02012R0648 — MT — 17.01.2025 — 022.004
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) Nru 648/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201 27.7.2012, p. 1) |
Emendat bi:
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) Nru 648/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-4 ta’ Lulju 2012
dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
TITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
▼M18 —————
Dan ir-Regolament ma għandux japplika:
għall-membri tas-SEBĊ u l-korpi oħra tal-Istati Membri li jwettqu funzjonijiet simili u korpi publiċi oħra tal-Unjoni li huma impenjati fi jew jintervjenu fl-amministrazzjoni tad-dejn publiku;
għall-Bank ta’ Saldi Internazzjonali;
il-banek ċentrali u l-korpi pubbliċi inkarigati bil-ġestjoni tad-dejn pubbliku, jew li jintervjenu fih, fil-pajjiżi li jmiss:
il-Ġappun;
l-Istati Uniti tal-Amerika;
l-Awstralja;
il-Kanada;
Hong Kong;
il-Messiku;
Singapore;
l-Iżvizzera;
ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Bl-eċċezzjoni tal-obbligu tar-rappurtar taħt l-Artikolu 9, dan ir-Regolament, m’għandux japplika għall-entitajiet li ġejjin:
għall-banek ta’ żvilupp multilaterali, kif imniżżla taħt it-Taqsima 4.2 tal-Parti 1 tal-Anness VI għad-Direttiva 2006/48/KE;
entitajiet tas-settur pubbliku skont it-tifsira tal-punt (18) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE meta jkunu proprjetà tal-gvern ċentrali u jkollhom arranġamenti espliċiti ta’ garanzija pprovduti mill-gvern ċentrali;
il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.
Għal dak il-għan, sas-17 ta’ Novembru 2012 il-Kummissjoni għandha tħejji u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport fejn tevalwa t-trattament internazzjonali tal-korpi pubbliċi inkarigati minn jew li jintervjenu fl-immaniġġjar tad-dejn pubbliku u l-banek ċentrali.
Ir-rapport għandu jinkludi analiżi komparattiva tat-trattament ta’ dawk il-korpi u banek ċentrali fil-qafas legali ta’ għadd sinifikanti ta’ pajjiżi terzi, inklużi mill-inqas [tlieta] mill-iktar qrati importanti fir-rigward ta’ volum ta’ kuntratti li jsiru ġo fihom, u tal-istandards ta’ immaniġġjar tar-riskju applikabbli għat-tranżazzjonijiet tad-derivati ippreżentati minn dawn il-korpi u minn banek ċentrali f’dawn il-qrati. Jekk ir-rapport juri, speċjalment fir-rigward tal-analiżi komparattiva, li eżenzjoni mir-responsabbiltà monetarja ta’ dawn il-banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi mill-obbligu tal-ikklerjar u tar-rappurtar tkun neċessarja, il-Kummissjoni għandha żżidhom fil-lista stipulata fil-paragrafu 4.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“kontroparti ċentrali” (“CCP”) tfisser persuna ġuridika li tqiegħed lilha nnifisha bejn il-kontropartijiet għall-kuntratti nnegozjati f'suq finanzjarju wieħed jew iktar, li ssir ix-xerrejja għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħa għal kull xerrej;
“repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet” tfisser persuna ġuridika li ċentralment tiġbor u żżomm ir-rekords tad-derivati;
“ikklerjar” tfisser il-proċess biex jiġu stabbiliti pożizzjonijiet, inkluż il-kalkolu ta’ obbligi netti, u biex jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji, flus jew it-tnejn li huma, jkunu disponibbli biex jiżguraw l-espożizzjonijiet li jirriżultaw minn dawn il-pożizzjonijiet;
“post ta’ negozju” tfisser sistema operata minn ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1)(1) u 4(1)(13) tad-Direttiva 2004/39/KE minbarra internalizzatur sistematiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(7), li jġib flimkien interessi ta’ xiri jew ta’ bejgħ fl-istrumenti finanzjarji fis-sistema, b’mod li jirriżulta f’kuntratt skont it-Titolu II jew III ta’ dik id-Direttiva;
“derivat” jew “kuntratt tad-derivati” tfisser strument finanzjarju kif stipulat fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE kif implimentata mill-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament Nru 1287/2006;
“klassi ta’ derivati” tfisser sottogrupp ta’ derivati li jikkondividu karatteristiċi komuni u essenzjali li jinkludu mill-inqas ir-relazzjoni mal-assi sottastanti, it-tip tal-assi sottostanti u l-munita tal-ammont nozzjonali. Jista’ jkun li derivati tal-istess klassi jkollhom maturitajiet differenti;
“derivattiv OTC” jew “kuntratt tad-derivattiv OTC” tfisser kuntratt tad-derivattiv li l-eżekuzzjoni tiegħu ma sseħħx f’suq regolat skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE jew f’suq ta’ pajjiż terz ikkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq regolat f’konformità mal-Artikolu 2a ta’ dan ir-Regolament;
“kontroparti finanzjarja” tfisser:
ditta tal-investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
UCITS u, fejn rilevanti, il-kumpannija ta' ġestjoni tagħha, awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE, sakemm dik l-UCITS ma tkunx stabbilita esklussivament bil-għan li sservi pjan wieħed jew aktar ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati;
istituzzjoni għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali (IORP), kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
fond ta' investiment alternattiv (AIF), kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE, li huwa jew stabbilit fl-Unjoni jew inkella ġestit minn maniġer ta' fondi ta' investiment alternattiv (AIFM) awtorizzat jew reġistrat f'konformità ma' dik id-Direttiva, sakemm dak l-AIF ma jkunx stabbilit esklussivament bil-għan li jservi pjan wieħed jew aktar ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati, jew sakemm dak l-AIF ma jkunx entità bi skop speċjali ta' titolizzazzjoni kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2011/61/UE, u, fejn rilevanti, l-AIFM tagħha jkun stabbilit fl-Unjoni;
depożitorju ċentrali tat-titoli awtorizzat skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
“kontroparti mhux finanzjarja” tfisser impriża stabbilita fl-Unjoni minbarra l-entitajiet imsemmija fil-punti (1) u (8);
“arranġament għal skemi tal-pensjonijiet” tfisser:
istituzzjonijiet għall-provvediment għall-irtirar okkupazzjonali fit-tifsira tal-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE, inkluż kwalunkwe entità awtorizzata responsabbli biex tamministra din l-istituzzjoni u li taġixxi f’isimha kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Direttiva, kif ukoll kwalunkwe entità ġuridika stabbilita għall-iskop ta’ investiment ta’ tali istituzzjonijiet, li jaġixxu unikament u esklużivament fl-interess tagħhom;
in-negozji tal-istituzzjonijiet għall-provvediment ta’ rtirar okkupazzjonali msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/41/KE;
negozji ta’ provvediment għall-irtirar okkupazzjonali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja koperti bid-Direttiva 2002/83/KE, sakemm l-attivi u l-passivi kollha korrispondenti għan-negozju jkunu “ring-fenced”, ġestiti u organizzati separatament mill-attivitajiet l-oħra tal-impriża tal-assigurazzjoni, mingħajr ebda possibbiltà ta’ trasferiment;
kwalunkwe entità oħra awtorizzata jew sorveljata, jew arranġamenti, li joperaw fuq bażi nazzjonali, kemm-il darba:
ikunu rikonoxxuti skont il-liġi nazzjonali; u
l-għan ewlieni tagħhom ikun li jipprovdu benefiċċji tal-irtirar;
“riskju ta’ kreditu tal-kontroparti” tfisser ir-riskju li l-kontroparti fi tranżazzjoni tkun inadempjenti qabel is-saldu finali tal-flussi tal-flus tat-tranżazzjoni;
“arranġament tal-interoperabilità” tfisser arranġament bejn żewġ kontropartijiet ċentrali jew iżjed li jinvolvu eżekuzzjoni trasversali ta’ tranżazzjonijiet;
“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità kompetenti msemmija fil-leġislazzjoni msemmija fil-punt (8) ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(5) jew l-awtorità maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 22;
“membru tal-ikklerjar” tfisser impriża li tipparteċipa f’kontroparti ċentrali u li tkun responsabbli għat-twettiq tal-obbligi finanzjarji li joħorġu minn dik il-parteċipazzjoni;
“klijent” tfisser impriża b’relazzjoni kuntrattwali ma’ membru tal-ikklerjar ta’ CCP li jippermetti lil dik l-impriża li tikklerja t-tranżazzjonijiet tagħha ma’ dik il-kontroparti ċentrali;
“grupp” tfisser il-grupp ta’ impriżi li jikkonsisti minn impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha fit-tifsira tal-Artikoli 1u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE jew il-grupp ta’ impriżi msemmi fl-Artikoli 3(1) u l-Artikolu 80(7) u (8) tad-Direttiva 2006/48/KE;
“istituzzjoni finanzjarja” tfisser impriża li mhix istituzzjoni ta’ kreditu, li l-attività prinċipali tagħha hija li takkwista holdings (parteċipazzjonijiet) jew li twettaq xi waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fil-punti (2) sa (12) tal-Anness I għad-Direttiva 2006/48/KE;
“kumpanija holding finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja, li l-impriżi sussidjarji tagħha jkunu jew esklussivament jew prinċipalment istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, b’ta l-anqas waħda minn dawk l-impriżi sussidjarji tkun istituzzjoni ta’ kreditu, u li ma tkunx kumpanija holding finanzjarja mħallta skont it-tifsira tal-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni jew ditti ta’ investiment f’konglomerat finanzjarju ( 6 );
“impriża ta’ servizzi anċillari” tfisser impriża li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti filli jkollha jew tamministra proprjetà, tamministra servizzi ta’ proċessar ta’ data, jew attività oħra simili li hija anċillari għall-attività ewlenija ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar;
“parteċipazzjoni kwalifikata” tfisser kwalunkwe parteċipazzjoni diretta jew indiretta f’kontroparti ċentrali jew repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li jirrappreżenta mill-inqas 10 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, kif stabilit fl-Artikolu 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat ( 7 ), filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet dwar l-aggregazzjoni tagħhom kif stabilit fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva, jew li tagħmiha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq il-maniġment tal-kontroparti ċentrali jew repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li fih teżisti dik il-parteċipazzjoni;
“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali kif deskritta fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;
“sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif deskritta fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE, inkluża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja ta’ impriża prinċipali;
“kontroll” tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja kif deskritta fl- Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE;
“konnessjonijiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi huma konnessi permezz ta’:
parteċipazzjoni, permezz ta’ proprjetà jew kontroll dirett, ta’ 20 % jew iżjed tad-drittijiet tal-vot jew kapital ta’ impriża; jew
kontroll jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża jew sussidjarja ta’ sussidjarja li tkun meqjusa wkoll bħala sussidjarja tal-impriża prinċipali li tkun il-kap ta’ dawk l-impriżi.
Sitwazzjoni li fiha żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iżjed ikunu konnessi b’mod permanenti ma’ persuna waħda permezz ta’ relazzjoni ta’ kontroll għandha titqies ukoll li tikkostitwixxi konnessjoni mill-qrib bejn tali persuni.
“kapital” tfisser kapital sottoskritt skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji ( 8 ) oħrajn sakemm dan ikun tħallas totalment, u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati, sakemm jassorbi kompletament it-telfiet f’sitwazzjonijiet ta’ negozju avvjat, u, fil-każ ta’ falliment jew likwidazzjoni, jiġi kklassifikat wara li jitqiesu l-pretensjonijiet l-oħra;
“riservi” tfisser riservi kif stabbilit fl-Artikolu 9 tar Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji ( 9 ) u profitti u telf riportati b’konsegwenza tal-applikazzjoni tal-profitti jew it-telf finali;
“bord” tfisser il-bord amministrattiv jew superviżorju, jew it-tnejn li huma, skont id-dritt nazzjonali dwar il-kumpaniji;
“membru indipendenti” tal-bord tfisser membru tal-bord li ma għandu l-ebda relazzjoni ta’ negozju, familja jew ta’ natura oħra li tqajjem konflitt ta’ interessi fir-rigward tal-kontroparti ċentrali kkonċernata jew l-azzjonist(i) li għandhom kontroll tagħha jew il-membri tal-ikklerjar tagħha jew il-maniġment tagħha, u li ma kellu ebda relazzjoni bħal din matul il-ħames snin qabel is-sħubija tiegħu fil-bord;
“diriġenza għolja” tfisser il-persuna jew il-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tal-kontroparti ċentrali jew ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, u l-membru jew membri eżekuttiv(i) tal-bord;
“bond kopert” tfisser bond li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“entità ta’ bonds koperti” tfisser l-emittent tal-bonds koperti jew l-ippuljar ta’ kopertura ta’ bond kopert.
Artikolu 2a
Deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ derivattivi OTC
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Tranżazzjonijiet intragrupp
Fir-rigward ta’ kontroparti mhux finanzjarja, tranżazzjoni intragrupp għandha tkun kuntratt tad-derivati OTC konkluż ma’ kontroparti oħra li hija parti mill-istess grupp, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa u jkunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati xierqa ta’ evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskji; u
il-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni jew, jekk tkun stabbilita f’pajjiż terz, dak il-pajjiż terz ma jkunx identifikat fl-ambitu tal-paragrafu 4 jew fl-ambitu tal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 5.
B’rabta ma’ kontroparti finanzjarja, tranżazzjoni intragrupp għandha tkun kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
kuntratt tad-derivati OTC konkluż ma’ kontroparti oħra li hija parti mill-istess grupp, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-kontroparti finanzjarja tkun stabbilita fl-Unjoni jew, jekk tkun stabbilita f’pajjiż terz, dak il-pajjiż terz ma jkunx identifikat fl-ambitu tal-paragrafu 4 jew fl-ambitu tal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 5;
il-kontroparti l-oħra tkun kontraparti finanzjarja, kumpanija holding finanzjarja, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa;
iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa; u
iż-żewġ kontropartijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati xierqa ta’ evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskji;
kuntratt tad-derivati OTC konkluż ma’ kontroparti oħra fejn iż-żewġ kontropartijiet ikunu parti mill-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali, imsemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dment li tiġi ssodisfata l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (a)(ii) ta’ dan il-paragrafu;
kuntratt tad-derivati OTC konkluż bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati mal-istess korp ċentrali jew bejn tali istituzzjoni ta’ kreditu u l-korp ċentrali, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
kuntratt tad-derivati OTC konkluż ma’ kontroparti mhux finanzjarja li hija parti mill-istess grupp, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
iż-żewġ kontropartijiet għall-kuntratt tad-derivati jkunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa u jkunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati xierqa ta’ evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskji; u
il-kontroparti mhux finanzjarja tkun stabbilita fl-Unjoni jew, jekk tkun stabbilita f’pajjiż terz, dak il-pajjiż terz ma jkunx identifikat fl-ambitu tal-paragrafu 4 jew fl-ambitu tal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 5.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-kontropartijiet għandhom jitqiesu li huma inklużi fl-istess konsolidazzjoni meta ż-żewġ kontropartijiet ikunu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
inklużi f’konsolidazzjoni f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) jew mal-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju (IFRS) adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew, b’rabta ma’ grupp li l-impriża prinċipali tiegħu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz, f’konformità mal-prinċipji ta’ kontabilità ġeneralment aċċettati ta’ pajjiż terz iddeterminati bħala ekwivalenti għall-IFRS f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 ( 11 ), jew mal-istandards tal-kontabilità ta’ pajjiż terz li l-użu tagħhom ikun permess f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament; jew
koperti mill-istess superviżjoni konsolidata f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE jew, b’rabta ma’ grupp li l-impriża prinċipali tiegħu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz, l-istess superviżjoni konsolidata mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz ivverifikata bħala ekwivalenti għal dik regolata mill-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 127 ta’ dik id-Direttiva.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, it-tranżazzjonijiet ma’ kontropartijiet stabbiliti fi kwalunkwe pajjiż terz li ġejjin ma għandhomx jibbenefikaw minn xi waħda mill-eżenzjonijiet għal tranżazzjonijiet intragrupp:
meta l-pajjiż terz ikun pajjiż terz b’riskju għoli, kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 );
meta l-pajjiż terz ikun elenkat fl-Anness I għall-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa fl-aħħar verżjoni aġġornata tagħha.
TITOLU II
IKKLERJAR, RAPPORTAR U MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAD-DERIVATI OTC
Artikolu 4
Obbligu tal-ikklerjar
Il-kontropartijiet għandhom jikklerjaw il-kuntratti kollha tad-derivati li jappartjenu għal klassi ta’ derivati OTC li tkun ġiet iddikjarata soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 5(2), jekk dawn il-kuntratti jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
ikunu ġew konklużi b’wieħed minn dawn il-modi:
bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1);
bejn kontroparti finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1) u kontroparti mhux finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);
bejn żewġ kontropartijiet mhux finanzjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);
bejn, minn naħa waħda, kontroparti finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1) jew kontroparti mhux finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1), u, min-naħa l-oħra, entità stabbilita f'pajjiż terz li kieku kienet stabbiltà fl-Unjoni kienet tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar;
bejn żewġ entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz wieħed jew f’iktar minn wieħed li jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, sakemm l-kuntratt għandu effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew fejn obbligu bħal dan huwa meħtieġ jew adegwat biex tiġi evitata l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament; u
dawn jiġu konklużi jew innovati fid-data li fiha l-obbligu tal-ikklerjar jieħu effett, jew aktar tard dment li, fid-data meta jiġu konklużi jew innovati, iż-żewġ kontropartijiet jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla fil-punt (a).
L-obbligu li jiġu kklerjati l-kuntratti tad-derivati OTC kollha ma għandux japplika għal kuntratti konklużi fis-sitwazzjonijiet kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(iv), bejn, fuq naħa waħda, kontroparti finanzjarja li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1), jew kontroparti mhux finanzjarja li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u, min-naħa l-oħra, arranġament ta’ skema tal-pensjoni stabbilit f’pajjiż terz u li jopera fuq bażi nazzjonali, dment li jkun awtorizzat, taħt superviżjoni u rikonoxxut skont il-liġi nazzjonali, u meta l-iskop primarju tiegħu jkun li jipprovdi benefiċċji tal-irtirar u jkun eżenti mill-obbligu tal-ikklerjar skont dik il-liġi nazzjonali.
L-eżenzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu tapplika biss:
meta żewġ kontrapartijiet stabbiliti fl-Unjoni li jappartjenu għall-istess grupp l-ewwel ikunu nnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom bil-miktub li għandhom l-intenzjoni li jagħmlu użu mill-eżenzjoni għall-kuntratti tad-kuntratti tad-derivati OTC konklużi bejniethom. In-notifika għandha tingħata mhux inqas minn 30 jum kalendarju qabel ma tintuża l-eżenzjoni. Fi żmien 30 jum kalendarju wara r-riċezzjoni tan-notifika, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joġġezzjonaw għall-użu ta’ din l-eżenzjoni jekk it-tranżazzjonijiet bejn il-kontrapartijiet ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li joġġezzjonaw wara li jkun skada dak il-perjodu ta’ 30 jum kalendarju, fejn dawk il-kundizzjonijiet ma jibqgħux jiġu sodisfatti. Jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-AETS tista’ tgħin lil dawk l-awtoritajiet jilħqu qbil f’konformità mas-setgħat tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;
għal kuntratti tad-derivati OTC bejn żewġ kontrapartijiet li jappartjenu għall-istess grupp li jkunu stabbiliti fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, meta l-kontraparti stabbilita fl-Unjoni tkun ġiet awtorizzata li tapplika l-eżenzjoni mill-awtorità kompetenti tagħha fi żmien 30 jum kalendarju wara li tkun ġiet notifikata mill-kontraparti stabbilita fl-Unjoni, sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 jiġu sodisfatti. L-awtorità kompetenti tinnotifika lill-AETS dwar dik id-deċiżjoni.
Għal dak l-iskop kontraparti ssir membru tal-ikklerjar, klijent, jew tistabbilixxi arranġamenti indiretti ta’ kklerjar ma’ membru tal-ikklerjar, sakemm dawk l-arranġamenti ma jżidux ir-riskju tal-kontraparti u jiżguraw li l-assi u l-pożizzjonijiet tal-kontraparti jibbenefikaw mill-protezzjoni b’effett ekwivalenti għal dik imsemmija fl-Artikolu 39 u 48.
Il-klijenti u l-membri tal-ikklerjar għandhom jingħataw permess jikkontrollaw ir-riskji relatati mas-servizzi tal-ikklerjar offruti.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 82 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet li taħthom it-termini kummerċjali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu meqjusa li huma ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti, abbażi ta' dawn li ġejjin:
rekwiżiti ta' ġustizzja u trasparenza fir-rigward tal-miżati, il-prezzijiet, il-politiki dwar l-iskontijiet u t-termini u l-kondizzjonijiet kuntrattwali ġenerali oħra rigward il-lista tal-prezzijiet, mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità tal-arranġamenti kuntrattwali ma' kontropartijiet individwali;
fatturi li jikkostitwixxu termini kummerċjali raġonevoli biex jiżguraw arranġamenti kuntrattwali imparzjali u razzjonali;
rekwiżiti li jiffaċilitaw servizzi tal-ikklerjar fuq bażi ġusta u nondiskriminatorja, b'kont meħud tal-ispejjeż u r-riskji, sabiex kwalunkwe differenza fil-prezzijiet mitluba tkun proporzjonata għall-ispejjeż, ir-riskji u l-benefiċċji; u
kriterji ta' kontroll tar-riskju għall-membru tal-ikklerjar jew il-klijent relatati mas-servizzi tal-ikklerjar offruti.
L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li ma jiġux konklużi minn entitajiet ta’ bonds koperti b’rabta ma’ bond kopert, jew minn entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta ma’ titolizzazzjoni, skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament u tal-Kunsill ( 13 ) dment li:
fil-każ ta’ entitajiet bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni, l-entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni għandha toħroġ biss titolizzazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 18, u tal-Artikoli 19 sa 22 jew l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (UE) 2017/2402 [ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];
il-kuntratt tad-derivattivi OTC jintuża biss għal hedgeing ta’ rati ta’ interessi jew spariġġi fil-munita fil-bond kopert jew fit-titolizzazzjoni; u
l-arranġamenti fil-bond kopert jew fit-titolizzazzjoni jimmitigaw b’mod adegwat ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi mill-entità ta’ bonds koperti jew l-entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta mal-bond kopert jew it-titolizzazzjoni.
L-ASE għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 4a
Kontropartijiet finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar
Meta kontroparti finanzjarja ma tikkalkulax il-pożizzjonijiet tagħha, jew fejn ir-riżultat ta' dak il-kalkolu jaqbeż kwalunkwe wieħed mil-limiti tal-ikklerjar speċifikati skont il-punt (b) tal-Artikolu 10(4), il-kontroparti finanzjarja għandha:
tinnotifika minnufih lill-AETS u lill-awtorità kompetenti rilevanti tagħha, u, fejn rilevanti, tindika l-perijodu użat għall-kalkolu;
tistabbilixxi arranġamenti ta' kklerjar fi żmien erba' xhur wara n-notifika msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu; u
issir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 għal kuntratti tad-derivattivi OTC kollha li jappartjenu għall-kwalunkwe klassi ta' derivattivi ta' OTC li tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar konkluż jew innovat aktar minn erba' xhur wara n-notifika msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu.
Il-kontroparti finanzjarja għandha tkun tista' turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-kalkolu tal-pożizzjoni aggregata medja fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti ma jirriżultax f'sottovalutazzjoni sistematika ta' dik il-pożizzjoni.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, fir-rigward ta' UCITS u AIF, il-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkalkulati fil-livell tal-fond.
Il-kumpaniji ta' ġestjoni ta' UCITS li jiġġestixxu aktar minn UCITS waħda u l-AIFM li jiġġestixxu aktar minn AIF wieħed għandhom ikunu jistgħu juru lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-kalkolu tal-pożizzjonijiet fil-livell tal-fond ma jwassalx għal:
sottovalutazzjoni sistematika tal-pożizzjonijiet ta' kwalunkwe wieħed mill-fondi li jiġġestixxu jew il-pożizzjonijiet tal-maniġer; u
ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti tal-kontroparti finanzjarja u tal-entitajiet l-oħra fil-grupp għandhom jistabbilixxu proċeduri ta' kooperazzjoni biex jiżguraw il-kalkolu effettiv tal-pożizzjonijiet fil-livell tal-grupp.
Meta l-AETS, f’konformità mal-Artikolu 10(4a), tirrieżamina l-limiti tal-ikklerjar speċifikati skont l-Artikolu 10(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-AETS għandha tirrieżamina wkoll il-limiti tal-ikklerjar speċifikati skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
L-AETS għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 4b
Servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar
Tranżazzjoni ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar għandha biss tkun eżenti mill-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) meta:
l-entità li twettaq l-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar (“fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar”) tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti skont il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu; u
kull parteċipant fl-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ikun konformi mar-rekwiżiti skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar għandu:
jitwettaq minn entità awtorizzata skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE li tkun indipendenti tal-kontropartijiet għall-kuntratti tad-derivati OTC inklużi fl-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
jikseb tnaqqis fir-riskju f’kull wieħed mill-portafolji sottoposti għall-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
jiġi aċċettat bis-sħiħ u, b’riżultat ta’ dan, il-parteċipanti fl-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma għandhomx ikunu jistgħu jagħżlu liema tranżazzjonijiet għandhom jiġu eżegwiti fl-ambitu tal-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni biss tal-entitajiet li inizjalment jissottoponu portafoll għall-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
ikun newtrali għar-riskju tas-suq;
ma jikkontribwix għall-formazzjoni tal-prezzijiet;
jieħu l-forma eżerċizzju ta’ kompressjoni, ta’ riekwilibriju jew ta’ ottimizzazzjoni jew kombinazzjoni tagħhom;
jiġi eżegwit fuq bażi bilaterali jew multilaterali.
Fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar għandu:
ikun konformi mar-regoli miftiehma minn qabel tal-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar, inklużi l-metodi u l-algoritmi f’ċikli preprogammati u jaġixxi b’mod raġonevoli, trasparenti u mhux diskriminatorju;
jiżgura li l-entitajiet li jipparteċipaw f’eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma jkollhom l-ebda influwenza fuq ir-riżultat tal-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
iwettaq eżerċizzji ta’ kompressjoni regolari meta l-eżerċizzji ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar jirriżultaw fi tranżazzjonijiet ġodda ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
iżomm reġistri kompluti u akkurati tat-tranżazzjonijiet kollha eżegwiti skont l-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar, inklużi:
l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet li jkunu saru bħala parti mill-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
it-tranżazzjonijiet li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar bħala tranżazzjonijiet modifikati jew bħala tranżazzjonijiet ġodda; u
il-bidla kumplessiva fir-riskju tal-portafolji differenti inklużi fl-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
jagħmel disponibbli, fuq talba u mingħajr dewmien bla bżonn, ir-reġistri msemmija fil-punt (d) għall-awtorità kompetenti rilevanti u għall-AETS; u
jimmonitorja t-tranżazzjonijiet li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar biex jiżgura, sa fejn ikun possibbli, li l-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma jirriżulta fl-ebda użu ħażin jew ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.
L-awtorità kompetenti li tawtorizza fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE għandha, qabel ma tranżazzjoni ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar li tirriżulta minn eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar imwettaq minn dak il-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar tkun tista’ tiġi eżentata mill-obbligu tal-ikklerjar f’konformità mal-paragrafu 1, tagħmel dan li ġej mingħajr dewmien bla bżonn:
tinnotifika l-isem tal-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar lill-AETS; u
tikkondividi mal-AETS il-valutazzjoni tagħha tal-mod kif ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ġew rispettati mill-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar.
L-awtorità kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha, mill-anqas fuq bażi annwali, tikkonferma lill-AETS li l-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar għadu jirrispetta r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 jew li dak il-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma għadux iforni servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar, skont il-każ.
L-AETS għandha tittrażmetti l-informazzjoni li tirċievi skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu lill-awtoritajiet ta’ kull Stat Membru b’setgħat superviżorji b’rabta mal-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1).
L-awtorità kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tinnotifika lill-AETS meta l-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma għadux jirrispetta r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 3 u 4. Meta tirċievi tali notifika, l-AETS għandha tneħħi lill-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar mil-lista msemmija fil-ħames subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Mid-data li fiha l-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ikun tneħħa minn dik il-lista, it-tranżazzjonijiet ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar li jirriżultaw minn eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma għandhomx jibqgħu jkunu eżenti mill-obbligu tal-ikklerjar f’konformità mal-paragrafu 1.
