta għall-proċedura aċċellerata skont dan l-Artikolu.
2.  

Il-proċedura aċċellerata għandha tapplika għal bidla proposta għal mudell jew parametru meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

is-CCP tkun talbet validazzjoni ta’ bidla li għandha tiġi vvalutata skont dan l-Artikolu; u

(b) 

l-awtorità kompetenti tas-CCP u l-AETS it-tnejn ikunu kkonkludew li l-bidla proposta mhijiex sinifikanti skont il-paragrafu 4.

3.  
Is-CCP għandha tissottometti l-applikazzjoni tagħha inklużi d-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 49(5), il-punt (d), f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali. Is-CCP għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex turi għaliex il-bidla proposta għandha titqies mhux sinifikanti u għalhekk tikkwalifika għal valutazzjoni skont il-proċedura aċċellerata skont dan l-Artikolu.

Konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni għandha tintbagħat lis-CCP permezz tal-bażi tad-data ċentrali fi żmien jumejn tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ dik l-applikazzjoni.

4.  
L-awtorità kompetenti tas-CCP u l-AETS għandhom jiddeċiedu, fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-wasla tal-konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni, jekk il-bidla proposta tkunx sinifikanti jew le.
5.  
Meta, f’konformità mal-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tas-CCP jew l-AETS tkun iddeċidiet li l-bidla hija sinifikanti, huma għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miktub b’dan u l-applikazzjoni għall-validazzjoni ta’ dik il-bidla ma għandhiex tkun soġġetta għall-proċedura aċċellerata skont dan l-Artikolu.

L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinnotifika lis-CCP applikanti permezz tal-bażi tad-data ċentrali, inkluża spjegazzjoni motivata bis-sħiħ, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 4. Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mir-riċevuta tan-notifika, is-CCP għandha jew tirtira l-applikazzjoni jew inkella tikkomplementaha biex tissodisfa r-rekwiżiti għal applikazzjoni skont l-Artikolu 49.

6.  

Meta, f’konformità mal-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tas-CCP u l-AETS ikunu ddeċidew li l-bidla mhijiex sinifikanti, huma għandhom kull wieħed, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn dik id-deċiżjoni:

(a) 

jagħtu l-validazzjoni, meta s-CCP tikkonforma ma’ dan ir-Regolament, jew jirrifjutawha, meta s-CCP ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament; u

(b) 

jinfurmaw lil xulxin bil-miktub, inkluża spjegazzjoni motivata bis-sħiħ, jekk il-validazzjoni tkunx ingħatat jew ġietx irrifjutata.

Meta waħda minnhom ma tkunx tat il-validazzjoni mudell, il-validazzjoni għandha tiġi rrifjutata.

7.  
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinforma lis-CCP applikanti bil-miktub, permezz tal-bażi tad-data ċentrali, inkluża spjegazzjoni motivata bis-sħiħ, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafu 6 jekk il-validazzjoni tkunx ingħatat jew ġietx irrifjutata.

▼B

Artikolu 50

Saldu

1.  
Kontroparti ċentrali għandha, meta prattikabbli u disponibbli, tuża flus tal-bank ċentrali biex issalda t-transazzjonijiet tagħha. Meta l-flus tal-bank ċentrali ma jintużawx, għandhom jittieħdu passi biex b’mod strett jiġu llimitati r-riskji tal-ħlas bi flus kontanti.
2.  
Kontroparti ċentrali għandha tiddikjara b’mod ċar l-obbligi tagħha fir-rigward tal-kunsenji ta’ strumenti finanzjarji, inklużi jekk ikollhiex obbligu li tagħmel jew tirċievi kunsenja ta’ strument finanzjarju jew li tindennizza l-parteċipanti għal telf imġarrab fil-proċess tal-kunsenja.
3.  
Meta Kontroparti ċentrali jkollha obbligu li tagħmel jew tirċievi kunsenji ta’ strumenti finanzjarji, għandha telimina r-riskju prinċipali permezz tal-użu ta’ mekkaniżmi ta’ kunsenja kontra ħlas sal-limitu possibbli.

▼M1

KAPITOLU 4

Kalkoli u rappurtar għall-finijiet tar-Regolament (EU) No 575/2013

Artikolu 50a

Kalkolu tal-KCCP

▼C1

1.  
Għall-finijiet tal-Artikolu 308 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment ( 24 ), CCP għandha tikkalkula l-KCCP kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għal kull kuntratt u transazzjoni li jikklerja għall-membri tal-ikklerjar tiegħu kollha li jaqgħu fil-kopertura tal-fond ta' inadempjenza partikolari.

▼M13

2.  

CCP għandha tikkalkula l-kapital ipotetiku (KCCP) kif ġej:

fejn:

KCCP

=

il-kapital ipotetiku;

i

=

l-indiċi li jindika l-membru ta' kklerjar;

EADi

=

l-ammont ta' skopertura tas-CCP għal membru ta' kklerjar i, inkluż it-tranżazzjonijiet tal-membru ta' kklerjar stess mas-CCP, it-tranżazzjonijiet ta' klijenti garantiti mill-membru ta' kklerjar, u l-valuri kollha ta' kollateral miżmum mis-CCP, inkluż il-kontribuzzjoni ta' finanzjament ta' inadempjenza prefinanzjata tal-membru ta' kklerjar, kontra dawk it-tranżazzjonijiet, relatata mal-valutazzjoni fl-aħħar tad-data tar-rappurtar regolatorju qabel jiġi skambjat il-marġni appellat fl-appell għall-marġni finali ta' dik il-ġurnata;

RW

=

ponderazzjoni tar-riskju ta' 20 %; u

proporzjon tal-kapital

=

8 %.

▼M1

3.  
CCP għandha twettaq il-kalkolu meħtieġ mill-paragrafu 2 mill-inqas tal-inqas fuq bażi trimestrali jew aktar spiss fejn obbligata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk il-membri tal-ikklerjar tagħha li huma istituzzjonijiet.
4.  

L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex jiġi speċifikat dan li ġej għall-fini tal-paragrafu 3:

(a) 

il-frekwenza u d-dati tal-kalkolu speċifikat fil-paragrafu 2;

(b) 

is-sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità kompetenti ta' istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tista’ tirrikjedi kalkoli u rappurtar aktar frekwenti minn dawk imsemmija fil-punt (a).

L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

▼M13

Artikolu 50b

Regoli ġenerali għall-kalkolu tal-KCCP

Għall-finijiet tal-kalkolu ta' KCCP imsemmi fl-Artikolu 50a(2), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

Is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskoperturi li jkollhom għall-membri ta' kklerjar tagħhom kif ġej:

(i) 

għal skoperturi li jirriżultaw mill-kuntratti u t-tranżazzjonijiet elenkati fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur f'konformità mal-metodu stabbilit fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta' dak ir-Regolament billi jużaw perijodu marġinali ta' riskju ta' 10 ġranet tan-negozju;

(ii) 

għal skoperturi li jirriżultaw mill-kuntratti u t-tranżazzjonijiet elenkati fil-punt (b) tal-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur (EADi) f'konformità mal-formula li ġejja:

EADi = max{EBRMi – IMi – DFi; 0}

fejn:

EADi

=

l-valur tal-iskopertura;

i

=

l-indiċi li jindika l-membru ta' kklerjar;

EBRMi

=

il-valur ta' skopertura qabel il-mitigazzjoni tar-riskju li jkun daqs il-valur ta' skopertura tas-CCP għall-membru ta' kklerjar i li jirriżulta mill-kuntratti u t-tranżazzjonijiet kollha ma' dak il-membru ta' kklerjar, kalkulat mingħajr ma jittieħed kont tal-kollateral depożitat minn dak il-membru ta' kklerjar;

IMi

=

il-marġni inizjali kollokat mas-CCP mill-membru ta' kklerjar i;

DFi

=

il-kontribuzzjoni tal-fond inadempjenti prefinanzjat tal-membru ta' kklerjar i.

Il-valuri kollha f' din il-formula għandhom ikunu relatati mal-valutazzjoni fl-aħħar tal-ġurnata qabel jiġi skambjat il-marġni appellat fl-appell għall-marġni finali ta' dik il-ġurnata;

(iii) 

għas-sitwazzjonijiet imsemmija fit-tielet sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-ewwel sentenza ta' dak is-subparagrafu f'konformità mal-formula stipulata fil-punt (a)(ii) ta' dan l-Artikolu, u għandhom jiddeterminaw l-EBRMi f'konformità mat-Titolu V tal-Parti Tlieta ta' dak ir-Regolament;

(b) 

għall-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 is-settijiet tan-netting ikunu l-istess bħal dawk definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 272 ta' dak ir-Regolament;

(c) 

CCP li jkollha skoperturi għal CCP waħda jew iktar għandha tittratta dawk l-iskoperturi daqs li kieku kienu skoperturi għall-membri ta' kklerjar u tinkludi kwalunkwe marġni jew kontribuzzjoni prefinanzjata riċevuta mingħand dawk is-CCPs fil-kalkolu ta' KCCP;

(d) 

CCP li jkollha fis-seħħ arranġament kuntrattwali vinkolanti mal-membri ta' kklerjar tagħha li jippermetti lil dik is-CCP tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu mill-membri ta' kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati għandha tikkunsidra dak il-marġni inizjali bħala kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-finijiet tal-kalkolu fil-paragrafu 1 u mhux bħala marġni inizjali;

(e) 

meta kollateral jinżamm kontra kont li jkun fih iktar minn wieħed mit-tipi ta' kuntratti u tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jallokaw il-marġni inizjali pprovdut mill-membri ta' kklerjar jew il-klijenti tagħhom, kif applikabbli, proporzjonalment mal-EADs tat-tipi rispettivi ta' kuntratti u tranżazzjonijiet kalkulati f'konformità mal-punt (a) ta' dan il-paragrafu, mingħajr ma jittieħed kont tal-marġni inizjali fil-kalkolu;

(f) 

CCPs li jkollhom iktar minn fond ta' inadempjenza wieħed għandhom iwettqu l-kalkolu għal kull fond ta' inadempjenza separatament;

(g) 

meta membru ta' kklerjar jipprovdi servizzi ta' kklerjar tal-klijenti, u t-tranżazzjonijiet u l-kollateral tal-klijenti tal-membru ta' kklerjar jinżammu f'kontijiet sussidjarji li huma separati minn dawk tan-negozju proprjetarju tal-membru ta' kklerjar, is-CCPs għandhom iwettqu l-kalkolu tal-EADi għal kull kont sussidjarju separatament u għandhom jikkalkulaw l-EADi totali tal-membru ta' kklerjar bħala s-somma tal-EADs tal-kontijiet sussidjarji tal-klijenti u l-EAD tal-kont sussidjarju tan-negozju proprjetarju tal-membru ta' kklerjar;

(h) 

għall-finijiet tal-punt (f), meta DFi ma jkunx maqsum bejn il-kontijiet sussidjarji tal-klijenti u l-kontijiet sussidjarji tan-negozju proprjetarju tal-membru ta' kklerjar, is-CCPs għandhom jallokaw DFi għal kull kont sussidjarju skont il-frazzjoni rispettiva li l-marġni inizjali ta' dak il-kont sussidjarju jkollu fir-rigward tal-marġni inizjali totali kollokat mill-membru ta' kklerjar jew għall-kont tal-membru ta' kklerjar;

(i) 

is-CCPs m'għandhomx iwettqu l-kalkolu skont l-Artikolu 50a(2) meta l-fond tal-inadempjenza jkopri tranżazzjonijiet bi flus biss.

Għall-finijiet tal-punt (a)(ii) ta' dan l-Artikolu, is-CCP għandha tuża l-metodu speċifikat fl-Artikolu 223 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bl-aġġustamenti superviżorji għall-volatilità stipulati fl-Artikolu 224 ta' dak ir-Regolament biex tikkalkola l-valur ta' skopertura.

▼M1

Artikolu 50c

Rappurtar tal-informazzjoni

1.  

Għall-finijiet tal-Artikolu 308 tar-Regolament (EU) No 575/2013, CCP għandha tirrapporta l-informazzjoni li ġejja lil dawk li huma l-istituzzjonijiet fost il-membri ta’ kklerjar tagħha u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom:

(a) 

il-kapital ipotetiku (KCCP);

(b) 

is-somma tal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati (DFCM);

(c) 

l-ammont tar-riżorsi finanzjarji prefinanzjati li hija obbligata li tuża – bil-liġi jew minħabba ftehim kuntrattwali mal-membri tal-ikklerjar tagħha – sabiex tkopri t-telf tagħha wara l-inadempjenza ta’ membru jew membri tal-ikklerjar tagħha qabel ma tuża l-kontribuzzjonijiet tal-fond ta' garanzija f'każ ta' inadempjenza tal-membri tal-ikklerjar li jifdal (DFCCP).

▼M13 —————

▼M1

Fejn is-CCP ikollha aktar minn fond ta' inadempjenza wieħed, għandha tirrapporta l-informazzjoni fl-ewwel subparagrafu għal kull fond ta' inadempjenza separatament.

2.  
Is-CCP għandha tinnotifika lil dawk il-membri tal-ikklerjar tagħha li huma istituzzjonijiet mill-inqas fuq bażi trimestrali jew aktar spiss fejn meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk il-membri tal-ikklerjar.
3.  

L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a) 

il-mudell uniformi għall-finijiet tar-rappurtar speċifikat fil-paragrafu 1;

(b) 

il-frekwenza u d-dati tar-rappurtar speċifikati fil-paragrafu 2;

(c) 

is-sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità kompetenti ta' istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tista’ tirrikjedi rappurtar aktar frekwenti minn dawk imsemmija fil-punt (b).

L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 50d

Kalkolu tal-elementi speċifiċi li għandhom jiġu rappurtati mis-CCP

Għall-finijiet tal-Artikolu 50c, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

fejn ir-regoli ta' CCP jipprevedu li hija tuża parti mir-riżorsi finanzjarji tagħha jew ir-riżorsi finanzjarja tagħha kollha u b'mod parallel mal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tal-membri tal-ikklerjar tagħha b'mod li jagħmel dawk ir-riżorsi ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati ta' membru tal-ikklerjar f'termini ta' kif huma jassorbu t-telf imġarrab mis-CCP fil-każ ta' inadempjenza jew insolvenza ta' wieħed jew aktar mill-membri tal-ikklerjar tagħha, is-CCP għandha żżid l-ammont korrispondenti ta' dawk ir-riżorsi mad-DFCM;

(b) 
fejn ir-regoli ta’ CCP jipprevedu li tuża parti mir-riżorsi finanzjarji tagħha jew jew ir-riżorsi finanzjarja tagħha kollha biex tkopri t-telf tagħha minħabba l-inadempjenza ta' membru wieħed jew aktar tal-ikklerjar tagħha wara li tkun użat għalkollox il-fond ta' garanzija f'każ ta' inadempjenza kollu tagħha, iżda qabel ma tirrikorri għall-kontribuzzjonijiet kuntrattwalment impenjati tal-membri tal-ikklerjar tagħha, is-CCP għandha żżid l-ammont korrispondenti ta’ dawk ir-riżorsi finanzjarji addizzjonali

mal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati (DF) kif ġej:

.

▼M13 —————

▼B

TITOLU V

ARRANĠAMENTI TAL-INTEROPERABBILTÀ

Artikolu 51

Arranġamenti tal-Interoperabilità

1.  
Kontroparti ċentrali tista’ tidħol f’arranġament tal-interoperabbiltà ma’ kontroparti ċentrali oħra meta jkunu ntlaħqu r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 52, 53 u 54.
2.  
Meta jiġi stabbilit arranġament tal-interoperabbiltà ma’ kontroparti ċentrali oħra għall-iskop tal-provvista tas-servizzi għal post partikolari tal-kummerċ, il-kontroparti ċentrali għandu jkollha aċċess mhux diskriminatorju, kemm għad-data li tkun teħtieġ għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha minn dak il-post partikolari tal-kummerċ, sal-punt li l-kontroparti ċentrali tikkonforma mar-rekwiżiti operattivi u tekniċi stabbiliti mill-post tan-negozju u għas-sistema tas-saldu rilevanti.
3.  
Id-dħul f’arranġament tal-interoperabbiltà jew l-aċċess għal għotja ta’ data jew sistema tas-saldu msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu rifjutati jew ristretti, direttament jew indirettament, biss biex jiġi kkontrollat kwalunkwe riskju li joriġina minn dak l-arranġament jew l-aċċess.

Artikolu 52

Immaniġġjar tar-riskju

1.  

Kontropartijiet ċentrali li jidħlu f’arranġament tal-interoperabbiltà għandhom:

(a) 

ikollhom fis-seħħ politiki, proċeduri u sistemi xierqa sabiex b’mod effettiv jidentifikaw, jimmonitorjaw u jimmaniġġjaw ir-riskji li joħorġu mill-arranġament sabiex ikunu jistgħu jilħqu l-obbligi tagħhom fil-ħin;

(b) 

jaqblu fuq id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom, inkluż il-liġi applikabbli li tirregola r-relazzjonijiet tagħhom;

(c) 

jidentifikaw, jimmonitorjaw u b’mod effettiv jimmaniġġjaw riskji ta’ kreditu u ta’ likwidità sabiex l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar ta’ kontroparti ċentrali waħda ma taffettwax kontroparti ċentrali interoperabbli;

(d) 

jidentifikaw, jimmonitorjaw u jindirizzaw interdipendenzi u korrelazzjonijiet potenzjali li joħorġu minn arranġament tal-interoperabbiltà li jista’ jaffetwa r-riskji tal-kreditu u tal-likwidità relatati ma’ konċentrazzjonijiet ta’ membru tal-ikklerjar, u riżorsi finanzjarji miġbura flimkien.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-kontropartijiet ċentrali għandhom jużaw l-istess regoli li jikkonċernaw il-mument tad-dħul tal-ordnijiet tat-trasferiment fis-sistemi rispettivi tagħhom u l-mument tal-irrevokabilità, kif stabbilit fid-Direttiva 98/26/KE, fejn rilevanti.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, it-termini tal-arranġament għandhom jiddeskrivu l-proċess għall-immaniġġjar tal-konsegwenzi tal-inadempjenza meta waħda mill-kontropartijiet ċentrali li magħha jkun ġie konkluż arranġament tal-interoperabbiltà tkun inadempjenti.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, il-kontropartijiet ċentrali għandu jkollhom kontrolli sodi dwar l-użu mill-ġdid tal-kollateral tal-membri tal-ikklerjar taħt l-arranġament, jekk permessi mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. L-arranġament għandu jiddeskrivi kif dawn ir-riskji ġew indirizzati filwaqt li jikkunsidra kopertura suffiċjenti u l-bżonn li jiġi llimitat it-tniġġis.