L-AETS għandha, fuq bażi annwali, tippubblika lista ta’ fornituri tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar innotifikati lill-AETS skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (a).
L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika l-elementi u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 u l-kundizzjonijiet jew il-karatteristiċi l-oħra li ġejjin tal-eżerċizzji ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar:
x’tikkostitwixxi newtralità għar-riskju tas-suq f’eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
it-tnaqqis tar-riskju meħtieġ fil-portofolji sottoposti;
l-inklużjoni possibbli ta’ portofolji mħallta li jkun fihom tranżazzjonijiet kemm ikklerjati kif ukoll mhux ikklerjati fl-istess eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar u l-kundizzjonijiet li fihom tali inklużjoni tkun permessa;
ir-rekwiżiti rigward il-ġestjoni tal-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
ir-rekwiżiti għat-tipi differenti ta’ servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
il-proċess għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni mogħtija; u
il-kriterji li għandhom jiġu applikati meta tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 5
Proċedura tal-obbligu tal-ikklerjar
Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi n-notifika skont il-paragrafu 1 jew twettaq proċedura għal rikonoxximent stabbilita fl-Artikolu 25, l-AETS għandha, wara li tagħmel konsultazzjoni pubblika u wara li tikkonsolta mal-BERS u, fejn xieraq, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, tiżviluppa u tissottometti lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li ġej:
il-klassi ta’ derivati OTC li għandha tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4;
id-data jew id-dati minn meta l-obbligu tal-ikklerjar isir effettiv, inkluża kwalunkwe introduzzjoni gradwali u l-kategoriji tal-kontropartijiet li għalihom japplika l-obbligu.
▼M12 —————
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Fl-iżvilupp tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji skont dan il-paragrafu, l-ESMA m’għandhiex tippreġudika d-dispożizzjoni tranżizzjonali fir-rigward ta’ kuntratti ta’ derivati tal-enerġija C6 kif stabbilit fl-Artikolu 95 tad-Direttiva 2014/65/UE ( 14 ).
Wara n-notifika mill-AETS, l-AETS tippubblika sejħa għal żvilupp ta’ proposti rigward l-ikklerjar ta’ dawk il-klassijiet ta’ derivati.
Bil-għan ġenerali li jitnaqqas ir-riskju sistemiku, l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji għal-parti msemmija fil-paragrafu 2(a) għandu jqis il-kriterji li ġejjin:
il-grad ta’ standardizzazzjoni tat-termini kuntrattwali u tal-proċessi operattivi tal-klassi rilevanti ta’ derivati OTC;
il-volum u l-likwidità tal-klassi rilevanti tad-derivati OTC;
id-disponibbiltà ta’ informazzjoni ġusta, affidabbli u ġeneralment aċċettata dwar l-ipprezzar fil-klassi rilevanti ta’derivati OTC;
Fit-tħejjija ta’ dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-AETS tista’ tqis interkonnessività bejn il-kontrapartijiet permezz tal-klassijiet rilevanti ta’ kuntratti ta’derivati OTC, l-impatt antiċipat fuq il-livelli ta’ riskju ta’ kreditu tal-kontroparti bejn il-kontropartijiet kif ukoll l-impatt fuq il-kompetizzjoni madwar l-Unjoni.
Sabiex tassigura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika aktar il-kretierji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji kif imsemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji għall-parti msemmija fil-paragrafu 2(b) għandu jqis il-kriterji li ġejjin:
il-volum mistenni tal-klassi rilevanti ta’ derivati OTC;
jekk aktar minn kontroparti ċentrali waħda diġà tikklerja l-istess klassi ta’ derivati OTC;
il-ħila tal-kontropartijiet ċentrali rilevanti li jlaħħqu mal-volum mistenni u li jiġġestixxu r-riskju li jirriżulta mill-ikklerjar tal-klassi rilevanti ta’ derivati OTC;
it-tip u l-għadd tal-kontropartijiet attivi, u ta’ dawk li huma mistennija li jsiru attivi fis-suq fir-rigward tal-klassi rilevanti ta’ derivati OTC;
il-perjodu ta’ żmien li kontroparti soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar teħtieġ biex tattwa l-arranġamenti biex tikklerja l-kuntratti tagħha tal-kuntratti ta’ derivati OTC permezz ta’ kontroparti ċentrali;
il-ġestjoni tar-riskju u l-kapaċità legali u operattiva tal-firxa ta’ kontropartijiet li huma attivi fis-suq għall-klassi rilevanti ta’ kuntratti ta’ derivati OTCu li jaqgħu fl-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4(1).
Artikolu 6
Reġistru pubbliku
Ir-reġistru jinkludi:
il-klassijiet ta’ derivati OTCli huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4;
is-CCPs li huma awtorizzati skont l-Artikolu 17 jew rikonoxxuti skont l-Artikolu 25 u d-data ta’ awtorizzazzjoni jew rikonoxximent rispettivament, li jindikaw is-CCPs li jkunu awtorizzati jew rikonoxxuti għall-iskop tal-obbligu tal-ikklerjar;
id-dati minn meta jieħu effett l-obbligu tal-ikklerjar, bl-inklużjoni ta’ kwalunkwe implimentazzjoni gradwali;
il-klassijiet ta’ derivati OTC identifikati mill-AETS b’konformità mal-Artikolu 5(3);
▼M12 —————
il-kontropartijiet ċentrali li ġew innotifikati lill-AETS mill-awtorità kompetenti għal skopijiet tal-obbligu tal-ikklerjar, u d-data tan-notifika ta’ kull waħda minnhom;
il-proporzjon, sa tmiem is-sena kalendarja, ta’ kuntratti tad-derivati kklerjati f’CCPs awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 14 meta mqabbel ma’ kuntratti tad-derivati kklerjati f’CCPs ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 25, ippreżentati fuq bażi aggregata u għal kull klassi ta’ assi.
L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 6a
Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar
L-AETS tista' titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) għal klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti, fejn tkun ġiet issodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC ma jkunux aktar adatti għall-ikklerjar ċentrali skont il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) u fl-Artikolu 5(5);
CCP probabbli li tieqaf tikklerja dawk il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC u l-ebda CCP oħra ma tkun kapaċi tikklerja dawk il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC mingħajr interruzzjoni;
is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal dawk il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti hija meħtieġa biex tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni u dik is-sospensjoni hija proporzjonata għal dawk l-għanijiet.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, qabel it-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tikkonsulta lill-BERS u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti maħtura skont l-Artikolu 22.
It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fih hija ssodisfata.
Fejn is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar titqies mill-AETS li tkun bidla materjali fil-kriterji biex l-obbligu tan-negozjar jieħu effett imsemmija fl-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, it-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista' tinkludi wkoll talba biex jiġi sospiż l-obbligu ta' nnegozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) ta' dak ir-Regolament għall-istess klassijiet speċifiċi tad-derivattivi OTC li huma soġġetti għat-talba li tiġi sospiża l-obbligu tal-ikklerjar.
L-AETS għandha, fi żmien 48 siegħa minn meta tasal it-talba msemmija mill-awtorità kompetenti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-awtorità kompetenti, jew titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) jew tirrifjuta t-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. L-AETS għandha tinforma lill-awtorità kompetenti kkonċernata bid-deċiżjoni tagħha. Meta l-AETS tirrifjuta t-talba mill-awtorità kompetenti, hija għandha tagħti r-raġunijiet għal dan bil-miktub.
L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3).
Is-sospensjoni tal-obbligu ta' negozjar imsemmija fil-paragrafu 5 għandha tkun valida għall-istess perijodu inizjali.
L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3).
L-AETS għandha, fi żmien biżżejjed qabel tmiem il-perijodu ta' sospensjoni msemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jew tal-perijodu ta' estensjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan is-subparagrafu, toħroġ opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk għadhomx japplikaw ir-raġunijiet għas-sospensjoni. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha tikkonsulta lill-BERS u lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22. L-AETS għandha tibgħat kopja ta' dik l-opinjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-opinjoni ma għandhiex issir pubblika.
L-att ta' implimentazzjoni li jestendi s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar tista' wkoll testendi l-perijodu tas-sospensjoni tal-obbligu ta' negozjar imsemmi fil-paragrafu 7.
L-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għandha tkun valida għall-istess perijodu tal-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.
Artikolu 6b
Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar fil-każ ta’ riżoluzzjoni
Meta CCP tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP maħtura skont l-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-Regolament jew l-awtorità kompetenti deżinjata f’konformità mal-Artikolu 22(1) ta’ dan ir-Regolament jistgħu fuq l-inizjattiva proprja tagħhom jew fuq talba tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ membru tal-ikklirjar tas-CCP taħt riżoluzzjoni, titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklirjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament għall-klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC jew għal tip speċifiku ta’ kontroparti meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
is-CCP taħt riżoluzzjoni tkun awtorizzata sabiex tikklirja l-klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC soġġetti għall-obbligu tal-ikklirjar li għalihom tintalab is-sospensjoni; u
is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għal dawk il-klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC jew għal tip speċifiku ta’ kontroparti hija meħtieġa biex tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni b’rabta mar-riżoluzzjoni tas-CCP, u dik is-sospensjoni tkun proporzjonata għal dawk l-għanijiet.
It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) ta’ dak is-subparagrafu huma ssodisfati.
L-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika t-talba motivata tagħha lill-ESMA u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi ppreżentata t-talba lill-Kummissjoni.
L-ESMA għandha tippreżenta t-talba motivata tagħha lill-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi ppreżentata t-talba lill-Kummissjoni.
Meta tadotta l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni maħruġa mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/23 il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament rigward dawk il-klassijiet ta’ derivati OTC u l-ħtieġa tas-sospensjoni sabiex tiġi evitata jew tiġi indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni.
Meta l-Kummissjoni tiċħad is-sospensjoni mitluba, hija għandha tipprovdi r-raġunijiet tagħha bil-miktub lill-awtorità rikjedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lill-ESMA. Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dan u tgħaddilhom ir-raġunijiet pprovduti lill-awtorità rikjedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lill-ESMA. Dik l-informazzjoni ma għandhiex issir pubblika.
L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3).
Is-sospensjoni tal-obbligu ta’ negozjar imsemmija fil-paragrafu 6 għandha tkun valida għall-istess perijodu inizjali.
L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3).
It-talba għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jibqgħu jiġu ssodisfati.
L-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika t-talba motivata tagħha lill-ESMA u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi nnotifikata t-talba lill-Kummissjoni.
It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu m’għandhiex issir disponibbli għall-pubbliku.
L-ESMA għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tirċievi n-notifika tat-talba u, jekk tqis meħtieġ, wara li tikkonsulta lill-BERS, toħroġ opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħux japplikaw filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, l-objettivi tar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/23 u l-kriterji stabbiliti f -Artikolu 5(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament. L-AETS għandha tibgħat kopja ta’ dik l-opinjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-opinjoni ma għandhiex issir pubblika.
L-att ta’ implimentazzjoni li jestendi s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar tista’ wkoll testendi l-perijodu tas-sospensjoni tal-obbligu ta’ negozjar imsemmi fil-paragrafu 6.
L-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għandha tkun valida għall-istess perijodu tal-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar.
Artikolu 7
Aċċess għal CCP
CCP li tkun ġiet awtorizzata biex tikklerja kuntratti tad-derivati OTC għandha taċċetta li tikklerja dawn il-kuntratti fuq bażi mhux diskriminatorja u trasparenti, anke fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ kollateral u ta’ tariffi relatati mal-aċċess, irrispettivament miċ-ċentru tan-negozjar. Dan b’mod partikolari għandu jiżgura li ċentru tan-negozjar ikollu d-dritt għal trattament nondiskriminatorju f’termini ta’ kif kuntratti nnegozjati f’dak iċ-ċentru tan-negozjar jiġu ttrattati f’termini ta’:
rekwiżiti ta’ kollateral u kalkolazzjoni tal-valur nett ta’ kuntratti ekonomikament ekwivalenti, meta l-inklużjoni ta’ tali kuntratti fl-għeluq u proċeduri oħra ta’ kalkolazzjoni tal-valur nett ta’ CCP bbażata fuq il-liġi applikabbli dwar l-insolvenza ma tipperikolax l-funzjonament bla intoppi u ordinat, il-validità jew l-infurzabilità ta’ tali proċeduri; u
kontromarġinazzjoni b’kuntratti korrelatati kklerjati mill-istess CCP skont mudell tar-riskji li jikonforma mal-Artikolu 41.
CCP tista’ titlob li ċentru tan-negozjar jikkonforma mar-rekwiżiti operattivi u tekniċi stabbiliti mis-CCP, inklużi r-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju.
L-awtorità kompetenti tal-post tan-negozju u dik tal-kontroparti ċentrali jistgħu jirrifjutaw l-aċċess għal-kontroparti ċentrali wara talba formali mill-post tan-negozju fil-każ biss li tali aċċess jhedded il-funzjonament bla xkiel u fl-ordni tas-swieq jew jeffettwa b’mod ħażin ir-riskju sistemiku.
Artikolu 7a
Kont attiv
Meta kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja ssir soġġetta għall-obbligu li żżomm kont attiv skont l-ewwel subparagrafu, dik il-kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja għandha tinnotifika lill-AETS u lill-awtorità kompetenti rilevanti tagħha b’dan u għandha tistabbilixxi tali kont attiv fi żmien sitt xhur minn meta ssir soġġetta għal dak l-obbligu.
Il-kontropartijiet li jsiru soġġetti għall-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
il-kont ikun funzjonali b’mod permanenti, inkluż b’dokumentazzjoni legali, konnettività tal-IT u proċessi interni assoċjati mal-kont li jkun fis-seħħ;
il-kontroparti jkollha sistemi u riżorsi disponibbli biex tkun tista’ topera l-kont, anki fi żmien qasir, għal volumi kbar tal-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu f’kull mument u biex tkun tista’ tirċievi, f’perjodu qasir ta’ żmien, fluss kbir ta’ tranżazzjonijiet minn pożizzjonijiet miżmuma f’servizz tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c);
it-tranżazzjonijiet kollha tal-kontroparti rispettiva fil-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 jistgħu jiġu kklerjati fil-kont f’kull mument;
il-kontroparti tikklerja fil-kont attiv tranżazzjonijiet li huma rappreżentattivi tal-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu li huma kklerjati f’servizz tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c) matul il-perjodu ta’ referenza.
L-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), għandu jiġi vvalutat skont il-kriterji li ġejjin:
il-klassijiet differenti ta’ kuntratti tad-derivati;
il-maturità tat-tranżazzjonijiet;
id-daqsijiet tat-tranżazzjonijiet.
L-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), ma għandux japplika għal kontropartijiet b’volum tal-ikklerjar nozzjonali pendenti ta’ inqas minn EUR 6 biljun fil-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6.
Il-valutazzjoni tal-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), għandu jkun ibbażat fuq is-sottokategoriji. Għal kull klassi ta’ kuntratti tad-derivati, l-għadd ta’ sottokategoriji għandu jirriżulta mill-kombinazzjoni tad-daqsijiet ta’ tranżazzjonijiet differenti u tal-firxiet ta’ maturità differenti.
Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a), (b) u (c), għandhom jiġu ssodisfati mill-kontroparti fi żmien sitt xhur minn meta ssir soġġetta għall-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u dik il-kontroparti għandha tirrapporta regolarment f’konformità mal-Artikolu 7b. Ir-rekwiżiti għandhom jiġu ttestjati għall-istress regolarment mill-inqas darba fis-sena.
Għall-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), li għandu jiġi ssodisfat, il-kontropartijiet għandhom jikklerjaw, fuq bażi medja annwali, mill-inqas ħames tranżazzjonijiet f’kull waħda mill-aktar sottokategoriji rilevanti għal kull klassi ta’ kuntratti tad-derivati u għal kull perjodu ta’ referenza definit f’konformità mal-paragrafu 8, it-tielet subparagrafu. Meta l-għadd ta’ tranżazzjonijiet li jirriżulta jaqbeż nofs it-tranżazzjonijiet totali ta’ dik il-kontroparti għat-12-il xahar preċedenti, l-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), għandu jitqies issodisfat meta dik il-kontroparti tikklerja mill-inqas tranżazzjoni waħda f’kull waħda mill-aktar sottokategoriji rilevanti għal kull klassi ta’ kuntratti tad-derivati għal kull perjodu ta’ referenza.
L-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), m’għandux japplika għall-provvista ta’ servizzi tal-ikklerjar tal-klijenti. Il-kalkolu tal-volum tal-ikklerjar nozzjonali pendenti ta’ kontroparti msemmija fil-paragrafu 8, ir-raba’ subparagrafu, m’għandux jinkludi l-attivitajiet tal-ikklerjar tal-klijenti tagħha.
Il-kategoriji ta’ kuntratti ta’ derivati soġġetti għall-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
derivati tar-rati tal-imgħax denominati f’euro jew fi zloty Pollakka;
derivati tar-rati tal-imgħax ta’ terminu qasir denominati f’euro.
Sabiex tiġi emendata l-lista ta’ kuntratti soġġetti għal obbligi ta’ kont attiv, l-AETS, wara li tikkonsulta mal-BERS u bi qbil mal-banek ċentrali tal-ħruġ, għandha tippreżenta lill-Kummissjoni analiżi bir-reqqa u komprensiva tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, f’konformità mal-valutazzjoni teknika kwantitattiva speċifikata fl-Artikolu 25(2c), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), kif rilevanti, inklużi l-effetti fuq muniti oħra tal-Unjoni, u tivvaluta l-effetti possibbli tal-estensjoni tal-obbligi tal-kont attiv għat-tipi ġodda ta’ kuntratti, u opinjoni b’rabta ma’ din il-valutazzjoni. Il-ftehim tal-banek ċentrali tal-ħruġ għandu jirrelata biss mal-kuntratti denominati fil-munita li joħorġu.
Meta l-AETS twettaq il-valutazzjoni u toħroġ opinjoni li tikkonkludi li jenħtieġ li tiġi emendata l-lista ta’ kuntratti, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 biex temenda l-lista ta’ kuntratti tad-derivati skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Fir-rigward tal-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), l-AETS għandha tispeċifika l-klassijiet differenti ta’ kuntratti tad-derivati, soġġetti għal limitu ta’ tliet klassijiet, il-firxiet ta’ maturità differenti, soġġetti għal limitu ta’ erba’ firxiet ta’ maturità, u l-firxiet differenti tad-daqs tat-tranżazzjonijiet, soġġetti għal limitu ta’ tliet firxiet ta’ daqsijiet tat-tranżazzjonijiet, biex tiġi żgurata r-rappreżentattività tal-kuntratti tad-derivati li għandhom jiġu kklerjati permezz tal-kontijiet attivi.
L-AETS għandha tistabbilixxi l-għadd, li ma għandux ikun ogħla minn ħamsa, tal-aktar sottokategoriji rilevanti għal kull klassi ta’ kuntratti tad-derivati li għandhom jiġu rappreżentati fil-kont attiv. Is-sottokategoriji l-aktar rilevanti għandhom ikunu dawk li fihom l-ogħla għadd ta’ tranżazzjonijiet matul il-perjodu ta’ referenza.
L-AETS għandha tistabbilixxi wkoll id-durata tal-perjodu ta’ referenza, li ma għandux ikun inqas minn sitt xhur għal kontropartijiet b’volum tal-ikklerjar nozzjonali pendenti ta’ inqas minn EUR 100 biljun fil-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 u mhux inqas minn xahar għall-kontropartijiet b’volum tal-ikklerjar nozzjonali pendenti ta’ aktar minn EUR 100 biljun fil-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Ġunju 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu penali kriminali, meta jinstab li kontroparti finanzjarja jew mhux finanzjarja tkun qed tikser l-obbligi tagħha skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tagħha għandha, permezz ta’ deċiżjoni, timponi penali amministrattivi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, jew titlob lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jimponu penali jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, sabiex iġġiegħel lil dik il-kontroparti ttemm il-ksur tagħha.
Il-pagament perjodiku ta’ penali msemmi fit-tieni subparagrafu għandu jkun effettiv u proporzjonat u ma jaqbiżx massimu ta’ 3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena kummerċjali preċedenti. Dan għandu jiġi impost għal kull jum ta’ inadempjenza, u jiġi kkalkolat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali.
Il-pagament perjodiku ta’ penali msemmi fit-tieni subparagrafu għandu jiġi impost għal perjodu massimu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti. Wara t-tmiem ta’ dak il-perjodu, l-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina l-miżura u testendiha jekk ikun meħtieġ.
L-AETS għandha takkumpanja l-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu b’rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, li jinkludi valutazzjoni tal-impatt motivata bis-sħiħ dwar miżuri komplementari, inklużi limiti kwantitattivi.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tippreżenta l-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tagħha fi kwalunkwe ħin wara li tirċievi notifika formali mill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, li tindika l-materjalizzazzjoni probabbli tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja għall-Unjoni b’riżultat ta’ ċirkostanzi speċifiċi li jiskattaw avveniment b’implikazzjonijiet sistemiċi.
Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi r-rapport tal-AETS msemmi fit-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tħejji r-rapport tagħha li jista’ jkun akkumpanjat, meta jkun il-każ, minn proposta leġiżlattiva.
Artikolu 7b
Monitoraġġ tal-obbligu tal-kont attiv
Il-kontropartijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jużaw l-informazzjoni rrapportata skont l-Artikolu 9 fejn rilevanti. Ir-rapportar għandu jinkludi wkoll dimostrazzjoni lill-awtorità kompetenti li d-dokumentazzjoni legali, il-konnettività tal-IT u l-proċessi interni assoċjati mal-kontijiet attivi huma fis-seħħ.
Artikolu 7c
Informazzjoni dwar il-provvista ta’ servizzi tal-ikklerjar
Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1:
meta jistabbilixxu relazzjoni tal-ikklerjar tal-klijenti ma’ klijent; u
mill-inqas fuq bażi trimestrali.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 7d
Informazzjoni dwar l-attività tal-ikklerjar f’CCPs rikonoxxuti skont l-Artikolu 25
Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jikklerjaw il-kuntratti permezz ta’ CCP rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 għandhom jirrapportaw tali attività tal-ikklerjar kif ġej:
meta jkunu stabbiliti fl-Unjoni iżda ma jkunux parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata fl-Unjoni, huma għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom;
meta jkunu parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata fl-Unjoni, l-impriża prinċipali fl-Unjoni ta’ dak il-grupp għandha tirrapporta tali attività tal-ikklerjar fuq bażi konsolidata lill-awtorità kompetenti tagħha.
Ir-rapporti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun fihom informazzjoni dwar l-ambitu tal-attività tal-ikklerjar fis-CCP rikonoxxuta fuq bażi annwali li tispeċifika:
it-tip ta’ strumenti finanzjarji jew mhux finanzjarji kklerjati;
il-valuri medji kklerjati fuq perjodu ta’ sena għal kull munita tal-Unjoni u għal kull klassi ta’ assi;
l-ammont ta’ marġnijiet miġbura;
il-kontribuzzjonijiet għal fond ta’ inadempjenza; u
l-akbar obbligazzjoni ta’ pagament.
L-awtorità kompetenti għandha tibgħat minnufih dik l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu lill-AETS u lill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 7e
Informazzjoni dwar is-CCPs tal-Unjoni
Is-CCPs awtorizzati skont l-Artikolu 14 għandhom jirrapportaw lill-AETS fuq bażi ta’ kull xahar, permezz tal-bażi ta’ data ċentrali stabbilita mill-AETS skont l-Artikolu 17c (il-“bażi tad-data ċentrali”), mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
il-valuri u l-volumi kklerjati għal kull munita u għal kull klassi ta’ assi, inkluż il-valur tal-pożizzjonijiet miżmuma mill-parteċipanti tal-ikklerjar;
l-investimenti tas-CCP;
il-kapital tas-CCP, inklużi r-riżorsi proprji ddedikati li jintużaw fil-kaskata ta’ inadempjenza kif imsemmija fl-Artikolu 45(4) ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 9(14) tar-Regolament (UE) 2021/23;
ir-rekwiżiti tal-marġini tal-membri tal-ikklerjar, il-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza, u r-riżorsi impenjati kuntrattwalment fil-ġestjoni tal-inadempjenza jew fil-pjanijiet ta’ rkupru msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/23;
l-adegwatezza tal-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-marġni u tal-inadempjenza u tar-riżorsi tal-kaskata rigward l-Artikoli 41, 42 u 45;
ir-riżorsi likwidi disponibbli tas-CCP u r-riżultati tal-ittestjar tal-istress tal-likwidità;
id-dettalji tal-membri tal-ikklerjar, il-klijenti li jkollhom kontijiet segregati individwalment, il-partijiet terzi li jipprovdu attivitajiet ewlenin marbuta mal-ġestjoni tar-riskju tas-CCP, il-fornituri materjali tal-likwidità konnessi mas-CCP, kif ukoll is-CCPs interoperabbli u konnessi.
kwalunkwe bidla li s-CCP tkun implimentat direttament f’konformità mal-Artikolu 15a.
Il-membri tal-kulleġġ tas-CCP imsemmija fl-Artikolu 18 għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni pprovduta f’konformità ma’ dan l-Artikolu permezz tal-bażi tad-data ċentrali.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 8
Aċċess għal post tan-negozju
L-aċċess tal-kontroparti ċentrali għall-post tan-negozju għandu jingħata biss sakemm tali aċċess ma jkunx jeħtieġ l-interoperabbiltà jew ma jheddidx il-funzjonament bla xkiel u ordnat tas-swieq, b’mod partikolari minħabba l-frammentazzjoni tal-likwidità u sakemm l-post tan-negozju ikun stabbilixxa mekkaniżmu adegwat għall-prevenzjoni ta’ tali frammentazzjoni.
L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 9
Obbligu ta’ rappurtar
Il-kontropartijiet finanzjarji, il-kontropartijiet mhux finanzjarji u s-CCPs soġġetti għall-obbligu ta’ rappurtar għandhom jistabbilixxu proċeduri u arranġamenti xierqa biex jiżguraw il-kwalità tad-data li jirrapportaw f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
Meta kontroparti mhux finanzjarja li tkun parti minn grupp tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, u tibbenefika mill-eżenzjoni stabbilita fil-ħames subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-impriża prinċipali fl-Unjoni ta’ dik il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tirrapporta l-pożizzjonijiet aggregati netti skont il-klassi ta’ derivati ta’ dik il-kontroparti mhux finanzjarja lill-awtorità kompetenti tagħha fuq bażi ta’ kull ġimgħa. Għal kontroparti stabbilita fl-Unjoni, l-awtorità kompetenti tal-impriża prinċipali għandha tikkondividi l-informazzjoni mal-AETS u mal-awtorità kompetenti ta’ dik il-kontroparti.
L-obbligu ta' rapportar għandu japplika għal kuntratti tad-derivattivi li:
ġew konklużi qabel it-12 ta' Frar 2014 u li jibqgħu pendenti f'dik id-data;
ġew konklużi fit-12 ta' Frar 2014 jew wara.
Minkejja l-Artikolu 3, l-obbligu ta' rapportar ma għandux japplika għal kuntratti tad-derivattivi fl-istess grupp fejn mill-inqas waħda mill-kontropartijiet hija kontroparti mhux finanzjarja jew kienet tikkwalifika bħala kontroparti mhux finanzjarja kieku kienet stabbilita fl-Unjoni, dment li:
iż-żewġ kontropartijiet huma inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa;
iż-żewġ kontropartijiet huma soġġetti għal proċeduri ċentralizzati ta' evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju; u
l-impriża prinċipali ma tkunx kontroparti finanzjarja.
Il-kontropartijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bl-intenzjoni tagħhom li japplikaw l-eżenzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu. L-eżenzjoni għandha tkun valida ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti notifikati ma jaqblux li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika.
Biex jiġi żgurat li l-kontroparti finanzjarja jkollha d-data kollha li jkollha bżonn biex tissodisfa l-obbligu ta' rapportar, il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tipprovdi lill-kontroparti finanzjarja d-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi bejniethom, li l-kontroparti finanzjarja ma tistax tkun raġonevolment mistennija li jkollha. Il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tkun responsabbli biex tiżgura li dawk id-dettalji jkunu korretti.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, kontropartijiet mhux finanzjarji li diġà investew f'sistema ta' rapportar jistgħu jiddeċiedu li jirrapportaw id-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC tagħhom ma' kontropartijiet finanzjarji lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet. F'dak il-każ, il-kontropartijiet mhux finanzjarji għandhom jinformaw lill-kontropartijiet finanzjarji li magħhom ikkonkludew kuntratti tad-derivattivi OTC dwar id-deċiżjoni tagħhom qabel ma jirrapportaw dawk id-dettalji. F'dik is-sitwazzjoni, il-kontropartijiet mhux finanzjarji għandhom ikunu responsabbli, anki legalment, għar-rapportar dawk id-dettalji u għall-iżgurar tal-korrettezza.