2.  
Meta l-mudelli tal-immaniġġjar tar-riskji użati mill-kontropartijiet ċentrali biex ikopru l-iskopertura tagħhom għall-membri tal-ikklerjar tagħhom jew l-iskoperturi reċiproċi tagħhom ikunu differenti, il-kontropartijiet ċentrali għandhom jidentifikaw dawk id-differenzi, jivvalutaw ir-riskji li jistgħu joħorġu minnhom u jieħdu l-miżuri, inklużi li jiġu żgurati riżorsi finanzjarji addizzjonali, li jistgħu jillimitaw l-impatt tagħhom fuq l-arranaġament tal-interoperabbiltà kif ukoll il-konsegwenzi potenzjali tagħhom f’termini ta’ riskji ta’ tniġġis u li jiżguraw li dawn id-differenzi ma jaffetwawx l-abilità ta’ kull kontroparti ċentrali biex timmaniġġja l-konsegwenzi tal-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar.
3.  
Kwalunkwe spejjeż assoċjati li jirriżultaw mill-paragrafi 1 u 2 għandhom jitħallsu mill-kontroparti ċentrali li titlob l-interoperabbiltà jew l-aċċess, sakemm il-partijiet ma jaqblux mod ieħor.

Artikolu 53

Għoti ta’ marġnijiet bejn il-kontropartijiet ċentrali

1.  
Kontroparti ċentrali għandha tiddistingwi fil-kontijiet l-assi u l-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont tal-kontropartijiet ċentrali li tkun daħlet magħhom f’arranġament tal-interoperabbiltà.
2.  
Jekk kontroparti ċentrali li tidħol f’arranġament tal-interoperabbiltà ma’ kontroparti ċentrali oħra tipprovdi biss marġnijiet inizjali lil dik il-kontroparti ċentrali taħt arranġament ta’ kollateral finanzjarju ta’ titoli, il-kontroparti ċentrali riċeventi m’għandu jkollha l-ebda dritt tal-użu ‘l fuq mill-marġnijiet ipprovduti mil-kontroparti ċentrali l-oħra.
3.  
Il-kollateral riċevut fil-forma ta’ strumenti finanzjarji għandu jkun iddepożitat ma’ operaturi tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli notifikati skont id-Direttiva 98/26/KE.
4.  
L-assi msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-kontroparti ċentrali riċeventi biss f’każ ta’ inadempjenza tal-kontroparti ċentrali li tkun ipprovdiet il-kollateral fil-kuntest ta’ arranġament tal-interoperabbiltà.
5.  
F’każ ta’ inadempjenza tal-kontroparti ċentrali li tkun irċeviet il-kollateral fil-kuntest ta’ arranġament tal-interoperabbiltà, il-kollateral imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jingħata lura fil-pront lill-kontroparti ċentrali li tkun ipprovdietu.

Artikolu 54

Approvazzjoni tal-arranġament tal-interoperabbiltà

▼M18

1.  
Arranġament tal-interoperabbiltà, jew kwalunkwe bidla materjali għal arranġament tal-interoperabbiltà approvat skont it-Titolu V għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti tas-CCPs involuti. L-awtoritajiet kompetenti tas-CCPs għandhom jitolbu l-opinjoni tal-AETS f’konformità mal-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), u tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 f’konformità mal-Artikolu 19, u maħruġa f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17b.

▼B

2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu approvazzjoni tal-arranġament tal-interoperabilità biss meta l-kontropartijiet ċentrali involuti jkunu ġew awtorizzati jikklerjaw skont l-Artikolu 17 jew rikonoxxuti skont l-Artikolu 25 jew awtorizzati skont sistema nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni li kienet teżisti minn qabel għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 52 jintlaħqu u l-kundizzjonijiet tekniċi għall-ikklerjar ta’ transazzjonijiet taħt it-termini tal-arranġament jippermettu funzjonament mingħajr ostakli u ordnat tas-swieq finanzjarji u li l-arranġament ma jxekkilx l-effikaċja tas-superviżjoni.
3.  
Fejn awtorità kompetenti tqis li r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 ma jkunux ġew issodisfati, hi għandha tipprovdi spjegazzjonijiet bil-miktub dwar il-kunsiderazzjonijiet tagħha tar-riskju għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra u l-kontropartijiet ċentrali nvoluti. Għandha wkoll tinnotifika lill-AETS, li għandha toħroġ opinjoni dwar il-validità effettiva tal-kunsiderazzjonijiet tar-riskju bħala bażijiet għal ċaħda tal-arranġament tal-interoperabilità. L-opinjoni tal-AETS għandha tkun disponibbli għall-kontropartijiet ċentrali kollha involuti. Fejn l-opinjoni tal-AETS ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti, dik l-awtorità kompetenti għandha tirrikunsidra l-pożizzjoni tagħha, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-AETS.

▼M18

4.  
Sal-25 ta’ Ġunju 2026, l-AETS għandha toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet bl-għan li jiġu stabbiliti valutazzjonijiet konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-arranġamenti tal-interoperabbiltà mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi għal dawk il-linji gwida jew rakkomandazzjonijiet wara li tikkonsulta mal-membri tas-SEBĊ.
5.  
L-AETS, wara li tikkonsulta lill-membri tas-SEBĊ u tal-BERS, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika r-rekwiżiti għas-CCPs biex jiġu ġestiti r-riskji li jinqalgħu minn arranġamenti tal-interoperabbiltà b’mod xieraq. Għal dak l-għan, l-AETS għandha tqis il-linji gwida maħruġa skont il-paragrafu 4 u tivvaluta jekk id-dispożizzjonijiet inklużi fihom humiex xierqa fil-każ ta’ arranġamenti tal-interoperabbiltà li jkopru t-tipi kollha ta’ prodotti jew kuntratti, inklużi kuntratti tad-derivati u strumenti mhux finanzjarji.

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

TITOLU VI

REĠISTRAZZJONI U SUPERVIŻJONI TAR-REPOŻITORJI TAD-DATA DWAR IT-TRANŻAZZJONIJIET

KAPITOLU 1

Kundizzjonijiet u Proċeduri għar-Reġistrazzjoni ta’ Repożitorju tad-Data dwar it-Tranżazzjonijiet

Artikolu 55

Reġistrazzjoni ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet

1.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jirreġistra mal-AETS għall-finijiet tal-Artikolu 9.
2.  
Sabiex ikun eliġibbli li jiġi rreġistrat skont dan l-Artikolu, repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jkun persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni u għandu jilħaq ir-rekwiżiti stipulati fit-Titolu VII.
3.  
Ir-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandha tkun effettiva għat-territorju kollu tal-Unjoni.
4.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet irreġistrat għandu jikkonforma f’kull waqt mal-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, jinnotifika lill-AETS bi kwalunkwe bidliet materjali għall-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni.

Artikolu 56

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

▼M12

1.  

Għall-iskopijiet tal-Artikolu 55(1), ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jippreżenta waħda minn dawn li ġejjin lill-AETS:

(a) 

applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;

(b) 

applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni fejn ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun diġà rreġistrat taħt il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2015/2365.

▼B

2.  
L-AETS għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-irċevuta tal-applikazzjoni.

Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-AETS għandha tistabilixxi limitu taż-żmien sa meta r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.

Wara li tevalwa applikazzjoni bħala kompluta, l-AETS għandha tinnotifika b’dan lir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.

▼M17

3.  

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji, għajr għar-rekwiżiti relatati mal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

▼M12

(a) 

id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1;

(b) 

id-dettalji tal-applikazzjoni ssimplifikata għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.  

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi li jispeċifikaw dan li ġej:

(a) 

il-format tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1;

(b) 

il-format tal-applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tiżviluppa format issimplifikat.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 57

Notifika ta’ u konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti qabel ir-reġistrazzjoni

1.  
Jekk repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li qed japplika għar-reġistrazzjoni huwa entità li hija awtorizzata jew irreġistrata minn awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn hija tkun stabilita, l-AETS għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika u tikkonsulta ma’ din l-awtorità kompetenti qabel ir-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.
2.  
L-AETS u l-awtorità kompetenti rilevanti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa għar-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet kif ukoll għas-superviżjoni tal-konformità tal-entità mal-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni tagħha jew l-awtorizzazzjoni fl-Istat Membru fejn hija stabbilita.

Artikolu 58

Eżami tal-applikazzjoni

1.  
L-AETS għandha, fi żmien erbgħin jum tax-xogħol min-notifika msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 56 il-paragrafu (2) teżamina l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bbażata fuq il-konformità tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fl-Artikoli 78 sa 81 u għandha tadotta deċiżjoni motivata b’mod sħiħ ta’ registrazzjoni jew ta’ rifjut tar-reġistrazzjoni.
2.  
Deċiżjoni maħruġa mill-AETS skont il-paragrafu 1 għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 59

Notifika tad-Deċiżjonijiet tal-AETS dwar ir-reġistrazzjoni

1.  
Meta l-AETS tadotta deċiżjoni ta’ registrazzjoni, jew deċiżjoni li tirrifjuta jew tirtira reġistrazzjoni, hija għandha tinnotifika r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fi żmien ħames ijiem tax-xogħol bi spjegazzjoni raġunata b’mod sħiħ tad-deċiżjoni tagħha.

L-AETS għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 57(1) bid-deċiżjoni tagħha.

2.  
L-AETS għandha tikkomunika kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont il-paragrafu 1 lill-Kummissjoni.
3.  
L-AETS għandha tippubblika fuq is-websajt tagħha lista tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet irreġistrati skont dan ir-Regolament. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont il-paragrafu 1.

Artikolu 60

Eżerċizzju tas-setgħat imsemmijin fl-Artikoli 61 sa 63

Is-setgħat konferiti fuq l-AETS jew xi uffiċjal tal-AETS jew persuna oħra awtorizzata mill-AETS mill-Artikoli 61 sa 63 ma għandhomx jintużaw biex jesiġu l-iżvelar ta’ informazzjoni jew dokumenti li huma soġġetti għall-privileġġ legali.

Artikolu 61

Talba għal informazzjoni

1.  
L-AETS tista’, b’talba sempliċi jew b’deċiżjoni, titlob li r-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u partijiet terzi relatati, li lilhom ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operattivi, biex jipprovdu l-informazzjoni kollha li hi meħtieġa sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament.
2.  

Meta tibgħat talba sempliċi għal informazzjoni skont il-paragrafu 1, l-AETS għandha:

(a) 

tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;

(b) 

tiddikjara l-fini tat-talba;

(c) 

tispeċifika x’informazzjoni hija mitluba;

(d) 

tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni;

(e) 

tinforma lill-persuna li tkun intalbet l-informazzjoni li hi mhix obbligata tipprovdi l-informazzjoni, iżda f’każ ta’ tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni pprovduta għandha tkun korretta u m’għandhiex tiżgwida; u

(f) 

tindika l-multa prevista fl-Artikolu 65 flimkien mal-punt (a) tat-Taqsima IV tal-Anness I meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw.

3.  

Meta titlob il-provvista ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 1 b’deċiżjoni, l-AETS għandha:

(a) 

tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;

(b) 

tiddikjara l-fini tat-talba;

(c) 

tispeċifika x’informazzjoni hija mitluba;

(d) 

tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni;

(e) 

tindika l-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 66 meta l-produzzjoni tal-informazzjoni mitluba ma tkunx kompluta;

(f) 

tindika l-multa prevista fl-Artikolu 65 flimkien mal-punt (a) tat-Taqsima IV tal-Anness I meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw; u

(g) 

tindika d-dritt għal appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell tal-AETS u għal eżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti tal-Ġustizzja”) skont l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.  
Il-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet li m’għandhomx personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati biex jirrapreżentawhom bil-liġi jew mill-kostituzzjoni tagħhom, għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Avukati debitament awtorizzati li jaġixxu, jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu kompletament responsabbli jekk l-informazzjoni mogħtija ma tkunx kompleta, ma tkunx korretta jew tkun tiżgwida.
5.  
L-AETS għandha tibgħat mingħajr dewmien kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma domiċiljati jew stabbiliti l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikkonċernati mit-talba għall-informazzjoni.

Artikolu 62

Investigazzjonijiet ġenerali

1.  

Sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista’ twettaq l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa ta’ persuni msemmijin fl-Artikolu 61(1). Għal dak l-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS għandu jkollhom is-setgħa li:

(a) 

jeżaminaw kwalunkwe rekord, data, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom irrispettivament mill-mezz li jkunu miżmumin fih;

(b) 

jieħdu jew jakkwistaw kopji ċċertifikati ta’ tali rekords jew estratti minnhom, data, proċeduri u materjal ieħor;

(c) 

isejħu u jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 61(1) jew rappreżentanti jew membri tal-persunal tagħhom għal spjegazzjonijiet orali jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u biex jinżamm rekord tat-tweġibiet;

(d) 

jintervistaw kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li taqbel li tiġi intervistata bil-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett tal-investigazzjoni;

(e) 

jitolbu rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-data.

2.  
L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS għall-finijiet ta’ dawn l-investigazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 66 meta l-produzzjoni tar-rekords, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmijin fl-Artikolu 61(1) ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux kompleti, u l-multi previsti fl-Artikolu 65 flimkien mal-punt (b) tat-Taqsima IV tal-Anness I, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmijin fl-Artikolu 61(1) ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw.
3.  
Il-persuni msemmijin fl-Artikolu 61(1) għandhom jissottomettu ruħhom għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta’ deċiżjoni tal-AETS. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 66, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt għal eżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.
4.  
Fi żmien adatt qabel l-investigazzjoni, l-AETS għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn għandha ssir l-investigazzjoni, bl-investigazzjoni u l-identità tal-persuni awtorizzati. Uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata għandhom, fuq talba tal-AETS, jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fit-twettiq ta’ dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata jistgħu wkoll jattendu l-investigazzjonijiet jekk jitolbu li jagħmlu dan.

▼M12

5.  
Jekk talba għal rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-data msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tkun teħtieġ li awtorità kompetenti nazzjonali tkun awtorizzata minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, l-AETS għandha wkoll tapplika għal tali awtorizzazzjoni. L-AETS tista' tapplika wkoll għal tali awtorizzazzjoni bħala miżura ta' prekawzjoni.

▼B

6.  
Meta tkun saret applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-AETS tkun awtentika u li l-miżuri koersivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-investigazzjonijiet. Meta tikkontrolla l-proporzjonalità tal-miżuri koersivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-AETS għal spjegazzjonijiet iddettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-AETS biex tissuspetta li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament, u l-gravità tal-ksur issuspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koersivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali m’għandhiex tirrevedi l-ħtieġa għal investigazzjoni jew talba li għandha tiġi pprovduta bl-informazzjoni fuq il-fajl tal-AETS. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-AETS għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 63

Spezzjonijiet fil-post

▼M12

1.  
Biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista' twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fi kwalunkwe bini tan-negozju, art jew proprjetà tal-persuni ġuridiċi msemmijin fl-Artikolu 61(1). Meta t-twettiq u l-effiċjenza adatti tal-ispezzjonijiet ikunu jeħtieġu hekk, l-AETS tista' twettaq spezzjonijiet fil-post mingħajr notifika minn qabel.
2.  
L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjoni fil-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini tan-negozju, art jew proprjetà tal-persuni ġuridiċi li huma soġġetti għal deċiżjoni ta' investigazzjoni adottata mill-AETS u għandu jkollhom is-setgħat kollha msemmija fl-Artikolu 62(1). Huma għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini u kotba jew rekords għall-perjodu tal-ispezzjoni jew sa fejn meħtieġ għaliha.

▼B

3.  
L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjonijiet fil-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u l-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 66 fil-każ li l-persuni kkonċernati ma jissottomettux irwieħhom għall-ispezzjoni. Fi żmien adatt qabel l-ispezzjoni, l-AETS għandha tagħti avviż tal-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun ser titwettaq l-ispezzjoni.
4.  
Il-persuni msemmijin fl-Artikolu 61(1) għandhom jissottomettu ruħhom għall-ispezzjonijiet fil-post ordnati b’deċiżjoni tal-AETS. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, taħtar id-data meta din għandha tibda u tindika l-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 66, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt għal eżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja. L-AETS għandha tieħu tali deċiżjonijiet wara li tikkonsulta mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih għandha titwettaq l-ispezzjoni.
5.  
L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn għandha titwettaq l-ispezzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, għandhom, fuq talba tal-AETS, jassistu attivament lill-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS. Għal dak l-għan, huma għandhom igawdu s-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu, fuq talba, jattendu wkoll l-ispezzjonijiet fil-post.
6.  
L-AETS tista’ tesiġi wkoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fil-post kif previst f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 62(1) f’isimha. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom igawdu l-istess setgħat tal-AETS kif stabbilit f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 62(1).
7.  
Meta l-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-AETS isibu li persuna topponi xi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħtihom l-assistenza neċessarja, u titlob fejn adatt l-assistenza tal-pulizija jew ta’ awtorità ta’ infurzar ekwivalenti, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fil-post.

▼M12

8.  
Jekk l-ispezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew jekk l-assistenza prevista fil-paragrafu 7 teħtieġ li awtorità kompetenti nazzjonali tkun awtorizzata minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali,, l-AETS għandha wkoll tapplika għal tali awtorizzazzjoni. L-AETS tista' tapplika wkoll għal tali awtorizzazzjoni bħala miżura ta' prekawzjoni.

▼B

9.  
Meta tkun saret applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 8, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-AETS tkun awtentika u li l-miżuri koersivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-ispezzjoni. Meta tikkontrolla l-proporzjonalità tal-miżuri koersivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-AETS għal spjegazzjonijiet iddettaljati. Tali talba għal spjegazzjonijiet iddettaljati tista’ b’mod partikolari tkun relatata mar-raġunijiet li jkollha l-AETS biex tissuspetta li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll mas-serjetà tal-ksur issuspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna li tkun soġġetta għall-miżuri koersivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma tistax teżamina l-ħtieġa għall-ispezzjoni jew titlob biex tiġi pprovduta b’informazzjoni dwar il-fajl tal-AETS. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-AETS għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 64

Regoli proċedurali biex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi

1.  
Meta, fit-twettiq ta’ dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS issib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness I, l-AETS għandha taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fl-AETS biex jinvestiga l-kwistjoni. L-uffiċjal maħtur m’għandux jiġi involut jew ikun ġie involut direttament jew indirettament fis-superviżjoni jew fil-proċess tar-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-AETS.
2.  
L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinvestiga l-ksur allegat, filwaqt li jikkunsidra kwalunkwe kumment ippreżentat mill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u għandu jissottometti fajl komplet bis-sejbiet tiegħu lill-AETS.

Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni jista’ jeżerċità s-setgħa li jitlob informazzjoni skont l-Artikolu 61 u jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post skont l-Artikoli 62 u 63. Meta juża dawk is-setgħat, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jikkonforma ma’ l-Artikolu 60.

Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha miġbura mill-AETS fl-attivitajiet superviżorji tagħha.

3.  
Meta jikkompleta l-investigazzjoni tiegħu u qabel jippreżenta l-fajl bil-konklużjonijiet tiegħu lill-AETS, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jagħti lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet l-opportunità li jinstemgħu dwar il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati. L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jibbaża s-sejbiet tiegħu biss fuq fatti li l-persuni kkonċernati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwarhom.

Matul l-investigazzjonijiet taħt dan l-Artikolu, id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ.

▼M12

4.  
Meta jissottometti l-fajl bis-sejbiet imsemmija fil-paragrafu 3 lill-AETS, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinnotifika lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet. Tali persuni għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta' persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta' aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew id-dokumenti preparatorji interni tal-AETS.

▼B

5.  
Abbażi tal-fajl li jkun fih is-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni u, meta jintalab mill-persuni kkonċernati, wara li jkun sema’ lill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet skont l-Artikolu 67, l-AETS għandha tiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness III jkunx twettaq mill-persuni li kienu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u, f’tali każ, għandha tieħu miżura superviżorja skont l-Artikolu 73 u timponi multa skont l-Artikolu 65.
6.  
L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux jipparteċipa f’deliberazzjonijiet tal-AETS jew b’xi mod ieħor jintervjeni fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-AETS.
7.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta aktar regoli ta’ proċedura biex tiġi eżerċitata s-setgħa li jiġu imposti multi jew pagamenti tal-penali perjodiċi, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet għad-difiża, dispożizzjonijiet temporali, u l-ġbir ta’ multi jew pagamenti tal-penali perjodiċi, u għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar tal-penali.

Ir-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 82.

▼M12

8.  
L-AETS għandha tirreferi kwistjonijiet lill-awtoritajiet relevanti għall-investigazzjoni u prosekuzzjoni kriminali possibbli meta, fit-twettiq ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, hija ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li taf li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reat kriminali skont il-liġi applikabbli. Barra minn hekk, l-AETS għandha toqgħod lura milli timponi multi jew pagamenti ta' penali perjodiċi meta tkun taf li liberazzjoni minn akkuża jew kundanna preċedenti li tirriżulta minn fatt jew fatti identiċi li jkunu sostanzjalment l-istess tkun diġà saret res judicata bħala riżultat tal-proċeduri kriminali skont il-liġi nazzjonali.

▼B

Artikolu 65

Multi

1.  
Meta, skont l-Artikolu 64(5), l-AETS issib li repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun wettaq intenzjonalment jew b’negliġenza wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness I, dan għandu jadotta deċiżjoni li timponi multa skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Ksur min-naħa ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jitqies li twettaq intenzjonalment jekk l-AETS tiskopri fatturi oġġettivi li juru li r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jew id-diriġenza għolja tiegħu aġixxew deliberatament biex iwettqu l-ksur.

2.  

L-ammonti bażiċi tal-multi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu inklużi fil-limiti li ġejjin:

(a) 

għall-ksur imsemmi fil-punt (c) tat-Taqsima I tal-Anness I u fil-punti (c) sa (g) tat-Taqsima II tal-Anness I, u fil-punti (a) u (b) tat-Taqsima III tal-Anness I l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas EUR 10 000 u m’għandhomx jeċċedu l- ►M12  EUR 200 000  ◄ ;

▼M12

(b) 

għall-ksur imsemmi fil-punti (a), (b) u (d) sa (k) tat-Taqsima I tal-Anness I, u fil-punti (a), (b) u (h) tat-Taqsima II tal-Anness I, l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas EUR 5 000 u ma għandhomx jeċċedu l-EUR 100 000 ;

▼M12

(c) 

għall-ksur imsemmi fit-Taqsima IV tal-Anness I, l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas EUR 5 000 u ma għandhomx jeċċedu EUR 10 000 .

▼B

Biex jiġi deċiż jekk l-ammont bażiku tal-multi għandux ikun fil-parti l-baxxa, tan-nofs jew għolja tal-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tqis il-fatturat annwali tas-sena tan-negozju preċedenti tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat. L-ammont bażiku għandu jkun fil-parti l-baxxa tal-limitu għar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet b’fatturat annwali inqas minn EUR 1 miljun, fil-parti tan-nofs tal-limitu għar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet b’fatturat annwali bejn EUR 1 u 5 miljun u fil-parti għolja tal-limitu għar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet b’fatturat annwali ogħla minn EUR 5 miljun.

3.  
L-ammonti bażiċi stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu aġġustati, jekk ikun meħtieġ, filwaqt li jitqiesu tal-fatturi aggravanti jew attenwanti skont il-koeffiċjenti rilevanti stabbiliti fl-Anness II.

Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti għandhom jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikunu applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku.

Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti għandhom jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikun applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku.

4.  
Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-ammont tal-multa m’għandux jeċċedi l-20 % tal-fatturat annwali tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat fis-sena tan-negozju preċedenti iżda, jekk ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun kiseb benefiċċju finanzjarju direttament jew indirettament mill-ksur, l-ammont tal-multa għandu jkun għall-inqas ugwali għal dak il-benefiċċju.

Meta att jew ommissjoni ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikkostitwixxu aktar minn wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness I, għandha tapplika biss l-ogħla multa kkalkolata skont il-paragrafi 2 u 3 u relatata ma’ wieħed minn dawn it-tipi ta’ ksur.

Artikolu 66

Pagamenti tal-penali perjodiċi

1.  

L-AETS għandha, permezz ta’ deċiżjoni, timponi pagamenti ta’ penali perjodiċi sabiex iġġiegħel:

(a) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet itemm il-ksur, f’konformità mad-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 73(1)(a); jew

(b) 

lil persuna msemmija fl-Artikolu 61(1);

(i) 

tipprovdi informazzjoni kompluta li tkun intalbet b’deċiżjoni skont l-Artikolu 61;

(ii) 

tissottometti ruħha għal investigazzjoni u b’mod partikolari tipproduċu reġistri, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ b’mod komplut u ttemmu u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija b’deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 62; jew

(iii) 

tissottometti ruħha għal spezzjoni fil-post ordnata b’deċiżjoni skont l-Artikolu 63.

2.  
Ħlas perjodiku ta’ penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. L-ammont tal-ħlas perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal kull jum ta’ dewmien.
3.  
Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont tal-pagamenti tal-penali perjodiċi għandu jkun 3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena tan-negozju preċedenti, jew, f’każ ta’ persuni fiżiċi, 2 % tad-dħul medju ta’ kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Dan għandu jkun ikkalkolat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagamenti tal-penali perjodiċi.
4.  
Ħlas perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal perjodu massimu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-AETS. Wara tmiem dan il-perjodu, l-AETS għandha tirrevedi l-miżura.

Artikolu 67

Smigħ tal-persuni kkonċernati

▼M12

1.  
Qabel ma tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 73(1) u dwar pagament ta' penali perjodiku skont l-Artikolu 66, l-AETS għandha tagħti lill-persuni li huma soġġetti għall-proċeduri l-opportunità li jinstemgħu dwar is-sejbiet tagħha. L-AETS għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq sejbiet li dwarhom il-persuni li huma soġġetti għall-proċeduri kellhom l-opportunità li jikkummentaw.

L-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 73(1) jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti biex tiġi evitata ħsara sinifikanti u imminenti għas-sistema finanzjarja jew biex tiġi evitata ħsara sinifikanti u imminenti għall-integrità, it-trasparenza, l-effiċjenza u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji, inkluż għall-istabbiltà jew il-korrettezza tad-data rrapportata lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. F'każ bħal dan, l-AETS tista' tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista' jkun wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.

▼B

2.  
Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-proċeduri għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ matul il-proċeduri. Dawn għandhom ikunu intitolati jkollhom aċċess għall-fajl tal-AETS, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew id-dokumenti preparatorji interni tal-AETS.

Artikolu 68

L-iżvelar, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjon tal-multi u l-pagamenti tal-penali perjodiċi

1.  
L-AETS għandha tiżvela lill-pubbliku kull multa u ħlas perjodiku ta’ penali li jkun ġie impost skont l-Artikoli 65 u 66, sakemm tali żvelar lill-pubbliku ma jippreġudikax b’mod serju s-swieq finanzjarji jew jikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Tali żvelar ma għandux jinkludi data personali fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
2.  
Multi u pagamenti tal-penali perjodiċi imposti skont l-Artikoli 65 u 66 għandhom ikunu ta’ natura amministrattiva.
3.  
Meta l-AETS tiddeċiedi li ma timponix multi jew ħlasijiet penali, għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u tippreżenta r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
4.  
Multi u pagamenti ta’ penali perjodiċi imposti skont l-Artikoli 65 u 66 għandhom jiġu infurzati.

L-infurzar għandu jkun iggvernat mir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat li fit-territorju tiegħu jkun seħħ. L-ordni għall-infurzar għandha tkun mehmuża mad-deċiżjoni mingħajr l-ebda formalità oħra minbarra l-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni mill-awtorità li l-gvern ta’ kull Stat Membru għandu jaħtar għal dan l-iskop, u għandha tiġi kkomunikata lill-AETS u lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Meta dawk il-formalitajiet ikunu ġew ikkumpletati fuq talba mill-parti kkonċernata, din tista’ twettaq l-infurzar f’konformità mal-liġi nazzjonali, billi ġġib il-kwistjoni direttament quddiem l-entità kompetenti.

L-infurzar jista’ jiġi sospiż biss b’deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, il-qrati tal-Istati Membru kkonċernat għandu jkollhom ġurisdizzjoni fuq l-ilmenti dwar il-fatt li l-infurzar ikun qed isir b’mod irregolari.

5.  
L-ammonti tal-multi u tal-pagamenti ta’ penali perjodiċi għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 69

Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni mhux limitata li tirrieżamina d-deċiżjonijiet fejn l-AETS tkun imponiet multa jew ħlas perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas perjodiku impost ta’ penali.

Artikolu 70

Emendi għall-Anness II

Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 82 dwar miżuri biex temenda l-Anness II.

Artikolu 71

Irtirar tar-reġistrazzjoni

1.  

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 73, l-AETS għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fejn ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet:

(a) 

ikun b’mod espliċitu rrinunzja r-reġistrazzjoni jew ma jkun ipprovda l-ebda servizz tal-kreditu għas-sitt xhur ta’ qabel;

(b) 

ikun kiseb ir-reġistrazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor;

(c) 

ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li taħthom kien ġie rreġistrat.

2.  
L-AETS għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 57(1) bid-deċiżjoni li tirtira r-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.
3.  
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fih ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet iwettaq is-servizzi u l-attivitajiet tiegħu u li tqis li waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tkun ġiet sodisfatta, tista’ titlob lill-AETS teżamina jekk il-kundizzjonijiet għall-irtirar tar-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat humiex sodisfatti. Meta l-AETS tiddeċiedi li ma tirtirax ir-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet konċernat, għandha tipprovdi raġunijiet sħaħ.
4.  
L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun l-awtorità nnominata skont l-Artikolu 22.

Artikolu 72

Drittijiet ta’ superviżjoni

1.  
L-AETS għandha timponi drittijiet għar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament u f’konformità mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 3. Dawk id-drittijiet għandhom ikopru għal kollox l-infiq tal-AETS meħtieġ għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u għar-rimborż ta’ kwalunkwe spiża li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu fit-twettiq ta’ ħidma skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega tal-kompiti f’konformità mal-Artikolu 74.

▼M12

2.  
L-ammont ta' kwalunkwe tariffa mitluba lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jkopri l-ispejjeż amministrattivi raġonevoli kollha mġarrba mill-AETS fir-rigward tar-reġistrazzjoni tagħha u tal-attivitajiet superviżorji tal-AETS u għandu jkun proporzjonat għall-fatturat tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikkonċernat u t-tip ta' reġistrazzjoni u superviżjoni eżerċitati mill-AETS.

▼B

3.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 biex tispeċifika aktar it-tip ta’ drittijiet, il-materji li għalihom it-drittijiet jkunu dovuti, l-ammont tad-drittijiet u l-metodu ta’ ħlas tagħhom.

Artikolu 73

Miżuri ta’ superviżjoni mill-AETS

1.  

Meta, skont l-Artikolu 64(5), l-AETS issib li repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun wettaq wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness I, din għandha tieħu deċiżjoni jew aktar minn dawn li ġejjin li:

(a) 

tesiġi li r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet iġib il-ksur fi tmiemu;

(b) 

timponi multi skont l-Artikolu 65;

(c) 

toħroġ avviżi pubbliċi;

(d) 

bħala l-aħħar miżura, tirtira r-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.

2.  

Meta tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwat li tqis il-kriterji li ġejjin:

(a) 

it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-ksur;

(b) 

jekk il-ksur kixifx dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri tal-impriżi jew fis-sistemi ta’ mmaniġġjar jew fil-kontrolli interni tagħha;

(c) 

jekk ingħatx bidu għal reat finanzjarju, jekk ġix iffaċilitat jew li b’xi mod huwa attribwibbli għall-ksur;

(d) 

jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza.

3.  
Mingħajr dewmien bla bżonn, l-AETS għandha tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 1, lir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat, u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Għandha tiżvela pubblikament kull deċiżjoni bħal din fis-sit tal-web tagħha fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mill-adozzjoni tagħha.

Meta tagħmel pubblika d-deċiżjoni tagħha kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu. l-AETS għandha wkoll tagħmel pubbliku d-dritt għar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat li jappella d-deċiżjoni, il-fatt, fejn rilevanti, li tali appell ikun sar, waqt li tispeċifika li tali appell ma jkollux effett ta’ sospensjoni, u l-fatt li huwa possibbli għall-Bord tal-Appell tal-AETS li jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata kkontestata skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 74

Delegazzjoni ta’ kompiti mill-AETS lill-awtoritajiet kompetenti

1.  
Fejn meħtieġ għat-twettiq adatt ta’ kompitu superviżorju, l-AETS tista’ tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont il-linji gwida maħruġin mill-AETS skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 1095/2010. Tali kompiti superviżorji speċifiċi jistgħu, b’mod partikolari, jinkludu s-setgħa li jitwettqu talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 61 u li jitwettqu investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post skont l-Artikolu 62 u l-Artikolu 63(6).
2.  

Qabel ma tiddelega kompitu, l-AETS għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti rilevanti. Tali konsultazzjoni għandha tikkonċerna:

(a) 

l-ambitu tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat;

(b) 

l-iskeda għat-twettiq tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat; u

(c) 

it-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-AETS u lill-AETS.

3.  
Skont ir-Regolament dwar id-drittijiet adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 72(3),l-AETS għandha tirrimborża awtorità kompetenti għal spejjeż imġarrbin minħabba t-twettiq ta’ kompiti ddelegati.
4.  
L-AETS għandha tirrevedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 f’intervalli adatti. Delega tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin.
5.  
Id-delega tal-kompiti m’għandhiex taffettwa r-responsabbiltà tal-AETS u m’għandhiex tillimita l-abbiltà tal-AETS li twettaq jew tissorvelja l-attività ddelegata. Ir-responsabbiltajiet superviżorji skont dan ir-Regolament, inklużi d-deċiżjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjonijiet finali u d-deċiżjonijiet ta’ segwitu dwar il-ksur, m’għandhomx jiġu ddelegati.

KAPITOLU 2

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

Artikolu 75

Ekwivalenza u ftehimiet internazzjonali

1.  

Il-Kummissjoni tista’ tadotta att implimentattiv li jiddetermina li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ pajjiż terz jiżguraw li:

(a) 

ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw mar-rekwiżiti li huma legalment vinkolanti u li huma ekwivalenti għal dawk stipulati f’dan ir-Regolament;

(b) 

is-superviżjoni u l-infurzar effettivi tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet f’dak il-pajjiż terz issir fuq bażi kontinwa; u

(c) 

jeżistu garanziji ta’ segretezza professjonali, inkluża l-protezzjoni ta’ sigrieti ta’ negozju maqsuma ma’ pajjiżi terzi mill-awtoritajiet, u li huma mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Dak l-att implimentattiv għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).

2.  
Fejn adatt, u fi kwalunkwe każ wara l-adozzjoni ta’ att implimentattiv kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill għan-negozjar ta’ ftehimiet internazzjonali mal-pajjiżi terzi rilevanti rigward l-aċċess reċiproku u skambju ta’ informazzjoni dwar kuntratti derivattivi li saru f’repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li huma stabbiliti f’dak il-pajjiż terz, b’mod li jiżgura li l-awtoritajiet tal-Unjoni, inkluża l-AETS, ikollhom aċċess immedjat u kontinwu għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tad-doveri tagħhom.
3.  

Wara l-konklużjoni tal-ftehimiet imsemmijin fil-paragrafu 2, u f’konformità magħhom, l-AETS għandha tistabbilixxi ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi rilevanti. Dawk l-arranġamenti għandhom jispeċifikaw mill-inqas:

(a) 

mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn, l-AETS u kwalunkwe awtorità oħra tal-Unjoni li teżerċita responsabbiltajiet f’konformità ma’ dan ir-Regolament, minn naħa waħda, u, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, min-naħa l-oħra; u

(b) 

il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji.

4.  
l-AETS għandha tapplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tat-trasferiment ta’ data personali lil pajjiż terz.

Artikolu 76

Arranġamenti ta’ kooperazzjoni

L-awtoritajiet relevanti ta’ pajjiżi terzi li ma għandhom l-ebda repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit fil-ġurisdizzjoni tagħhom jistgħu jikkuntattjaw lill-AETS bil-ħsieb li jistabbilixxu arranġamenti ta’ kooperazzjoni biex ikollhom aċċess għall-informazzjoni dwar kuntratti derivattivi miżmuma fir-repożitorji tal-Unjoni.

L-AETS tista’ tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ dawk l-awtoritajiet relevanti rigward aċċess għall-informazzjoni dwar kuntratti derivattivi miżmuma fir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet tal-Unjoni, li dawn l-awtoritajiet jeħtieġ li jissodisfaw ir-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom, sakemm ikunu jeżistu garanziji ta’ segretezza professjonali, inkluża l-protezzjoni ta’ sigrieti kummerċjali kondiviżi mill-awtoritajiet ma’ partijiet terzi.

▼M12

Artikolu 76a

Aċċess dirett reċiproku għad-data

1.  
Meta meħtieġ għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi li fihom huwa stabbilit repożitorju tat-tranżazzjonijiet wieħed jew aktar għandu jkollhom aċċess dirett għall-informazzjoni f'repożitorji tat-tranżazzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni, dment li l-Kummissjoni tkun adottat att ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 2 għal dak l-għan.
2.  

Mal-preżentazzjoni ta' talba mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 86(2), fejn jiġi ddeterminat jekk il-qafas legali tal-pajjiż terz tal-awtorità rikjedenti jkunx jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet stabbiliti f'dak il-pajjiż terz ikunu debitament awtorizzati;

(b) 

is-superviżjoni u l-infurzar effettivi tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet f'dak il-pajjiż terz isiru fuq bażi kontinwa;

(c) 

ikunu jeżistu garanziji ta' segretezza professjonali, inkluż il-protezzjoni ta' sigrieti ta' negozju kondiviżi ma' partijiet terzi mill-awtoritajiet, u dawn ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament;

(d) 

ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet awtorizzati f'dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għal obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli li jagħtu lill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 81(3) aċċess dirett u immedjat għad-data.

▼B

Artikolu 77

Rikonoxximent tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet

1.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit f’pajjiż terz jista’ jipprovdi s-servizzi u l-attivitajiet tiegħu lil entitajiet stabbiliti fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 9 biss wara r-rikonoxximent tiegħu mill-AETS f’konformità mal-paragrafu 2.
2.  

Ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu lill-AETS għar-rikonoxximent, flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi vverifikat li r-repożitorju tal-kummerċ huma awtorizzat u huwa soġġett għal superviżjoni effettiva f’pajjiż terz li:

(a) 

ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni, permezz ta’ att implimentattiv skont l-Artikolu 75(1), bħala li għandu qafas regolatorju u superviżorju li huwa ekwivalenti u infurzabbli;

(b) 

daħal fi ftehim internazzjonali mal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 75(2); u

(c) 

daħal fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 75(3) biex jiġi żgurat li awtoritajiet tal-Unjoni, inkluża l-AETS, ikollhom aċċess immedjat u kontinwu għall-informazzjoni kollha meħtieġa.

Fi żmien 30 jum ta’ xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni, l-AETS għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompleta. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompleta, l-AETS għandha tistabilixxi limitu ta’ żmien sa meta r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet applikanti għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.

Fi 180 jum tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompleta, l-AETS għandha tinforma lir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet applikanti bil-kitba bi spjegazzjoni kompletament irraġunata dwar jekk ir-rikonoxximent ikunx ingħata jew irrifjutat.

L-AETS għandha tippubblika, fuq is-sit tal-web tagħha, lista tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rikonoxxuti skont dan ir-Regolament.

TITOLU VII

REKWIŻITI GĦAR-REPOŻITORJI TAD-DATA DWAR IT-TRANŻAZZJONIJIET

Artikolu 78

Rekwiżiti ġenerali

1.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jkollu arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludi struttura organizzattiva ċara b’linji tar-responsabilità definiti b’mod ċar, trasparenti u konsistenti u mekkaniżmi tal-kontroll intern xierqa, inklużi proċeduri amministrattivi sodi u tal-kontabilità, li jipprevjenu kull ta’ divulgazzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali.
2.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jżomm u jopera arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-miktub sabiex jidentifika u jimmaniġġja kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali li jikkonċerna l-maniġers, l-impjegati tiegħu, jew kwalunkwe persuna direttament jew indirettament konnessa magħhom permezz ta’ konnessjonijiet mill-qrib.
3.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jistabilixxi politiki u proċeduri xierqa li jkunu biżżejjed biex jiżguraw il-konformità, inkluż mill-maniġers u l-impjegati tagħhom tad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament.
4.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jżomm u jopera struttura organizzattiva xierqa li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament ordnat tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tiegħu. Għandu jħaddem sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonali.
5.  
Meta repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet joffri servizzi anċillari, bħal servizzi ta’ konferma tat-tranżazzjonijiet, ta’ tqabbil tat-tranżazzjonijiet, ta’ avveniment ta’ servizz ta’ kreditu, ta’ rikonċiljazzjoni tal-portafoll jew ta’ kompressjoni tal-portafoll, ir-repożitorju tat-tranżazzjoni għandu jżomm dawk is-servizzi anċillari separati b’mod operattiv mill-funzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet tal-ġbir u ż-żamma b’mod ċentrali ta’ rekords u derivati.
6.  
Id-diriġenza għolja u l-membri tal-bord ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jkollhom reputazzjoni u esperjenza tajba biżżejjed li jiżguraw l-immaniġġjar tajjeb u prudenti tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.
7.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jkollu rekwiżiti oġġettivi, mhux diskriminatorji u pubblikament żvelati għall-aċċess minn impriżi soġġetti għall-obbligu tar-rappurtar skont l-Artikolu 9. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jagħti lil fornituri tas-servizzi aċċess mhux diskriminatorju għal informazzjoni miżmuma mir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, b’kundizzjoni li l-entità tipprovdi d-data u l-kontropartijiet rilevanti jkunu taw il-kunsens tagħhom. Il-kriterji li jirrestrinġu l-aċċess għandhom ikunu permessi biss safejn l-għan tagħhom hu l-kontroll tar-riskju għad-data miżmuma minn repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.
8.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jiżvela pubblikament il-prezzijiet u d-drittijiet assoċjati mas-servizzi pprovduti skont dan ir-Regolament. Dan għandu jiżvela l-prezzijiet u t-drittijiet ta’ kull servizz provdut separatament, inklużi skontijiet u ribassi u l-kundizzjonijiet li jibbenefikaw minn dak it-tnaqqis. Għandu jippermetti lill-entitajiet tar-rapportar li jkollhom aċċess għas-servizzi speċifiċi separatament. Il-prezzijiet u d-drittijiet imposti minn repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandhom ikunu relatati mal-ispejjeż.

▼M12

9.  

Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jistabbilixxi l-proċeduri u l-politiki li ġejjin:

(a) 

proċeduri għar-rikonċiljazzjoni effettiva tad-data bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet;

(b) 

proċeduri għall-verifika tal-kompletezza u l-korrettezza tad-data rrapportata;

(c) 

politiki għat-trasferiment b'mod ordnat tad-data lejn repożitorji tat-tranżazzjonijiet oħrajn fejn ikun mitlub mill-kontropartijiet jew mis-CCPs imsemmija fl-Artikolu 9 jew inkella fejn ikun meħtieġ.

10.  

Bil-għan li tiżgura l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

il-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni effettiva tad-data bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet;

(b) 

il-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità mill-kontroparti tar-rapportar jew mill-entità li tippreżenta mar-rekwiżiti ta' rapportar u biex jiġu vverifikati l-kompletezza u l-korrettezza tad-data rrapportata skont l-Artikolu 9.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 79

Affidabilità operazzjonali

▼M17

1.  
Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jidentifika s-sorsi ta’ riskju operazzjonali u jimminimizzahom ukoll permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa, inklużi sistemi tal-ICT ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554.
2.  
Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm politika adegwata ta’ kontinwità tal-operat u pjan tal-irkupru minn diżastri, inkluż pjanijiet ta’ politika ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u pjanijiet ta’ rispons u rkupru tal-ICT stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, bl-għan li jiżgura ż-żamma tal-funzjonijiet tiegħu, l-irkupru bla dewmien tal-operazzjonijiet u l-issodisfar tal-obbligi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet.

▼B

3.  
Ripożitorju tat-tranżazzjonijiet li minnu tkun ġiet irtirata reġistrazzjoni għandu jiżgura s-sostituzzjoni ordnata, inkluż it-trasferiment tad-data lil repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet oħra u riorjentament tal-flussi tar-rapportar lejn repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet oħra.

Artikolu 80

Salvagwardjar u reġistrar

▼M17 —————

▼B

2.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jista’ biss juża d-data li jirċievi skont dan ir-Regolament għal finijiet kummerċjali kemm-il darba l-kontropartijiet rilevanti jipprovu l-kunsens tagħhom.
3.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu minnufih jirreġistra l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 9 u għandu jżommha għal mill-inqas għaxar snin wara t-terminazzjoni tal-kuntratti rilevanti. Għandu jħaddem proċeduri taż-żamma tar-rekords puntwali u effiċjenti sabiex jiddokumenta l-bidliet fl-informazzjoni rreġistrata.
4.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jikkalkula l-pożizzjonijiet skont il-klassi tad-derivati u permezz tar-rapportar tal-entità fuq il-bażi tad-dettalji tal-kuntratti derivati rapportati skont l-Artikoli 9.
5.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jippermetti lill-partijiet f’kuntratt li jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar dak il-kuntratt f’ħin debitu u jikkoreġuha.

▼M12

5a.  
Fuq talba, repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-kontropartijiet li ma jkunux meħtieġa li jirrapportaw id-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC tagħhom skont l-Artikolu 9 (1a) sa (1d) u lill-kontropartijiet u lis-CCPs li jkunu ddelegaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom skont l-Artikolu 9(1f) l-aċċess għall-informazzjoni rrapportata f'isimhom.

▼B

6.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli sabiex jipprevjeni kwalunkwe użu ħażin tal-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tiegħu.

Persuna fiżika li jkollha relazzjoni ma’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jew persuna ġuridika li jkollha impriża prinċipali jew relazzjoni sussidjarja mar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ma għandhiex tuża l-informazzjoni kundifenzjali rreġistrata f’repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għal użu kummerċjali.

Artikolu 81

Trasparenza u disponibbiltà tad-data

1.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu, f’intervalli regolari u b’mod faċilment aċċessibbli, jippubblika pożizzjonijiet aggregati skont il-klassi ta’ derivati rappurtati lilu.
2.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jiġbor u jżomm data u jiżgura li l-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 3 ikollhom aċċess dirett u immedjat għad-dettalji tal-kuntratti derivattivi li jeħtieġ iwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati tagħhom.

▼M7

3.  

Ir-repożitorju tat-transazzjonijiet għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni meħtieġa lill-entitajiet li ġejjin biex ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom:

(a) 

l-ESMA;

(b) 

l-EBA;

(c) 

l-EIOPA;

(d) 

il-BERS;

(e) 

l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-kontropartijiet ċentrali (CCPs) li jkollhom aċċess għar-repożitorju tat-transazzjonijiet;

(f) 

l-awtorità kompetenti li tissorvelja ċ-ċentri tan-negozjar tal-kuntratti rrapportati;

(g) 

il-membri rilevanti tas-SEBĊ, inkluż il-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tagħha fi ħdan mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( 25 );

(h) 

l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz li jkunu daħlu fi ftehim internazzjonali mal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 75;

(i) 

l-awtoritajiet superviżorji deżinjati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 );

(j) 

l-awtoritajiet rilevanti tat-titoli u s-swieq tal-Unjoni li r-responsabbiltajiet u l-mandati superviżorji rispettivi tagħhom jkopru l-kuntratti, is-swieq, il-parteċipanti u l-istrumenti sottostanti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(k) 

l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz li jkunu daħlu f’arranġament ta’ kooperazzjoni mal-ESMA, kif imsemmi fl-Artikolu 76;

(l) 

l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 27 );

(m) 

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 28 );

(n) 

il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014;

(o) 

awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont it-tifsira tar-Regolamenti (UE) Nru 1024/2013 u (UE) Nru 909/2014 u tad-Direttivi 2003/41/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, u 2014/65/UE, u awtoritajiet superviżorji skont it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE;

(p) 

l-awtoritajiet kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 10(5) ta’ dan ir-Regolament;

▼M12

(q) 

l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż terz li fir-rigward tiegħu jkun ġie adottat att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 76a;

▼M15

(r) 

l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Regolament (UE) 2021/23;

▼M18

(t) 

l-awtoritajiet nazzjonali fdati bit-twettiq tal-politika makroprudenzjali.

▼M4

Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jittrasmetti dejta lill-awtoritajiet kompetenti skont ir-rekwiżiti taħt l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 ( 29 ).

▼B

4.  
L-AETS għandha taqsam l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tad-doveri tagħha mal-awtoritajiet rilevanti l-oħra tal-Unjoni.

▼M12

5.  

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li ġej:

(a) 

l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata jew issir disponibbli skont il-paragrafi 1 u 3;

(b) 

il-frekwenza tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(c) 

l-istandards operattivi meħtieġa biex tiġi aggregata u mqabbla d-data minn repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għal ieħor u biex l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni;

(d) 

it-termini u l-kundizzjonijiet, l-arranġamenti u d-dokumentazzjoni meħtieġa li taħthom ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jagħtu aċċess lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020.

Fl-iżvilupp ta' dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-AETS għandha tiżgura li l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiżvelax l-identità ta' kwalunkwe parti għal kwalunkwe kuntratt.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 82

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

▼M18

2.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 1(6), fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 4(3a), fl-Artikolu 7a(7), fl-Artikolu 11(3a), fl-Artikolu 11(12a), fl-Artikolu 25(2a), fl-Artikolu 25(6a), fl-Artikolu 25a(3), fl-Artikolu 25d(3), fl-Artikolu 25i(7), fl-Artikolu 25o, fl-Artikolu 64(7), fl-Artikolu 70 u fl-Artikolu 72(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mill-24 ta’ Diċembru 2024.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(6), fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 4(3a), fl-Artikolu 7a(7), fl-Artikolu 11(3a), fl-Artikolu 11(12a), fl-Artikolu 25(2a), fl-Artikolu 25(6a), fl-Artikolu 25a(3), fl-Artikolu 25d(3), fl-Artikolu 25i(7), fl-Artikolu 25o, fl-Artikolu 64(7), fl-Artikolu 70 u fl-Artikolu 72(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

▼M14

4.  
Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha biex tikkonsulta lill-AETS u għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

▼M12

5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼M18

6.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(6), l-Artikolu 3(5), l-Artikolu 4(3a), l-Artikolu 7a(7), l-Artikolu 11(3a), l-Artikolu 11(12a), l-Artikolu 25(2a), l-Artikolu 25(6a), l-Artikolu 25a(3), l-Artikolu 25d(3), l-Artikolu 25i(7), l-Artikolu 25o, l-Artikolu 64(7), l-Artikolu 70 jew l-Artikolu 72(3) għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 83

Segretezza professjonali

1.  
L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti maħturin skont l-Artikolu 22 u l-awtoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 81(3), għall-AETS, jew għall-awdituri u l-esperti mogħtija l-istruzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti jew l-AETS. L-ebda informazzjoni kunfidenzjali li dawn il-persuni jirċievu fil-qadi tad-doveri tagħhom ma għandha tiġi żvelata lil ebda persuna jew awtorità, ħlief f’forma sommarja jew aggregata b’mod li kontroparti ċentrali ndividwali, repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jew kwalunkwe persuna oħra ma tkunx tista’ tiġi identifikata, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mid-dritt kriminali jew fiskali jew għal dan ir-Regolament.
2.  
Meta kontroparti ċentrali tkun ġiet iddikjarata falluta jew tkun qed tiġi stralċjata b’mod obbligatorju, informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax partijiet terzi tista’ tiġi żvelata fi proċeduri ċivili jew kummerċjali meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-proċeduri.
3.  
Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mid-dritt kriminali jew fiskali, l-awtoritajiet kompetenti, l-AETS, korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi minbarra awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament jistgħu jużawha biss fit-twettiq tal-obbligi tagħhom u għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom, fil-każ tal-awtoritajiet kompetenti, fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jew, fil-każ ta’ awtoritajiet oħra, korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi, għall-iskop li għalih din l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta lilhom jew fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji speċifikament relatati mat-twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet, jew it-tnejn. Meta l-AETS, l-awtorità kompetenti jew xi awtorità oħra, korp jew persuna li tikkomunika l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha għal dan, l-awtorità li tirċievi l-informazzjoni tista’ tużaha għal skopijiet oħra.
4.  
Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali riċevuta, skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3. Madankollu, dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx jipprevjenu lill-AETS, l-awtoritajiet kompetenti jew il-banek ċentrali rilevanti milli jiskambjaw jew jittrażmettu informazzjoni kunfidenzali f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni l-oħra applikabbli għad-ditti tal-investment, l-istituzzjonijiet tal-kreditu, il-fondi tal-pensjonijiet, il-UCITS, l-AIFMs, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni, is-swieq regolati jew l-operaturi tas-suq jew inkella bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jew l-awtorità jew il-korp jew il-persuna fiżika jew ġuridika oħrajn li jkunu kkomunikaw din l-informazzjoni.
5.  
Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx jimpedixxu l-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrasmettu informazzjoni kunfidenzali, skond il-liġi nazzjonali, li ma ġietx irċevuta minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor.

Artikolu 84

Skambju ta’ informazzjoni

1.  
L-awtoritajiet kompetenti, AETS, u awtoritajiet rilevanti oħra għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet li jwettqu dmirijiethom.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti, l-AETS, awtoritajiet rilevanti oħra u korpi oħra jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali fit-twettiq tad-doveri tagħhom skont dan ir-Regolament għandhom jużawha biss tul il-perkors ta’ dmirijiethom.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni lill-membri rilevanti tas-SEBĊ fejn tali informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq ta’ dmirijiethom.

TITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 85

Rapporti u Reviżjoni

▼M18

1.  
Sal-25 ta’ Diċembru 2029, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tipprepara rapport ġenerali. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa.

▼M12

1a.  

Sas-17 ta' Ġunju 2023 l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar dawn li ġejjin:

(a) 

l-impatt tar-Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 30 ) fuq il-livell tal-ikklerjar minn kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji u fuq id-distribuzzjoni tal-ikklerjar f'kull tip ta' kontroparti, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontropartijiet finanzjarji li jkollhom b'volum limitat ta' attività f'derivattivi OTC u fir-rigward tal-adegwatezza tal-limiti ta' kklerjar imsemmija fl-Artikolu 10(4);

(b) 

l-impatt tar-Regolament (UE) 2019/834 fuq il-kwalità u l-aċċessibbiltà tad-data rapportata lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, kif ukoll il-kwalità tal-informazzjoni li ssir disponibbli mir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet;

(c) 

il-bidliet lill-qafas ta' rappurtar, inkluż l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-rappurtar delegat kif stipulat fl-Artikolu 9(1a) u b'mod partikolari l-impatt tagħha fuq il-piż tar-rappurtar għall-kontropartijiet mhux finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu ta' kklerjar;

(d) 

l-aċċessibbiltà ta' servizzi ta' kklerjar, b'mod partikolari jekk ir-rekwiżit li jiġu pprovduti servizzi ta' kklerjar, direttament jew indirettament, skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji u trasparenti msemmija fl-Artikolu 4(3a) kienx effettiv fl-iffaċilitar tal-aċċess għall-ikklerjar.