Kontroparti mhux finanzjarja li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u li tikkonkludi kuntratt tad-derivattivi OTC ma' entità stabbilita f'pajjiż terz ma għandhiex tkun meħtieġa tirrapporta skont dan l-Artikolu u ma għandhiex tkun legalment responsabbli għar-rapportar jew għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji ta' tali kuntratti tad-derivattivi OTC, dment li:
dik l-entità ta’ pajjiż terz tkun kwalifikata bħala kontroparti finanzjarja kieku kienet stabbilita fl-Unjoni; u
▼M18 —————
il-kontroparti finanzjarja tal-pajjiż terz tkun irrapportat tali informazzjoni skont is-sistema legali għar-rapportar ta' dak il-pajjiż terz tagħha lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet li huwa soġġett għal obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli li jagħtu lill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 81(3) aċċess dirett u immedjat għad-data.
F’dan il-każ l-AETS għandha tiżgura li l-entitajiet rilevanti kollha msemmija fl-Artikolu 81(3) ikollhom aċċess għad-dettalji kollha tal-kuntratti tad-derivati li jkunu jeħtieġu biex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom.
L-ebda responsabbiltà li tirriżulta minn dik id-divulgazzjoni ma għandha taqa’ fuq l-entità ta’ rappurtar jew id-diretturi jew l-impjegati tagħha.
Ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha tispeċifika tal-anqas:
il-partijiet għall-kuntratt tad-derivati u, meta jkunu differenti, il-benefiċjarju tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minnu;
il-karatteristiċi ewlenin tal-kuntratti tad-derivati, inklużi t-tip tagħhom, il-maturità sottostanti, il-valur nozzjonali, il-prezz u d-data tas-saldu.
L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 3, l-AETS għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:
l-istandards u l-formats tad-data għall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata, li għandhom jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:
identifikaturi globali tal-entitajiet ġuridiċi (LEIs);
numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (international securities identification numbers, ISINs);
identifikaturi uniċi tat-tranżazzjoni (unique trade identifiers, UTIs);
il-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar;
il-frekwenza tar-rapporti;
id-data sa meta l-kuntratti tad-derivattivi għandhom jiġu rrapportati.
Fl-iżvilupp ta' dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni, l-AETS għandha tqis l-iżviluppi u l-istandards internazzjonali miftiehma fil-livell tal-Unjoni jew dak globali, u l-konsistenza tagħhom mar-rekwiżiti tar-rapportar stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2015/2365 ( 17 ) u l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.
L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentattivi lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 10
Kontropartijiet mhux finanzjarji
Fejn kontroparti mhux finanzjarja ma tikkalkulax il-pożizzjonijiet tagħha, jew fejn ir-riżultat ta' dak il-kalkolu msemmi fir-rigward ta' klassi waħda jew aktar ta' derivattivi OTC jaqbeż il-livelli limiti tal-ikklerjar speċifikati skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, dik il-kontroparti mhux finanzjarja għandha:
minnufih tinnotifika lill-AETS u lill-awtorità kompetenti rilevanti, u, fejn rilevanti, tindika l-perijodu użat għall-kalkolu;
tistabbilixxi arranġamenti ta' kklerjar fi żmien erba' xhur min-notifika msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu;
issir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 għall-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi jew innovati aktar minn erba' xhur wara n-notifika msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu li jappartjenu għal dawk il-klassijiet tal-assi li fir-rigward tagħhom ir-riżultat tal-kalkolu jaqbeż il-limiti tal-ikklerjar jew, fejn il-kontroparti mhux finanzjarja ma tkunx ikkalkulat il-pożizzjoni tagħha, li jappartjenu għal kwalunkwe klassi ta' derivattivi OTC li hija soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar.
Il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tkun tista' turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-kalkolu tal-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar ta' qabel ma jwassalx għal sottovalutazzjoni sistematika tal-pożizzjoni.
L-AETS, wara li tkun ikkonsultat mal-BERS u ma’ awtoritajiet rilevanti oħrajn, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
il-kriterji sabiex jiġi stabbilit liema kuntratti tad-derivati OTC jistgħu jitkejlu b’mod oġġettiv bħala li jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew mal-attività ta’ finanzjament tat-teżor imsemmija fil-paragrafu 3;
il-valuri tal-limiti tal-ikklerjar għall-pożizzjonijiet mhux ikklerjati, li jiġu ddeterminati filwaqt li titqies il-metodoloġija stabbilita fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 4a(3), ir-rilevenza sistemika tas-somma tal-pożizzjonijiet u tal-iskoperturi netti għal kull kontroparti u għal kull klassi ta’ derivati OTC; u
il-mekkaniżmi li jagħtu bidu għal rieżami tal-valuri tal-limiti tal-ikklerjar wara fluttwazzjonijiet sinifikanti tal-prezzijiet fil-klassi sottostanti tad-derivati OTC jew żieda sinifikanti tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Dak ir-rieżami perjodiku għandu jkun akkumpanjat minn rapport mill-AETS dwar is-suġġett.
Mill-anqas kull sentejn mill-24 ta’ Diċembru 2024, l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-kontropartijiet mhux finanzjarji tal-Unjoni fid-derivati OTC, li jidentifika l-oqsma fejn hemm nuqqas ta’ konverġenza u koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni.
Artikolu 11
Tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali
Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji li jikkonkludu kuntratt tad-derivati OTC mhux ikklerjat minn kontroparti ċentrali, għandhom jiżguraw waqt li jeżerċitaw d-diliġenza xierqa, li jkun hemm proċeduri u arranġamenti xierqa fis-seħħ għall-kejl, il-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tar-riskju operattiv u tal-kreditu tal-kontroparti, inklużi mill-inqas:
il-konferma fil-ħin, meta disponibbli, permezz ta’ mezzi elettroniċi, tat-termini tal-kuntratt tad-derivati OTC rilevanti;
proċessi formalizzati li huma robusti, reżiljenti u awditjabbli sabiex jiġu rikonċiljati l-portafolji, sabiex jiġi mmaniġjat ir-riskju assoċjat u sabiex jiġu identifikati tilwimiet bejn il-partijiet fi stadju bikri u sabiex jiġu riżolti, u sabiex jiġi mmonitorat il-valur tal-kuntratti pendenti.
Kontroparti mhux finanzjarja li ssir soġġetta għall-obbligi stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ dawk l-obbligi fi żmien erba’ xhur min-notifika msemmija fl-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a). Kontroparti mhux finanzjarja għandha tiġi eżentata minn dawk l-obbligi għal kuntratti konklużi matul l-erba’ xhur wara dik in-notifika.
Kontroparti mhux finanzjarja li ssir soġġetta għall-obbligi stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ dawk l-obbligi fi żmien erba’ xhur min-notifika msemmija fl-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a). Kontroparti mhux finanzjarja għandha tiġi eżentata minn dawk l-obbligi għal kuntratti konklużi matul l-erba’ xhur wara dik in-notifika.
Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10(1) għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom qabel ma jużaw, jew jadottaw bidla għal, mudell għall-kalkolu tal-marġni inizjali fir-rigward tal-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Meta japplikaw għal awtorizzazzjoni, dawk il-kontropartijiet għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, permezz tal-bażi ta’ data ċentrali, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar dawk il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu jew jirrifjutaw tali awtorizzazzjoni fi żmien sitt xhur minn meta jirċievu l-applikazzjoni għal mudell ġdid jew fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-applikazzjoni għal bidla f’mudell diġà awtorizzat.
Meta l-mudell imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkun ibbażat fuq mudell pro forma, il-kontroparti għandha tapplika lill-ABE għall-validazzjoni ta’ dak il-mudell u għandha tipprovdi lill-ABE l-informazzjoni rilevanti kollha msemmija f’dak is-subparagrafu permezz tal-bażi tad-data ċentrali. Barra minn hekk, il-kontroparti għandha tipprovdi lill-ABE l-informazzjoni dwar l-ammont nozzjonali pendenti msemmi fil-paragrafu 12a ta’ dan l-Artikolu permezz tal-bażi tad-data ċentrali.
Meta l-mudell imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkun ibbażat fuq mudell pro forma, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-awtorizzazzjoni biss meta l-mudell pro forma jkun ġie vvalidat mill-ABE.
L-ABE, f’kooperazzjoni mal-AETS u mal-AEAPX, tista’ toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet bil-għan li tiżgura l-applikazzjoni u l-proċess ta’ awtorizzazzjoni uniformi tal-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-AETS, f’kooperazzjoni mal-ABE u l-AEAPX, għandha timmonitorja:
żviluppi regolatorji f’ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tat-trattament ta’ opzjonijiet ta’ stokk uniku u opzjonijiet tal-indiċi tal-ekwità;
l-impatt tad-deroga kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha; u
l-iżvilupp ta’ skoperturi f’opzjonijiet ta’ stokk uniku u opzjonijiet tal-indiċi tal-ekwità mhux ikklerjati minn CCP.
Mill-inqas kull tliet snin mill-24 ta’ Diċembru 2024, l-AETS, f’kooperazzjoni mal-ABE u l-AEAPX, għandha tirrapporta lill-Kummissjoni s-sejbiet li jirriżultaw mill-monitoraġġ tagħha msemmi fit-tieni subparagrafu.
Fi żmien sena mid-data tal-wasla tar-rapport imsemmi fit-tielet subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk:
l-iżviluppi internazzjonali wasslu għal aktar konverġenza fit-trattament ta’ opzjonijiet ta’ stokk uniku u opzjonijiet tal-indiċi tal-ekwità; u
id-deroga stipulata fl-ewwel subparagrafu tipperikolax l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 biex temenda dan ir-Regolament billi tirrevoka d-deroga stabbilita fl-ewwel subparagrafu wara perjodu ta’ adattament. Il-perjodu ta’ adattament ma għandux jaqbeż is-sentejn.
Tranżazzjoni intragrupp kif imsemmija fl-Artikolu 3(2)(a), (b) jew (c) konkluża ma’ kontropartijiet li jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti għandha tiġi eżentata totalment jew parzjalment mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fuq il-bażi ta’ deċiżjoni pożittiva taż-żewġ awtoritajiet kompetenti rilevanti, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;
ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jirnexxilhomx jaslu għal deċiżjoni pożittiva fi żmien 30 jum kalendarju minn meta tasal l-applikazzjoni għall-eżenzjoni, l-AETS tista’ tassisti lill-dawk l-awtoritajiet sabiex jilħqu ftehim b’konformità mas-setgħat tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Tranżazzjoni intragrupp kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) konkluża ma’ kontropartijiet mhux finanzjarji li huma stabbiliti fi Stati Membri differenti għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;
ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.
Il-kontropartijiet mhux finanzjarji jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li japplikaw l-eżenzjoni lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(5). L-eżenzjoni għandha tkun valida sakemm waħda mill-awtoritajiet kompetenti notifikati ma taqbilx li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika.
Tranżazzjoni intragrupp imsemmija fl-Artikolu 3(2)(a) sa (d) konkluża ma’ kontroparti li hi stabbilita fl-Unjoni u kontroparti li hi stabbilita f’ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz għandha tiġi eżentata totalment jew parzjalment mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fuq il-bażi ta’ deċiżjoni pożittiva tal-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli għas-superviżjoni tal-kontroparti li hi stabbilita fl-Unjoni, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;
ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.
Tranżazzjoni intragrupp kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) konkluża ma’ kontroparti mhux finanzjarja li hija stabbilita fl-UE u kontroparti li hija stabbilita f’ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;
ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.
Il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tinnotifika l-intenzjoni tagħha li tapplika l-eżenzjoni lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(5). L-eżenzjoni għandha tkun valida sakemm l-awtoritajiet kompetenti notifikati ma tjaqblu li hija sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika.
Tranżazzjoni intragrupp kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) konkluża ma’ kontroparti mhux finanzjarja u kontroparti finanzjarja li jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti għandha tiġi eżentata totalment jew parzjalment mir-rekwiżit imniżżel fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fuq il-bażi ta’ deċiżjoni pożittiva tal-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli għas-superviżjoni tal-kontroparti finanzjarja, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;
ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.
L-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli għas-superviżjoni tal-kontroparti finanzjarja għandha tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni bħal din lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(5). L-eżenzjoni tkun valida sakemm l-awtorità kompetenti notifikata ma taqbilx li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu. Jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-AETS tista’ tgħin lil dawk l-awtoritajiet jilħqu qbil f’konformità mas-setgħat tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-AETS dwar kwalunkwe deċiżjoni adottata skont il-paragraf 6, 8 jew 10 jew kwalunkwe notifika li ġiet riċevuta skont il-paragraf 7, 9 jew 10 u għandha tagħti lill-AETS id-dettalji tat-tranżazzjoni intragrupp ikkonċernata.
Fir-rwol tagħha ta’ validatur ċentrali, l-ABE għandha tivvalida l-elementi u l-aspetti ġenerali ta’ dawk il-mudelli pro forma, inklużi l-kalibrazzjoni, id-disinn u l-kopertura tal-istrumenti, tal-klassijiet tal-assi u tal-fatturi ta’ riskju. L-ABE għandha tagħti jew tirrifjuta tali validazzjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni għall-validazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, ir-raba’ subparagrafu, għal mudell pro forma ġdid u fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni għal bidla f’mudell diġà vvalidat. Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol ta’ validazzjoni tal-ABE, l-iżviluppaturi tal-mudelli pro forma għandhom, fuq talba tal-ABE, jissottomettu lill-ABE l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa.
L-ABE għandha tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fil-proċessi ta’ awtorizzazzjoni tagħhom rigward l-aspetti ġenerali tal-implimentazzjoni tal-mudelli skont il-paragrafu 3. Għal dak l-għan, l-ABE għandha tħejji rapport annwali dwar l-aspetti rilevanti tal-ħidma ta’ validazzjoni tagħha, inkluża l-verifika tal-kalibrazzjoni tal-mudelli skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u l-analiżi tal-kwistjonijiet irrapportati. Fejn tqis li jkun meħtieġ, l-ABE għandha toħroġ, f’kooperazzjoni mal-AETS u l-AEAPX, rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 indirizzati lil dawk l-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jassistu lill-ABE fl-abbozzar tar-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ABE, fuq talba tagħha, l-informazzjoni miġbura matul il-proċess ta’ awtorizzazzjoni inizjali u kontinwu tagħhom fil-livell tal-entità tal-mudelli skont il-paragrafu 3, jew bidliet fihom.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu unikament responsabbli għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-mudelli skont il-paragrafu 3, jew għal bidliet għalihom, fil-livell tal-entità taħt superviżjoni.
L-ABE għandha titlob tariffa annwali, għal kull mudell pro forma, mingħand il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10(1) bl-użu tal-mudelli pro forma vvalidati mill-ABE skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-ABE l-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji li jimplimentaw mudelli soġġetti għall-proċess ta’ validazzjoni skont l-ewwel subparagrafu. It-tariffa għandha tkun proporzjonata għall-ammont nozzjonali pendenti medju fix-xahar ta’ derivati OTC ikklerjati mhux ċentralment matul l-aħħar 12-il xahar tal-kontropartijiet ikkonċernati bl-użu tal-mudelli pro forma vvalidati mill-ABE u għandha tiġi assenjata biex tkopri l-kostijiet kollha mġarrba mill-ABE għat-twettiq tal-kompiti tagħha f’konformità mal-ewwel subparagrafu.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “mudell pro forma” tfisser mudell ta’ marġni inizjali stabbilit, ippubblikat u rivedut permezz ta’ inizjattivi mmexxija mis-suq.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 biex tissuplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi:
il-metodu għad-determinazzjoni tal-ammont tat-tariffi; u
il-modalitajiet tal-ħlas tat-tariffi.
Bil-għan li tiżgura applikazzjoni konsisteni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tabbozza standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
il-proċeduri u l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 1;
il-kundizzjonijiet tas-suq li jipprojbixxu t-tranżazzjonijiet minn suq għal suq u l-kriterji għall-użu tal-ipprezzar skont il-mudell imsemmi fil-paragrafu 2;
id-dettalji tat-tranżazzjonijiet intragruppi eżentati li għandhom jiġu inklużi fin-notifika msemmija fil-paragrafi 7, 9 u 10;
id-dettalji tal-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet intragruppi eżentati msemmija fil-paragrafu 11;
il-kuntratti li huma meqjusa li għandhom effett dirett, sustanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew il-każi meta jkun neċessarju jew xieraq biex tiġi evitata l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament kif imsemmi fil-paragrafu 12;
L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ASE għandhom jiżviluppaw abbozz komuni ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż il-livelli u t-tip ta' kollateral u l-arranġamenti tas-segregazzjoni msemmija fil-paragrafu 3;
il-proċeduri superviżorji, biex tiġi żgurata l-validazzjoni inizjali u kontinwa tal-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 3 applikati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE u d-ditti tal-investiment awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2014/65/UE li għandhom, jew jappartjenu għal grupp li għandu, ammont nozzjonali medju pendenti fix-xahar ta’ derivati OTC ikklerjati mhux ċentralment ta’ mill-inqas EUR 750 biljun, ikkalkulati f’konformità mal-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu żviluppati mill-ASE f’konformità ma’ dan il-paragrafu;
il-proċeduri għall-kontrapartijiet u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti li għandhom jiġu segwiti fl-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet skont il-paragrafi 6 sa 10;
il-kriterji applikabbli msemmija fil-paragrafi 5 sa 10 inkluż, b’mod partikulari, x’għandu jitqies bħala impediment prattiku jew legali għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji u għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontrapartijiet.
Il-livell u t-tip ta’ kollateral meħtieġ fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li huma konklużi minn entitajiet ta’ bonds koperti b’rabta ma’ bond kopert, jew minn entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta ma’ titolizzazzjoni skont it-tifsira ta’ [dan ir-Regolament] u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 18, u fl-Artikoli 19 sa 22 jew fl-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (UE) 2017/2402 [ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni] għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jittieħed f’kunsiderazzjoni kwalunkwe xkiel affaċċjat fl-iskambju tal-kollateral fir-rigward ta’ arranġamenti kollaterali eżistenti fil-bond kopert jew it-titolizzazzjoni.
L-ESAs għandhom jippreżentaw dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, ħlief għal dawk imsemmija fil-punt (aa) tal-ewwel subparagrafu, lill-Kummissjoni sat-18 ta' Lulju 2018.
L-ABE, f’kooperazzjoni mal-AETS, għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (aa), lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Skont in-natura legali tal-kontroparti, is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu b’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 12
Penali
Il-pagament perjodiku ta’ penali msemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jaqbeż massimu ta’ 1 % tal-fatturat medju ta’ kuljum għas-sena kummerċjali preċedenti li, fil-każ ta’ ksur kontinwu, l-entità għandha tkun obbligata tħallas għal kull jum li fih ikompli l-ksur, sakemm il-konformità mal-obbligu tiġi stabbilita jew terġa’ tiġi stabbilita. Il-pagament perjodiku ta’ penali jista’ jiġi impost għal perjodu massimu ta’ sitt xhur mid-data stabbilita fid-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirrikjedi t-terminazzjoni ta’ ksur u li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali.
Sas-17 ta’ Frar 2013, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli msemmija fil-paragrafu 1. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom mingħajr dewmien.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 13
Mekkaniżmu biex jiġu evitati regoli duplikattivi jew konfliġġenti fir-rigward ta’ kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn CCP
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti implimentattivi li jiddikjaraw li l-arranġamenti legali, superviżorji u ta’ infurzar ta’ pajjiż terz:
ikunu ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11;
jiżguraw protezzjoni tas-sigriet professjonali li tkun ekwivalenti għal dik stipulata fl-Artikolu 83; u
ikunu qed jiġu applikati u infurzati b’mod effettiv b’mod ekwu u mhux distorżiv sabiex jiżguraw is-superviżjoni u l-infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).
Artikolu 13a
Emendi għall-kuntratti ta’ legat għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ riformi tal-parametri referenzjarji
Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw biss għal kuntratti tad-derivattivi OTC li l-emenda jew in-novazzjoni tagħhom:
hija neċessarja sabiex tissostitwixxi parametru referenzjarjua fil-kuntest tar-riformi tal-parametri referenzjarji;
ma tibdilx is-sustanza ekonomika jew il-fattur ta’ riskju rappreżentat mir-referenza għall-parametru referenzjarju f’tali kuntratt; u
ma tinkludix bidliet oħra għal kwalunkwe terminu legali ta’ dak il-kuntratt li ma jirrelatax għall-parametru referenzjarju li għalih hemm referenza u għalhekk potenzjalment jemenda il-kuntratt b’mod li effettivament jirrikjedi li huwa jitqies bħala kuntratt ġdid.
TITOLU III
AWTORIZZAZZJONI U SUPERVIŻJONI TAL-KONTROPARTIJIET ĊENTRALI
KAPITOLU 1
Kundizzjonijiet u proċeduri għall-awtorizzazzjoni ta’ kontroparti ċentrali
Artikolu 14
Awtorizzazzjoni ta’ kontroparti ċentrali
Entità li tapplika għal awtorizzazzjoni bħala CCP sabiex tikklerja l-istrumenti finanzjarji għandha tinkludi fl-applikazzjoni tagħha l-klassijiet ta’ strumenti mhux finanzjarji adattati għall-ikklerjar li tali CCP tkun beħsiebha tikklerja.
Kontroparti ċentrali għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla materjali li taffetwa il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 15
Estensjoni ta’ attivitajiet u servizzi
L-estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għandha ssir f’konformità jew mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 17 jew mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 17a, kif applikabbli.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplementa dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 15a
Eżenzjoni mill-awtorizzazzjoni ta’ estensjoni ta’ servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar
Is-CCP għandha tinnotifika lir-riċevituri rreġistrati permezz tal-bażi tad-data ċentrali meta tiddeċiedi li tagħmel użu mill-eżenzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, inkluż is-servizz jew l-attività li biħsiebha tipprovdi.
Il-bidliet implimentati minn CCP f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għal rieżami u evalwazzjoni f’konformità mal-Artikolu 21.
L-AETS tista’ tirrieżamina l-forniment ta’ servizzi u attivitajiet tal-ikklerjar u tirrapporta lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 lill-Kummissjoni dwar ir-riskji li jirriżultaw mill-forniment ta’ servizzi u attivitajiet tas-CCPs skont dan l-Artikolu u dwar l-adegwatezza tagħhom.
L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar:
it-tip ta’ estensjoni tas-servizzi jew l-attivitajiet tal-ikklerjar li ma jkollhomx impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ CCP; u
il-frekwenza li biha CCP tinnotifika l-użu tal-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1, li ma għandhiex taqbeż darba kull tliet xhur.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 16
Rekwiżiti ta’ kapital
L-ABE għandha tressaq dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 17
Proċedura għall-għoti u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni1
Is-CCP ċentrali applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex turi li hija tkun stabbiliet, fil-ħin tal-awtorizzazzjoni inizjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. Meta CCP tkun qed tapplika għal estensjoni ta’ awtorizzazzjoni eżistenti skont l-Artikolu 15, hija għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex turi li fil-mument meta tingħata tali estensjoni hija tkun stabbiliet l-arranġamenti addizzjonali kollha biex tissodisfa kwalunkwe rekwiżit stabbilit f’dan ir-Regolament fir-rigward ta’ tali estensjoni.
F’konformità mal-Artikolu 17c, konferma tal-wasla tal-applikazzjoni għandha tintbagħat permezz tal-bażi tad-data ċentrali fi żmien jumejn ta’ xogħol mit-tressiq ta’ dik l-applikazzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
In-notifika għandha tintbagħat fi żmien:
20 jum tax-xogħol mill-konferma tar-riċevuta, meta s-CCP applikanti tkun applikat għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14(1); jew
10 ijiem tax-xogħol mill-konferma tar-riċevuta, meta s-CCP applikanti tkun applikat għal estensjoni ta’ awtorizzazzjoni eżistenti skont l-Artikolu 15(1).
Meta, matul il-perijodu applikabbli speċifikat skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tas-CCP tiddeċiedi li ma jkunux ġew sottomessi d-dokumenti jew l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 14(6) u (7) jew l-Artikolu 15(3) u (4), hija għandha titlob lis-CCP applikanti tissottometti tali dokumenti jew informazzjoni addizzjonali, permezz tal-bażi ta’ data ċentrali. L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni jew l-applikazzjoni għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni għandha tiġi miċħuda meta l-awtorità kompetenti tas-CCP tiddeċiedi li s-CCP applikanti tkun naqset milli tikkonforma ma’ kwalunkwe talba bħal din. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tgħarraf lis-kCCPb’dan permezz tal-bażi ta’ data ċentrali.
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha ssir fi żmien:
80 jum tax-xogħol mill-konferma stabbilita fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (a), meta applikazzjoni ssir skont l-Artikolu 14(1); jew
40 jum tax-xogħol mill-konferma stabbilita fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (b), fejn applikazzjoni ssir skont l-Artikolu 15(1).
Sa tmiem il-perjodu ta’ valutazzjoni tar-riskju, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tissottometti l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha u tirrapporta lill-AETS u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 permezz tal-bażi ta’ data ċentrali.
Wara li jirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni u r-rapport imsemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u abbażi tas-sejbiet fihom, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu fi żmien 15-il jum ta’ xogħol jadotta opinjoni skont l-Artikolu 19 li tiddetermina jekk is-CCP applikanti tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u jibgħatha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-AETS f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali.
Il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 jista’ jinkludi fl-opinjoni tiegħu kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li jqis meħtieġa sabiex jiġi mmitigat kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tas-CCP.
Wara li tirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni u r-rapport imsemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-AETS għandha fi żmien 15-il jum tax-xogħol tadotta opinjoni li tiddetermina jekk is-CCP applikanti tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 23a(1), il-punt (e), l-Artikolu 23a(2), u l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), u tibgħatha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18.
Fl-opinjoni tagħha, l-AETS tista’ tinkludi kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tqis meħtieġa sabiex ittaffi kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tas-CCP b’rabta mar-riskji transfruntiera identifikati jew mar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;
Meta l-abbozz tad-deċiżjoni ppreżentat lill-AETS f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu juri nuqqas ta’ konverġenza jew ta’ koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-AETS għandha toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet biex tippromwovi l-konsistenza jew il-koerenza meħtieġa fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-opinjonijiet adottati tal-AETS u tal-kulleġġ imsemmija fl-Artikolu 18 għandhom jiġu sottomessi f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali, lir-riċevituri rispettivi.
Matul il-perjodu ta’ valutazzjoni tar-riskju, l-awtorità kompetenti tas-CCP, permezz tal-bażi tad-data ċentrali:
tista’ tissottometti mistoqsijiet lis-CCP applikanti, u titlob informazzjoni komplementari mingħandha;
għandha tikkoordina u tissottometti mistoqsijiet mill-AETS jew minn kwalunkwe membru tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 lis-CCP applikanti; u
għandha tikkondividi mal-AETS u l-membri tal-kulleġġ imsemmija fl-Artikolu 18 it-tweġibiet kollha pprovduti mis-CCP applikanti.
Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP ma tkunx ipprovdiet l-informazzjoni mitluba lill-AETS jew lil kwalunkwe membru tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mit-tressiq tat-talba, l-AETS jew kwalunkwe membru ta’ dak il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 jista’ jippreżenta t-talba tiegħu direttament lis-CCP permezz tal-bażi ta’ data ċentrali.
Meta s-CCP applikanti ma tkunx wieġbet għall-mistoqsijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu sal-iskadenza stabbilita mill-awtorità li titlob l-informazzjoni, l-awtorità kompetenti tas-CCP, wara li tikkonsulta lill-awtorità rikjedenti, tista’ tiddeċiedi li testendi darba l-perjodu rilevanti ta’ valutazzjoni tar-riskju b’massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol b’kollox jekk, fil-fehma tagħha jew fil-fehma tal-awtorità rikjedenti, kwalunkwe waħda mill-mistoqsijiet tkun materjali għall-valutazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lis-CCP applikanti, permezz tal-bażi tad-data ċentrali, bl-estensjoni pprovduta. L-awtorità kompetenti tista’ tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fin-nuqqas tat-tweġiba tas-CCP.