▼M18 —————

▼M12

3.  

Sat-18 ta' Diċembru 2020 il-Kummissjoni għandha tħejji rapport li jivvaluta:

(a) 

jekk l-obbligi li jiġu rrappurtati tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u skont dan ir-Regolament joħolqux obbligu doppju ta' rappurtar ta' tranżazzjoni għal derivattivi mhux ta' OTC u jekk ir-rappurtar ta' tranżazzjonijiet mhux ta' OTC jistax jitnaqqas jew jiġi ssimplifikat għall-kontropartijiet kollha mingħajr telf mhux debitu ta' informazzjoni;

(b) 

in-neċessità u l-adegwatezza ta' allinjament tal-obbligu tan-negozjar għad-derivattivi skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 mat-tibdil magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/834 għall-obbligu tal-ikklerjar għad-derivattivi, b'mod partikolari għall-ambitu tal-entitajiet li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar;

(c) 

jekk xi tranżazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn servizzi ta' tnaqqis tar-riskju ta' wara n-negozjar, inkluż kompressjoni tal-portafoll, għandhomx ikunu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1), b'kont meħud ta' kemm dawk is-servizzi jnaqqsu r-riskju, b'mod partikolari r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju operazzjonali, il-potenzjal għal ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u d-diżinċentiv potenzjali għall-ikklerjar ċentrali.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe proposta adatta.

▼M12

3a.  

Sat-18 ta' Mejju 2020, l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni. Dak ir-rapport għandu jivvaluta:

(a) 

il-konsistenza tar-rekwiżiti ta' rappurtar għal derivattivi mhux OTC skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, kemm f'termini tad-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi li għandhom jiġu rrappurtati kif ukoll tal-aċċess għad-data mill-entitajiet rilevanti u jekk dawk ir-rekwiżiti għandhomx jiġu allinjati;

(b) 

il-fattibbiltà li jiġu ssimplifikati aktar il-ktajjen tar-rappurtar għall-kontropartijiet kollha, inkluż għall-klijenti indiretti kollha, filwaqt li titqies il-ħtieġa għar-rappurtar f'waqtu u b'kont meħud tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 4(4) ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(c) 

l-allinjament tal-obbligu tan-negozjar għad-derivattivi skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 mat-tibdil magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/834 mal-obbligu tal-ikklerjar għad-derivattivi, b'mod partikolari għall-ambitu tal-entitajiet li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar;

(d) 

f'kooperazzjoni mal-BERS, jekk xi tranżazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn servizzi ta' tnaqqis tar-riskju ta' wara n-negozjar, inkluż il-kompressjoni tal-portafoll, għandhomx ikunu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1); dak ir-rapport għandu:

(i) 

jinvestiga l-kompressjoni tal-portafoll u servizzi disponibbli oħrajn ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar li ma jifformawx prezz, li jnaqqsu r-riskji mhux tas-suq fil-portafolli tad-derivattivi mingħajr ma jinbidel ir-riskju tas-suq tal-portafolli, bħal tranżazzjonijiet ta' riekwilibriju;

(ii) 

jispjega l-iskopijiet u l-funzjonament ta' tali servizzi ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar, kemm itaffu r-riskju, b'mod partikolari r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju operattiv, u jivvaluta l-ħtieġa li jiġu kklerjati tali tranżazzjonijiet jew li jiġu eżentati mill-ikklerjar, sabiex jiġi ġestit ir-riskju sistemiku; u

(iii) 

jivvaluta sa fejn kwalunkwe eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar għal tali servizzi tiskoraġġixxi l-ikklerjar ċentrali u tista' twassal għaċ-ċirkomvenzjoni min-naħa tal-kontropartijiet tal-obbligu tal-ikklerjar;

(e) 

jekk il-lista ta' strumenti finanzjarji li huma meqjusa bħala likwidi ħafna b'riskju minimu ta' kreditu u tas-suq, skont l-Artikolu 47, tistax tiġi estiża u jekk dik il-lista tistax tinkludi fond wieħed jew aktar tas-suq monetarju awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 31 ).

▼M18 —————

▼B

5.  
L-AETS għandha tissottometti rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-penali imposti mill-awtoritajiet kompetenti, inklużi miżuri superviżorji, multi u pagamenti tal-penali perjodiċi.

▼M14

6.  
L-AETS għandha, f’kooperazzjoni mal-BERS, u fi ftehim, f’konformità mal-Artikolu 24b(3), mal-banek ċentrali tal-ħruġ tal-valuti kollha tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati jew li għandhom jiġu kklerjati minn CCP ta’ pajjiż terz li għaliha huwa indirizzat l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(2c), tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dak l-att ta’ implimentazzjoni, li b’mod partikolari jivvaluta jekk ir-riskju għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha jkunx mitigat b’mod suffiċjenti. L-AETS għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Kummissjoni fi żmien 12-il xahar minn tmiem il-perijodu ta’ adattament determinat skont il-punt (b) tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 25(2c). Il-ftehim ta’ bank ċentrali tal-ħruġ għandu jirrelata biss mal-munita li joħroġ u mhux mar-rapport fl-intier tiegħu.

Fi żmien 12-il xahar mit-trasmissjoni tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dak l-att ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta adegwata.

▼M18 —————

▼M18

7.  
Sal-25 ta’ Diċembru 2026, l-AETS għandha tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar il-possibbiltà u l-fattibbiltà li tkun meħtieġa s-segregazzjoni tal-kontijiet fil-katina tal-ikklerjar ta’ kontropartijiet mhux finanzjarji u finanzjarji. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji.
8.  
Sal-25 ta’ Diċembru 2026, l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza u l-implikazzjonijiet tal-estensjoni tad-definizzjoni ta’ CCP, kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (1), ta’ dan ir-Regolament, għal swieq oħra lil hinn mis-swieq finanzjarji, bħas-swieq tal-komoditajiet, inklużi s-swieq tal-enerġija bl-ingrossa, jew is-swieq fil-kriptoassi skont ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 32 ).
9.  
Sal-25 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-kundizzjonijiet ekwi u l-kunsiderazzjonijiet dwar l-istabbiltà finanzjarja fir-rigward tal-aċċess ġeneralizzat għall-banek ċentrali għas-CCPs tal-Unjoni mingħajr il-kundizzjoni li tinżamm liċenzja bankarja. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll is-sitwazzjoni fil-ġuriżdizzjonijiet tal-pajjiżi terzi.
10.  

Sal-25 ta’ Diċembru 2027, l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-attività ġenerali fit-tranżazzjonijiet tad-derivati tal-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji soġġetti għal dan ir-Regolament, li jforni, fost l-oħrajn, l-informazzjoni li ġejja rigward dawk il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji, b’distinzjoni bejn in-natura finanzjarja u mhux finanzjarja tagħhom:

(a) 

ir-riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni li jistgħu jirriżultaw minn dak it-tip ta’ attività;

(b) 

il-pożizzjonijiet f’derivati ta’ komoditajiet OTC li jaqbżu l-EUR 1 biljun, li tispeċifika l-ammont eżatt tal-pożizzjonijiet ikkonċernati;

(c) 

il-volum totali ta’ kuntratti tad-derivattivi tal-enerġija nnegozjati, b’distinzjoni, meta rilevanti, bejn dawk il-kuntratti tad-derivattivi tal-enerġija nnegozjati li huma użati għal finijiet ta’ hedging u dawk il-kuntratti tad-derivattivi tal-enerġija nnegozjati li mhumiex li jintużaw għall-hedging;

(d) 

il-volum totali tal-kuntratti tad-derivattivi agrikoli nnegozjati, li jiddistingwu, meta rilevanti, bejn dawk il-kuntratti tad-derivattivi agrikoli nnegozjati li jintużaw għall-hedging u dawk il-kuntratti tad-derivattivi agrikoli nnegozjati li ma jintużawx għall-hedging;

(e) 

is-sehem tal-kuntratti tad-derivati tal-enerġija jew tal-agrikoltura u OTC innegozjati fil-borża li jiġu saldati fiżikament fil-volum totali tal-kuntratti tad-derivattivi tal-enerġija jew tal-kuntratti tad-derivati tal-agrikoltura nnegozjati.

11.  

Sal-25 ta’ Diċembru 2026, l-AETS, b’kooperazzjoni mal-BERS, għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni. Dak ir-rapport għandu:

(a) 

jiddefinixxi fid-dettall il-kunċett ta’ proċikliċità fil-kuntest tal-Artikolu 41 għal marġnijiet mitluba minn CCP u l-Artikolu 46 għal telf impost applikat għal kollateral miżmum minn CCP;

(b) 

jivvaluta kif id-dispożizzjonijiet kontra l-proċikliċità ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 ( 33 ) ġew applikati matul is-snin u jekk humiex meħtieġa aktar miżuri biex jittejjeb l-użu ta’ għodod kontra l-proċikliċità;

(c) 

jinforma dwar kif l-għodod kontra l-proċikliċità jistgħu jew ma jistgħux jirriżultaw f’żidiet fil-marġni li jkunu akbar milli mingħajr l-applikazzjoni ta’ dawn l-għodod, filwaqt li jitqiesu supplimenti jew kumpensi potenzjali li CCP titħalla tapplika skont dan ir-Regolament.

Fit-tħejjija tar-rapport, l-AETS għandha tivvaluta wkoll ir-regoli li japplikaw għal CCPs ta’ pajjiżi terzi, u l-prattiki tagħhom, kif ukoll l-iżviluppi internazzjonali li jikkonċernaw il-proċikliċità.

12.  
Sal-25 ta’ Diċembru 2027, l-AETS għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS u mal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, tivvaluta kif ġew applikati l-Artikoli 15a, 17, 17a, 17b, 49 u 49a.

B’mod partikolari, dik il-valutazzjoni għandha tistabbilixxi:

(a) 

jekk il-bidliet introdotti bir-Regolament (UE) 2024/2987 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 34 ) kisbux l-effett mixtieq fir-rigward taż-żieda fil-kompetittività tas-CCPs tal-Unjoni u naqqsux il-piż regolatorju li jkollhom quddiemhom;

(b) 

jekk il-bidliet introdotti bir-Regolament (UE) 2024/2987 naqqsux iż-żmien għas-suq għal servizzi tal-ikklerjar u prodotti ġodda mingħajr ma kellhom impatt negattiv fuq ir-riskju għas-CCPs, għall-membri tal-ikklerjar tagħhom jew għall-klijenti tagħhom;

(c) 

jekk l-introduzzjoni tal-possibbiltà għas-CCPs li jimplimentaw direttament bidliet imsemmija fl-Artikolu 15a kellhiex impatt negattiv fuq il-profil tar-riskju tagħhom jew żiditx ir-riskji ġenerali għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, u jekk dik il-possibbiltà għandhiex tiġi emendata.

L-AETS għandha tissottometti rapport dwar l-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

13.  
Sal-25 ta’ Diċembru 2026 l-AETS għandha tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar jekk l-emendi għall-Artikolu 9 introdotti mir-Regolament (UE) 2024/2987 wasslux għal titjib ċar biżżejjed fit-twettiq tal-kompiti tal-AETS u jekk kellhomx impatt negattiv eċċessiv fuq il-parteċipanti fis-suq. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji.
14.  

Sal-25 ta’ Diċembru 2028, l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni. Dak ir-rapport għandu, f’kooperazzjoni mal-BERS, jivvaluta jekk:

(a) 

is-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ qabel in-negozjar għandhom jitqiesu bħala sistemikament importanti;

(b) 

il-forniment ta’ servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ qabel in-negozjar mill-fornituri tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ qabel in-negozjar irriżulta f’riskju akbar għall-ekosistema finanzjarja tal-Unjoni; u

(c) 

l-eżenzjoni rriżultat fi kwalunkwe ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4.

Fi żmien 18-il xahar mit-trażmissjoni tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-aspetti ppreżentati mill-AETS fir-rapport tagħha. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta adegwata.

▼B

Artikolu 86

Proċedura tal-kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tat-Titoli Ewropew stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE ( 35 ). Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼M12

3.  
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

▼B

Artikolu 87

Emenda għad-Direttiva 98/26/KE

1.  

Fl-Arikolu 9(1) tad-Direttiva 98/26/KE, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“Meta operatur ta’ sistema jkun ipprovda titolu kollaterali lil operatur ta’ sistema ieħor b’rabta ma’ sistema interoperabbli, id-drittijiet tal-operatur tas-sistema li jipprovdi għal dak it-titolu kollaterali ma għandhomx jiġu affetwati minn proċeduri ta’ insolvenza kontra l-operatur ta’ sistema riċevitur.”

2.  
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-punt (1) sas-17 ta’ Awwissu 2014. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva 98/26/KE jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 88

Websajts

1.  

L-AETS għandha żżom sit elettroniku li jipprovdi d-dettalji li ġejjin:

(a) 

il-kuntratti eliġibbli għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 5;

(b) 

il-penali imposti għall-ksur tal-Artikoli 4, 5 u 7 sa 11;

(c) 

il-kontropartijiet ċentrali awtorizzati li joffru servizzi jew attivitajiet fl-Unjoni li huma stabbiliti fl-Unjoni, u s-servizzi jew l-attivitajiet li huma awtorizzati li jipprovdu jew jagħmlu, inkluż il-klassijiet ta’ strumenti finanzjarji koperti mill-awtorizzazzjoni tagħhom;

(d) 

il-penali imposti għal ksur tat-Titoli IV u V;

(e) 

il-kontropartijiet ċentrali awtorizzati li joffru servizzi jew attivitajiet fl-Unjoni stabbiliti f’pajjiż terz, u s-servizzi jew l-attivitajiet li huma awtorizzati li jipprovdu jew jagħmlu, inkluż il-klassijiet ta’ strumenti finanzjarji koperti mill-awtorizzazzjoni tagħhom;

(f) 

ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet awtorizzati li joffru servizzi jew attivitajiet fl-Unjoni;

(g) 

il-penali u multi imposti skont l-Artikoli 65 u 66;

(h) 

ir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 6.

2.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, punti (b), (c) u (d), l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom siti elettroniċi, li għandhom ikunu konnessi mas-sit elettroniku tal-AETS.
3.  
Is-siti elettroniċi kollha msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu pubblikament aċċessibbli u aġġornati regolarment, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni f’format ċar.

Arttikolu 89

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

▼M12

1.  
Sat-18 ta' Ġunju 2021, l-obbligu tal-ikklerjar stipulat fl-Artikolu 4 ma għandux japplika għall-kuntratti tad-derivattivi OTC li huma oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji ta' investiment direttament relatati mas-solvenza finanzjarja tal-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet, u għal entitajiet stabbiliti biex jipprovdu kumpens lill-membri ta' tali arranġamenti f'każ ta' inadempjenza.

L-obbligu tal-ikklerjar stipulat fl-Artikolu 4 ma għandux japplika għal kuntratti tad-derivattivi OTC kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu li jidħlu għalihom arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet mis-17 ta' Awwissu 2018 sas-16 ta' Ġunju 2019.

▼B

Il-kuntratti tad-derivati OTC, li altrimenti jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4, li jikkonkludu dawn l-entitajiet matul dan il-perjodu għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 11.

2.  
Fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ skemi tal-pensjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(10)(c) u (d), l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tingħata mill-awtorità kompetenti rilevanti għal tipi ta’ entitajiet jew tipi ta’ arranġamenti. Wara li tirċievi t-talba, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-AETS u l-AEAPX. Fi żmien 30 jum kalendarju minn meta tirċievi n-notifika, l-AETS, wara konsultazzjoni mal-AEAPX, għandha toħroġ opinjoni li tivvaluta l-konformità tat-tip ta’ entitajiet jew it-tip ta’ arranġamenti mal-Artikolu 2(10)(c) jew (d) kif ukoll ir-raġunijiet għaliex eżenzjoni hija ġustifikata minħabba d-diffikultajiet biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-marġini ta’ varjazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tagħti eżenzjoni biss meta tkun sodisfatta kompletament li t-tip ta’ entitajiet jew it-tip ta’ arranġamenti jikkonformaw mal-Artikolu 2(10)(c) jew (d) u li huma jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marġni tal-varjazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tadotta deċiżjoni fi żmien għaxart ijiem li tirċievi l-opinjoni tal-AETS, filwaqt li tikkunsidra dik l-opinjoni b’mod xieraq. Jekk l-awtorità kompetenti ma taqbilx mal-opinjoni tal-AETS, għandha tagħti r-raġunijiet sħaħ fid-deċiżjoni tagħha u tispjega kull devjazzjoni minnha.

L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit tal-web tagħha lista ta’ tipi ta’ entitajiet u tipi ta’ arranġamenti msemmijin fl-Artikolu 2(10)(c)(d) li ngħataw eżenzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu. Biex tissaħħaħ aktar il-konsistenza fl-eżiti ta’ superviżjoni l-AETS għandha tagħmel reviżjoni kull sena minn pari tal-entitajiet inklużi fuq il-lista f’konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.  
Kontroparti ċentrali li tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru fejn hi stabbilita biex tipprovdi servizzi ta’ kklerjar skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 4, 5, 8 sa 11, 16, 18, 25, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 46, 47, 49, 56 u 81, għandha tapplika għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14 għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 16, 25, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 47 u 49.

Kontroparti ċentrali li tkun ġiet awtorizzata f’pajjiż terz, li ġiet rikonoxxuta li tipprovdi servizzi ta’ kklerjar fi Stat Membru skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 16, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 47 u 49, għandha tapplika għal rikonoxximent skont l-Artikolu 25 għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 16, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 47 u 49.