Meta d-deċiżjoni tall-awtorità kompetenti tas-CCP ma tirriflettix l-opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, inkluża kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tinsab fiha, id-deċiżjoni għandu jkun fiha spjegazzjoni motivata bis-sħiħ ta’ kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dik l-opinjoni jew mill-kundizzjonijiet jew mir-rakkomandazzjonijiet.
Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP ma tikkonformax jew ma jkollhiex l-intenzjoni li tikkonforma ma’ opinjoni tal-AETS jew ma’ kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni inklużi fiha, l-AETS għandha tinforma lill-Bord tas-Superviżuri skont l-Artikolu 24a. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll ir-raġunament mill-awtorità kompetenti tas-CCP għan-nuqqas ta’ konformità jew għall-intenzjoni tagħha li ma tikkonformax.
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha, wara li tikkunsidra kif xieraq l-opinjonijiet tal-AETS u tal-kulleġġ previsti fil-paragrafi 3 u 3a ta’ dan l-Artikolu, inkluża kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni fihom, tiddeċiedi li tagħti awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14 u l-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, biss meta tkun kompletament sodisfatta li s-CCP applikanti:
tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, inkluż, fejn applikabbli, għall-forniment ta’ servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar għal strumenti mhux finanzjarji; u
tiġi nnotifikata bħala sistema skont id-Direttiva 98/26/KE.
Meta CCP tapplika għal estensjoni ta’ awtorizzazzjoni eżistenti skont l-Artikolu 15, l-AETS, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 u l-awtorità kompetenti tas-CCP jistgħu jiddependu fuq parti mill-valutazzjoni li tkun saret qabel skont dan l-Artikolu sal-punt li l-applikazzjoni għal estensjoni ma tirriżultax f’bidla jew b’xi mod ieħor taffettwa l-valutazzjoni preċedenti għal dik il-parti. Is-CCP għandha tikkonferma lill-awtorità kompetenti tas-CCP li ma hemm l-ebda bidla fil-fatti sottostanti ta’ dik il-parti tal-valutazzjoni.
IS-CCP applikanti ma għandhiex tiġi awtorizzata meta:
l-awtorità kompetenti tas-CCP tkun iddeċidiet li ma tagħtix l-awtorizzazzjoni; jew
il-membri kollha tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, minbarra l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-CCP applikanti, jaslu għal opinjoni konġunta bi ftehim reċiproku, skont l-Artikolu 19(1), li s-CCP applikanti m’għandhiex tkun awtorizzata.
L-opinjoni konġunta msemmija fit-tielet subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, għandha tiddikjara bil-miktub ir-raġunijiet sħaħ u dettaljati għaliex il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 iqis li r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew fi dritt ieħor tal-Unjoni ma ġewx issodisfati.
Meta tali opinjoni konġunta ma tkunx intlaħqet bi ftehim reċiproku u maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 ikunu esprimew opinjoni negattiva, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, abbażi ta’ dik il-maġġoranza, tista’, fi żmien 30 jum kalendarju mill-adozzjoni ta’ dik l-opinjoni negattiva, tirreferi l-kwistjoni lill-AETS f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Id-deċiżjoni li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-AETS għandha tiddikjara bil-miktub ir-raġunijiet sħaħ u dettaljati għaliex il-membri rilevanti tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 iqisu li r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew f’partijiet oħrajn tal-liġi tal-Unjoni ma ġewx issodisfati. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha dwar l-awtorizzazzjoni u tistenna kwalunkwe deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni li l-AETS tista’ tieħu f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha f’konformità mad-deċiżjoni tal-AETS. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-AETS wara t-tmiem tal-perjodu ta’ 30 jum imsemmi fil-ħames subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Meta l-membri kollha tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, minbarra l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-CCP applikanti, jaslu għal opinjoni konġunta bi ftehim reċiproku, skont l-Artikolu 19(1), li s-CCP applikanti ma għandhiex tkun awtorizzata, l-awtorità kompetenti tas-CCP tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AETS f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-CCP għandha tibgħat id-deċiżjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħrajn.
L-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tieħu deċiżjoni dwar jekk tagħtix jew tirrifjutax awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 3c, tinforma lis-CCP applikanti bil-miktub bid-deċiżjoni tagħha permezz tal-bażi tad-data ċentrali, flimkien ma’ spjegazzjoni motivata bis-sħiħ.
L-AETS tista’ tinvestiga allegazzjoni ta’ ksur jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fuq talba minn kwalunkwe membru tal-kulleġġ jew bl-inizjattiva tagħha stess, wara li tkun infurmat lill-awtorità kompetenti.
▼M18 —————
Artikolu 17a
Proċedura aċċellerata għall-awtorizzazzjoni ta’ estensjoni ta’ awtorizzazzjoni
Proċedura aċċellerata għall-awtorizzazzjoni ta’ estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għandha tapplika meta CCP ikollha l-ħsieb li testendi n-negozju tagħha għal servizzi jew attivitajiet addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 15 u meta tali estensjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ma twassalx biex is-CCP tkun teħtieġ tadatta b’mod sinifikanti l-istruttura operattiva tagħha, fi kwalunkwe punt fiċ-ċiklu tal-kuntratt;
ma tinkludix li toffri l-ikklerjar ta’ kuntratti li ma jistgħux jiġu likwidati bl-istess mod bħall-kuntratti diġà kklerjati mis-CCP jew flimkien mal-kuntratti diġà kklerjati mis-CCP;
ma tirriżultax li s-CCP tkun teħtieġ tqis l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt materjali ġodda;
ma tirriżultax fl-introduzzjoni ta’ riskji materjali ġodda jew iżżid b’mod sinifikanti l-profil tar-riskju tas-CCP;
ma tinkludix li toffri mekkaniżmu jew servizz ġdid ta’ saldu jew ta’ konsenja li jinvolvi l-istabbiliment ta’ rabtiet ma’ sistema differenti ta’ saldu tat-titoli, depożitorju ta’ sigurtà ċentrali jew sistema ta’ pagament li s-CCP ma kinitx tuża qabel.
Is-CCP għandha tippreżenta l-applikazzjoni tagħha għal estensjoni f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali u għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha, skont l-Artikolu 15(3) u (4), meħtieġa sabiex turi li tkun stabbiliet, fil-mument tal-awtorizzazzjoni, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stipulati f’dan ir-Regolament. Bi qbil mal-Artikolu 17c, konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni għandha tintbagħat permezz tal-bażi tad-data ċentrali, fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta tiġi ppreżentata dik l-applikazzjoni.
Fi żmien 15-il jum tax-xogħol mill-konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha, wara li tikkunsidra l-kontribut mill-AETS u mill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, tiddeċiedi:
jekk l-applikazzjoni tikkwalifikax biex tiġi vvalutata skont il-proċedura aċċellerata stabbilita f’dan l-Artikolu; u
fejn l-applikazzjoni tikkwalifika biex tiġi vvalutata skont il-proċedura aċċellerata stabbilita f’dan l-Artikolu, jekk għandhiex:
tagħti l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni meta s-CCP tikkonforma ma’ dan ir-Regolament; jew
tirrifjuta l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni meta s-CCP ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament.
Meta CCP tapplika għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 15, l-awtorità kompetenti tas-CCP tista’ tiddependi fuq parti mill-valutazzjoni li tkun saret qabel skont dan l-Artikolu sal-punt li l-applikazzjoni għal estensjoni ma tirriżultax f’bidla jew b’xi mod ieħor taffettwa l-valutazzjoni preċedenti għal dik il-parti. Is-CCP għandha tikkonferma lill-awtorità kompetenti tas-CCP li ma hemm l-ebda bidla fil-fatti sottostanti tal-parti tal-valutazzjoni li l-AETS tagħżel li tistrieħ fuqha.
Meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni ma tikkwalifikax biex tiġi vvalutata skont il-proċedura aċċellerata, l-applikazzjoni tas-CCP għandha tiġi miċħuda.
Meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li ma tagħtix l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni, l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni għandha tiġi rrifjutata.
Fl-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-kundizzjonijiet skont l-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tistabbilixxi l-metodoloġija li għandha tintuża u l-parametri li għandhom japplikaw biex jiġi deċiż meta kundizzjoni titqies li ġiet issodisfata. L-AETS għandha telenka u tispeċifika wkoll jekk hemmx estensjonijiet tipiċi ta’ servizzi u attivitajiet li fil-prinċipju jistgħu jitqiesu li jaqgħu taħt il-proċedura aċċellerata stabbilita f’dan l-Artikolu.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 17b
Proċedura sabiex jiġi adottati deċiżjonijiet, rapporti u miżuri oħrajn
L-awtorità kompetenti ta’ CCP għandha tippreżenta f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali talba għal opinjoni:
mill-AETS skont l-Artikolu 23a(2), meta l-awtorità kompetenti tas-CCP jkollha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni, rapport jew miżura oħra b’rabta mal-Artikoli 7, 8, 20, 21, 29 sa 33, 35, 36, 37, 41 u 54;
mill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, skont l-Artikolu 19, meta l-awtorità kompetenti tas-CCP jkollha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni, rapport jew miżura oħra b’rabta mal-Artikoli 20, 21, 30, 31, 32, 35, 37, 41, 49, 51 u 54.
It-talba għal opinjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, flimkien mad-dokumenti rilevanti kollha, għandha tiġi kondiviża minnufih mal-AETS u mal-Kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18.
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor skont l-artikolu rilevanti, wara li tasal kemm it-talba għal opinjoni msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet, rapporti jew miżuri oħra msemmija fil-paragrafu 2:
l-AETS għandha, fir-rigward tal-Artikolu 20, tadotta opinjoni li tivvaluta l-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti rispettivi f’konformità mal-Artikolu 23a(1), il-punt (e), l-Artikolu 23a(2) u l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc); l-AETS għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18; fl-opinjoni tagħha, l-AETS tista’ tinkludi kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tqis meħtieġa sabiex ittaffi kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tas-CCP, b’rabta mar-riskji transfruntiera identifikati jew mar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni; l-AETS għandha wkoll, fir-rigward tal-Artikoli 21 u 37, tadotta opinjoni f’konformità ma’ dawk l-Artikoli u f’konformità mal-Artikolu 23a(2) u l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), u l-AETS tista’ tinkludi fl-opinjoni tagħha kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tqis meħtieġa;
l-AETS tista’, fir-rigward tal-Artikoli 7, 8, 29 sa 33, 35, 36, 41 u 54, tadotta opinjoni f’konformità mal-Artikolu 23a u l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), dwar dak l-abbozz ta’ deċiżjoni, rapport jew miżura oħra fejn meħtieġ għall-promozzjoni ta’ applikazzjoni konsistenti u koerenti ta’ artikolu rilevanti; u
il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu jadotta opinjoni skont l-Artikolu 19 li tivvaluta l-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti rispettivi u jibgħatha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-AETS. l-opinjoni ta’ dak il-kulleġġ tista’ tinkludi l-kundizzjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet li huwa jqis meħtieġa sabiex jittaffa kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tas-CCP.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, meta l-abbozz tad-deċiżjoni, rapport jew miżura oħra ppreżentata lill-AETS f’konformità ma’ dak il-punt juri nuqqas ta’ konverġenza jew ta’ koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-AETS għandha toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet biex tippromwovi l-konsistenza jew il-koerenza meħtieġa fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Meta l-AETS tadotta opinjoni f’konformità mal-punt (b), l-awtorità kompetenti għandha tagħtiha l-konsiderazzjoni dovuta u għandha tinforma lill-AETS dwar kwalunkwe azzjoni jew nuqqas ta’azzjoni sussegwenti fir-rigward tagħha.
L-AETS u l-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandhom jadottaw l-opinjonijiet tagħhom sal-iskadenza pprovduta mill-awtorità kompetenti tas-CCP, li għandha tkun mill-inqas 15-il jum tax-xogħol wara li jirċievu d-dokumenti rilevanti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Meta d-deċiżjoni, ir-rapport jew il-miżura oħra ma tirriflettix l-opinjoni tal-AETS jew tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, inkluża kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tinsab fiha, din għandu jkun fiha raġunijiet sħaħ u spjegazzjoni ta’ kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dik l-opinjoni jew minn dawk il-kundizzjonijiet jew rakkomandazzjonijiet.
Għall-fini tal-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu, meta l-awtorità kompetenti tal-kontraparti ċentrali ma tikkonformax jew ma jkollhiex l-intenzjoni li tikkonforma mal-opinjoni tal-AETS jew ma’ kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni inklużi fiha, l-AETS għandha tinforma lill-Bord tas-Superviżuri tagħha f’konformità mal-Artikolu 24a. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll ir-raġunament mill-awtorità kompetenti tas-CCP għan-nuqqas ta’ konformità jew għall-intenzjoni tagħha li ma tikkonformax.
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tadotta d-deċiżjonijiet, ir-rapporti jew miżuri oħra tagħha f’konformità mal-Artikoli rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 17c
Bażi tad-data ċentrali
L-AETS għandha tħabbar l-istabbiliment tal-bażi tad-data ċentrali fuq is-sit web tagħha.
CCP għandha ttella’ minnufih fil-bażi tad-data ċentrali d-dokumenti kollha li hija meħtieġa tipprovdi skont il-proċessi ta’ awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikoli 14 u 15 jew il-proċessi ta’ validazzjoni msemmija fl-Artikoli 49 u 49a, kif applikabbli. Ir-riċevituri rreġistrati għandhom itellgħu minnufih id-dokumenti kollha li jirċievu mis-CCP fir-rigward ta’ applikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sakemm is-CCP ma tkunx diġà tellgħet tali dokumenti.
CCP għandu jkollha aċċess għall-bażi tad-data ċentrali fir-rigward tad-dokumenti li tkun ressqet lil dik il-bażi ta’ data ċentrali jew id-dokumenti trażmessi lis-CCP permezz ta’ dik il-bażi ta’ data ċentrali minn kwalunkwe wieħed mir-riċevituri rreġistrati jew il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18.
Artikolu 18
Kulleġġ
Il-kulleġġ għandu jkun jikkonsisti minn:
il-President jew kwalunkwe wieħed mill-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 24a(2);
l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali;
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar tas-CCP li huma stabbiliti fit-tliet Stati Membri bl-ikbar kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza tas-CCP imsemmija fl-Artikolu 42 ta’ dan ir-Regolament fuq bażi aggregata tul perijodu ta’ sena, inkluż fejn rilevanti, il-BĊE fil-qafas tal-kompiti li jikkonċernaw is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku mogħtija lilu b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( 18 );
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar tas-CCP, għajr dawk imsemmija fil-punt (c), soġġetti għall-kunsens tal-awtorità kompetenti tas-CCP. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu l-kunsens tal-awtorità kompetenti tas-CCP biex jipparteċipaw fil-kulleġġ, u jiġġustifikaw it-talba bbażata fuq il-valutazzjoni tagħhom tal-impatt li d-diffikultà finanzjarja tas-CCP jista’ jkollha fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru rispettiv tagħhom. Fejn l-awtorità kompetenti tas-CCP tirrifjuta t-talba, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tipprovdi raġunijiet sħaħ u ddettaljati bil-miktub;
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-postijiet tan-negozju servuti mill-kontroparti ċentrali;
l-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw il-kontropartijiet ċentrali li magħhom ikunu ġew stabbiliti arranġamenti tal-interoperabilità;
l-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw depożitarji ċentrali tat-titoli li magħhom hija marbuta l-kontroparti ċentrali;
il-membri rilevanti tas-SEBĊ responsabbli għas-sorveljanza tal-kontroparti ċentrali u l-membri rilevanti tas-SEBĊ responsabbli għas-sorveljanza tas-kontropartijiet ċentrali li magħhom ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ interoperabbiltà;
il-banek ċentrali ta’ emissjoni tal-muniti l-aktar rilevanti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati;
il-banek ċentrali tal-ħruġ fil-muniti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati jew li għandhom jiġu kklerjati mis-CCP għajr dawk imsemmija fil-punt (h), soġġett għall-kunsens tal-awtorità kompetenti tas-CCP. Dawk il-banek ċentrali tal-ħruġ għandhom jitolbu l-kunsens tal-awtorità kompetenti tas-CCP biex jipparteċipaw fil-kulleġġ, u jiġġustifikaw it-talba bbażata fuq il-valutazzjoni tagħhom tal-impatt li diffikultà finanzjarja tas-CCP jista’ jkollha fuq il-munita ta’ ħruġ rispettiva tagħhom. Fejn l-awtorità kompetenti tas-CCP tirrifjuta t-talba, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tipprovdi raġunijiet sħaħ u ddettaljati bil-miktub.
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-membri tal-kulleġġ. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata mill-awtorità kompetenti tas-CCP mingħajr dewmien bla bżonn wara kwalunkwe tibdil fil-kompożizzjoni tal-kulleġġ. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinnotifika lill-AETS dik il-lista fi żmien 30 jum kalendarju wara l-istabbiliment tal-kulleġġ jew it-tibdil fil-kompożizzjoni tiegħu. L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha mingħajr dewmien bla bżonn il-lista tal-membri ta’ dak il-kulleġġ.
Il-kulleġġ għandu, mingħajr preġudizzju għar-responsabilitajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, jiżgura:
il-preparazzjoni tal-opinjoni msemmija fl-Artikolu 19;
l-iskambju tal-informazzjoni, inklużi talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 84;
ftehim dwar kif jiġu fdati b’mod volontarju l-kompiti fost il-membri tiegħu;
il-koordinament ta’ programmi ta’ eżami prudenzjali bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju tal-kontroparti ċentrali; u
id-determinazzjoni ta’ proċeduri u pjanijiet ta’ kontinġenza sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, kif imsemmija fl-Artikolu 24.
Il-kopresidenti għandhom jiddeċiedu d-dati li fihom jiltaqa’ l-kulleġġ u jistabbilixxu l-aġenda ta’ tali laqgħat.
Sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-kompiti assenjati lill-kulleġġi skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-membri tal-kulleġġ imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu intitolati li jikkontribwixxu għall-iffissar ta’ aġenda tal-laqgħat tal-kulleġġ, b’mod partikolari billi jżidu punti fl-aġenda ta’ laqgħa, b’kont meħud l-eżitu tal-ħidma mwettqa mill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ.
Dak il-ftehim għandu jiddetermina l-arranġamenti prattiċi għall-funzjonament tal-kulleġġ, inklużi regoli dettaljati dwar:
il-proċeduri tal-vot kif imsemmija fl-Artikolu 19(3);
il-proċeduri għall-iffissar tal-aġenda tal-laqgħat tal-kulleġġ;
il-frekwenza tal-laqgħat tal-kulleġġ;
il-format u l-ambitu tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-awtorità kompetenti tas-CCP lill-membri tal-kulleġġ, speċjalment fir-rigward tal-informazzjoni li trid tiġi provduta skont l-Artikolu 21(4);
il-perijodi ta’ żmien minimi xierqa għall-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni rilevanti mill-membri tal-kulleġġ;
il-modalitajiet ta’ komunikazzjoni bejn il-membri tal-kulleġġ;
Il-ftehim jista’ jiddetermina wkoll il-kompiti fdati lill-awtorità kompetenti tas-CCP, lill-AETS jew lil membru ieħor tal-kulleġġ. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-kopresidenti, id-deċiżjoni finali għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti, li għandha tipprovdi lill-AETS spjegazzjoni motivata tad-deċiżjoni tagħha.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Jannar 2021.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 19
Opinjoni tal-kulleġġ
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (b), jekk ma tintlaħaqx opinjoni konġunta f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu jadotta opinjoni ta’ maġġoranza fl-istess perjodu.
Fejn il-kulleġġ ikun jista’ jagħti opinjoni, kwalunkwe bank ċentrali tal-ħruġ, li jkun membru tal-kulleġġ skont il-punti (h) u (i) tal-Artikolu 18(2), jista’ jadotta rakkomandazzjonijiet relatati mal-valuta li huwa joħroġ.
Għall-kulleġġi sa u li jinkludu 12-il membru, massimu ta’ żewġ membri tal-kulleġġ mill-istess Stat Membru għandu jkollhom vot u kull membru li jivvota għandu jkollu vot wieħed. Għall-kulleġġi li jkun fihom aktar minn 12-il membru, massimu ta’ tliet membri mill-istess Stat Membru għandu jkollhom vot u kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed.
Fejn il-BĊE ikun membru tal-kulleġġ skont il-punti (c) u (h) tal-Artikolu 18(2), huwa għandu jkollu żewġ voti.
Il-membri tal-kulleġġ imsemmija fil-punti (a), (ca) u (i) tal-Artikolu 18(2) m’għandu jkollhom l-ebda drittijiet ta’ vot fuq l-opinjonijiet tal-kulleġġ.
▼M18 —————
Artikolu 20
Irtirar tal-awtorizzazzjoni
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22(3), awtorità kompetenti ta’ CCP għandha tirtira l-awtorizzazzjoni sħiħa, jew ta’ parti minnha, meta s-CCP:
ma tkunx għamlet użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar;
ma tkunx għamlet użu minn awtorizzazzjoni għal servizz jew attività tal-ikklerjar fi klassi ta’ derivati, titoli, strumenti finanzjarji oħra jew strumenti mhux finanzjarji, fi żmien 12-il xahar mid-data meta ngħatat l-awtorizzazzjoni jew mid-data meta s-CCP tkun offriet l-aħħar tali servizz jew attività tal-ikklerjar;
tirrinunzja espressament għall-awtorizzazzjoni;
ma tkun ipprovdiet l-ebda servizz jew ma tkun wettqet l-ebda attività għat-12-il xahar preċedenti fi klassi ta’ derivati, titoli, strumenti finanzjarji oħra jew strumenti mhux finanzjarji koperti minn awtorizzazzjoni;
tkun kisbet l-awtorizzazzjoni billi tkun għamlet dikjarazzjonijiet foloz jew bi kwalunkwe mezz irregolari ieħor;
ma tkunx għadha konformi mal-kundizzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni u ma tkunx ħadet l-azzjoni ta’ rimedju fiż-żmien stabbilit; jew
tkun kisret serjament u sistematikament kwalunkwe waħda mir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.
Artikolu 21
Rieżami u evalwazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 22 għandhom mill-anqas jagħmlu dan kollu li ġej fir-rigward ta’ CCP:
jirrieżaminaw l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mis-CCP sabiex tikkonforma ma’ dan ir-Regolament;
jirrieżaminaw is-servizzi jew l-attivitajiet ipprovduti mis-CCP, b’mod partikolari s-servizzi jew l-attivitajiet ipprovduti b’segwitu tal-applikazzjoni ta’ proċedura aċċellerata skont l-Artikolu 17a jew 49a;
jevalwaw ir-riskji, inklużi r-riskji finanzjarji u operazzjonali, li għalihom is-CCP hija, jew tista’ tkun, esposta;
jirrieżaminaw il-bidliet implimentati mis-CCP f’konformità mal-Artikolu 15a.
Il-kontropartijiet ċentrali għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet fuq il-post mill-awtorità kompetenti tas-CCP mill-anqas darba fis-sena. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinforma lill-AETS bi kwalunkwe spezzjoni ppjanata fuq il-post xahar qabel ma tkun ser issir tali spezzjoni, sakemm id-deċiżjoni li titwettaq spezzjoni fuq il-post ma titteħidx f’emerġenza, f’liema każ l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinforma lill-AETS malli tittieħed dik id-deċiżjoni. L-AETS tista’ titlob li tiġi mistiedna għall-ispezzjonijiet fuq il-post.
Meta, wara talba mill-AETS skont it-tieni subparagrafu, l-awtorità kompetenti tas-CCP tirrifjuta li tistieden lill-AETS għal spezzjoni fuq il-post, hija għandha tipprovdi spjegazzjoni motivata għal tali rifjut.
Mingħajr preġudizzju għat-tieni u t-tielet subparagrafi, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tibgħat lill-AETS u lill-membri tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tirċievi mis-CCP fir-rigward tal-ispezzjonijiet kollha fuq il-post li twettaq.
Ir-rapport għandu jkopri sena kalendarja u għandu jiġi ppreżentat lill-AETS u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 sat-30 ta’ Marzu tas-sena kalendarja ta’ wara. Dak ir-rapport għandu jkun soġġett għal opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 skont l-Artikolu 19 u opinjoni mill-AETS skont l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), maħruġa f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17b.
L-AETS tista’ titlob li ssir laqgħa ad hoc mas-CCP u l-awtorità kompetenti tagħha. L-AETS tista’ titlob tali laqgħa fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
meta jkun hemm sitwazzjoni ta’ emerġenza skont l-Artikolu 24;
meta l-AETS tkun identifikat tħassib materjali dwar il-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
meta l-AETS tqis li l-attività tas-CCP jista’ jkollha impatt transfruntier negattiv fuq il-membri tal-ikklerjar tagħha jew fuq il-klijenti tagħhom.
Il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu jiġi infurmat li se ssir laqgħa u għandu jirċievi sommarju tal-eżiti ewlenin ta’ dik il-laqgħa.
KAPITOLU 2
Superviżjoni u sorveljanza tal-kontropartijiet ċentrali
Artikolu 22
Awtorita’ kompetenti
Meta Stat Membru jaħtar iżjed minn awtorità kompetenti waħda, għandu b’mod ċar jiddetermina r-rwoli rispettivi u għandu jaħtar awtorità waħda biex tkun responsabbli għall-koordinament tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni mal-Kummissjoni, l-AETS, l-awtoritajiet kompetenti l-oħra tal-Istati Membri, l-ABE u l-membri rilevanti tas-SEBĊ skont l-Artikoli 23, 24, 83 u 84.
Dawk il-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jinkludu talbiet għal azzjoni ta’ rimedju fi żmien stabbilit.
KAPITOLU 3
Kooperazzjoni
Artikolu 23
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet
Artikolu 23a
Kooperazzjoni superviżorja bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA fir-rigward tas-CCPs awtorizzati
L-AETS għandha twettaq rwol ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u bejn il-kulleġġi sabiex:
tibni kultura superviżorja komuni u prattiki superviżorji konsistenti;
tiżgura proċeduri uniformi u approċċi konsistenti;
issaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji, b’mod partikolari fir-rigward ta’ oqsma superviżorji li għandhom dimensjoni transfruntiera jew impatt transfruntier possibbli;
issaħħaħ il-koordinazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza f’konformità mal-Artikolu 24;
tivvaluta r-riskji meta tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2 dwar il-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament b’rabta mar-riskji transfruntiera identifikati jew mar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni, u meta tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar kif CCP għandha ttaffi tali riskji.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jissottomettu wkoll abbozzi ta’ deċiżjonijiet lill-AETS għall-opinjoni tagħha qabel ma jadottaw kwalunkwe att ieħor jew miżura oħra f’konformità mad-dmirijiet tagħhom taħt l-Artikolu 22(1).
Artikolu 23b
Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ
Il-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ għandu jkun magħmul minn:
rappreżentanti tal-AETS;
rappreżentanti tal-ABE u tal-AEAPX;
rappreżentanti tal-BERS u tal-BĊE fil-qafas tal-kompiti li jikkonċernaw is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku mogħti lilu f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1024/2013; u
rappreżentanti tal-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti minbarra l-euro li fihom huma denominati l-kuntratti tad-derivati msemmija fl-Artikolu 7a(6).
Minbarra l-entitajiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti tad-denominazzjoni tal-kuntratti tad-derivati msemmija fl-Artikolu 7a(6), għajr dawk elenkati fil-punt (d) ta’ dak it-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jissorveljaw l-obbligu skont l-Artikolu 7a, limitat għal wieħed għal kull Stat Membru, u l-Kummissjoni, jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ bħala osservaturi.
L-AETS għandha timmaniġġja u tippresjedi l-laqgħat tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ. Il-President tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ jista’, fuq talba tal-membri l-oħrajn tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ jew fuq inizjattiva tal-President, jistieden lil awtoritajiet oħrajn sabiex jipparteċipaw fil-laqgħat meta jkun rilevanti għas-suġġetti li jkunu se jiġu diskussi.