▼M14

3a.  
L-AETS ma għandhiex teżerċita s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 25(2a), (2b) u (2c) sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(2a) u fl-Artikolu 25a(3) u, relattivament għas-CCPs li fir-rigward tagħhom l-AETS ma tkunx adottat deċiżjoni ta’ rikonoxximent skont l-Artikolu 25 qabel l-1 ta’ Jannar 2020, sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni rilevanti msemmi fl-Artikolu 25(6).
3b.  
L-AETS għandha tistabbilixxi u tamministra kulleġġ skont l-Artikolu 25c għas-CCPs kollha rikonoxxuti skont l-Artikolu 25 qabel l-1 ta’ Jannar 2020 fi żmien erba’ xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(2a).
3c.  
L-AETS għandha tirrieżamina d-deċiżjonijiet dwar ir-rikonoxximent adottati skont l-Artikolu 25(1) qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(2a) u fl-Artikolu 25a(3) fi żmien 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(2a), f’konformità mal-Artikolu 25(5).

Fejn, wara r-rieżami msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-AETS tiddetermina li CCP li tkun ġiet rikonoxxuta qabel l-1 ta’ Jannar 2020 jenħtieġ li tiġi klassifikata bħala CCP tal-Grad 2 f’konformità mal-Artikolu 25(2a), l-AETS għandha tistabbilixxi perijodu ta’ adattament adegwat li ma għandux jeċċedi 18-il xahar li fihom is-CCP għandha tikkonforma mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 25(2b). L-AETS tista’ testendi dak il-perijodu tal-adattament b’mhux aktar minn sitt xhur addizzjonali fuq it-talba motivata tas-CCP jew ta’ kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar fl-Unjoni, fejn tali estensjoni tkun iġġustifikata minn ċirkostanzi eċċezzjonali u mill-impatt fuq il-membri tal-ikklerjar stabbiliti fl-Unjoni.

▼B

4.  
Sa ma tittieħed deċiżjoni skont dan ir-Regolament dwar l-awtorizzazzjoni jew ir-rikonoxximent ta’ kontroparti ċentrali, ir-regoli nazzjonali rispettivi dwar l-awtorizzazzjoni u r-rikonoxximent għandhom jibqgħu japplikaw u l-kontroparti ċentrali għandha tibqa’ tiġi ssorveljata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Memru tal-istabbiliment jew ir-rikonoxximent tagħha.
5.  
Fejn awtorità kompetenti awtorizzat kontroparti ċentrali tikklerja klassi partikolari ta’ derivati skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 16, 26, 29, 34, 41, 42, 45, 47 u 49, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha tinnotifika l-AETS dwar dik l-awtorizzazzjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 5(1).

Fejn awtorità kompetenti awtorizzat kontroparti ċentrali stabbilita f’pajjiż terz biex tipprovdi servizzi ta’ kklerjar skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tagħha qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 16, 26, 29, 34, 41, 42, 45, 47 u 49, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha tinnotifika l-AETS dwar dak ir-rikonoxximent fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 5(1).

▼M13

5a.  

Matul il-perijodu tranżitorju stipulat fl-Artikolu 497 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, CCP imsemmija f'dak l-Artikolu għandha tinkludi fl-informazzjoni li għandha tirrapporta f'konformità mal-Artikolu 50c(1) ta' dan ir-Regolament l-ammont totali ta' marġni inizjali, kif definit fil-punt 140 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li tkun irċeviet mill-membri ta' kklerjar tagħha meta jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

is-CCP ma jkollhiex fond inadempjenti;

(b) 

is-CCP ma jkollhiex fis-seħħ arranġament vinkolanti mal-membri ta' kklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu riċevut minn dawk il-membri ta' kklerjar daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati.

▼B

6.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li jkun ġie awtorizzat jew reġistrat fl-Istat Membru tal-istabbiliment tiegħu li jiġbor u jżomm ir-rekords tad-derivati skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 9, 56 u 81, għandu japplika għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 55 fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-istandards tekniċi regolatorji u implimentattivi.

Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit f’pajjiż terz, li jkun ġie permess jiġbor jew iżomm ir-rekords ta’ derivati fi Stat Membru skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 9, 56 u 81, għandu japplika għal rikonoxximent skont l-Artikolu 77 fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-istandards tekniċi regolatorji u implimentattivi.

7.  
Sa ma tittieħed deċiżjoni skont dan ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni jew ir-rikonoxximent ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, ir-regoli nazzjonali rispettivi dwar l-awtorizzazzjoni, ir-reġistrazzjoni u r-rikonoxximent tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandhom jibqgħu japplikaw u r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jibqa’ jiġi ssorveljat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Memru tal-istabbiliment jew ir-rikonoxximent tiegħu.
8.  
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li jkun ġie awtorizzat jew reġistrat fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tiegħu biex jiġbor u jżomm records ta’ derivati skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 56 u 81, jista’ jintuża biex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta’ rappurtar skont l-Artikolu 9 sakemm tittieħed deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament.

Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit f’pajjiż terz li jkun ġie permess jiġbor jew iżomm ir-rekords ta’ derivati skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji u implimentattivi kollha skont l-Artikoli 56 u 81, jista’ jintuża biex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta’ rappurtar skont l-Artikolu 9 sakemm tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament.

9.  
Minkejja l-Artikolu 81(3)(f), fejn l-ebda ftehim internazzjonali mhuwa fis-seħħ bejn pajjiż terz u l-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 75, repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jista’ jagħmel l-informazzjoni meħtieġa disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti ta’ dak il-pajjiż terz sas-17 ta’ Awwissu 2013 sakemm jinnotifika l-AETS.

▼M18

10.  
Meta CCP tkun membru tal-ikklerjar jew klijent ta’ CCP oħra, jew tkun stabbiliet arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, qabel l-24 ta’ Diċembru 2024, hija għandha ssir soġġetta għall-Artikolu 26(1) fil-25 ta’ Diċembru 2026.

B’deroga mill-Artikolu 37(1), CCP tista’ tippermetti lil CCPs jew kmamar tal-ikklerjar oħra li kienu l-membri tal-ikklerjar tagħha, direttament jew indirettament, mill-31 ta’ Diċembru 2023 biex jibqgħu l-membri tal-ikklerjar tagħha sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Diċembru 2026.

11.  
Sal-25 ta’ Diċembru 2025 jew 30 jum wara t-tħabbira msemmija fl-Artikolu 17c(1), it-tieni subparagrafu, skont liema data tiġi l-ewwel, l-iskambju ta’ informazzjoni, is-sottomissjoni ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni, u n-notifiki li huma meħtieġa biex tintuża l-bażi tad-data ċentrali għandhom jitwettqu permezz tal-użu ta’ arranġamenti alternattivi.
12.  
CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 li tkun daħlet f’arranġament tal-interoperabbiltà fi strumenti finanzjarji għajr titoli trasferibbli, kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (44), tad-Direttiva 2014/65/UE, u strumenti tas-suq monetarju ma’ CCP oħra awtorizzata skont l-Artikolu 14 jew CCP ta’ pajjiż terz rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 qabel l-24 ta’ Diċembru 2024 għandhom ifittxu l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tagħha f’konformità mal-Artikolu 54 qabel il-25 ta’ Diċembru 2026.

Arranġament tal-interoperabbiltà stabbilit bejn CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 u CCP li la tkun awtorizzata skont l-Artikolu 14 u lanqas rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 ma għandux jitkompla qabel il-25 ta’ Ġunju 2025. Jekk is-CCP li jkun stabbilit dak l-arranġament tal-interoperabbiltà magħha ssir awtorizzata skont l-Artikolu 14 jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 qabel il-25 ta’ Ġunju 2025, is-CCPs li huma parti għal dak l-arranġament tal-interoperabbiltà għandhom jiksbu approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom f’konformità mal-Artikolu 54 qabel il-25 ta’ Ġunju 2027.

13.  
B’deroga mill-Artikolu 11(3), ir-raba’ u l-ħames subparagrafi, u mill-Artikolu 11(12a), sakemm l-EBA tkun ħabbret pubblikament li stabbiliet il-funzjoni ta’ validazzjoni ċentrali tagħha, il-validazzjoni tal-mudelli pro forma għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti.

▼M18

Artikolu 90

Persunal u riżorsi tal-AETS

Sal-25 ta’ Diċembru 2027, l-AETS għandha tivvaluta l-ħtiġijiet tagħha rigward persunal u riżorsi fir-rigward tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha taħt dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

▼B

Artikolu 91

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Lista ta’ ksur imsemmi fl-Artikolu 65(1)

I. 

Ksur relatat ma’ rekwiżiti organizzattivi jew konflitti ta’ interess:

(a) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(1) billi ma jkollux arranġamenti ta’ governanza robusti li jinkludu struttura organizzattiva ċara b'linji tar-responsabilità definiti b'mod ċar, trasparenti u konsistenti u mekkaniżmi tal-kontroll intern adegwati, inklużi proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità sodi, li jipprevjenu ta’ żvelar tal-informazzjoni kunfidenzjali;

(b) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(2) billi ma jżommx jew joperax arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-miktub sabiex jidentifika u jimmaniġġja kwalunkwe konflitt ta’ interess potenzjali li jikkonċerna l-maniġers tiegħu, l-impjegati tiegħu, jew kwalunkwe persuna direttament jew indirettament konnessa magħhom permezz ta’ konnessjonijiet mill-qrib;

(ċ) 

repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(3) billi ma jistabbilixxix politiki u proċeduri adegwati u suffiċjenti biex tkun żgurata l-konformità tiegħu, inkluża dik tal-maniġers u l-impjegati tiegħu, mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament;

(d) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(4) billi ma jżommx jew ma joperax struttura organizzattiva adegwata biex ikunu żgurati l-kontinwità u l-funzjonament tajjeb tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tiegħu;

(e) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(5) billi ma jisseparax b'mod operattiv is-servizzi anċillari mill-funzjoni tiegħu li jiġbor u jżomm f'post ċentrali r-rekords tad-derivati;

(f) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(6) billi ma jiżgurax li d-diriġenza għolja u l-membri tal-bord għandhom reputazzjoni u esperjenza tajba biżżejjed sabiex ikun żgurat il-maniġment sod u prudenti tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet;

(g) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(7) billi ma jkollux rekwiżiti oġġettivi, mhux diskriminatorji u żvelati pubblikament għal aċċess minn fornituri tas-servizzi u impriżi soġġetti għall-obbligu tar-rappurtar skont l-Artikolu 9;

(h) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(8) billi ma jiżvelax pubblikament il-prezzijiet u t-drittijiet assoċjati mas-servizzi pprovduti skont dan ir-Regolament billi ma jippermettix lill-entitajiet ta’ rappurtar li jkollhom aċċess għal servizzi speċifiċi separatament jew billi japplika prezzijiet u drittijiet li ma jkunux relatati mal-ispejjeż;

▼M12

(i) 

repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser il-punt (a) tal-Artikolu 78(9) billi ma jistabbilixxix proċeduri adegwati għar-rikonċiljazzjoni effettiva tad-data bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet;

(j) 

repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser il-punt (b) tal-Artikolu 78(9) billi ma jistabbilixxix proċeduri adegwati biex jivverifika l-kompletezza u l-korrettezza tad-data rapportata;

(k) 

repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser il-punt (c) tal-Artikolu 78(9) billi ma jistabbilixxix politika adegwata għat-trasferiment b'ordni ta' data lejn repożitorji tat-tranżazzjonijiet oħrajn meta mitlub mill-kontropartijiet u s-CCPs imsemmija fl-Artikolu 9 jew meta jkun meħtieġ mod ieħor.

▼B

II. 

Ksur relatat ma’ rekwiżiti operattivi:

▼M17

(a) 

repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 79(1) billi ma jidentifikax is-sorsi ta’ riskju operazzjonali jew billi ma jimminimizzax dawk ir-riskji permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa, inkluż sistemi tal-ICT ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554;

(b) 

repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 79(2) billi ma jistabbilixxix, ma jimplimentax jew ma jżommx politika adegwata ta’ kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru minn diżastri stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, bl-għan li jiżgura ż-żamma tal-funzjonijiet tiegħu, l-irkupru bla dewmien tal-operazzjonijiet u l-issodisfar tal-obbligi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet;

▼M17 —————

▼B

(d) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 80(2) billi juża d-data li jirċievi skont dan ir-Regolament għal finijiet kummerċjali ma l-kontropartijiet rilevanti jkunu taw il-kunsens tagħhom;

(e) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 80(3) billi ma jirreġistrax minnufih l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 9 u billi ma jżommhiex għal mill-inqas għaxar snin wara t-terminazzjoni tal-kuntratti rilevanti jew billi ma jużax proċeduri ta’ żamma ta’ rekords puntwali u effiċjenti biex jirreġistra bidliet li saru f'informazzjoni rreġistrata;

(f) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 80(4) billi ma jikkalkulax il-pożizzjonijiet skont il-klassi tad-derivati u bl-entità abbażi tad-dettalji tal-kuntratti tad-derivati rrappurtati skont l-Artikolu 9;

(g) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 80(5) billi ma jippermettix lill-partijiet għal kuntratt li jkollhom aċċess għal u jikkoreġu informazzjoni dwar dak il-kuntratt fi żmien debitu;

(h) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 80(6) billi ma jiħux il-passi kollha raġonevoli biex jimpedixxi kwalunkwe użu ħażin tal-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tiegħu.

III. 

Ksur relatat mat-trasparenza u d-disponibbiltà tal-informazzjoni:

(a) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 81(1) billi ma jippubblikax regolarment, b'mod faċilment aċċessibbli, pożizzjonijiet aggregati skont il-klassi tad-derivati dwar il-kuntratti rrapportati lilu;

(b) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 81(2) billi ma jippermettix lill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 81(3) li jkollhom aċċess dirett u immedjat għad-dettalji tal-kuntratti tad-derivati li huma jeħtieġu biex iwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom.

IV. 

Ksur relatat mal-ostakoli għall-attivitajiet superviżorji:

(a) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 61(1) billi jipprovdi informazzjoni mhux korretta jew li tiżgwida bħala tweġiba għal talba sempliċi għal informazzjoni mill-AETS skont l-Artikolu 61(2) jew bħala tweġiba għal deċiżjoni mill-AETS li tkun teħtieġ informazzjoni skont l-Artikolu 61(3);

(b) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jipprovdi tweġibiet inkorretti jew li jiżgwidaw għal mistoqsijiet li jkunu saru skont l-Artikolu 62(1)(c);

(ċ) 

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ma jikkonformax fi żmien debitu ma’ miżura superviżorja adottata mill-AETS skont l-Artikolu 73;

▼M12

(d) 

repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 55(4) billi ma jinnotifikax lill-AETS fil-ħin debitu b'kull tibdil materjali fil-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tiegħu.

▼B




ANNESS II

Lista ta’ koeffiċjenti marbutin ma’ fatturi aggravanti u attenwanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65(3)

Il-koeffiċjenti li ġejjin għandhom ikunu applikabbli, b'mod kumulattiv, għall-ammonti bażiċi msemmija fl-Artikolu 65(2);

I. 

Koeffiċjenti tal-aġġustamenti marbutin ma’ fatturi aggravanti:

(a) 

jekk il-ksur jitwettaq ripetutament, għal kull darba li jiġi ripetut, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta’ 1,1;

(b) 

jekk il-ksur jitwettaq għal aktar minn 6 xhur, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta’ 1,5;

(ċ) 

jekk il-ksur ikun żvela dgħufijiet sistemiċi fl-organizzazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, b'mod partikolari fil-proċeduri, is-sistemi tal-maniġment jew il-kontrolli interni tiegħu, għandu japplika koeffiċjent ta’ 2,2;

(d) 

jekk il-ksur ikollu impatt negattiv fuq il-kwalità tad-data li jżomm, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,5;

(e) 

jekk il-ksur twettaq intenzjonalment, għandu japplika koeffiċjent ta’ 2;

(f) 

jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta’ rimedju minn meta kien identifikat il-ksur, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,7;

(g) 

jekk id-diriġenza għolja tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ma jkunx ikkoopera mal-AETS fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tiegħu, għandu japplikakoeffiċjent ta’ 1,5.

II. 

Koeffiċjenti tal-aġġustamenti marbutin ma’ fatturi attenwanti:

(a) 

jekk il-ksur ikun twettaq għal inqas minn għaxart ijiem ta’ xogħol, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 0,9;

(b) 

jekk id-diriġenza għolja tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jista' juri li jkun ħa l-miżuri meħtieġa kollha biex jimpedixxi l-ksur, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 0,7;

(ċ) 

jekk ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun ressaq malajr, b'mod effettiv u komplet, il-ksur għall-attenzjoni tal-AETS, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 0,4;

(d) 

jekk ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun ħa miżuri b'mod volontarju biex ikun żgurat li ksur simili ma jkunx jista' jitwettaq fil-futur, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 0,6.

▼M14




ANNESS III

Lista ta’ ksur imsemmi fl-Artikolu 25j(1)

I. 

Ksur relatat ma’ rekwiżiti kapitali:

(a) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 16(1) jekk ma jkollhiex kapital inizjali permanenti u disponibbli ta’ mill-inqas EUR 7,5 miljun;

(b) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 16(2) jekk ma jkollhiex kapital, inkluż dħul u riżervi miżmuma, li jkun proporzjonat għar-riskju li jirriżulta mill-attivitajiet tagħha u li dejjem ikun suffiċjenti sabiex jiżgura stralċ jew ristrutturar ordnat tal-attivitajiet fuq perijodu ta’ żmien adatt u protezzjoni adegwata lis-CCP kontra riskji tal-kreditu, tal-kontroparti, tas-suq, operazzjonali, legali u kummerċjali li mhumiex diġà koperti minn riżorsi finanzjarji speċifiċi kif imsemmi fl-Artikoli 41 sa 44.

II. 