Il-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ għandu:
jimmonitorja l-implimentazzjoni fil-livell aggregat tal-Unjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7a u 7c, inklużi dawn kollha li ġejjin:
l-iskoperturi ġenerali u t-tnaqqis tal-iskoperturi għal servizzi tal-ikklerjar sostanzjalment u sistematikament importanti identifikati skont l-Artikolu 25(2c);
l-iżviluppi relatati mal-ikklerjar fil-kontropartijiet ċentrali awtorizzati skont l-Artikolu 14 u l-aċċess għall-ikklerjar mill-klijenti għal tali kontropartijiet ċentrali, inklużi t-tariffi imposti minn tali kontropartijiet ċentrali għall-istabbiliment ta’ kontijiet skont l-Artikolu 7a u kwalunkwe tariffa imposta mill-membri tal-ikklerjar lill-klijenti tagħhom għall-istabbiliment ta’ kontijiet u għat-twettiq tal-ikklerjar skont l-Artikolu 7a;
żviluppi sinifikanti oħrajn fil-prattiki tal-ikklerjar li għandhom impatt fuq il-livell tal-ikklerjar fil-kontropartijiet ċentrali awtorizzati skont l-Artikolu 14;
jimmonitorja l-implikazzjonijiet transfruntiera tar-relazzjonijiet tal-ikklerjar tal-klijenti, inklużi l-portabbiltà u l-interdipendenzi u l-interazzjonijiet tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti ma’ infrastrutturi oħrajn tas-suq finanzjarju;
jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-kontropartijiet ċentrali li jiffokaw fuq ir-riskji tal-likwidità, tal-kreditu u operattivi li jikkonċernaw lill-kontropartijiet ċentrali, il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti;
jidentifika r-riskji ta’ konċentrazzjoni, b’mod partikolari fl-ikklerjar tal-klijenti, minħabba l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni, inkluż fejn diversi kontropartijiet ċentrali, membri tal-ikklerjar jew klijenti jużaw l-istess fornituri ta’ servizzi;
jimmonitorja l-effettività tal-miżuri mmirati lejn it-titjib tal-attraenza tal-kontropartijiet ċentrali tal-Unjoni, filwaqt li jinkoraġġixxi l-ikklerjar fil-kontropartijiet ċentrali tal-Unjoni u jtejjeb il-monitoraġġ tar-riskji transfruntiera.
Il-korpi li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkooperaw u jikkondividu l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettqu l-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Meta dik l-informazzjoni ma tkunx disponibbli għall-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7a(9), l-awtorità kompetenti rilevanti tal-kontropartijiet ċentrali awtorizzati, il-membri tal-ikklerjar tagħhom u l-klijenti tagħhom għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa li tippermetti lill-AETS u lill-korpi l-oħrajn li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ iwettqu l-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jinkludi rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet potenzjali fil-livell tal-Unjoni biex jiġu indirizzati r-riskji orizzontali identifikati.
L-AETS għandha taġixxi f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 f’każ li, abbażi tal-informazzjoni riċevuta bħala parti mill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u wara d-diskussjonijiet li saru fih, l-AETS:
tqis li l-awtoritajiet kompetenti qed jonqsu milli jiżguraw il-konformità tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7a; jew
tidentifika riskju għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni minħabba allegat ksur jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.
Qabel ma taġixxi f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-AETS tista’ toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 24
Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza
L-awtorità kompetenti tas-CCP jew kwalunkwe awtorità rilevanti oħra għandha tinforma lill-AETS, lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, lill-membri rilevanti tas-SEBĊ, lill-Kummissjoni u lil awtoritajiet rilevanti oħrajn mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata ma’ CCP, inklużi:
sitwazzjonijiet jew avvenimenti li jkollhom impatt, jew li x’aktarx ikollhom impatt, fuq is-solidità prudenzjali jew finanzjarja jew ir-reżiljenza tas-CCPs awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 14, tal-membri tal-ikklerjar tagħhom jew tal-klijenti tagħhom;
meta CCP tkun beħsiebha tattiva l-pjan ta’ rkupru tagħha skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/23, awtorità kompetenti tkun ħadet miżura ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 18 ta’ dak ir-Regolament jew awtorità kompetenti tkun talbet tneħħija totali jew parzjali tal-maniġment superjuri jew tal-bord tas-CCP skont l-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament;
meta jkun hemm żviluppi fis-swieq finanzjarji, jew swieq oħra meta s-CCP tipprovdi servizzi ta’ kklerjar, li jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq, it-trażmissjoni tal-politika monetarja, it-tħaddim bla xkiel tas-sistemi ta’ pagament jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn tkun stabbilita s-CCP jew wieħed mill-membri tal-ikklerjar tagħha.
F’sitwazzjoni ta’ emerġenza, ħlief meta awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun qed tieħu jew tkun ħadet azzjoni ta’ riżoluzzjoni b’rabta ma’ CCP skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/23, laqgħat ad hoc tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, sabiex jikkoordinaw ir-risposti tal-awtoritajiet kompetenti:
jistgħu jissejħu mill-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs;
għandhom jissejħu mill-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, fuq it-talba ta’ żewġ membri tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs.
Kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet li ġejjin għandha tiġi mistiedna wkoll għal-laqgħa ad hoc imsemmija fil-paragrafu 4, meta rilevanti, meta jitqiesu l-kwistjonijiet li għandhom jiġu diskussi f’dik il-laqgħa:
il-banek ċentrali rilevanti tal-ħruġ;
l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar, inkluż, meta rilevanti, il-BĊE fil-qafas tal-kompiti li jikkonċernaw is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku mogħti lilu f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;
l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għas-superviżjoni taċ-ċentri tan-negozjar;
l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għas-superviżjoni tal-klijenti, meta jkunu magħrufa;
l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti maħtura skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/23;
kwalunkwe membru tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, li mhuwiex diġà kopert mill-punti (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu.
Meta ssir laqgħa wara sitwazzjoni ta’ emerġenza kif speċifikat fil-paragrafu 1, il-punt (c), il-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jistieden lill-banek ċentrali rilevanti tal-ħruġ biex jipparteċipaw f’dik il-laqgħa.
Meta awtorità kompetenti rilevanti jkollha l-informazzjoni mitluba, hija għandha tgħaddiha lill-AETS mingħajr dewmien żejjed.
Meta awtorità kompetenti rilevanti ma jkollhiex l-informazzjoni mitluba, hija għandha titlob lis-CCPs awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 14, lill-membri tal-ikklerjar tagħhom jew lill-klijenti tagħhom, lill-infrastrutturi tas-suq finanzjarju konnessi jew lill-partijiet terzi relatati li dawk is-CCPs ikunu esternalizzawlhom funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali, kif rilevanti u applikabbli, biex jipprovdulha dik l-informazzjoni, u għandha tinforma lill-AETS b’dan. Ladarba l-awtorità kompetenti rilevanti tirċievi l-informazzjoni mitluba, hija għandha tgħaddiha lill-AETS mingħajr dewmien żejjed.
Minflok ma titlob l-informazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu, l-awtorità kompetenti rilevanti tista’ tippermetti lill-AETS titlob dik l-informazzjoni direttament mill-entità rilevanti. L-AETS għandha tgħaddi l-informazzjoni kollha li tirċievi mingħand dik l-entità lill-awtorità kompetenti rilevanti mingħajr dewmien żejjed.
Meta l-AETS ma tkunx irċeviet l-informazzjoni li kienet teħtieġ f’konformità mal-ewwel subparagrafu fi żmien 48 siegħa, hija tista’, b’talba sempliċi, titlob lis-CCP awtorizzati, lill-membri tal-ikklerjar tagħhom u lill-klijenti tagħhom, lill-infrastrutturi tas-suq finanzjarju konnessi u lill-partijiet terzi relatati li dawk is-CCPs ikunu esternalizzawlhom funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali biex jipprovdulha dik l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed. L-AETS għandha tgħaddi l-informazzjoni kollha li tirċievi mingħand tali entitajiet lill-awtorità kompetenti rilevanti mingħajr dewmien żejjed.
KAPITOLU 3 A
Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs
Artikolu 24a
Kumitat Superviżorju tas-CCPs
Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jkun magħmul minn:
il-President, li għandu jkollu d-dritt tal-vot;
żewġ membri indipendenti, li għandu jkollhom id-dritt tal-vot;
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament b’CCP awtorizzata, li għandu jkollhom id-dritt tal-vot; fejn Stat Membru jkun ħatar diversi awtoritajiet kompetenti, kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti maħtura ta’ dan l-Istat Membru tista’ tiddeċiedi li taħtar rappreżentant wieħed għall-finijiet ta’ parteċipazzjoni skont dan il-punt, madankollu, għall-proċeduri ta’ votazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 24c, ir-rappreżentanti tal-Istat Membru rispettiv għandhom flimkien jitqiesu bħala membru wieħed bid-dritt tal-vot.
Il-banek ċentrali tal-ħruġ li ġejjin:
fejn il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jiltaqa’ relattivament għal CCPs ta’ pajjiżi terzi, fir-rigward tat-tħejjija tad-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw l-Artikoli msemmija fil-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu b’rabta ma’ CCPs tal-Grad 2 u l-Artikolu 25(2a), il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) li jkunu talbu sabiex jissieħbu fil-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, li ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot;
meta l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jiltaqa’ b’rabta mas-CCPs awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 14, fil-kuntest ta’ diskussjonijiet li jappartjenu għall-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, il-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati minn CCPs awtorizzati li jkunu talbu sabiex jissieħbu fil-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, li ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.
Is-sħubija għall-fini tas-subpunti (i) u (ii) għandha tingħata awtomatikament fuq talba bil-miktub ta’ darba indirizzata lill-President.
Qabel il-ħatra tal-President u tal-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, u sa xahar wara l-għażla mill-Bord tas-Superviżuri, li għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew il-lista mqassra tiegħu ta’ kandidati magħżula b’rispett għall-bilanċ bejn is-sessi, il-Parlament Ewropew, wara li jkun sema’ lill-kandidati magħżula, għandu japprovahom jew jirrifjutahom.
Fejn il-President jew kwalunkwe wieħed mill-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu jew jekk jinstab ħati ta’ mġiba ħażina serja, il-Kunsill jista’, fuq proposta mill-Kummissjoni li tkun ġiet approvata mill-Parlament Ewropew, jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex ineħħi lilu jew lilha mill-kariga. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.
Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jinformaw lill-Kummissjoni li jqisu bħala sodisfatti l-kondizzjonijiet għat-tneħħija tal-President jew ta’ wieħed mill-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, u l-Kummissjoni għandha tagħti tweġiba għal dan.
Il-mandat tal-President u tal-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jkun ta’ ħames snin u jista’ jiġi estiż darba.
La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni u lanqas xi korp pubbliku jew privat ieħor ma għandu jfittex li jinfluwenza lill-President u lill-membri indipendenti tal-Bord Superviżorju tas-CCPs fil-qadi ta’ dmirijiethom.
F’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal imsemmija fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, il-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom, wara li jitilqu mis-servizz, jibqgħu jkunu marbuta bid-dover li jaġixxu b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.
►M18 B’rabta mas-CCPs awtorizzati jew li japplikaw għall-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu, għall-fini tal-Artikolu 23a, iħejji deċiżjonijiet u jwettaq il-kompiti fdati lill-AETS fl-Artikolu 23a u fil-punti li ġejjin: ◄
mill-inqas darba fis-sena, jagħmel analiżi ta’ reviżjoni bejn il-pari tal-attivitajiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti kollha b’rabta mal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CCPs skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;
mill-anqas fuq bażi annwali, tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tas-CCPs għal żviluppi negattivi fis-suq skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, filwaqt li tqis, fejn ikun possibbli, l-effett aggregat tal-arranġamenti għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;
mill-anqas kull sena, tiddiskuti u tidentifika l-prijoritajiet superviżorji għas-CCPs awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament sabiex tikkontribwixxi għat-tħejjija tal-prijoritajiet superviżorji strateġiċi madwar l-Unjoni kollha mill-AETS f’konformità mal-Artikolu 29a tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;
tikkunsidra, b’kooperazzjoni mal-ABE, mal-AEAPX u mal-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tagħha fi ħdan mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, kwalunkwe riskju transfruntier li jinħoloq mill-attivitajiet tas-CCPs inkluż minħabba l-interkonnettività, l-interkonnessjonijiet u r-riskji ta’ konċentrazzjoni tas-CCPs minħabba tali konnessjonijiet transfruntiera;
tħejji abbozzi ta’ opinjonijiet għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikoli 17 u 17b, abbozzi ta’ validazzjonijiet għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikolu 49 u abbozzi ta’ deċiżjonijiet għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikolu 49a;
tipprovdi kontribut lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 17a;
tinforma lill-Bord tas-Superviżuri meta awtorità kompetenti ma tikkonformax jew ma jkollhiex l-intenzjoni li tikkonforma mal-opinjonijiet tal-AETS jew ma’ kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tinsab fihom, inkluż ir-raġunament mill-awtorità kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 17(3c) u l-Artikolu 17b(4);
jippromwovi l-iskambju u d-diskussjoni regolari fost l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22(1) ta’ dan ir-Regolament relattivament għal:
l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet superviżorji rilevanti li ġew adottati mill-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 22 meta jwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CCPs stabbiliti fit-territorju tagħhom;
l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet ippreżentati lill-AETS minn awtorità kompetenti f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23a(2);
l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet ippreżentati lill-AETS minn awtorità kompetenti fuq bażi volontarja f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23a(2);
żviluppi tas-suq rilevanti, inklużi sitwazzjonijiet jew avvenimenti li jaffettwaw jew li x’aktarx jaffettwaw is-solidità prudenzjali jew finanzjarja, jew ir-reżiljenza ta’ CCPs awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 14 jew il-membri tal-ikklerjar tagħhom;
isir informat dwar, u jiddiskuti, l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha adottati mill-kulleġġi skont l-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, sabiex jikkontribwixxi għall-funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi u jrawwem il-koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament bejniethom.
Għall-finijiet tal-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-AETS bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha rilevanti mingħajr dewmien mhux ġustifikat.
L-AETS għandha, fuq bażi annwali, tirrapporta lill-Kummissjoni dwar ir-riskji transfruntiera li jinħolqu mill-attivitajiet tal-kontropartijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (bb).
Barra minn hekk, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jista’:
abbażi tal-attivitajiet tiegħu skont il-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 7, jitlob lill-Bord tas-Superviżuri biex jikkunsidra jekk l-adozzjoni ta’ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet mill-AETS hix neċessarja sabiex jiġi indirizzat nuqqas ta’ konverġenza u koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fost l-awtoritajiet u l-kulleġġi kompetenti. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jikkunsidra dawn it-talbiet b’mod debitu u jipprovdi tweġiba adegwata;
jippreżenta opinjonijiet lill-Bord tas-Superviżuri dwar id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, għajr id-deċiżjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 17 u 19 ta’ dak ir-Regolament, fir-rigward ta’ kompiti li jkunu ngħataw lill-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jkun appoġġat minn persunal dedikat mill-AETS, li jkollu biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza, sabiex:
iħejji l-laqgħat tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs;
iħejji l-analiżi neċessarja għall-Kumitat Superviżorju tas-CCPs biex iwettaq tal-kompiti tiegħu;
jappoġġa lill-Kumitat Superviżorju tas-CCPs fil-kooperazzjoni internazzjonali tiegħu fil-livell amministrattiv.
Artikolu 24b
Konsultazzjoni tal-banek ċentrali tal-ħruġ
Artikolu 24c
Teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs
Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot. F’każ li l-voti jiġu ndaqs, il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv.
Artikolu 24d
Teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri
Fejn il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jippreżenta abbozzi ta’ deċiżjonijiet lill-Bord ta’ Superviżuri skont l-Artikoli 25(2), 25(2a), 25(2b), 25(2c), 25(5), 25p, 85(6), 89(3b) ta’ dan ir-Regolament u addizzjonalment biss għal CCPs tal-Grad 2 skont l-Artikoli 41, 44, 46, 50 u 54 ta’ dan ir-Regolament, il-Bord tas-Superviżuri għandu jiddeċiedi dwar dawk l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol.
Fejn il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jippreżenta abbozzi ta’ deċiżjonijiet lill-Bord ta’ Superviżuri skont Artikoli għajr dawk imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jiddeċiedi dwar dawk l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fi żmien tlett ijiem tax-xogħol.
Artikolu 24e
Responsabbiltà
KAPITOLU 4
Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi
Artikolu 25
Rikonoxximent ta’ CCP ta’ pajjiż terz
L-AETS, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, tista’ tirrikonoxxi kontroparti ċentrali stabbilita f’pajjiż terz li tkun applikat għal rikonoxximent biex tipprovdi ċerti servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar, meta:
il-Kummissjoni tkun adottat att implimentattiv skont il-paragrafu 6;
il-kontroparti ċentrali tkun awtorizzata fil-pajjiż terz rilevanti u tkun soġġetta għal superviżjoni u infurzar effettivi li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti prudenzjali applikabbli f’dak il-pajjiż terz;
ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni skont il-paragrafu 7;
il-kontroparti ċentrali hija stabbilita jew awtorizzata f'pajjiż terz li mhuwiex ikkunsidrat, mill-Kummissjoni f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ), li għandu nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim nazzjonali tiegħu tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li jikkostitwixxu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni;
is-CCP ma tkunx ġiet determinata bħala sistemikament importanti jew mhux probabbli ssir sistemikament importanti f’konformità mal-paragrafu 2a u għalhekk tkun CCP tal-Grad 1.
L-AETS għandha, wara li tikkonsulta lill-BERS u lill-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3, tiddetermina jekk CCP ta’ pajjiż terz tkunx sistemikament importanti jew x’aktarx ser issir sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha (CCP tal-Grad 2) billi tieħu kont tal-kriterji kollha li ġejjin:
in-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tas-CCP fl-Unjoni u barra l-Unjoni sa fejn in-negozju tagħha jista’ jkollu impatt sistemiku fuq l-Unjoni jew fuq Stat Membru wieħed, jew aktar, tagħha, inklużi:
il-valur f’termini ta’ aggregat u f’kull munita tal-Unjoni ta’ tranżazzjonijiet ikklerjati mis-CCP, jew l-espożizzjoni aggregata tas-CCP involuta f’attivitajiet ta’ kklerjar għall-membri tal-ikklerjar tagħha, u sal-punt li tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti u l-klijenti indiretti tagħhom stabbiliti fl-Unjoni, inkluż meta jkunu ġew iddeżinjati mill-Istati Membri bħala istituzzjonijiet sistemikament importanti oħra (O-SIIs) skont l-Artikolu 131(3) tad-Direttiva 2013/36/UE; u
il-profil tar-riskju tas-CCP f’termini ta’, fost oħrajn, riskju legali, operattiv u tan-negozju;
l-effett li l-falliment tas-CCP jew it-tfixkil tagħha jkollhom fuq:
swieq finanzjarji, inkluża l-likwidità tas-swieq li sservi;
istituzzjonijiet finanzjarji;
is-sistema finanzjarja b’mod ġenerali; jew
l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ xi Stat Membru wieħed, jew aktar, tagħha;
l-istruttura tas-sħubija tal-ikklerjar tas-CCP inkluża, sa fejn tkun disponibbli l-informazzjoni, l-istruttura tan-netwerk tal-membri tal-ikklerjar tal-klijenti u l-klijenti indiretti, stabbiliti fl-Unjoni;
il-punt sa fejn servizzi alternattivi ta’ kklerjar ipprovduti minn CCPs oħra jeżistu fl-istrumenti finanzjarji denominati f’muniti tal-Unjoni għall-membri tal-ikklerjar u, sa fejn tkun disponibbli l-informazzjoni, għall-klijenti tagħhom u l-klijenti indiretti stabbiliti fl-Unjoni;
ir-relazzjonijiet, l-interdipendenzi, jew l-interazzjonijiet l-oħrajn tas-CCP ma’ infrastrutturi tas-swieq finanzjarji oħrajn, istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u s-sistema finanzjarja b’mod ġenerali sa fejn ikun probabbli li dan ikollu impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 biex tispeċifika aktar il-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu sat-2 ta’ Jannar 2021.
Mingħajr preġudizzju għall-eżitu tal-proċess ta’ rikonoxximent, l-AETS għandha, wara li twettaq il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, tinforma lis-CCP applikanti jekk titqiesx bħala CCP tal-Grad 1 jew le fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-determinazzjoni li l-applikazzjoni ta’ dik is-CCP tkun kompluta f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.
Meta l-AETS tiddetermina li CCP tkun sistemikament importanti jew li x’aktarx ser issir sistemikament importanti (CCP tal-Grad 2) skont il-paragrafu 2a, għandha tirrikonoxxi biss li dik is-CCP tipprovdi ċerti servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar fejn, flimkien mal-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2, jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
is-CCP tikkonforma, fil-mument tar-rikonoxximent u minn hemm ’il quddiem fuq bażi kontinwa, mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u fit-Titoli IV u V. Fir-rigward tal-konformità tas-CCP mal-Artikoli 41, 44, 46, 50 u 54, l-AETS għandha tikkonsulta l-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3 skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24b(1). L-AETS għandha tikkunsidra, f’konformità mal-Artikolu 25a, sa liema punt il-konformità tas-CCP ma’ dawk ir-rekwiżiti hija sodisfatta mill-konformità tagħha ma’ rekwiżiti komparabbli applikabbli fil-pajjiż terz;
il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 3 ipprovdew lill-AETS konferma bil-miktub, fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-determinazzjoni li CCP ta’ pajjiż terz mhijiex CCP tal-Grad 1 f’konformità mal-paragrafu 2a jew wara r-rieżami f’konformità mal-paragrafu 5, li s-CCP tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin li dawk il-banek ċentrali tal-ħruġ setgħu imponew fit-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom:
il-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni li l-bank ċentrali tal-ħruġ jista’ jirrikjedi mat-talba motivata tiegħu, fejn dik l-informazzjoni ma tkunx inkisbet mod ieħor mill-AETS;
il-kooperazzjoni sħiħa u debita mal-bank ċentrali tal-ħruġ fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-reżiljenza tas-CCP għal żviluppi negattivi tas-suq imwettqa f’konformità mal-Artikolu 25b(3);
il-ftuħ jew in-notifika ta’ intenzjoni ta’ ftuħ, skont il-kriterji u r-rekwiżiti rilevanti għall-aċċess, kont ta’ depożitu mal-lejl mal-bank ċentrali tal-ħruġ.
il-konformità mar-rekwiżiti, applikati f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali mill-bank ċentrali tal-ħruġ, fil-limiti tal-kompetenzi tiegħu biex jindirizza riskji tal-likwidità sistemiċi temporanji li jaffettwaw it-trasmissjoni tal-politika monetarja jew l-operat mingħajr xkiel tas-sistemi ta’ pagament, u li jikkonċernaw il-kontroll tar-riskju tal-likwidità, ir-rekwiżiti tal-marġni, il-kollateral, arranġamenti ta’ saldu jew arranġamenti tal-interoperabilità.
Ir-rekwiżiti msemmija fis-subpunt (iv) għandhom jiżguraw l-effiċjenza, is-solidità u r-reżiljenza tas-CCPs u jkunu allinjati ma’ dawk stabbiliti fl-Artikolu 16 u fit-Titoli IV u V ta’ dan ir-Regolament.
L-applikazzjoni tar-rekwiżiti msemmija fis-subpunt (iv) għandha tkun kondizzjoni għar-rikonoxximent għal perijodu limitat ta’ żmien ta’ mhux aktar minn sitt xhur. Meta fi tmiem dak il-perijodu, il-bank ċentrali tal-ħruġ iqis li s-sitwazzjoni eċċezzjonali għadha tippersisti, l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-finijiet ta’ rikonoxximent tista’ tiġi estiża darba b’perijodu addizzjonali ta’ mhux aktar minn sitt xhur.
Qabel ma jimponi, jew jestendi l-applikazzjoni ta’, ir-rekwiżiti msemmija fis-subpunt (iv), il-bank ċentrali tal-ħruġ għandu jinforma lill-AETS, lill-banek ċentrali tal-ħruġ l-oħrajn imsemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3 u lill-membri tal-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi tal-AETS u jipprovdilhom spjegazzjoni tal-effetti tar-rekwiżiti li biħsiebu jimponi fuq l-effiċjenza, is-solidità u r-reżiljenza tas-CCPs u b’ġustifikazzjoni dwar għalfejn ir-rekwiżiti huma neċessarji u proporzjonati biex jiżguraw it-trasmissjoni tal-politika monetarja jew l-operat mingħajr xkiel tas-sistemi ta’ pagament fir-rigward tal-valuta li huwa joħroġ. L-AETS għandha tippreżenta lill-bank ċentrali tal-ħruġ opinjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mit-trasmissjoni tal-abbozz ta’ rekwiżit jew l-abbozz ta’ estensjoni. F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, il-perijodu msemmi hawn fuq ma għandux ikun ta’ aktar minn 24 siegħa. Fl-opinjoni tagħha, l-AETS għandha tikkunsidra b’mod partikolari l-effetti tar-rekwiżiti imposti fuq l-effiċjenza, is-solidità u r-reżiljenza tas-CCP. Il-banek ċentrali tal-ħruġ l-oħra msemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3 jistgħu jippreżentaw opinjoni fl-istess limitu ta’ żmien. Hekk kif jiskadi l-perijodu għall-konsultazzjoni, il-bank ċentrali tal-ħruġ għandu jikkunsidra b’mod debitu l-emendi proposti fl-opinjonijiet tal-AETS jew tal-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3.
Il-bank ċentrali tal-ħruġ għandu jinforma wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel jestendi l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti msemmija fis-subpunt (iv).
Il-bank ċentrali tal-ħruġ għandu jikkoopera u jikkondividi informazzjoni fuq bażi kontinwa mal-AETS u mal-banek ċentrali tal-ħruġ l-oħrajn imsemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3 fir-rigward tar-rekwiżiti imsemmijin fis-subpunt (iv), b’mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskji ta’ likwidità sistemika u l-effetti tar-rekwiżiti imposti fuq l-effiċjenza, is-solidità u r-reżiljenza tas-CCPs.
Fejn bank ċentrali tal-ħruġ jimponi kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti msemmija f’dan il-punt wara li tkun ġiet rikonoxxuta CCP tal-Grad 2, il-konformità ma’ kwalunkwe tali rekwiżit għandu jitqies bħala kondizzjoni għar-rikonoxximent u l-banek ċentrali tal-ħruġ għandhom jipprovdu lill-AETS konferma bil-miktub, fi żmien 90 jum tax-xogħol, li s-CCP tikkonforma mar-rekwiżit.
Fejn bank ċentrali tal-ħruġ rilevanti ma jkunx ipprovda tweġiba bil-miktub lill-AETS fil-limitu ta’ żmien, l-AETS tista’ tqis dak ir-rekwiżit bħala sodisfatt;
is-CCP ipprovdiet lill-AETS:
b’dikjarazzjoni bil-miktub, iffirmata mir-rappreżentant legali tagħha, li tesprimi l-kunsens bla kondizzjonijiet tas-CCP biex:
b’opinjoni legali motivata minn espert legali indipendenti li tikkonferma li l-kunsens espress huwa validu u eżegwibbli skont il-liġijiet applikabbli rilevanti;
is-CCP implimentat il-miżuri kollha meħtieġa u stabbilixxiet il-proċeduri kollha meħtieġa biex tiżgura li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (c);
il-Kummissjoni ma adottatx att ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 2c.
L-AETS, wara li tikkonsulta mal-BERS u bi ftehim mal-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3 f’konformità mal-Artikolu 24b(3) u b’mod proporzjonat mal-grad ta’ importanza sistemika tas-CCP skont il-paragrafu 2a ta’ dan l-Artikolu, tista’, abbażi ta’ valutazzjoni motivata b’mod sħiħ, tikkonkludi li CCP jew xi servizzi ta’ kklerjar tagħha huma ta’ importanza sistemika tant sostanzjali li jeħtieġ li dik is-CCP ma tiġix rikonoxxuta li tipprovdi ċerti servizzi jew attivitajiet ta’ kklerjar. Il-ftehim ta’ bank ċentrali tal-ħruġ għandu jirrelata biss mal-munita li joħroġ u mhux mar-rakkomandazzjoni fl-intier tagħha kif imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Fil-valutazzjoni tagħha, l-AETS għandha wkoll:
tispjega kif il-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2b ma tindirizzax b’mod suffiċjenti r-riskju għall-istabbiltà finanzjarja għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha;
tiddeskrivi l-karatteristiċi tas-servizzi ta’ kklerjar ipprovduti mis-CCP, inkluż ir-rekwiżiti ta’ likwidità u ta’ saldu fiżiku assoċjati mal-forniment ta’ tali servizzi;
tipprovdi valutazzjoni teknika kwantitattiva tal-ispejjeż u l-benefiċċji u l-konsegwenzi ta’ deċiżjoni biex is-CCP ma tiġix rikonoxxuta biex tforni ċerti servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar, filwaqt li jittieħed kont:
tal-eżistenza ta’ sostituti alternattivi potenzjali għall-forniment tas-servizzi ta’ kklerjar kkonċernati fil-muniti kkonċernati lill-membri tal-ikklerjar, u sa fejn tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti tagħhom u l-klijenti indiretti stabbiliti fl-Unjoni;
il-konsegwenzi potenzjali tal-inklużjoni tal-kuntratti pendenti miżmuma f’CCP fl-ambitu tal-att ta’ implimentazzjoni.
Abbażi tal-valutazzjoni tagħha, l-AETS għandha tirrakkomanda li l-Kummissjoni tadotta att ta’ implimentazzjoni li jikkonferma li dik is-CCP ma għandhiex tiġi rikonoxxuta biex tipprovdi ċerti servizzi jew attivitajiet ta’ kklerjar.
Il-Kummissjoni għandu jkollha minimu ta’ 30 jum ta’ xogħol li fihom tivvaluta r-rakkomandazzjoni tal-AETS.
Wara l-preżentazzjoni tar-rakkomandazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, bħala miżura tal-aħħar rikors, att ta’ implimentazzjoni li jispeċifika:
li wara l-perijodu ta’ adattament speċifikat mill-Kummissjoni f’konformità mal-punt (b) ta’ dan is-subparagrafu, uħud mis-servizzi tal-ikklerjar jew kollha kemm huma ta’ dik is-CCP ta’ pajjiż terz ikunu jistgħu jiġu pprovduti biss lil membri tal-ikklerjar u lil ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni minn dik is-CCP wara li tkun ġiet awtorizzata tagħmel dan f’konformità mal-Artikolu 14;
perijodu ta’ adattament adegwat għas-CCP, il-membri tal-ikklerjar tagħha u l-klijenti tagħhom. Il-perijodu ta’ adattament ma għandux jaqbeż is-sentejn, u jista’ jiġi estiż darba biss b’perijodu addizzjonali ta’ sitt xhur fejn għadhom jeżistu r-raġunijiet għall-għoti ta’ perijodu ta’ adattament;
il-kondizzjonijiet li skonthom dik is-CCP tista’ tkompli tforni ċerti servizzi jew attivitajiet ta’ kklerjar matul il-perijodu ta’ adattament imsemmi fil-punt (b);
kwalunkwe miżura li għandha tittieħed matul il-perijodu ta’ adattament, sabiex jiġu limitati l-ispejjeż potenzjali għall-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħhom, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Unjoni.
Meta tispeċifika s-servizzi u perijodu ta’ adattament imsemmijin fil-punti (a) u (b) tar-raba’ subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra:
il-karatteristiċi tas-servizzi offruti mis-CCP u s-sostitwibbiltà tagħhom;
jekk u sa liema punt it-tranżazzjonijiet ikklerjati pendenti għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni, b’kont meħud tal-konsegwenzi legali u ekonomiċi ta’ dik l-inklużjoni;
l-implikazzjonijiet ta’ spejjeż potenzjali għal membri tal-ikklerjar u, fejn dik l-informazzjoni tkun disponibbli, il-klijenti tagħhom, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Unjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).
Meta tkun qed tivvaluta jekk ġewx sodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2, l-AETS għandha tikkonsulta:
l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fih il-kontroparti ċentrali tipprovdi jew biħsiebha tipprovdi servizzi tal-ikklerjar u li ntgħażlet mill-kontroparti ċentrali;
lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar tal-kontroparti ċentrali li huma stabbiliti fit-tliet Stati Membri li jagħtu jew huma antiċipati mill-kontroparti ċentrali li jagħtu l-akbar kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza tal-kontroparti ċentrali imsemmi fl-Artikolu 42 fuq bażi aggregata fuq perjodu ta’ sena;
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ postijiet tan-negozju li jinsabu fl-Unjoni, li huma servuti jew ser jiġu servuti mill-kontroparti ċentrali;
lill-awtoritajiet kompetenti li jagħmlu superviżjoni ta’ Kontropartijiet ċentrali stabbiliti fl-Unjoni li magħhom ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ interoperabbiltà;
lill-membri rilevanti tas-SEBĊ tal-Istati Membri li fihom il-kontroparti ċentrali tipprovdi jew beħsiebha tipprovdi servizzi tal-ikklerjar u l-membri rilevanti tas-SEBĊ responsabbli għas-sorveljanza tal-kontropartijiet ċentrali li magħhom ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ interoperabbiltà;
lill-banek ċentrali tal-ħruġ tal-valuti kollha tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati jew li għandhom jiġu kklerjati mis-CCP.
Is-CCP applikanti għandha tipprovdi lill-AETS l-informazzjoni kollha neċessarja għar-rikonoxximent tagħha. Fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tirċeviha, l-AETS għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompleta. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompleta, l-AETS għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien sa meta s-CCP applikanti għandha tipprovdi informazzjoni addizzjonali. L-AETS għandha tibgħat minnufih l-informazzjoni kollha li tkun irċeviet mingħand is-CCP applikanti lill-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi.
Id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent għandha tkun ibbażata fuq il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 għas-CCPs tal-Grad 1 u fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (d), u l-paragrafu 2b għas-CCPs tal-Grad 2. Fi żmien 180 jum tax-xogħol mid-determinazzjoni li applikazzjoni hija kompluta f’konformità mat-tieni subparagrafu, l-AETS għandha tinforma lis-CCP applikanti bil-miktub, bi spjegazzjoni motivata bis-sħiħ, jekk ir-rikonoxximent ikunx ingħata jew ġie rrifjutat.
L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tas-CCPs rikonoxxuti f’konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li tindika l-klassifikazzjoni tagħhom bħala CCPs tal-Grad 1 jew tal-Grad 2.
L-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet u l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, tirrieżamina r-rikonoxximent ta’ CCP stabbilita f’pajjiż terz:
jekk dik is-CCP beħsiebha testendi jew tnaqqas il-firxa tal-attivitajiet u s-servizzi tagħha fl-Unjoni, f’liema każ is-CCP għandha tinforma lill-AETS b’dan billi tippreżenta l-informazzjoni kollha meħtieġa; u
fi kwalunkwe każ mill-inqas kull ħames snin.
Dak ir-rieżami għandu jitwettaq skont il-paragrafi 2 sa 4.
Meta r-rieżami jsir f’konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, is-CCP ma għandhiex tkun meħtieġa tippreżenta applikazzjoni ġdida għar-rikonoxximent, iżda għandha tforni lill-AETS l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-AETS tirrieżamina r-rikonoxximent tagħha Meta l-AETS twettaq rieżami tar-rikonoxximent ta’ CCP stabbilita f’pajjiż terz f’konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-AETS ma għandhiex tittratta tali rieżami bħala applikazzjoni għar-rikonoxximent għas-CCP rikonoxxuta rilevanti.
Fejn, wara r-rieżami msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-AETS tiddetermina li CCP ta’ pajjiż terz li tkun ġiet ikklassifikata bħala CCP tal-Grad 1 għandha tiġi kklassifikata bħala CCP tal-Grad 2, l-AETS għandha tistabbilixxi perijodu ta’ adattament adegwat li ma għandux jeċċedi 18-il xahar li fihom is-CCP trid tikkonforma mar-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 2b. L-AETS tista’ testendi dak il-perijodu ta’ żmien ta’ adattament b’mhux aktar minn sitt xhur addizzjonali fuq it-talba motivata tas-CCP jew tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar, meta tali estensjoni tkun iġġustifikata minn ċirkostanzi eċċezzjonali u implikazzjonijiet għall-membri tal-ikklerjar stabbiliti fl-Unjoni.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, li jiddetermina li:
l-arranġamenti ġuridiċi u superviżorji ta’ pajjiż terz jiżguraw li s-CCPs awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw fuq bażi kontinwa ma’ rekwiżiti ġuridikament vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament;
dawk is-CCPs ikunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz fuq bażi kontinwa;
il-qafas legali ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta’ CCPs awtorizzati taħt reġimi legali ta’ pajjiżi terzi.
Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta l-applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għat-twettiq effettiv ta’ kwalunkwe rekwiżit stabbilit fih minn pajjiż terz fuq bażi kontinwa u għall-kapaċità li l-AETS effettivament twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha fir-rigward ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti skont il-paragrafi 2 u 2b jew b’rabta mal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 6b, inkluż permezz tal-approvazzjoni u l-applikazzjoni tal-arranġamenti dwar il-kooperazzjoni msemmijin fil-paragrafu 7.
Meta jkun fl-interessi tal-Unjoni u meta jitqiesu r-riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni minħabba l-parteċipazzjoni mistennija tal-membri tal-ikklerjar u taċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni f’CCPs stabbiliti f’pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, irrispettivament minn jekk il-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu jkunx ġie ssodisfat.
L-AETS għandha tissorvelja l-iżviluppi regolatorji u superviżorji f’pajjiżi terzi li għalihom ikunu ġew adottati l-atti ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 6.
Fejn l-AETS tidentifika kwalunkwe żvilupp regolatorju jew superviżorju f’dawk il-pajjiżi terzi, li jista’ jkollu impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ xi wieħed jew aktar mill-Istat Membru tagħha, għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-membri tal-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 25c mingħajr dewmien. Kull informazzjoni bħal din għandha tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali.
L-AETS għandha tippreżenta rapport kunfidenzjali lill-Kummissjoni u lill-membri tal-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 25c dwar l-iżviluppi regolatorji u superviżorji tal-pajjiżi terzi msemmijin fl-ewwel subparagrafu fuq bażi annwali.
Meta l-AETS tkun għadha ma ddeterminatx il-gradazzjoni ta’ CCP jew meta l-AETS tkun iddeterminat li s-CCPs kollha jew uħud minnhom f’pajjiż terz rilevanti jkunu CCPs tal-Grad 1, l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 għandhom iqisu r-riskju li jinvolvi l-forniment ta’ servizzi tal-ikklerjar minn dawk is-CCPs u għandhom jispeċifikaw:
il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni fuq bażi annwali bejn l-AETS, il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (f), u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, sabiex l-AETS tkun tista’:
tiżgura li s-CCP tikkonforma mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent skont il-paragrafu 2;
tidentifika kwalunkwe impatt materjali potenzjali fuq il-likwidità tas-suq jew fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha; u
timmonitorja l-attivitajiet tal-ikklerjar f’wieħed jew aktar mis-CCPs stabbiliti f’tali pajjiż terz minn membri tal-ikklerjar stabbiliti fl-Unjoni, jew li huma parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata fl-Unjoni;
b’mod eċċezzjonali, il-mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni fuq bażi trimestrali li jitlob informazzjoni dettaljata li tkopri l-aspetti msemmija fil-paragrafu 2a, u b’mod partikolari informazzjoni dwar bidliet sinifikanti fil-mudelli u l-parametri tar-riskju, dwar l-estensjoni tal-attivitajiet u s-servizzi tas-CCPs u dwar il-bidliet fl-istruttura tal-kont tal-klijent, bil-għan li jiġi identifikat jekk CCP hijiex potenzjalment qrib li ssir jew potenzjalment x’aktarx li ssir sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha kif ukoll il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-iżviluppi tas-suq li jista’ jkollhom konsegwenzi fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;
il-mekkaniżmu għan-notifika fil-pront lill-AETS meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tqis li CCP taħt is-superviżjoni tagħha tkun qed tikser il-kundizzjonijietonijiet tal-awtorizzazzjoni tagħha jew liġi oħra li għaliha tkun soġġetta;
il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-AETS mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz meta s-CCP tal-pajjiż terz li tkun taħt superviżjoni minn dik l-awtorità kompetenti jkollha l-intenzjoni li testendi jew tnaqqas l-attivitajiet jew is-servizzi tal-ikklerjar tagħha;
il-proċeduri neċessarji għall-monitoraġġ effettiv tal-iżviluppi regolatorji u superviżorji f’pajjiż terz;
il-proċeduri għal awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex jinformaw lill-AETS, lill-kulleġġ tas-CCP ta’ pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 25c u lill-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (f), mingħajr dewmien bla bżonn bi kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata ma’ CCP rikonoxxuta, inklużi żviluppi fis-swieq finanzjarji, li jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni jew f’wieħed mill-Istati Membri tagħha u l-proċeduri u l-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-indirizzar ta’ tali sitwazzjonijiet;
il-proċeduri għal awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex jiżguraw l-infurzar effettiv tad-deċiżjonijiet adottati mill-AETS f’konformità mal-Artikoli 25f, 25j, l-Artikolu 25k(1), il-punt (b), u l-Artikoli 25l, 25m u 25p;
il-kunsens tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għall-kondiviżjoni suċċessiva ta’ kwalunkwe informazzjoni li jkunu pprovdew lill-AETS skont l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3 u mal-membri tal-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi, soġġett għar-rekwiżiti ta’ segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 83.
Meta l-AETS tkun iddeterminat li mill-anqas CCP waħda f’pajjiż terz rilevanti tkun CCP tal-Grad 2, l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 għandhom jispeċifikaw b’rabta ma’ dawk is-CCPs tal-Grad 2 mill-anqas dawn li ġejjin:
l-elementi msemmija fil-paragrafu 7a, il-punti (a), (c), (e), (f) u (h), meta l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma jkunux diġà stabbiliti mal-pajjiż terz rilevanti skont dak il-paragrafu;
il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni fuq bażi ta’ mill-anqas kull xahar, kif xieraq, bejn l-AETS, il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (f), u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni kollha mitluba mill-AETS sabiex tiġi żgurata l-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2b;
il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji, inkluż il-qbil tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex jippermettu investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 25g u 25h, rispettivament;
il-proċeduri għall-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex jiżguraw l-infurzar effettiv tad-deċiżjonijiet adottati mill-AETS f’konformità mal-Artikoli 25b, 25f sa 25m, 25p u 25q;
il-proċeduri għal awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex:
jikkonsultaw lill-AETS dwar it-tħejjija u l-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u dwar it-tħejjija tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ aspetti rilevanti għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha;
jinformaw lill-AETS mingħajr dewmien dwar l-istabbiliment tal-pjanijiet ta’ rkupru u tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u dwar kwalunkwe bidla materjali sussegwenti għal dawk il-pjanijiet fir-rigward ta’ aspetti rilevanti għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha;
jinformaw lill-AETS mingħajr dewmien jekk CCP tal-Grad 2 ikollha l-ħsieb li tattiva l-pjan ta’ rkupru tagħha jew meta l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jkunu ddeterminaw li hemm indikazzjonijiet ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi emerġenti li tista’ taffettwa l-operazzjonijiet ta’ dik is-CCP tal-Grad 2, b’mod partikolari, il-kapaċità tagħha li tipprovdi servizzi tal-ikklerjar jew meta l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jipprevedu li jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fil-futur qrib.
L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 25a
Konformità komparabbli
L-AETS għandha tagħti konformità komparabbli, b’mod parzjali jew totali, meta tiddeċiedi, abbażi tat-talba motivata msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li s-CCP tal-Grad 2 fil-konformità tagħha mar-rekwiżiti rilevanti applikabbli fil-pajjiż terz titqies konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u t-Titoli IV u V u b’hekk tissodisfa r-rekwiżit għal rikonoxximent skont l-Artikolu 25(2b), il-punt (a).
L-AETS għandha tirtira, b’mod totali jew fir-rigward ta’ rekwiżit partikolari, il-konformità komparabbli, meta s-CCP tal-Grad 2 ma tibqax tirrispetta l-kundizzjonijiet għall-konformità komparabbli u meta tali CCP ma tkunx ħadet azzjoni ta’ rimedju mitluba mill-AETS fil-perjodu ta’ żmien stabbilit. Meta tkun qed tiddetermina d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-irtirar tal-konformità komparabbli, l-AETS għandha tagħmel ħilitha biex tipprevedi perjodu ta’ adattament adegwat li ma jaqbiżx sitt xhur.
Jekk l-AETS tagħti konformità komparabbli, hija għandha tkompli tkun responsabbli mill-qadi ta’ dmirijietha u li twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari skont l-Artikoli 25 u 25b, u għandha tkompli teżerċita s-setgħat tagħha msemmija fl-Artikoli 25c, 25d, 25f sa 25m, 25p u 25q.
Mingħajr preġudizzju għall-kapaċità tal-AETS li twettaq dawk il-kompiti skont dan ir-Regolament, meta l-AETS tagħti konformità komparabbli, hija għandha taqbel fuq arranġamenti amministrattivi mal-awtorità tal-pajjiż terz ħalli tiżgura skambju ta’ informazzjoni xierqa u kooperazzjoni bil-għan li l-AETS timmonitorja li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti għall-konformità komparabbli fuq bażi kontinwa.
Il-Kummissjoni, sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tirrifletti b’mod effettiv l-objettivi regolatorji tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u t-Titoli IV u V u l-interessi tal-Unjoni kollha kemm huma, għandha tadotta att delegat biex tispeċifika dan li ġej:
l-elementi minimi li għandhom jiġu evalwati għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
il-modalitajiet u l-kondizzjonijiet biex titwettaq il-valutazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 82 sat-2 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 25b
Il-konformità kontinwa mal-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent
L-AETS għandha titlob minn kull CCP tal-Grad 2 dawn kollha li ġejjin:
konferma, mill-anqas fuq bażi annwali, li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 25(2b), il-punti (a), (c) u (d), għadhom qegħdin jiġu ssodisfati;
informazzjoni u data fuq bażi regolari sabiex jiġi żgurat li l-AETS tkun tista’ twettaq superviżjoni tal-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 25(2b), il-punt (a).
Fejn bank ċentrali tal-ħruġ imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) jikkunsidra li CCP tal-Grad 2 ma tibqax tissodisfa l-kondizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 25(2b), huwa għandu jinnotifika minnufih lill-AETS.
Artikolu 25c
Kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi
Il-kulleġġ għandu jkun magħmul minn:
il-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, li għandu jippresiedi l-kulleġġ;
iż-żewġ membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs;
l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 22; fi Stati Membri fejn inħatru aktar minn awtorità waħda bħala kompetenti f’konformità mal-Artikolu 22, dawk l-awtoritajiet għandhom jaqblu dwar rappreżentant komuni;
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar stabbiliti fl-Unjoni;
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni, li qed jingħataw servizz jew li ser jingħataw servizz mis-CCPs;
l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw lid-depożitarji ċentrali tat-titoli stabbiliti fl-Unjoni li s-CCPs huma konnessi jew beħsiebhom ikunu konnessi magħhom;
il-membri tas-SEBĊ.
Artikolu 25d
Tariffi
L-AETS għandha titlob it-tariffi li ġejjin lil CCPs stabbiliti f’pajjiż terz f’konformità ma’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-att delegat adottat skont il-paragrafu 3:
tariffi assoċjati mal-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 25;
tariffi annwali assoċjati mal-kompiti tal-AETS f’konformità ma’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-CCPs rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 25.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 sabiex tispeċifika aktar dan li ġej:
it-tipi ta’ tariffi;
il-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti t-tariffi;
l-ammont tat-tariffi;
il-mod kif għandhom jitħallsu t-tariffi minn dawn li ġejjin:
CCP li tapplika għal rikonoxximent;
CCP rikonoxxuta kklassifikata bħala CCP tal-Grad 1 f’konformità mal-Artikolu 25(2);
CCP rikonoxxuta kklassifikata bħala CCP tal-Grad 2 f’konformità mal-Artikolu 25(2b).
Artikolu 25e
Eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 25f sa 25h
Is-setgħat mogħtija lill-AETS jew kwalunkwe uffiċjal tal-AETS jew persuna oħra awtorizzata minnha mill-Artikoli 25f sa 25h ma għandhomx jintużaw biex jesiġu l-iżvelar ta’ informazzjoni jew dokumenti li huma soġġetti għall-privileġġ legali.
Artikolu 25f
Talba għal informazzjoni
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu u mitluba b’talba sempliċi tista’ tkun ta’ natura perjodika jew ta’ darba.
Meta tibgħat talba sempliċi għal informazzjoni skont il-paragrafu 1, l-AETS għandha tindika dan kollu li ġej:
ir-referenza għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;
il-fini tat-talba;
l-informazzjoni meħtieġa;
il-limitu ta’ żmien biex tingħata l-informazzjoni;
tinforma lill-persuna li tkun intalbet l-informazzjoni li mhijiex obbligata tipprovdi l-informazzjoni, iżda f’każ ta’ tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni pprovduta ma għandhiex tkun skorretta jew qarrieqa;
il-multa prevista fl-Artikolu 25j flimkien mal-punt (a) tat-Taqsima V tal-Anness III, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa.
Meta titlob li tingħata informazzjoni skont il-paragrafu 1 b’deċiżjoni, l-AETS għandha tindika dan kollu li ġej:
ir-referenza għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;
il-fini tat-talba;
l-informazzjoni meħtieġa;
il-limitu ta’ żmien biex tingħata l-informazzjoni;
il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 25k meta l-produzzjoni tal-informazzjoni mitluba ma tkunx kompluta;
il-multa prevista fl-Artikolu 25j flimkien mal-punt (a) tat-Taqsima V tal-Anness III, imposta fejn ma tingħatax l-informazzjoni meħtieġa jew fejn it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa; u
id-dritt għal appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell tal-AETS u għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti tal-Ġustizzja”) f’konformità mal-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 25g
Investigazzjonijiet ġenerali
Sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista’ twettaq l-investigazzjonijiet neċessarji fir-rigward tas-CCPs tal-Grad 2 u l-partijiet terzi relatati li lilhom dawk is-CCPs jkunu esternalizzaw funzjonijiet operattivi, servizzi jew attivitajiet. Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS għandu jkollhom is-setgħa li:
jeżaminaw kwalunkwe rekord, data, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħha irrispettivament mill-mezz li jkunu miżmumin fih;
jieħdu jew jakkwistaw kopji ċċertifikati ta’ tali rekords, data, proċeduri u materjal ieħor jew siltiet minnhom;
isejħu u jsaqsu lil CCPs tal-Grad 2 jew ir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u li jirreġistraw it-tweġibiet;
jintervistaw kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens li tiġi intervistata bil-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett tal-investigazzjoni;
jitolbu rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-data.
Il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) jistgħu, fuq talba motivata lill-AETS, jipparteċipaw f’tali investigazzjonijiet fejn dawk l-investigazzjonijiet ikunu rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom.
Il-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 25c għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien mhux ġustifikat dwar kwalunkwe sejba li tista’ tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.
Artikolu 25h
Spezzjonijiet fil-post
Il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) jistgħu jressqu talba motivata lill-AETS biex jipparteċipaw f’tali spezzjonijiet fil-post fejn dan ikun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom.
Il-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 25c għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien mhux ġustifikat dwar kwalunkwe sejba li tista’ tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.
L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjoni fil-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 25k meta l-persuni kkonċernati ma jissottomettux ruħhom għall-ispezzjoni.
Artikolu 25i
Regoli proċedurali biex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi
Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni jista’ jeżerċita s-setgħa li jirrikjedi informazzjoni skont l-Artikolu 25f u jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post skont l-Artikoli 25 g u 25 h. Meta juża dawk is-setgħat, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jikkonforma mal-Artikolu 25e.
Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha miġbura mill-AETS fl-attivitajiet tagħha.
Matul l-investigazzjonijiet taħt dan l-Artikolu, id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu rrispettati b’mod sħiħ.
Artikolu 25j
Multi
Ksur minn CCP jitqies li twettaq intenzjonalment jekk l-AETS ssib fatturi oġġettivi li juru li s-CCP jew id-diriġenza għolja tagħha aġixxew deliberatament biex jitwettaq il-ksur.
Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikunu applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku.
Il-koeffiċjenti mitiganti rilevanti jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikun applikabbli aktar minn koeffiċjent mitiganti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent mitiganti individwali għandha titnaqqas mill-ammont bażiku.
Fejn xi att jew ommissjoni ta’ CCP jikkostitwixxu aktar minn ksur wieħed elenkat fl-Anness III, għandha tapplika biss l-ogħla multa kalkolata skont il-paragrafi 2 u 3 u relatata ma’ wieħed minn dan il-ksur.
Artikolu 25k
Ħlasijiet perjodiċi ta’ penali
L-AETS għandha, permezz ta’ deċiżjoni, timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali sabiex iġġiegħel lil:
CCP tal-Grad 2 ittemm il-ksur skont deċiżjoni meħuda f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 25q(1);
persuna msemmija fl-Artikolu 25f(1) tipprovdi informazzjoni kompleta li tkun ġiet rikjesta b’deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 25f;
CCP tal-Grad 2:
tissottometti ruħha għal investigazzjoni u b’mod partikolari tipproduċi reġistri, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ b’mod komplut u tikkompleta u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija b’deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 25 g; jew
tissottometti ruħha għal spezzjoni fil-post ordnata b’deċiżjoni skont l-Artikolu 25 h.
Artikolu 25l
Smigħ tal-persuni kkonċernati
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika fejn tkun meħtieġa azzjoni urġenti li tipprevjeni li ssir ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja. F’każ bħal dan, l-AETS tista’ tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu kemm jista’ jkun malajr wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.
Artikolu 25m
L-iżvelar, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u l-pagamenti tal-penali perjodiċi
L-infurzar għandu jkun regolat mir-regoli ta’ proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz fejn jitwettaq.
Artikolu 25n
Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni illimitata biex tirrieżamina deċiżjonijiet li bihom l-AETS tkun imponiet multa jew ħlas perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagament perjodiku ta’ penali imposti.
Artikolu 25o
Emendi għall-Annessi III u IV
Sabiex jittieħed kont tal-emendi għall-Artikolu 16 u t-Titoli IV u V, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 82 sabiex tiżgura li l-ksur skont l-Anness III jikkorrispondi għar-rekwiżiti skont l-Artikolu 16 u t-Titoli IV u V.
Sabiex jiġu kkunsidrati żviluppi fis-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 82 dwar miżuri għall-emendar tal-Anness IV.
Artikolu 25p
L-irtirar tar-rikonoxximent
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25q u soġġetta għall-paragrafi li ġejjin, l-AETS, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet u l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 25(3), għandha tirtira deċiżjoni ta’ rikonoxximent adottata skont l-Artikolu 25 fejn:
is-CCP ikkonċernata ma tkunx għamlet użu tar-rikonoxximent fi żmien sitt xhur, b’mod espress tirrinunzja r-rikonoxximent jew ma tkunx għadha involuta fin-negozju għal aktar minn sitt xhur;
is-CCP ikkonċernata tkun kisbet ir-rikonoxximent permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezz irregolari ieħor;
is-CCP ikkonċernata tkun kisret b’mod serju u sistematiku kwalunkwe rekwiżit applikabbli stabbilit f’dan ir-Regolament jew ma tkunx għadha konformi mal-ebda kundizzjoni għar-rikonoxximent stabbilita fl-Artikolu 25, u ma tkunx ħadet l-azzjoni ta’ rimedju mitluba mill-AETS f’perjodu ta’ żmien xieraq sa massimu ta’ sena;
l-AETS ma tkunx tista’ teżerċita b’mod effikaċi r-responsabbiltajiet tagħha taħt dan ir-Regolament fuq is-CCP ikkonċernata, minħabba n-nuqqas min-naħa tal-awtorità tal-pajjiż terz tas-CCP li tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni rilevanti kollha jew tikkoopera mal-AETS f’konformità mal-Artikolu 25(7);
l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25(6) jkun ġie irtirat jew sospiż, jew xi waħda mill-kondizzjonijiet marbutin miegħu ma tkunx aktar sodisfatta.
L-AETS tista’ tillimita l-irtirar tar-rikonoxximent għal servizz, attività, jew klassi partikolari ta’ strumenti finanzjarji.
Meta tkun qed tiddetermina d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-irtirar tar-rikonoxximent, l-AETS għandha tagħmel ħilitha biex timminimizza t-tfixkil potenzjali tas-suq u tipprevedi perijodu ta’ adattament adegwat li ma għandux ikun aktar minn sentejn.
Jekk l-AETS tiddetermina li ma tkunx ittieħdet azzjoni ta’ rimedju fil-perjodu ta’ żmien stabbilit f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu jew li l-azzjoni meħuda ma tkunx xierqa, u wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 25(3), l-AETS għandha tirtira d-deċiżjoni tar-rikonoxximent.