Ksur relatat ma’ rekwiżiti organizzazzjonali jew kunflitti ta’ interess:

▼M18

(a) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(1) jekk ma jkollhiex arranġamenti ta’ governanza robusti li jinkludu struttura organizzazzjonali ċara b’linji ta’ responsabbiltà definiti sew, trasparenti u konsistenti, proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u r-rapportar tar-riskji li għalihom hija jew tista’ tkun esposta u mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati, inklużi proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi jew billi ssir membru tal-ikklerjar, klijent, jew tistabbilixxi arranġamenti tal-ikklerjar indiretti ma’ membru tal-ikklerjar bl-għan li twettaq attivitajiet tal-ikklerjar f’CCP oħra, sakemm tali attivitajiet tal-ikklerjar ma jitwettqux skont arranġament tal-interoperabbiltà skont it-Titolu V jew meta twettaq il-politiki ta’ investiment tagħha skont l-Artikolu 47;

▼M14

(b) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(2) jekk ma tadottax politiki u proċeduri adegwati li jkunu effettivi biżżejjed sabiex jiżguraw il-konformità, inkluża dik tal-maniġers u l-impjegati tagħha, ma’ dan ir-Regolament;

▼M17

(c) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(3) billi ma żżommx jew ma toperax struttura organizzazzjonali li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament ordnat fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tagħha jew jekk ma tużax sistemi, riżorsi jew proċeduri xierqa u proporzjonati inkluż sistemi tal-ICT ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554;

▼M14

(d) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(4) jekk ma żżommx separazzjoni ċara bejn il-linji tar-rapportar għall-immaniġġjar tar-riskju u dawk għal operazzjonijiet oħra tas-CCP;

(e) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(5) jekk ma tadottax, ma timplimentax jew ma żżommx fis-seħħ politika ta’ rimunerazzjoni li tippromwovi ġestjoni tar-riskju soda u effikaċi u li ma toħloqx inċentivi biex titnaqqas ir-rigorożità tal-istandards tar-riskji;

▼M17 —————

▼M14

(g) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(7) jekk ma tagħmilx l-arranġamenti ta’ governanza tagħha, ir-regoli li jirregolaw is-CCP, jew il-kriterji ta’ ammissjoni tagħha għal sħubija tal-ikklerjar disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas;

(h) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(8) jekk ma tkunx soġġetta għal verifiki frekwenti u indipendenti, jew jekk ma tikkomunikax ir-riżultati ta’ dawk il-verifiki lill-bord jew jekk ma tagħmilx dawk ir-riżultati disponibbli għall-AETS;

(i) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 27(1) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) jekk ma tiżgurax li d-diriġenza għolja u l-membri tal-bord ikunu ta’ reputazzjoni tajba u ta’ esperjenza biżżejjed biex jiżguraw l-immaniġġjar sod u prudenti tas-CCP;

(j) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 27(2) jekk ma tiżgurax li mill-inqas terz, iżda mhux anqas minn tnejn, mill-membri ta’ dak il-bord ikunu indipendenti jew jekk ma tistedinx lir-rappreżentanti tal-klijenti tal-membri tal-ikklerjar għal-laqgħat tal-bord għal kwistjonijiet rilevanti għall-Artikoli 38 u 39 jew jekk torbot il-kumpens tal-membri independenti u l-membri l-oħra mhux eżekuttivi tal-bord mal-prestazzjoni kummerċjali tas-CCP;

(k) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 27(3) jekk ma tiddeterminax b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabiltajiet tal-bord jew billi ma tagħmilx il-minuti tal-laqgħat tal-bord disponibbli għall-AETS jew għall-awdituri;

(l) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 28(1) jekk ma tistabbilixxix kumitat tar-riskju jew ma tgħammarx lil dak il-kumitat tar-riskju b’rappreżentanti tal-membri tal-ikklerjar tagħha, membri indipendenti tal-bord u rappreżentanti tal-klijenti tagħha, jekk tgħammar lill-kumitat tar-riskju b’tali mod li wieħed minn dawk il-gruppi ta’ rappreżentanti jkollu maġġoranza fil-kumitat tar-riskju, jew jekk ma tinformax lill-AETS bl-attivitajiet u d-deċiżjonijiet tal-kumitat tar-riskju meta l-AETS tkun talbet li tiġi informata kif dovut;

(m) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 28(2) jekk ma tiddeterminax b’mod ċar il-mandat, l-arranġamenti ta’ governanza biex tiġi żgurata l-indipendenza tagħha, il-proċeduri operazzjonali, il-kriterji tal-ammissjoni jew il-mekkaniżmu li bih jiġu eletti l-membri tal-kumitat tar-riskju, jew jekk ma tagħmilx dawk l-arranġamenti ta’ governanza pubblikament disponibbli jew jekk ma tiddeterminax li l-kumitat tar-riskju jkun presedut minn membru tal-bord indipendenti u jirrapporta direttament lill-bord u jkollu laqgħat regolari;

(n) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 28(3) jekk ma tippermettix lill-kumitat tar-riskju jagħti parir lill-bord dwar kwalunkwe arranġament li jista’ jkollu impatt fuq il-ġestjoni tar-riskji tas-CCP jew jekk ma tagħmilx sforzi raġonevoli biex tikkonsulta l-kumitat tar-riskju dwar żviluppi li jkollhom impatt fuq il-ġestjoni tar-riskju tas-CCP f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

(o) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 28(5) jekk ma tinfurmax minnufih lill-AETS bi kwalunkwe deċiżjoni li fiha l-bord jiddeċiedi li ma jsegwix il-parir tal-kumitat tar-riskju;

(p) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 29(1) jekk ma żżommx ir-rekords kollha dwar is-servizzi u l-attività pprovduti minn dik is-CCP għal perijodu ta’ mhux inqas minn għaxar snin, li huma meħtieġa sabiex l-AETS tkun tista’ timmonitorja l-konformità tas-CCP ma’ dan ir-Regolament;

(q) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 29(2) billi ma żżommx, għal perijodu ta’ mhux anqas minn għaxar snin wara t-terminazzjoni ta’ kuntratt, l-informazzjoni kollha dwar il-kuntratti kollha li tkun ipproċessat b’tali mod li jippermetti l-identifikazzjoni tat-termini oriġinali ta’ transazzjoni qabel l-ikklerjar minn dik is-CCP;

(r) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 29(3) jekk ma tagħmilx ir-rekords u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 29, jew l-informazzjoni kollha dwar il-pożizzjonijiet tal-kuntratti kklerjati, irrispettivament mill-post fejn ikunu twettqu t-transazzjonijiet, disponibbli fuq talba għall-AETS u għall-membri rilevanti tas-SEBĊ;

(s) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 30(1) jekk ma tinfurmax, jew tagħmel dan b’mod falz jew mhux komplut, lill-AETS bl-identitajiet tal-azzjonisti jew membri tagħha, kemm jekk diretti jew indiretti, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li għandhom parteċipazzjoni kwalifikatorja jew bl-ammonti ta’ dawn il-parteċipazzjonijiet;

(t) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 30(4) jekk tippermetti li l-persuni msemmijin fl-Artikolu 30(1) jeżerċitaw influwenza li aktarx li tkun ta’ preġudizzju għall-ġestjoni soda u prudenti tas-CCP;

(u) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 31(1) jekk ma tinnotifikax, jew tinnotifika b’mod falz jew mhux komplut, lill-AETS bi kwalunkwe bidla fil-ġestjoni tagħha jew jekk ma tipprovdix lill-AETS l-informazzjoni neċessarja kollha biex tivvaluta l-konformità mal-Artikolu 27(1) jew mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2);

(v) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 33(1) jekk ma żżommx fis-seħħ jew ma toperax arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-miktub għall-identifikazzjoni u l-immaniġġar ta’ kwalunkwe konflitt ta’ interess potenzjali bejnha, inklużi l-maniġers tagħha, l-impjegati tagħha, jew kwalunkwe persuna b’kontroll dirett jew indirett jew konnessjonijiet mill-qrib, u l-membri tal-ikklerjar tagħha jew il-klijenti tagħhom magħrufin mas-CCP jew billi ma żżommx fis-seħħ jew ma timplimentax proċeduri adegwati bl-għan tas-soluzzjoni ta’ konflitti ta’ interess possibbli;

(w) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 33(2) jekk ma tiżvelax b’mod ċar in-natura ġenerali jew is-sorsi tal-konflitti ta’ interess, qabel ma taċċetta transazzjonijiet ġodda mill-membru tal-ikklerjar ikkonċernat, lill-membru tal-ikklerjar jew lil klijent ikkonċernat ta’ dak il-membru tal-ikklerjar li huwa magħruf mis-CCP meta l-arranġamenti organizzazzjonali jew amministrattivi ta’ dik is-CCP biex timmaniġġja konflitt ta’ interess ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw, b’fiduċja raġonevoli, li r-riskji ta’ ħsara għall-interess ta’ membru tal-ikklerjar jew klijent jiġu evitati;

(x) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 33(3) jekk ma tikkunsidrax fl-arranġamenti bil-miktub tagħha kwalunkwe ċirkostanza, li hija jew għandha tkun konxja minnha, li tista’ twassal għal konflitt ta’ interess li jirriżulta b’konsegwenza tal-istruttura u l-attivitajiet tan-negozju ta’ impriżi oħra li magħhom hija għandha relazzjoni ta’ impriża prinċipali jew sussidjarja;

(y) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 33(5) jekk ma tiħux il-passi raġonevoli kollha għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe użu ħażin tal-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tagħha jew biex tipprevjeni l-użu ta’ dik l-informazzjoni għal attivitajiet kummerċjali oħrajn, jew minn persuna fiżika li għandha rabta mill-qrib ma’ CCP jew persuna ġuridika li għandha relazzjoni ta’ impriża prinċipali jew sussidjarja mas-CCP waqt li tuża l-informazzjoni konfidenzjali rreġistrata f’dik is-CCP għal kwalunkwe użu kummerċjali mingħajr il-kunsens mogħti minn qabel tal-klijent li lilu tkun tappartjeni din l-informazzjoni kunfidenzjali;

(z) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 36(1) jekk ma taġixxix b’mod ġust u professjonali skont l-aħjar interessi tal-membri tal-ikklerjar tagħha u l-klijenti tagħhom;

(aa) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 36(2) jekk ma jkollhiex regoli aċċessibbli, trasparenti u ġusti biex tittratta l-ilmenti fil-pront;

▼M18

(ab) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 37(1) jew (2) jekk tuża, fuq bażi kontinwa, kriterji ta’ ammissjoni diskriminatorji, mhux trasparenti jew soġġettivi, jew jekk tonqos b’mod ieħor milli tiżgura aċċess ġust u miftuħ għal dik is-CCP fuq bażi kontinwa jew jekk tonqos milli tiżgura fuq bażi kontinwa li l-membri tal-ikklerjar tagħha jkollhom riżorsi finanzjarji u kapaċità operattiva suffiċjenti biex iwettqu l-obbligi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f’dik is-CCP, jew jekk ma jkollhiex kriterji tal-ammissjoni li jiżguraw li s-CCPs jew il-kmamar tal-ikklerjar ma jistgħux ikunu membri tal-ikklerjar, direttament jew indirettament, tas-CCP, jew jekk tonqos milli tagħmel rieżami komprensiv tal-konformità mill-membri tal-ikklerjar tagħha fuq bażi annwali;

▼M18

(aba) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 37(1a) billi taċċetta kontropartijiet mhux finanzjarji bħala membri tal-ikklerjar meta tali kontropartijiet ma jkunux urew kif biħsiebhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marġni u l-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza, jew billi tonqos milli tirrieżamina l-arranġamenti stabbiliti biex timmonitorja li tkun issodisfata l-kundizzjoni biex tali kontropartijiet mhux finanzjarji jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar;

▼M14

(ac) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 37(4) jekk tonqos milli jkollha proċeduri oġġettivi u trasparenti għas-sospensjoni u l-ħruġ ordnat ta’ membri tal-ikklerjar li ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji msemmijin fl-Artikolu 37(1);

(ad) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 37(5) jekk tirrifjuta l-aċċess għal membru tal-ikklerjar li jissodisfa l-kriterji msemmijin fl-Artikolu 37(1) meta dan ir-rifjut għall-aċċess ma jkunx debitament ġustifikat bil-miktub u bbażat fuq analiżi tar-riskju komprensiva;

(ae) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(1) jekk ma tippermettix lill-klijenti tal-membri tal-ikklerjar tagħha aċċess separat għas-servizzi speċifiċi pprovduti;

(af) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 39(7) jekk ma toffrix il-livelli differenti ta’ segregazzjoni msemmijin f’dak il-paragrafu skont termini kummerċjali raġonevoli.

III. 

Ksur relatat ma’ rekwiżiti operazzjonali:

▼M17

(a) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 34(1) billi ma tistabbilixxix, ma timplimentax jew ma żżommx politika adegwata ta’ kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru minn diżastri stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, bl-għan li tiżgura l-preservazzjoni tal-funzjonijiet tagħha, l-irkupru fil-ħin tal-operazzjonijiet u t-twettiq tal-obbligi tas-CCP, li tal-inqas jippermetti l-irkupru tat-tranżazzjonijiet kollha fil-waqt tat-tfixkil biex jippermetti li s-CCP tkompli topera b’ċertezza u tikkompleta s-saldu fid-data skedata;

▼M14

(b) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 34(2) jekk ma tistabbilixxix, ma timplimentax jew ma żżommx fis-seħħ proċedura adegwata li tiżgura saldu fil-ħin u ordnat jew it-trasferiment tal-assi u tal-pożizzjonijiet tal-klijenti u tal-membri tal-ikklerjar fil-każ li r-rikonoxximent jiġi rtirat f’konformità ma’ deċiżjoni skont l-Artikolu 25;

(c) 

CCP tal-Grad 2 tikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35(1) billi testernalizza attivitajiet ewlenin marbuta mal-ġestjoni tar-riskju ta’ dik is-CCP mingħajr l-approvazzjoni mill-AETS;

(d) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 39(1) jekk ma żżommx rekords u kontijiet separati li jippermettulha, fi kwalunkwe ħin u mingħajr dewmien, li tiddistingwi fil-kontijiet mas-CCP l-assi u l-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont ta’ membru tal-ikklerjar wieħed mill-assi u l-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont ta’ kwalunkwe membru tal-ikklerjar ieħor u mill-assi tagħha stess;

(e) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 39(2) jekk ma toffrix li żżomm u ma żżommx, meta hekk mitluba, rekords u kontijiet separati li jippermettu li kull membru tal-ikklerjar jiddistingwi fil-kontijiet mas-CCP l-assi u l-pożizzjonijiet ta’ dak il-membru tal-ikklerjar minn dawk miżmumin għall-kontijiet tal-klijenti tagħha;

(f) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 39(3) jekk ma toffrix li żżomm u ma żżommx, meta hekk mitluba, rekords u kontijiet separati li jippermettu li kull membru tal-ikklerjar jiddistingwi fil-kontijiet mas-CCP l-assi u l-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont ta’ klijent minn dawk miżmumin għall-kont ta’ klijenti oħrajn, jew jekk ma toffrix lill-membri tal-ikklerjar tagħha l-possibilità li jiftħu iktar kontijiet f’isimhom stess għall-kont tal-klijenti tagħhom meta hekk mitluba;

(g) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 40 jekk ma tkejjilx u tivvaluta l-likwidità tagħha u l-espożizzjonijiet tal-kreditu tagħha għal kull membru tal-ikklerjar u, fejn rilevanti, għal CCP oħra li magħha tkun ikkonkludiet arranġament dwar l-interoperabbiltà, fuq bażi ta’ kważi ħin reali jew jekk ma jkollhiex aċċess għas-sorsi tal-ipprezzar rilevanti sabiex tkun tista’ tkejjel l-espożizzjonijiet tagħha b’mod effettiv fuq bażi raġonevoli ta’ kost;

▼M18

(h) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 41(1) jekk ma timponix, ma tappellax għall-marġni jew ma tiġborx marġni biex tillimita l-espożizzjonijiet tal-kreditu tagħha mill-membri tal-ikklerjar tagħha, u meta rilevanti, minn CCPs li magħhom tkun ikkonkludiet arranġament dwar l-interoperabbiltà, jew jekk timponi, tappella għall-marġni, jew tiġbor marġni li ma jkunux suffiċjenti biex ikopru l-espożizzjonijiet li s-CCP tistma li se jseħħu sal-likwidazzjoni tal-pożizzjonijiet rilevanti jew biex ikopru t-telfiet li jirriżultaw minn tal-inqas 99 % tal-movimenti fl-espożizzjonijiet fuq firxa adegwata ta’ żmien jew suffiċjenti biex jiżguraw li CCP tikkollateralizza b’mod sħiħ l-espożizzjonijiet tagħha mal-membri tal-ikklerjar kollha tagħha, u meta rilevanti mas-CCPs kollha li magħhom tkun ikkonkludiet arranġamenti dwar l-interoperabbiltà, mill-inqas fuq bażi ta’ kuljum, jew, billi naqset milli kontinwament timmonitorja u tirrevedi l-livell ta’ marġni biex jirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq attwali filwaqt li jittieħed kont ta’ kwalunkwe effett potenzjalment proċikliku;

▼M14

(i) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 41(2) jekk tonqos milli tadotta mudelli u parametri meta tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-marġini tagħha li jaqbdu l-karatteristiċi tar-riskju tal-prodotti kklerjati b’kont meħud tal-intervall bejn il-ġbir tal-marġini, il-likwidità tas-suq u l-possibilità ta’ bidliet tul id-durata tat-tranżazzjoni;

▼M18

(j) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 41(3) jekk ma ssejjaħx u ma tiġborx marġnijiet fuq bażi tal-istess ġurnata, tal-inqas meta jinqabżu l-limiti predefiniti jew jekk iżżomm pagamenti tal-marġni ta’ varjazzjoni tal-istess ġurnata wara li tkun ġabret dawn il-pagamenti kollha dovuti, minflok ma tgħaddihom, meta possibbli;

▼M14

(k) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 42(3) jekk ma żżommx fis-seħħ fond tal-inadempjenza li tal-inqas jippermettilha tirreżisti, taħt kondizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli, l-inadempjenza tal-membru tal-ikklerjar li għalih għandha l-akbar espożizzjonijiet, jew tat-tieni jew it-tielet l-akbar membri tal-ikklerjar jekk is-somma tal-espożizzjonijiet tagħhom tkun akbar, jew jekk tiżviluppa xenarji li ma jinkludux l-aktar perijodi volatili li jkunu ġew esperjenzati mis-swieq li lilhom is-CCP tipprovdi s-servizzi tagħha u firxa ta’ xenarji futuri potenzjali, li jqisu l-bejgħ għall-għarrieda ta’ riżorsi finanzjarji u tnaqqis rapidu fil-likwidità tas-suq;

(l) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 43(2) jekk il-fond tal-inadempjenza tagħha msemmi fl-Artikolu 42 u r-riżorsi finanzjarji l-oħrajn tagħha msemmijin fl-Artikolu 43(1) ma jippermettulhiex li tkun tista’ tirreżisti f’kull ħin l-inadempjenza ta’ mill-inqas iż-żewġ membri tal-ikklerjar li għalihom għandha l-akbar espożizzjonijiet taħt kondizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli;

(m) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 44(1) jekk ma jkollhiex aċċess f’kull ħin għal likwidità adegwata biex twettaq is-servizzi u l-attivitajiet tagħha jew jekk ma tkejjilx ta’ kuljum il-ħtiġijiet potenzjali ta’ likwidità tagħha;