Artikolu 25q
Miżuri superviżorji mill-AETS
Fejn, f’konformità mal-Artikolu 25i(5), l-AETS ssib li CCP tal-Grad 2 tkun wettqet wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness III, hija għandha tieħu waħda jew aktar mid-deċiżjonijiet li ġejjin:
tesiġi li s-CCP ittemm il-ksur;
timponi multi skont l-Artikolu 25j;
toħroġ avviżi pubbliċi;
tirtira r-rikonoxximent tas-CCP, jew tar-rikonoxximent tagħha ta’ servizz, attività jew klassi partikolari ta’ strumenti finanzjarji, skont l-Artikolu 25p.
Meta tieħu d-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:
it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-ksur;
jekk il-ksur kixifx dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri tas-CCP jew fis-sistemi tal-amministrazzjoni jew tal-kontrolli interni tagħha;
jekk ir-reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew inkella ġiex attribwit b’mod ieħor għall-ksur;
jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza.
Meta tagħmel id-deċiżjoni tagħha pubblika kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tagħmel pubbliku wkoll id-dritt tas-CCP ikkonċernata li tappella d-deċiżjoni, il-fatt, fejn rilevanti, li dan l-appell ikun sar, waqt li tispeċifika li dan l-appell ma għandux effett ta’ sospensjoni, u l-fatt li huwa possibbli li l-Bord tal-Appell tal-AETS jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
TITOLU IV
REKWIŻITI GĦALL-KONTROPARTIJIET ĊENTRALI
KAPITOLU 1
Rekwiżiti organizzattivi
Artikolu 26
Dispożizzjonijiet ġenerali
Mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti ta’ interoperabbiltà skont it-Titolu V jew għat-tmexxija tal-politika ta’ investiment f’konformità mal-Artikolu 47, CCP ma għandhiex tkun jew issir membru tal-ikklerjar, klijent, jew tistabbilixxi arranġamenti tal-ikklerjar indiretti ma’ membru tal-ikklerjar bil-għan li twettaq attivitajiet ta’ kklerjar f’CCP.
▼M17 —————
L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 27
Diriġenza għolja u l-bord
Il-membri tal-bord ta’ kontroparti ċentrali, inklużi l-membri indipendenti tiegħu, għandu jkollhom reputazzjoni tajba biżżejjed u għandu jkollhom ħila esperta adegwata fis-servizzi finanzjarji, l-immaniġjar tar-riskju u servizzi tal-ikklerjar.
Artikolu 28
Kumitat tar-riskju
Artikolu 29
Żamma ta’ rekords
L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-AETS għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards teknici implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 30
Azzjonisti u membri b’parteċipazzjoni kwalifikanti
Artikolu 31
Informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti
Meta l-komportament ta’ membru tal-bord aktarx li jkun ta’ preġudizzju għall-immaniġġjar sod u prudenti tal-kontroparti ċentrali, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa, li jistgħu jinkludu it-tneħħija ta’ dak il-membru mill-bord.
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni kwalifikatorja f’kontroparti ċentrali (“il-bejjiegħ propost”) għandha l-ewwel tinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-miktub dwarha, u tindika d-daqs ta’ din il-parteċipazzjoni. Tali persuna għandha bl-istess mod tinnotifika lill-awtorità kompetenti meta tkun ħadet deċiżjoni għat-tnaqqis ta’ parteċipazzjoni kwalifikatorja sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital jaqa’ taħt 10 %, 20 %, 30 % jew 50 % jew b’tali mod li l-kontroparti ċentrali ma tibqax tkun sussidjarja ta’ dik il-persuna.
L-awtorità kompetenti għandha, minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta tirċievi n-notifika msemmija f’dan il-paragrafu u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, tirrikonoxxi mal-akkwirent jew mal-bejjiegħ propost, bil-miktub li tkun irċeviethom u tikkondividi l-informazzjoni mal-AETS u mal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18.
Fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-data tal-konferma bil-miktub tar-riċevuta tan-notifika u tad-dokumenti kollha meħtieġa li jiġu mehmuża man-notifika abbażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 32(4) u sakemm ma jkunux estiżi f’konformità ma’ dan l-Artikolu (“il-perjodu ta’ valutazzjoni”), l-awtorità kompetenti għandha twettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 32(1) (“il-valutazzjoni”). Il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu joħroġ opinjoni skont l-Artikolu 19 u l-AETS għandha toħroġ opinjoni skont l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc) u f’konformità mal-proċedura skont l-Artikolu 17b matul il-perjodu ta’ valutazzjoni.
L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-akkwirent propost jew lill-bejjiegħ bid-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ valutazzjoni fiż-żmien tar-rikonoxximent tal-irċevuta.
Il-perjodu ta’ valutazzjoni għandu jkun interrott għall-perjodu bejn id-data tat-talba għall-informazzjoni mill-awtorità kompetenti u l-irċevuta ta’ risposta għaliha mill-akkwirent propost. L-interruzzjoni ma għandhiex teċċedi 20 jum tax-xogħol. Kwalunkwe talbiet oħra mill-awtorità kompetenti għat-tlestija jew il-kjarifika tal-informazzjoni għandhom ikunu fid-diskrezzjoni tagħha iżda ma jistgħux jirriżultaw f’interruzzjoni tal-perjodu ta’ valutazzjoni.
L-awtorità kompetenti tista’ testendi l-interruzzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 sa 30 jum tax-xogħol meta l-akkwirent propost jew il-bejjiegħ ikun:
jinsab jew hu rregolat barra l-Unjoni;
persuna fiżika jew ġuridika mhux soġġetta għal superviżjoni skont dan ir-Regolament jew id-Direttiva 73/239/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja ( 22 ) jew id-Direttivi 2002/83/KE, 2003/41/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE, 2006/48/KE, 2009/65/KE jew 2011/61/UE.
Artikolu 32
Valutazzjoni
Fil-valutazzjoni tan-notifika prevista fl-Artikolu 31(2) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31(3), l-awtorità kompetenti għandha, sabiex tiżgura l-immaniġġjar sod u prudenti tal-kontroparti ċentrali li fiha hu propost l-akkwist, u wara li tikkunsidra l-influwenza probabbli tal-akkwirent propost fuq il-kontroparti ċentrali, tevalwa l-adattezza tal-akkwirent propost u s-sodezza finanzjarja tal-akkwiżizzjoni proposta skont dawn kollha li ġejjin:
ir-reputazzjoni u s-sodezza finanzjarja tal-akkwirent propost;
ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li se tidderieġi n-negozju tal-kontroparti ċentrali b’konsegwenza tal-akkwiżizzjoni proposta;
jekk il-kontroparti ċentrali hix se tkun kapaċi tikkonforma u tkompli tikkonforma ma’ dan ir-Regolament;
jekk ikunx hemm motivi raġonevoli biex wieħed jissuspetta li, f’rabta mal-akkwist propost, sar, qed isir jew hemm tentattivi biex isir ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE, jew li l-akkwist propost jista’ jżid ir-riskju ta’ kondotta bħal din.
Fil-valutazzjoni tas-sodezza finanzjarja tal-akkwirent propost, l-awtorità kompetenti għandha tagħti attenzjoni partikolari lit-tip ta’ negozju segwit u previst fil-kontroparti ċentrali li fiha tkun proposta l-akkwiżizzjoni.
Meta tiġi vvalutata l-abilità tal-kontroparti ċentrali li tikkonforma ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tagħti attenzjoni partikolari dwar jekk il-grupp li minnha se ssir parti għandux struttura li tagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata superviżjoni effikaċi, li effettivament tiġi skambjata informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti u li tiġi ddeterminata l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet fost l-awtoritajiet kompetenti.
Il-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti dwar in-notifika prevista fl-Artikolu 31(2) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31(3), għandha tkun soġġetta għal opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 skont l-Artikolu 19 u opinjoni tal-AETS skont l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), maħruġa f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17b.
L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jikkooperaw mill-viċin ma’ xulxin għat-twettiq tal-valutazzjoni meta l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn li ġejjin:
kontroparti ċentrali oħra, istituzzjoni tal-kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment, operatur tas-suq, operatur ta’ sistema tas-saldu tat-titoli, kumpanija maniġerjali UCITS jew AIFM awtorizzata fi Stat Membru ieħor;
l-impriża prinċipali ta’ kontroparti ċentrali oħra, istituzzjoni tal-kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment, operatur tas-suq, operatur ta’ sistema tas-saldu tat-titoli, kumpanija maniġerjali UCITS jew AIFM awtorizzata fi Stat Membru ieħor;
persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla kontroparti ċentrali oħra, istituzzjoni tal-kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment, operatur tas-suq, operatur ta’ sistema tas-saldu tat-titoli, kumpanija maniġerjali UCITS jew AIFM awtorizzata fi Stat Membru ieħor.
Artikolu 33
Konflitti ta’ interess
L-arranġamenti bil-miktub stabbiliti skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
iċ-ċirkostanzi li jikkostitwixxu jew li jistgħu jagħtu lok għal konflitt ta’ interess li jwassal għal riskju materjali ta’ ħsara għall-interessi ta’ membru tal-ikklerjar wieħed jew iżjed jew għall-klijenti;
il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex jiġi ġestit tali konflitt.
Artikolu 34
Kontinwità tan-negozju
L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 35
Esternalizzazzjoni
Meta kontroparti ċentrali testernalizza funzjonijiet operattivi, servizzi jew attivitajiet, għandha tibqa’ kompletament responsabbli għat-twettiq tal-obbligi kollha tagħha skont dan ir-Regolament u għandha tiżgura f’kull ħin li:
l-esternalizzazzjoni ma tirriżultax fid-delega tar-responsabilità;
ir-relazzjoni u l-obbligi tal-kontroparti ċentrali lejn il-membri tal-ikklerjar tagħha jew meta rilevanti lejn il-klijenti tagħhom ma jinbidlux;
il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-kontroparti ċentrali effettivament ma jitbiddlux;
l-esternalizzazzjoni ma timpedix l-eżerċizzju ta’ funzjonijiet ta’ superviżjoni u ta’ sorveljanza, inkluż l-aċċess fil-post biex tinkiseb kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa biex jiġu ssodisfati dawk il-mandati;
l-esternalizzazzjoni ma twassalx sabiex il-kontroparti ċentrali tiċċaħħad mis-sistemi u kontrolli neċessarji għall-immaniġġjar tar-riskji li tiffaċċja;
il-fornitur tas-servizz jimplimenta rekwiżiti ekwivalenti tal-kontinwità tan-negozju għal dawk li għandhom jiġu ssodisfati minn kontroparti ċentrali skont dan ir-Regolament;
il-kontroparti ċentrali iżżomm il-kompetenza u r-riżorsi meħtieġa biex tevalwa l-kwalità tas-servizzi pprovduti u l-adegwatezza organizzattiva u kapitali tal-fornitur tas-servizz u biex tissorvelja l-funzjonijiet esternalizzati b’mod effikaċi u timmaniġja r-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni u tissorvelja dawn il-funzjonijiet u timmaniġja dawk ir-riskji fuq bażi kontinwa;
il-kontroparti ċentrali jkollha aċċess dirett għall-informazzjoni rilevanti tal-funzjonijiet esternalizzati;
il-fornitur tas-servizzi jikkoopera mal-awtorità kompetenti b’rabta mal-attivitajiet esternalizzati;
il-fornitur tas-servizzi jipproteġi kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali relatata mal-kontroparti ċentrali u l-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħha jew, meta dak il-fornitur tas-servizzi jkun stabbilit f’pajjiżi terz, jiżgura li l-istandards tal-protezzjoni tad-data ta’ dak il-pajjiż terz, jew dawk stabbiliti fil-ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati, ikunu kumparabbli mal-istandards tal-protezzjoni tad-data fis-seħħ fl-Unjoni.
CCP ma għandhiex testernalizza attivitajiet ewlenin marbuta mal-ġestjoni tar-riskju għajr jekk din l-esternalizzazzjoni tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti għandha tkun soġġetta għal opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 skont l-Artikolu 19 u għal opinjoni tal-AETS skont l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), maħruġa f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17b.
KAPITOLU 2
Regoli tal-Kondotta tan-Negozju
Artikolu 36
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 37
Rekwiżiti tal-parteċipazzjoni
L-awtorità kompetenti ta’ CCP li taċċetta kontropartijiet mhux finanzjarji bħala membri tal-ikklerjar għandha tirrieżamina regolarment l-arranġamenti stabbiliti mis-CCP biex timmonitorja li tintlaħaq il-kundizzjoni skont l-ewwel subparagrafu. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tirrapporta fuq bażi annwali lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 dwar il-prodotti kklerjati minn dawk il-kontropartijiet mhux finanzjarji, l-esponiment ġenerali tagħhom u kwalunkwe riskju identifikat.
Kontroparti mhux finanzjarja li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar ta’ CCP tista’ tipprovdi servizzi tal-ikklerjar tal-klijenti lil kontropartijiet finanzjarji li huma parti mill-istess grupp bħal dik il-kontroparti mhux finanzjarja biss u tista’ żżomm biss kontijiet fis-CCP għall-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont proprju tagħha jew il-kont ta’ dawk il-kontropartijiet mhux finanzjarji.
L-AETS tista’ toħroġ opinjoni jew rakkomandazzjoni dwar l-adegwatezza ta’ tali arranġamenti wara rieżami bejn il-pari ad hoc.
Is-CCP għandha tinforma lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe żvilupp negattiv sinifikanti rigward il-profil tar-riskju ta’ kwalunkwe wieħed mill-membri tal-ikklirjar tagħha ddeterminat fil-kuntest tal-valutazzjoni tas-CCP imsemmija fl-ewwel subparagrafu jew kwalunkwe valutazzjoni oħra b’konklużjoni simili, inkluż kwalunkwe żieda tar-riskju li kwalunkwe wieħed mill-membri tal-ikklirjar tagħha joħloq lis-CCP, li s-CCP tqis li jkollu l-potenzjal li jiskatta proċedura ta’ inadempjenza.
L-AETS, wara li tikkonsulta mal-EBA u mas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati meta CCP:
tistabbilixxi l-kriterji ta’ ammissjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1;
tivvaluta l-kapaċità tal-kontropartijiet mhux finanzjarji li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marġni u l-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza msemmija fil-paragrafu 1a.
Meta tħejji dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-AETS għandha tqis:
il-modalitajiet u l-ispeċifiċitajiet li permezz tagħhom il-kontropartijiet mhux finanzjarji jistgħu, jew diġà, jaċċessaw is-servizzi tal-ikklerjar, inkluż bħala membri tal-ikklerjar diretti f’mudelli sponsorjati;
il-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-aċċess dirett prudenzjalment sod ta’ kontropartijiet mhux finanzjarji għas-servizzi u l-attivitajiet tal-ikklerjar tas-CCP;
il-ħtieġa li tiġi żgurata l-proporzjonalità;
il-ħtieġa li tiġi żgurata ġestjoni effettiva tar-riskji.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 38
Trasparenza
CCP għandha tagħti rendikont separat tal-ispejjeż u d-dħul tas-servizzi fornuti u għandha tiżvela dik l-informazzjoni lill-AETS u lill-awtorità kompetenti.
CCP għandha tiżvela pubblikament il-volumi tat-tranżazzjonijiet ikklerjati għal kull klassi ta’ strumenti kklerjata mill-kontroparti ċentrali fuq bażi aggregata.
CCP għandha tforni lill-membri tal-ikklerjar tagħha informazzjoni dwar il-mudelli tal-marġni inizjali li tuża, inklużi metodoloġiji għal kwalunkwe suppliment, b’mod ċar u trasparenti. Dik l-informazzjoni għandha:
tispjega b’mod ċar id-disinn tal-mudell tal-marġni inizjali u kif jaħdem, inkluż f’kundizzjonijiet tas-suq taħt stress;
tiddeskrivi b’mod ċar is-suppożizzjonijiet u l-limitazzjonijiet ewlenin tal-mudell tal-marġni inizjali u ċ-ċirkostanzi li taħthom dawn is-suppożizzjonijiet ma jkunux iżjed validi;
tkun iddokumentata.
Il-membri tal-ikklerjar li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom b’mill-inqas dan li ġej:
informazzjoni dwar il-mod kif jaħdmu l-mudelli tal-marġni tas-CCP;
informazzjoni dwar is-sitwazzjonijiet u l-kundizzjonijiet li jistgħu jiskattaw sejħiet tal-marġni;
informazzjoni dwar il-proċeduri użati biex jiġi stabbilit l-ammont li għandu jiġi depożitat mill-klijenti; u
simulazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni li l-klijenti jistgħu jkunu soġġetti għalihom f’xenarji differenti.
Għall-finijiet tal-punt (d), is-simulazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni għandha tiżgura li s-simulazzjoni tinkludi kemm il-marġnijiet meħtieġa mis-CCP kif ukoll kwalunkwe marġni addizzjonali meħtieġ mill-membri tal-ikklerjar u mill-klijenti li jipprovdu s-servizzi tal-ikklerjar infushom. Ir-riżultati ta’ tali simulazzjoni ma għandhomx ikunu vinkolanti.
Fuq talba ta’ membru tal-ikklerjar, CCP għandha, mingħajr dewmien żejjed, tipprovdi lil dak il-membru tal-ikklerjar bl-informazzjoni mitluba biex dak il-membru tal-ikklerjar ikun jista’ jikkonforma mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà pprovduta skont il-paragrafi 1 sa 7. Meta l-membru tal-ikklerjar jew klijent jipprovdi servizzi tal-ikklerjar, u meta xieraq, għandhom jittrażmettu dik l-informazzjoni lill-klijenti tagħhom.
L-AETS, f’kooperazzjoni mal-EBA u mas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika:
ir-rekwiżiti li l-għodda ta’ simulazzjoni għandha tikkonforma magħhom u t-tip ta’ output li għandu jiġi pprovdut skont il-paragrafu 6;
l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mis-CCPs lill-membri tal-ikklerjar rigward it-trasparenza tal-mudelli tal-marġni skont il-paragrafu 7;
l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar lill-klijenti tagħhom skont il-paragrafi 7 u 8; u
ir-rekwiżiti li s-simulazzjoni tal-marġni li għandha tiġi pprovduta lill-klijenti u t-tip ta’ output li għandu jiġi pprovdut skont il-paragrafu 8.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 39
Segregazzjoni u portabilità
Ir-rekwiżit li ssir distinzjoni bejn l-assi u l-pożizzjonijiet mal-kontroparti ċentrali fil-kontijiet huwa ssodisfat fejn:
l-assi u l-pożizzjonijiet huma rreġistrati f’kontijiet separati;
l-allokazzjoni ta’ pożizzjonijiet irreġistrati f’kontijiet differenti hija mwaqqfa milli sseħħ;
l-assi li jkopru l-pożizzjonijiet irreġistrati f’kont ma jkunux esposti għal telf marbut mal-pożizzjonijiet irreġistrati f’kont ieħor.
KAPITOLU 3
Rekwiżiti prudenzjali
Artikolu 40
Immaniġjar tal-iskoperturi
Kontroparti ċentrali għandha tkejjel u tivvaluta l-likwidità tagħha u l-iskoperturi tal-kreditu tagħha għal kull membru tal-ikklerjar u, fejn rilevanti, għal kontroparti ċentrali oħra li magħha tkun ikkonkludiet arranġament interoperabbli, fuq bażi ta’ kważi ħin reali. Kontroparti ċentrali għandu jkollha aċċess fil-ħin u fuq bażi mhux diskriminatorja għas-sorsi tal-ipprezzar rilevanti sabiex tkun tista’ tkejjel l-iskoperturi tagħha b’mod effettiv. Dan għandu jsir fuq bażi raġonevoli ta’ kost.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(4) u (5), u bl-objettiv li jiġi ffaċilitat l-ikklerjar ċentrali minn entitajiet tas-settur pubbliku, l-AETS għandha, sal-25 ta’ Ġunju 2026, toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jispeċifikaw il-metodu li għandu jintuża mis-CCPs awtorizzati skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament għall-kalkolu tal-iskoperturi u tal-kontribuzzjonijiet, jekk ikun hemm, għar-riżorsi finanzjarji tas-CCPs minn entitajiet tas-settur pubbliku li jipparteċipaw f’tali CCPs, filwaqt li jitqies kif xieraq il-mandat tal-entitajiet tas-settur pubbliku.
Artikolu 41
Rekwiżiti tal-marġini
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 42
Fond tal-inadempjenza
Il-kontroparti ċentrali għandha tistabbilixxi ammont minimu li d-daqs tal-fond tal-inadempjenza m’għandu fl-ebda ċirkostanzi jinżel taħtu.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 43
Riżorsi finanzjarji oħrajn
Artikolu 44
Kontrolli tar-riskju tal-likwidità
CCP għandha tkejjel, fuq bażi ta’ kuljum, il-ħtiġijiet ta’ likwidità potenzjali tagħha. Hija għandha tqis ir-riskju tal-likwidità ġġenerat mill-inadempjenza ta’ mill-inqas iż-żewġ entitajiet li għalihom għandha l-akbar skoperturi u li huma membri tal-ikklerjar jew fornituri tal-likwidità, esklużi l-banek ċentrali.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 45
Kaskata tal-inadempjenza
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 45a
Restrizzjonijiet temporanji fil-każ ta’ event sinifikanti mhux ta’ inadempjenza
Fil-każ ta’ event sinifikanti mhux ta’ inadempjenza kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar- Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità kompetenti tista’ titlob lis-CCP biex toqgħod lura minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin għal perijodu speċifikat mill-awtorità kompetenti, li ma jistax jaqbeż ħames snin:
li tagħmel distribuzzjoni ta’ dividendi jew jingħata impenn irrevokabbli ta’ distribuzzjoni ta’ dividendi, minbarra għal drittijiet għal dividendi speċifikament imsemmija fir-Regolament (UE) 2021/23, bħala forma ta’ kumpens;
ix-xiri lura ta’ ishma ordinarji;
li toħloq obbligu li titħallas remunerazzjoni varjabbli kif definit mill-politika ta’ remunerazzjoni tas-CCP skont l-Artikolu 26(5) ta’ dan ir-Regolament, benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew indenizzi għat-terminazzjoni tal-impjieg lill-maniġment superjuri kif definit fil-punt 29 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.
L-awtorita’ kompetenti m’għandhiex tillimita lis-CCP milli tieħu kwalunkwe azzjoni fl-ewwel subparagrafu, jekk is-CCP tkun obbligata legalment li twettaq dik l-azzjoni u l-obbligu jiġi qabel l-avvenimenti skont l-ewwel subparagrafu.
Artikolu 46
Rekwiżiti tal-kollateral
CCP tista’, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet rilevanti, taċċetta garanziji pubbliċi, garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali, sakemm dawn ikunu disponibbli mingħajr kundizzjonijiet fuq talba fil-perjodu ta’ likwidazzjoni msemmi fl-Artikolu 41.
CCP għandha tistabbilixxi fir-regoli operattivi tagħha l-livell minimu aċċettabbli ta’ kollateralizzazzjoni għall-garanziji li taċċetta u tista’ tispeċifika li tista’ taċċetta garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali kompletament mhux kollateralizzati. CCP tista’ taċċetta garanziji pubbliċi, garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali biss biex tkopri l-iskopertura inizjali u kontinwa tagħha għall-membri tal-ikklerjar tagħha li huma kontropartijiet mhux finanzjarji jew għal klijenti ta’ membri tal-ikklerjar, dment li dawk il-klijenti jkunu kontropartijiet mhux finanzjarji.
Meta jiġu pprovduti assi, garanziji pubbliċi, garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali lil CCP dik is-CCP għandha:
tieħu kont tal-garanziji bankarji pubbliċi jew tal-garanziji bankarji kummerċjali meta tikkalkula l-iskopertura tagħha għall-bank, li huwa wkoll membru tal-ikklerjar, li joħroġhom;
tissoġġetta lill-garanziji bankarji pubbliċi jew lill-garanziji bankarji kummerċjali mhux kollateralizzati għal limiti ta’ konċentrazzjoni;
tapplika t-telf impost adegwat fuq il-valuri tal-assi, il-garanziji pubbliċi, il-garanziji bankarji pubbliċi u l-garanziji bankarji kummerċjali sabiex dawk il-valuri jkunu jirriflettu l-potenzjal biex dawk il-valuri jonqsu matul l-intervall bejn l-aħħar rivalwazzjoni tagħhom u ż-żmien sa meta jistgħu raġonevolment jiġu preżunti li jiġu likwidati jew eżerċitati, kif applikabbli;
tqis ir-riskju ta’ likwidità wara l-inadempjenza ta’ parteċipant fis-suq u r-riskju ta’ konċentrazzjoni fuq ċerti assi fl-istabbiliment tal-kollateral aċċettabbli u tat-telf impost rilevanti għas-CCP;
tqis il-ħtieġa li jiġi minimizzat kwalunkwe effett proċikliku potenzjali ta’ tali reviżjonijiet meta tirrevedi l-livell tat-telf impost li tapplika għall-assi u l-garanziji pubbliċi, il-garanziji bankarji pubbliċi u l-garanziji bankarji kummerċjali li taċċetta bħala kollateral.
L-AETS, b’kooperazzjoni mal-EBA, u wara li tikkonsulta mal-BERS u mal-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
it-tip ta’ kollateral li jista’ jitqies bħala likwidu ħafna, bħall-flus kontanti, id-deheb, il-bonds tal-gvern u oħrajn korporattivi ta’ kwalità għolja u bonds koperti,
it-telf impost imsemmi fil-paragrafu 1, filwaqt li jitqies l-objettiv li tiġi limitata l-proċiklikalità tagħhom; u
il-kundizzjonijiet rilevanti li fihom il-garanziji pubbliċi, il-garanziji ta’ banek pubbliċi u l-garanziji ta’ anek kummerċjali jistgħu jiġu aċċettati bħala kollateral skont il-paragrafu 1, inklużi limiti ta’ konċentrazzjoni xierqa, rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu u rekwiżiti stretti għal riskji ta’ korrelazzjoni ħażina għal garanziji ta’ banek pubbliċi u garanziji ta’ banek kummerċjali.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 47
Politika tal-investiment
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 48
Proċeduri ta’ inadempjenza
Meta l-membru tal-ikklerjar li lilu jkun sar it-trasferiment tal-assi u l-pożizzjonijiet, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ikun soġġett għar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kapitali għall-iskoperturi tal-membri tal-ikklerjar lejn il-klijenti skont dak ir-Regolament fi żmien perjodu miftiehem mal-awtorità kompetenti tiegħu, li ma għandux jaqbeż it-tliet xhur mid-data ta’ dak it-trasferiment.
Artikolu 49
Rieżami ta’ mudelli, ittestjar tal-istress u ttestjar retrospettiv
Meta CCP ikollha l-ħsieb li tadotta bidla f’mudell jew parametru msemmi fl-ewwel subparagrafu, hija għandha tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:
meta s-CCP tqis li l-bidla maħsuba tkun sinifikanti skont il-paragrafu 1i, hija għandha tapplika għall-validazzjoni tal-bidla f’konformità mal-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu;
meta s-CCP tqis li l-bidla maħsuba ma tkunx sinifikanti skont il-paragrafu 1i ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tapplika għall-validazzjoni tal-bidla f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 49a.
Il-mudelli u l-parametri adottati, inkluża kwalunkwe bidla sinifikanti fihom, għandhom ikunu soġġetti għal opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
L-AETS għandha tiżgura li l-informazzjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet tal-istress tiġi mgħoddija lill-ASE, lis-SEBĊ u lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw l-iskopertura tal-impriżi finanzjarji għall-inadempjenza tas-CCPs.
Fi żmien jumejn tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ tali applikazzjoni, għandha tintbagħat konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni lis-CCP, permezz tal-bażi tad-data ċentrali.
Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP jew l-AETS tikkonkludi li ma jkunux ġew sottomessi d-dokumenti jew l-informazzjoni kollha meħtieġa, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha titlob lis-CCP applikanti tissottometti dokumenti jew informazzjoni addizzjonali li hija jew l-AETS jkunu identifikaw bħala neqsin, permezz tal-bażi tad-data ċentrali. Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jista’ f’dak il-każ jiġi estiż b’massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol. L-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda meta l-awtorità kompetenti tas-CCP jew l-AETS tikkonkludi li s-CCP tkun naqset milli tikkonforma ma’ kwalunkwe talba bħal din u, f’każ bħal dan, l-awtorità li kkonkludiet li l-applikazzjoni għandha tiġi rrifjutat għandha tinforma lill-awtorità l-oħra b’dan. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinforma lis-CCP bid-deċiżjonijiet li tirrifjuta l-applikazzjoni permezz tal-bażi tad-data ċentrali u tinforma wkoll lis-CCP dwar id-dokumenti jew l-informazzjoni identifikati bħala neqsin.