(n) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 45(1), (2) u (3) jekk ma tużax il-marġini li jiddaħħlu minn membru tal-ikklerjar inadempjenti qabel riżorsi finanzjarji oħra biex jiġi kopert it-telf;

(o) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 45(4) jekk ma tużax riżorsi proprji ddedikati qabel ma tuża l-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza ta’ membri tal-ikklerjar li mhumiex inadempjenti;

▼M18

(oa) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 45a(1) jekk tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet elenkati fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dak il-paragrafu meta l-AETS tkun talbet lis-CCP toqgħod lura milli tieħu kwalunkwe azzjoni bħal din għal perjodu speċifikat mill-AETS;

▼M14

(p) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 46(1) jekk taċċetta kwalunkwe ħaġa oħra għajr kollateral likwidu ħafna b’riskju minimu ta’ kreditu u tas-suq sabiex tkopri l-espożizzjoni inizjali u kontinwa tagħha għall-membri tal-ikklerjar tagħha meta kollateral ieħor ma jkunx permess skont l-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 46(3);

▼M18

(pa) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 46(1) jekk taċċetta garanziji pubbliċi, garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali, meta tali garanziji ma jkunux disponibbli mingħajr kundizzjonijiet fuq talba fil-perjodu ta’ likwidazzjoni msemmi fl-Artikolu 41, jew jekk ma tistabbilixxix, fir-regoli operattivi tagħha, il-livell minimu aċċettabbli ta’ kollateralizzazzjoni għall-garanziji li taċċetta, jew billi taċċetta garanziji pubbliċi, garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali biex tkopri skoperturi għajr l-iskopertura inizjali u kontinwa tagħha għall-membri tal-ikklerjar tagħha li huma kontropartijiet mhux finanzjarji jew għal klijenti ta’ membri tal-ikklerjar, dment li dawk il-klijenti tal-membri tal-ikklerjar ikunu kontropartijiet mhux finanzjarji jew billi, meta garanziji pubbliċi, garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali jiġu pprovduti lis-CCP, ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti skont it-tielet subparagrafu, il-punti (a) sa (e), ta’ dak il-paragrafu;

▼M14

(q) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 47(1) jekk tinvesti r-riżorsi finanzjarji tagħha għajr fi flus kontanti jew fi strumenti finanzjarji likwidi ħafna b’riskju minimu tas-suq u ta’ kreditu u li jkunu kapaċi li jiġu llikwidati b’mod rapidu b’effett avvers minimu fuq il-prezz;

(r) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 47(3) jekk ma tiddepożitax strumenti finanzjarji skjerati bħala marġini jew bħala kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza ma’ operaturi ta’ sistemi ta’ saldu ta’ titoli li jiżguraw il-protezzjoni sħiħa ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji meta dawk ikunu disponibbli, jew jekk ma tużax arranġamenti oħra sikuri ħafna ma’ istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati;

(s) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 47(4) jekk tagħmel depożiti ta’ flus kontanti għajr permezz ta’ arranġamenti sikuri ħafna ma’ istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati jew inkella permezz tal-użu tal-faċilitajiet permanenti ta’ depożiti tal-banek ċentrali jew mezzi komparabbli oħrajn provduti mill-banek ċentrali;

(t) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 47(5) jekk tiddepożita assi ma’ parti terza mingħajr ma tiżgura li l-assi li jappartjenu lill-membri tal-ikklerjar ikunu identifikabbli b’mod separat mill-assi li jappartjenu lis-CCP u mill-assi li jappartjenu lil dik il-parti terza permezz ta’ kontijiet b’titoli differenti fil-kotba tal-parti terza jew kwalunkwe miżuri ekwivalenti oħrajn li jilħqu l-istess livell ta’ protezzjoni, jew jekk ma jkollhiex aċċess minnufih għall-istrumenti finanzjarji meta dan ikun meħtieġ;

(u) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 47(6) jekk tinvesti l-kapital tagħha jew l-ammonti li jirriżultaw mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 41 sa 44 fit-titoli tagħha stess jew dawk tal-impriża prinċipali jew sussidjarja tagħha;

(v) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 48(1) jekk ma jkollhiex proċeduri dettaljati li għandhom jiġu segwiti meta membru tal-ikklerjar ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ parteċipazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 37 fil-limitu taż-żmien u skont il-proċeduri stabbiliti mis-CCP, jew jekk ma tistabbilixxix fid-dettall il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’każ li l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar ma tkunx iddikjarata mis-CCP, jew jekk ma tagħmilx rieżami ta’ dawn il-proċeduri annwalment;

(w) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 48(2) jekk tonqos milli tieħu azzjoni minnufih biex tillimita t-telf u l-pressjonijiet ta’ likwidità li jirriżultaw minn inadempjenzi tal-membri tal-ikklerjar u milli tiżgura li l-għeluq totali ta’ kwalunkwe pożizzjonijiet tal-membru tal-ikklerjar ma jfixkilx l-operazzjonijiet tagħha jew jesponi lill-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti għal telf li ma jistgħux jantiċipaw jew jikkontrollaw;

(x) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 48(3) jekk tonqos milli tinforma lill-EMSA minnufih qabel ma tiġi ddikjarata jew skattata l-proċedura ta’ inadempjenza;

(y) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 48(4) jekk ma tivverifikax li l-proċeduri tal-inadempjenza tagħha huma infurzabbli u ma tiħux il-passi raġonevoli kollha biex tiżgura li jkollha s-setgħat legali biex tillikwida l-pożizzjonijiet proprjetarji tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti u biex tittrasferixxi jew tillikwida l-pożizzjonijiet tal-klijent tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti;

(z) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 49(1) jekk ma teżaminax regolarment il-mudelli u l-parametri adottati biex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti tal-marġini tagħha, il-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza, ir-rekwiżiti tal-kollateral u mekkaniżmi oħra tal-kontroll tar-riskju, u jekk ma tissottoponix il-mudelli għal testijiet tal-istress rigorużi u frekwenti biex tivvaluta r-reżiljenza tagħhom f’kondizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli; jekk ma twettaqx ittestjar retrospettiv biex tivvaluta l-affidabbiltà tal-metodoloġija adottata, jew jekk tonqos milli tikseb validazzjoni indipendenti, jew jekk tonqos milli tinforma lill-AETS bir-riżultati tat-testijiet imwettqa; jew jekk tonqos milli tikseb il-validazzjoni mill-AETS qabel ma tadotta ebda bidla sinifikattiva fil-mudelli u l-parametri fejn l-AETS ma ppermettietx adozzjoni proviżorja ta’ dik il-bidla qabel il-validazzjoni tagħha;

(aa) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 49(2) jekk ma tittestjax regolarment l-aspetti ewlenin tal-proċeduri tal-inadempjenza tagħha jew jekk tonqos milli tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tiżgura li l-membri tal-ikklerjar kollha jifhmuhom u jkollhom fis-seħħ arranġamenti adegwati biex jirrispondu għal każ ta’ inadempjenza;

(ab) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50(1) jekk ma tużax, fejn ikun prattiku jew disponibbli, flus tal-bank ċentrali biex issalda t-tranżazzjonijiet tagħha jew jekk ma tiħux passi biex tillimita b’mod strett ir-riskji ta’ saldu bi flus kontanti meta ma jintużawx il-flus tal-bank ċentrali;

(ac) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50(3) jekk ma teliminax ir-riskji prinċipali permezz tal-użu ta’ mekkaniżmi ta’ konsenja kontra ħlas sa fejn possibbli, meta dik is-CCP ikollha obbligu li tagħmel jew tirċievi konsenji ta’ strumenti finanzjarji;

(ad) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50a jew l-Artikolu 50b jekk ma tikkalkolax KCCP kif speċifikat f’dawk l-Artikoli jew jekk ma timxix mar-regoli għall-kalkolu ta’ KCCP stabbilit fl-Artikoli 50a(2), 50b u 50d;

(ae) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50a(3) jekk tikkalkula KCCP inqas minn darba kull tliet xhur jew inqas frekwentement milli rikjest mill-AETS skont l-Artikolu 50a(3);

(af) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 51(2) jekk ma jkollhiex aċċess mhux diskriminatorju, kemm għad-data li tkun teħtieġ għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha minn ċentru tan-negozjar sal-punt li s-CCP tikkonforma mar-rekwiżiti operazzjonali u tekniċi stabbiliti minn dak iċ-ċentru tan-negozjar u għas-sistema ta’ saldu rilevanti;

(ag) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 52(1) jekk tidħol f’arranġament dwar l-interoperabbiltà mingħajr ma tissodisfa l-ebda wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) sa (d) ta’ dak il-paragrafu;

(ah) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 53(1) jekk ma tiddistingwix fil-kontijiet l-assi u l-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont ta’ CCP li tkun daħlet f’arranġament dwar l-interoperabbiltà magħha;

▼M18

(ai) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 54(1) jekk tidħol f’arranġament tal-interoperabbiltà, jew tagħmel bidla materjali għal arranġament tal-interoperabbiltà approvat skont it-Titolu V, mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-AETS.

▼M14

IV. 

Ksur relatat mat-trasparenza u d-disponibbiltà tad-data:

(a) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(1) jekk ma tiżvelax pubblikament il-prezzijiet u t-tariffi ta’ kull servizz provdut separatament, inkluż skontijiet u ribassi u l-kondizzjonijiet għall-benefiċċju minn tali tnaqqis;

(b) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(1) jekk ma tiżvelax l-informazzjoni dwar il-kostijiet u d-dħul tas-servizzi tagħha lill-AETS;

(c) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(2) jekk ma tiżvelax lill-membri tal-ikklerjar tagħha u lill-klijenti tagħhom ir-riskji assoċjati mas-servizzi pprovduti;

(d) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(3) jekk ma tiżvelax lill-membri tal-ikklerjar tagħha jew lill-AETS l-informazzjoni dwar il-prezz użata għall-kalkolu tal-espożizzjonijiet tagħha fi tmiem il-jum lill-membri tal-ikklerjar tagħha jew jekk ma tiżvelax pubblikament il-volum tat-transazzjonijiet ikklerjati għal kull strument ikklerjat mis-CCP fuq bażi aggregata;

(e) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(4) jekk ma tiżvelax pubblikament ir-rekwiżiti operazzjonali u tekniċi marbutin mal-protokolli tal-komunikazzjoni li jkopru l-formati tal-kontenut u tal-messaġġ li hija tuża fl-interazzjoni ma’ partijiet terzi, inkluż ir-rekwiżiti operazzjonali u tekniċi msemmijin fl-Artikolu 7;

(f) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(5) jekk ma tiżvelax pubblikament kull ksur mill-membri tal-ikklerjar tal-kriterji msemmijin fl-Artikolu 37(1) jew tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 38(1), għajr meta l-AETS tikkunsidra li dan l-iżvelar ikun jikkostitwixxi theddida għall-istabbiltà finanzjarja jew il-fiduċja tas-suq jew jipperikola serjament is-swieq finanzjarji jew jikkawża danni sproporzjonati lill-partijiet involuti;

▼M18

(g) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(6) jekk ma tipprovdix għodda ta’ simulazzjoni lill-membri tal-ikklerjar tagħha li tippermettilhom jiddeterminaw l-ammont tal-marġni inizjali addizzjonali, fil-livell ta’ portafoll, li s-CCP tista’ tirrikjedi mal-ikklerjar ta’ tranżazzjoni ġdida, inkluża s-simulazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni li jaf ikunu soġġetti għalihom f’xenarji differenti, jew jekk ma tagħmilx dik l-għodda aċċessibbli fuq bażi ta’ aċċess sigura;

(h) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(7) jekk ma tipprovdix lill-membri tal-ikklerjar tagħha informazzjoni dwar il-mudelli ta’ marġni inizjali użati minnha, kif dettaljat fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dak il-paragrafu, b’mod ċar u trasparenti;

▼M18

(ha) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(8) jekk ma tipprovdix, jew ma tipprovdix b’dewmien sinifikanti, b’risposta għal talba minn membru tal-ikklerjar, l-informazzjoni mitluba biex dak il-membru tal-ikklerjar ikun jista’ jikkonforma mal-ewwel subparagrafu ta’ dak il-paragrafu, meta tali informazzjoni ma tkunx diġà ġiet ipprovduta;

▼M14

(i) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 39(7) jekk ma tiżvelax pubblikament il-livelli tal-protezzjoni u l-ispejjeż assoċjati mal-livelli differenti ta’ segregazzjoni li hija tipprovdi;

(j) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 49(3) jekk ma tiżvelax pubblikament aspetti ewlenin fir-rigward tal-mudell tal-immaniġġjar tar-riskji tagħha jew il-preżunzjonijiet adottati għat-twettiq tat-test tal-istress imsemmi fl-Artikolu 49(1);

(k) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50(2) jekk ma tiddikjarax b’mod ċar l-obbligi tagħha fir-rigward tal-konsenji ta’ strumenti finanzjarji, inkluż jekk ikollhiex obbligu li tagħmel jew tirċievi konsenja ta’ strument finanzjarju jew li tindennizza lill-parteċipanti għal telf imġarrab fil-proċess tal-konsenja;

(l) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50c(1) jekk ma tirrapportax l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 50c(1) lil dawk il-membri tal-ikklerjar tagħha li huma istituzzjonijiet jew lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom;

(m) 

CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50c(2) jekk tinnotifika lil dawk il-membri tal-ikklerjar tagħha li huma istituzzjonijiet inqas minn darba kull tliet xhur jew inqas frekwentement milli rikjest mill-AETS skont l-Artikolu 50c(2).

V. 

Ksur relatat ma’ ostakli għall-attivitajiet superviżorji:

(a) 

CCP tikser l-Artikolu 25f billi tonqos milli tipprovdi informazzjoni bi tweġiba għal deċiżjoni li tirrikjedi informazzjoni skont l-Artikolu 25f(3), jew billi tipprovdi informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba sempliċi għall-informazzjoni mill-AETS f’konformità mal-Artikolu 25f(2) jew bi tweġiba għal deċiżjoni mill-AETS li tkun teħtieġ l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 25f(3);

▼M18

(b) 

CCP ta’ Grad 2 jew ir-rappreżentanti tagħha jipprovdu tweġibiet skorretti jew li jiżgwidaw għal mistoqsijiet li jkunu saru skont punt (c) tal-Artikolu 25g(1);

(c) 

CCP tal-Grad 2 tikser punt (e) tal-Artikolu 25g(1) jekk ma tkunx konformi mat-talba tal-AETS għal rekords tat-telefon jew tat-traffiku tad-data;

▼M14

(d) 

CCP tal-Grad 2 twettaq ksur jekk ma tkunx konformi fil-ħin dovut ma’ miżura superviżorja meħtieġa minn deċiżjoni adottata mill-AETS skont l-Artikolu 25q;

(e) 

CCP tal-Grad 2 twettaq ksur jekk ma toqgħodx għal spezzjoni fil-post meħtieġa minn deċiżjoni ta’ spezzjoni adottata mill-AETS skont l-Artikolu 25 h.




ANNESS IV

Lista tal-koeffiċjenti marbutin ma’ fatturi aggravanti u mitiganti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 25j(3)

Il-koeffiċjenti li ġejjin għandhom ikunu applikabbli, b’mod kumulattiv, għall-ammonti bażiċi msemmijin fl-Artikolu 25j(2):

I. 

Koeffiċjenti ta’ aġġustament marbutin ma’ fatturi aggravanti:

(a) 

jekk il-ksur jitwettaq ripetutament, għal kull darba li jiġi ripetut, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta’ 1,1 ;

(b) 

jekk il-ksur jitwettaq għal aktar minn sitt xhur, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta’ 1,5 ;

(c) 

jekk il-ksur ikun żvela dgħufijiet sistemiċi fl-organizzazzjoni tas-CCP, b’mod partikolari fil-proċeduri, fis-sistemi ta’ ġestjoni jew il-kontrolli interni tagħha, għandu japplika koeffiċjent ta’ 2,2 ;

(d) 

jekk il-ksur ikollu impatt negattiv fuq il-kwalità tal-attivitajiet u s-servizzi tas-CCP, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,5 ;

(e) 

jekk il-ksur twettaq intenzjonalment, għandu japplika koeffiċjent ta’ 2;

(f) 

jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta’ rimedju minn meta kien identifikat il-ksur, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,7 ;

(g) 

jekk id-diriġenza għolja tas-CCP ma tkunx ikkooperat mal-AETS fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tagħha, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,5 .

II. 

Koeffiċjenti ta’ aġġustament marbutin ma’ fatturi mitiganti:

(a) 

jekk il-ksur ikun twettaq għal inqas minn għaxart ijiem ta’ xogħol, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 0,9 ;

(b) 

jekk id-diriġenza għolja tas-CCP tista’ turi li ħadet il-miżuri kollha neċessarji biex tipprevjeni l-ksur, għandu japplika koeffiċjent ta’ 0,7 ;

(c) 

jekk is-CCP tkun ġibdet l-attenzjoni tal-AETS għall-ksur malajr, b’mod effettiv u sħiħ, għandu japplika koeffiċjent ta’ 0,4 ;

(d) 

jekk is-CCP tkun ħadet miżuri volontarji biex tiżgura li ksur simili ma jkunx jista’ jseħħ fil-futur, għandu japplika koeffiċjent ta’ 0,6 .



( 1 ) Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

( 2 ) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

( 3 ) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

( 4 ) Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).

( 5 ) Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).

( 6 )  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.

( 7 )  ĠU L 390, 30.6.2006, p. 38.

( 8 )  ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.

( 9 )  ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

( 10 ) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

( 11 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tad-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta’ titoli skond id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 340 22.12.2007, p. 66).

( 12 ) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/849/oj).

( 13 ) Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35)

( 14 ) Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

( 15 ) Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 022, 22.1.2021, p. 1).

( 16 ) Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014 p 84).

( 17 ) Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

( 18 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

( 19 ) Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225 30.7.2014, p. 1).

( 20 ) Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

( 21 ) Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p1).

( 22 )  ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1.

( 23 )  ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43.

( 24 )  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

( 25 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

( 26 ) Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12).

( 27 ) Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).

( 28 ) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

( 29 ) Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014 p 84).

( 30 ) Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 141, 28.5.2019, p. 42).

( 31 ) Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).

( 32 ) Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40).

( 33 ) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 41).

( 34 ) Ir-Regolament (UE) 2024 /2987 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2017/1131 fir-rigward ta’ miżuri sabiex jittaffew l-iskoperturi eċċessivi għal kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi u tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq tal-ikklerjar tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2987, 4.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2987/oj).

( 35 )  ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45.