Fi żmien 40 jum tax-xogħol minn meta jiġi konkluż li d-dokumenti u l-informazzjoni kollha ġew ippreżentati f’konformità mal-paragrafu 1c:
l-awtorità kompetenti għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju tal-bidla sinifikanti u tissottometti r-rapport tagħha lill-AETS u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18; u
l-AETS għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju tal-bidla sinifikanti u tissottometti r-rapport tagħha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18.
Matul il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tas-CCP, l-AETS jew kwalunkwe wieħed mill-membri tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 jistgħu jissottomettu, permezz tal-bażi tad-data ċentrali, mistoqsijiet direttament lis-CCP applikanti, u jitolbu informazzjoni komplementari mingħandha, u għandhom jistabbilixxu skadenza sa meta s-CCP applikanti għandha tipprovdi tali informazzjoni.
Fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievi r-rapporti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu jadotta opinjoni skont l-Artikolu 19 u jittrażmettiha lill-AETS u lill-awtorità kompetenti. Minkejja l-adozzjoni proviżorja f’konformità mal-paragrafu 1g, l-awtorità kompetenti u l-AETS ma għandhomx jadottaw deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta l-validazzjoni ta’ tibdil sinifikanti għall-mudelli jew il-parametri sakemm tali opinjoni tiġi adottata mill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, għajr jekk il-kulleġġ ma jkunx adotta dik l-opinjoni fil-limitu ta’ żmien.
Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP jew l-AETS ma taqbilx mal-opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, inkluża kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tinsab fiha, id-deċiżjoni tagħha għandu jkun fiha raġunijiet sħaħ u spjegazzjoni ta’ kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dik l-opinjoni jew mill-kundizzjonijiet jew mir-rakkomandazzjonijiet.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, meta mitluba mis-CCP, l-awtorità kompetenti, bi ftehim mal-AETS, tista’ tippermetti adozzjoni proviżorja ta’ bidla sinifikanti ta’ mudell jew parametru qabel il-validazzjonijiet tagħhom meta debitament ġustifikat. Tali bidla temporanja għandha tkun permessa biss għal ċertu perjodu ta’ żmien speċifikat b’mod konġunt mill-awtorità kompetenti tas-CCP u mill-AETS. Wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, is-CCP ma għandhiex titħalla tuża tali bidla, sakemm ma tkunx ġiet ivvalidata skont dan l-Artikolu.
Bidla għandha titqies bħala sinifikanti meta tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-bidla twassal għal tnaqqis jew żieda sinifikanti tar-riżorsi finanzjarji totali tas-CCP iffinanzjati minn qabel, inklużi r-rekwiżiti tal-marġni, il-fond tal-inadempjenza u r-riżorsi proprji ddedikati kif imsemmija fl-Artikolu 45(4);
l-istruttura jew l-elementi strutturali tal-mudell tal-marġni jinbidlu;
komponent tal-mudell tal-marġni, inkluż parametru tal-marġni jew suppliment, jiġi introdott, jitneħħa, jew jiġi emendat b’mod li jwassal għal tnaqqis jew żieda tal-output tal-mudell tal-marġni fil-livell tas-CCP;
il-metodoloġija użata sabiex jiġu kkalkolati l-kumpensi tal-portafoll tinbidel b’mod li twassal għal tnaqqis jew żieda sinifikanti tar-rekwiżiti tal-marġni totali għall-istrumenti finanzjarji fi ħdan il-portafoll;
il-metodoloġija għad-definizzjoni u l-kalibrazzjoni tax-xenarji tat-testijiet tal-istress għall-fini tad-determinazzjoni tad-daqs tal-fondi tal-inadempjenza tas-CCP u d-daqs tal-kontribuzzjonijiet tal-membri tal-ikklerjar individwali għal dawk il-fondi tal-inadempjenza tinbidel, li jwassal għal tnaqqis jew żieda sinifikanti fid-daqs ta’ kwalunkwe mill-fondi tal-inadempjenza jew ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni ta’ fond tal-inadempjenza individwali;
il-metodoloġija applikata għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ likwidità tinbidel, li jwassal għal tnaqqis jew żieda sinifikanti tal-ħtiġijiet ta’ likwidità stmati fi kwalunkwe munita jew tal-ħtiġijiet ta’ likwidità totali;
il-metodoloġija applikata biex jiġi ddeterminat ir-riskju ta’ konċentrazzjoni li CCP ikollha fil-konfront ta’ kontroparti individwali tinbidel, b’tali mod li l-iskopertura ġenerali tas-CCP għal dik il-kontroparti tonqos jew tiżdied b’mod sinifikanti;
il-metodoloġija applikata sabiex jingħata valur lill-kollateral, jew jiġi kkalibrat it-telf impost tal-kollateral tinbidel, b’tali mod li l-valur totali ta’ kollateral jonqos jew jiżdied b’mod sinifikanti;
il-bidla jista’ jkollha effett materjali fuq ir-riskju ġenerali tas-CCP.
Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-ABE, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra u l-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
it-tip ta’ testijiet li għandhom jitwettqu għal klassijiet differenti ta’ strumenti finanzjarji u portafolji;
l-involviment tal-membri tal-ikklerjar jew partijiet oħra fit-testijiet;
il-frekwenza tat-testijiet;
il-firxa taż-żmien tat-testijiet;
l-informazzjoni prinċipali msemmija fil-paragrafu 3.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar;
x’jikkostitwixxi żieda jew tnaqqis sinifikanti għall-finijiet tal-paragrafu 1i, il-punti (a) u (c), (d) sa (h);
l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi vvalutat jekk intlaħqitx waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1i;
bidliet oħra fil-mudelli li jistgħu jitqiesu bħala diġà koperti mill-mudell approvat u għalhekk ma jitqisux bħala bidla fil-mudell u mhumiex soġġetti għall-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 49a; u
il-listi ta’ dokumenti meħtieġa li għandhom jakkumpanjaw applikazzjoni għall-validazzjoni skont il-paragrafu 1c ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 49a u l-informazzjoni li għandu jkun fihom tali dokumenti sabiex juru li s-CCP tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament.
Id-dokumenti u l-livell ta’ informazzjoni meħtieġa għandhom ikunu proporzjonati mat-tip ta’ validazzjoni tal-mudell iżda jkun fihom dettall suffiċjenti biex jiżguraw analiżi xierqa tal-bidla.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-AETS tista’ tistabbilixxi valuri differenti għall-punti differenti tal-paragrafu 1i.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 49a
Proċedura aċċellerata għal bidliet mhux sinifikanti għall-mudelli u l-parametri ta’ CCP
Il-proċedura aċċellerata għandha tapplika għal bidla proposta għal mudell jew parametru meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
is-CCP tkun talbet validazzjoni ta’ bidla li għandha tiġi vvalutata skont dan l-Artikolu; u
l-awtorità kompetenti tas-CCP u l-AETS it-tnejn ikunu kkonkludew li l-bidla proposta mhijiex sinifikanti skont il-paragrafu 4.
Konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni għandha tintbagħat lis-CCP permezz tal-bażi tad-data ċentrali fi żmien jumejn tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ dik l-applikazzjoni.
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinnotifika lis-CCP applikanti permezz tal-bażi tad-data ċentrali, inkluża spjegazzjoni motivata bis-sħiħ, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 4. Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mir-riċevuta tan-notifika, is-CCP għandha jew tirtira l-applikazzjoni jew inkella tikkomplementaha biex tissodisfa r-rekwiżiti għal applikazzjoni skont l-Artikolu 49.
Meta, f’konformità mal-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tas-CCP u l-AETS ikunu ddeċidew li l-bidla mhijiex sinifikanti, huma għandhom kull wieħed, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn dik id-deċiżjoni:
jagħtu l-validazzjoni, meta s-CCP tikkonforma ma’ dan ir-Regolament, jew jirrifjutawha, meta s-CCP ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament; u
jinfurmaw lil xulxin bil-miktub, inkluża spjegazzjoni motivata bis-sħiħ, jekk il-validazzjoni tkunx ingħatat jew ġietx irrifjutata.
Meta waħda minnhom ma tkunx tat il-validazzjoni mudell, il-validazzjoni għandha tiġi rrifjutata.
Artikolu 50
Saldu
KAPITOLU 4
Kalkoli u rappurtar għall-finijiet tar-Regolament (EU) No 575/2013
Artikolu 50a
Kalkolu tal-KCCP
CCP għandha tikkalkula l-kapital ipotetiku (KCCP) kif ġej:
fejn:
|
KCCP |
= |
il-kapital ipotetiku; |
|
i |
= |
l-indiċi li jindika l-membru ta' kklerjar; |
|
EADi |
= |
l-ammont ta' skopertura tas-CCP għal membru ta' kklerjar i, inkluż it-tranżazzjonijiet tal-membru ta' kklerjar stess mas-CCP, it-tranżazzjonijiet ta' klijenti garantiti mill-membru ta' kklerjar, u l-valuri kollha ta' kollateral miżmum mis-CCP, inkluż il-kontribuzzjoni ta' finanzjament ta' inadempjenza prefinanzjata tal-membru ta' kklerjar, kontra dawk it-tranżazzjonijiet, relatata mal-valutazzjoni fl-aħħar tad-data tar-rappurtar regolatorju qabel jiġi skambjat il-marġni appellat fl-appell għall-marġni finali ta' dik il-ġurnata; |
|
RW |
= |
ponderazzjoni tar-riskju ta' 20 %; u |
|
proporzjon tal-kapital |
= |
8 %. |
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex jiġi speċifikat dan li ġej għall-fini tal-paragrafu 3:
il-frekwenza u d-dati tal-kalkolu speċifikat fil-paragrafu 2;
is-sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità kompetenti ta' istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tista’ tirrikjedi kalkoli u rappurtar aktar frekwenti minn dawk imsemmija fil-punt (a).
L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 50b
Regoli ġenerali għall-kalkolu tal-KCCP
Għall-finijiet tal-kalkolu ta' KCCP imsemmi fl-Artikolu 50a(2), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
Is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskoperturi li jkollhom għall-membri ta' kklerjar tagħhom kif ġej:
għal skoperturi li jirriżultaw mill-kuntratti u t-tranżazzjonijiet elenkati fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur f'konformità mal-metodu stabbilit fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta' dak ir-Regolament billi jużaw perijodu marġinali ta' riskju ta' 10 ġranet tan-negozju;
għal skoperturi li jirriżultaw mill-kuntratti u t-tranżazzjonijiet elenkati fil-punt (b) tal-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur (EADi) f'konformità mal-formula li ġejja:
EADi = max{EBRMi – IMi – DFi; 0}
fejn:
|
EADi |
= |
l-valur tal-iskopertura; |
|
i |
= |
l-indiċi li jindika l-membru ta' kklerjar; |
|
EBRMi |
= |
il-valur ta' skopertura qabel il-mitigazzjoni tar-riskju li jkun daqs il-valur ta' skopertura tas-CCP għall-membru ta' kklerjar i li jirriżulta mill-kuntratti u t-tranżazzjonijiet kollha ma' dak il-membru ta' kklerjar, kalkulat mingħajr ma jittieħed kont tal-kollateral depożitat minn dak il-membru ta' kklerjar; |
|
IMi |
= |
il-marġni inizjali kollokat mas-CCP mill-membru ta' kklerjar i; |
|
DFi |
= |
il-kontribuzzjoni tal-fond inadempjenti prefinanzjat tal-membru ta' kklerjar i. |
Il-valuri kollha f' din il-formula għandhom ikunu relatati mal-valutazzjoni fl-aħħar tal-ġurnata qabel jiġi skambjat il-marġni appellat fl-appell għall-marġni finali ta' dik il-ġurnata;
għas-sitwazzjonijiet imsemmija fit-tielet sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-ewwel sentenza ta' dak is-subparagrafu f'konformità mal-formula stipulata fil-punt (a)(ii) ta' dan l-Artikolu, u għandhom jiddeterminaw l-EBRMi f'konformità mat-Titolu V tal-Parti Tlieta ta' dak ir-Regolament;
għall-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 is-settijiet tan-netting ikunu l-istess bħal dawk definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 272 ta' dak ir-Regolament;
CCP li jkollha skoperturi għal CCP waħda jew iktar għandha tittratta dawk l-iskoperturi daqs li kieku kienu skoperturi għall-membri ta' kklerjar u tinkludi kwalunkwe marġni jew kontribuzzjoni prefinanzjata riċevuta mingħand dawk is-CCPs fil-kalkolu ta' KCCP;
CCP li jkollha fis-seħħ arranġament kuntrattwali vinkolanti mal-membri ta' kklerjar tagħha li jippermetti lil dik is-CCP tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu mill-membri ta' kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati għandha tikkunsidra dak il-marġni inizjali bħala kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-finijiet tal-kalkolu fil-paragrafu 1 u mhux bħala marġni inizjali;
meta kollateral jinżamm kontra kont li jkun fih iktar minn wieħed mit-tipi ta' kuntratti u tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jallokaw il-marġni inizjali pprovdut mill-membri ta' kklerjar jew il-klijenti tagħhom, kif applikabbli, proporzjonalment mal-EADs tat-tipi rispettivi ta' kuntratti u tranżazzjonijiet kalkulati f'konformità mal-punt (a) ta' dan il-paragrafu, mingħajr ma jittieħed kont tal-marġni inizjali fil-kalkolu;
CCPs li jkollhom iktar minn fond ta' inadempjenza wieħed għandhom iwettqu l-kalkolu għal kull fond ta' inadempjenza separatament;
meta membru ta' kklerjar jipprovdi servizzi ta' kklerjar tal-klijenti, u t-tranżazzjonijiet u l-kollateral tal-klijenti tal-membru ta' kklerjar jinżammu f'kontijiet sussidjarji li huma separati minn dawk tan-negozju proprjetarju tal-membru ta' kklerjar, is-CCPs għandhom iwettqu l-kalkolu tal-EADi għal kull kont sussidjarju separatament u għandhom jikkalkulaw l-EADi totali tal-membru ta' kklerjar bħala s-somma tal-EADs tal-kontijiet sussidjarji tal-klijenti u l-EAD tal-kont sussidjarju tan-negozju proprjetarju tal-membru ta' kklerjar;
għall-finijiet tal-punt (f), meta DFi ma jkunx maqsum bejn il-kontijiet sussidjarji tal-klijenti u l-kontijiet sussidjarji tan-negozju proprjetarju tal-membru ta' kklerjar, is-CCPs għandhom jallokaw DFi għal kull kont sussidjarju skont il-frazzjoni rispettiva li l-marġni inizjali ta' dak il-kont sussidjarju jkollu fir-rigward tal-marġni inizjali totali kollokat mill-membru ta' kklerjar jew għall-kont tal-membru ta' kklerjar;
is-CCPs m'għandhomx iwettqu l-kalkolu skont l-Artikolu 50a(2) meta l-fond tal-inadempjenza jkopri tranżazzjonijiet bi flus biss.
Għall-finijiet tal-punt (a)(ii) ta' dan l-Artikolu, is-CCP għandha tuża l-metodu speċifikat fl-Artikolu 223 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bl-aġġustamenti superviżorji għall-volatilità stipulati fl-Artikolu 224 ta' dak ir-Regolament biex tikkalkola l-valur ta' skopertura.
Artikolu 50c
Rappurtar tal-informazzjoni
Għall-finijiet tal-Artikolu 308 tar-Regolament (EU) No 575/2013, CCP għandha tirrapporta l-informazzjoni li ġejja lil dawk li huma l-istituzzjonijiet fost il-membri ta’ kklerjar tagħha u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom:
il-kapital ipotetiku (KCCP);
is-somma tal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati (DFCM);
l-ammont tar-riżorsi finanzjarji prefinanzjati li hija obbligata li tuża – bil-liġi jew minħabba ftehim kuntrattwali mal-membri tal-ikklerjar tagħha – sabiex tkopri t-telf tagħha wara l-inadempjenza ta’ membru jew membri tal-ikklerjar tagħha qabel ma tuża l-kontribuzzjonijiet tal-fond ta' garanzija f'każ ta' inadempjenza tal-membri tal-ikklerjar li jifdal (DFCCP).
▼M13 —————
Fejn is-CCP ikollha aktar minn fond ta' inadempjenza wieħed, għandha tirrapporta l-informazzjoni fl-ewwel subparagrafu għal kull fond ta' inadempjenza separatament.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika dan li ġej:
il-mudell uniformi għall-finijiet tar-rappurtar speċifikat fil-paragrafu 1;
il-frekwenza u d-dati tar-rappurtar speċifikati fil-paragrafu 2;
is-sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità kompetenti ta' istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tista’ tirrikjedi rappurtar aktar frekwenti minn dawk imsemmija fil-punt (b).
L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 50d
Kalkolu tal-elementi speċifiċi li għandhom jiġu rappurtati mis-CCP
Għall-finijiet tal-Artikolu 50c, għandu japplika dan li ġej:
fejn ir-regoli ta' CCP jipprevedu li hija tuża parti mir-riżorsi finanzjarji tagħha jew ir-riżorsi finanzjarja tagħha kollha u b'mod parallel mal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tal-membri tal-ikklerjar tagħha b'mod li jagħmel dawk ir-riżorsi ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati ta' membru tal-ikklerjar f'termini ta' kif huma jassorbu t-telf imġarrab mis-CCP fil-każ ta' inadempjenza jew insolvenza ta' wieħed jew aktar mill-membri tal-ikklerjar tagħha, is-CCP għandha żżid l-ammont korrispondenti ta' dawk ir-riżorsi mad-DFCM;
mal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati (DF) kif ġej:
.
▼M13 —————
TITOLU V
ARRANĠAMENTI TAL-INTEROPERABBILTÀ
Artikolu 51
Arranġamenti tal-Interoperabilità
Artikolu 52
Immaniġġjar tar-riskju
Kontropartijiet ċentrali li jidħlu f’arranġament tal-interoperabbiltà għandhom:
ikollhom fis-seħħ politiki, proċeduri u sistemi xierqa sabiex b’mod effettiv jidentifikaw, jimmonitorjaw u jimmaniġġjaw ir-riskji li joħorġu mill-arranġament sabiex ikunu jistgħu jilħqu l-obbligi tagħhom fil-ħin;
jaqblu fuq id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom, inkluż il-liġi applikabbli li tirregola r-relazzjonijiet tagħhom;
jidentifikaw, jimmonitorjaw u b’mod effettiv jimmaniġġjaw riskji ta’ kreditu u ta’ likwidità sabiex l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar ta’ kontroparti ċentrali waħda ma taffettwax kontroparti ċentrali interoperabbli;
jidentifikaw, jimmonitorjaw u jindirizzaw interdipendenzi u korrelazzjonijiet potenzjali li joħorġu minn arranġament tal-interoperabbiltà li jista’ jaffetwa r-riskji tal-kreditu u tal-likwidità relatati ma’ konċentrazzjonijiet ta’ membru tal-ikklerjar, u riżorsi finanzjarji miġbura flimkien.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-kontropartijiet ċentrali għandhom jużaw l-istess regoli li jikkonċernaw il-mument tad-dħul tal-ordnijiet tat-trasferiment fis-sistemi rispettivi tagħhom u l-mument tal-irrevokabilità, kif stabbilit fid-Direttiva 98/26/KE, fejn rilevanti.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, it-termini tal-arranġament għandhom jiddeskrivu l-proċess għall-immaniġġjar tal-konsegwenzi tal-inadempjenza meta waħda mill-kontropartijiet ċentrali li magħha jkun ġie konkluż arranġament tal-interoperabbiltà tkun inadempjenti.
Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, il-kontropartijiet ċentrali għandu jkollhom kontrolli sodi dwar l-użu mill-ġdid tal-kollateral tal-membri tal-ikklerjar taħt l-arranġament, jekk permessi mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. L-arranġament għandu jiddeskrivi kif dawn ir-riskji ġew indirizzati filwaqt li jikkunsidra kopertura suffiċjenti u l-bżonn li jiġi llimitat it-tniġġis.
Artikolu 53
Għoti ta’ marġnijiet bejn il-kontropartijiet ċentrali
Artikolu 54
Approvazzjoni tal-arranġament tal-interoperabbiltà
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
TITOLU VI
REĠISTRAZZJONI U SUPERVIŻJONI TAR-REPOŻITORJI TAD-DATA DWAR IT-TRANŻAZZJONIJIET
KAPITOLU 1
Kundizzjonijiet u Proċeduri għar-Reġistrazzjoni ta’ Repożitorju tad-Data dwar it-Tranżazzjonijiet
Artikolu 55
Reġistrazzjoni ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet
Artikolu 56
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni
Għall-iskopijiet tal-Artikolu 55(1), ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jippreżenta waħda minn dawn li ġejjin lill-AETS:
applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;
applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni fejn ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun diġà rreġistrat taħt il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2015/2365.
Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-AETS għandha tistabilixxi limitu taż-żmien sa meta r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.
Wara li tevalwa applikazzjoni bħala kompluta, l-AETS għandha tinnotifika b’dan lir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji, għajr għar-rekwiżiti relatati mal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1;
id-dettalji tal-applikazzjoni ssimplifikata għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.
L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi li jispeċifikaw dan li ġej:
il-format tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1;
il-format tal-applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.
Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tiżviluppa format issimplifikat.
L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 57
Notifika ta’ u konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti qabel ir-reġistrazzjoni
Artikolu 58
Eżami tal-applikazzjoni
Artikolu 59
Notifika tad-Deċiżjonijiet tal-AETS dwar ir-reġistrazzjoni
L-AETS għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 57(1) bid-deċiżjoni tagħha.
Artikolu 60
Eżerċizzju tas-setgħat imsemmijin fl-Artikoli 61 sa 63
Is-setgħat konferiti fuq l-AETS jew xi uffiċjal tal-AETS jew persuna oħra awtorizzata mill-AETS mill-Artikoli 61 sa 63 ma għandhomx jintużaw biex jesiġu l-iżvelar ta’ informazzjoni jew dokumenti li huma soġġetti għall-privileġġ legali.
Artikolu 61
Talba għal informazzjoni
Meta tibgħat talba sempliċi għal informazzjoni skont il-paragrafu 1, l-AETS għandha:
tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;
tiddikjara l-fini tat-talba;
tispeċifika x’informazzjoni hija mitluba;
tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni;
tinforma lill-persuna li tkun intalbet l-informazzjoni li hi mhix obbligata tipprovdi l-informazzjoni, iżda f’każ ta’ tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni pprovduta għandha tkun korretta u m’għandhiex tiżgwida; u
tindika l-multa prevista fl-Artikolu 65 flimkien mal-punt (a) tat-Taqsima IV tal-Anness I meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw.
Meta titlob il-provvista ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 1 b’deċiżjoni, l-AETS għandha:
tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;
tiddikjara l-fini tat-talba;
tispeċifika x’informazzjoni hija mitluba;
tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni;
tindika l-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 66 meta l-produzzjoni tal-informazzjoni mitluba ma tkunx kompluta;
tindika l-multa prevista fl-Artikolu 65 flimkien mal-punt (a) tat-Taqsima IV tal-Anness I meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw; u
tindika d-dritt għal appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell tal-AETS u għal eżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti tal-Ġustizzja”) skont l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 62
Investigazzjonijiet ġenerali
Sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista’ twettaq l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa ta’ persuni msemmijin fl-Artikolu 61(1). Għal dak l-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS għandu jkollhom is-setgħa li:
jeżaminaw kwalunkwe rekord, data, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom irrispettivament mill-mezz li jkunu miżmumin fih;
jieħdu jew jakkwistaw kopji ċċertifikati ta’ tali rekords jew estratti minnhom, data, proċeduri u materjal ieħor;
isejħu u jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 61(1) jew rappreżentanti jew membri tal-persunal tagħhom għal spjegazzjonijiet orali jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u biex jinżamm rekord tat-tweġibiet;
jintervistaw kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li taqbel li tiġi intervistata bil-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett tal-investigazzjoni;
jitolbu rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-data.
Artikolu 63
Spezzjonijiet fil-post
Artikolu 64
Regoli proċedurali biex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi
Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni jista’ jeżerċità s-setgħa li jitlob informazzjoni skont l-Artikolu 61 u jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post skont l-Artikoli 62 u 63. Meta juża dawk is-setgħat, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jikkonforma ma’ l-Artikolu 60.
Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha miġbura mill-AETS fl-attivitajiet superviżorji tagħha.
Matul l-investigazzjonijiet taħt dan l-Artikolu, id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ.
Ir-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 82.
Artikolu 65
Multi
Ksur min-naħa ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jitqies li twettaq intenzjonalment jekk l-AETS tiskopri fatturi oġġettivi li juru li r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jew id-diriġenza għolja tiegħu aġixxew deliberatament biex iwettqu l-ksur.
L-ammonti bażiċi tal-multi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu inklużi fil-limiti li ġejjin:
għall-ksur imsemmi fil-punt (c) tat-Taqsima I tal-Anness I u fil-punti (c) sa (g) tat-Taqsima II tal-Anness I, u fil-punti (a) u (b) tat-Taqsima III tal-Anness I l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas EUR 10 000 u m’għandhomx jeċċedu l- ►M12 EUR 200 000 ◄ ;
għall-ksur imsemmi fil-punti (a), (b) u (d) sa (k) tat-Taqsima I tal-Anness I, u fil-punti (a), (b) u (h) tat-Taqsima II tal-Anness I, l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas EUR 5 000 u ma għandhomx jeċċedu l-EUR 100 000 ;
għall-ksur imsemmi fit-Taqsima IV tal-Anness I, l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas EUR 5 000 u ma għandhomx jeċċedu EUR 10 000 .
Biex jiġi deċiż jekk l-ammont bażiku tal-multi għandux ikun fil-parti l-baxxa, tan-nofs jew għolja tal-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tqis il-fatturat annwali tas-sena tan-negozju preċedenti tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat. L-ammont bażiku għandu jkun fil-parti l-baxxa tal-limitu għar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet b’fatturat annwali inqas minn EUR 1 miljun, fil-parti tan-nofs tal-limitu għar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet b’fatturat annwali bejn EUR 1 u 5 miljun u fil-parti għolja tal-limitu għar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet b’fatturat annwali ogħla minn EUR 5 miljun.
Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti għandhom jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikunu applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku.
Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti għandhom jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikun applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku.
Meta att jew ommissjoni ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikkostitwixxu aktar minn wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness I, għandha tapplika biss l-ogħla multa kkalkolata skont il-paragrafi 2 u 3 u relatata ma’ wieħed minn dawn it-tipi ta’ ksur.
Artikolu 66
Pagamenti tal-penali perjodiċi
L-AETS għandha, permezz ta’ deċiżjoni, timponi pagamenti ta’ penali perjodiċi sabiex iġġiegħel:
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet itemm il-ksur, f’konformità mad-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 73(1)(a); jew
lil persuna msemmija fl-Artikolu 61(1);
tipprovdi informazzjoni kompluta li tkun intalbet b’deċiżjoni skont l-Artikolu 61;
tissottometti ruħha għal investigazzjoni u b’mod partikolari tipproduċu reġistri, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ b’mod komplut u ttemmu u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija b’deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 62; jew
tissottometti ruħha għal spezzjoni fil-post ordnata b’deċiżjoni skont l-Artikolu 63.
Artikolu 67
Smigħ tal-persuni kkonċernati
L-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 73(1) jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti biex tiġi evitata ħsara sinifikanti u imminenti għas-sistema finanzjarja jew biex tiġi evitata ħsara sinifikanti u imminenti għall-integrità, it-trasparenza, l-effiċjenza u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji, inkluż għall-istabbiltà jew il-korrettezza tad-data rrapportata lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. F'każ bħal dan, l-AETS tista' tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista' jkun wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.
Artikolu 68
L-iżvelar, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjon tal-multi u l-pagamenti tal-penali perjodiċi
L-infurzar għandu jkun iggvernat mir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat li fit-territorju tiegħu jkun seħħ. L-ordni għall-infurzar għandha tkun mehmuża mad-deċiżjoni mingħajr l-ebda formalità oħra minbarra l-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni mill-awtorità li l-gvern ta’ kull Stat Membru għandu jaħtar għal dan l-iskop, u għandha tiġi kkomunikata lill-AETS u lill-Qorti tal-Ġustizzja.
Meta dawk il-formalitajiet ikunu ġew ikkumpletati fuq talba mill-parti kkonċernata, din tista’ twettaq l-infurzar f’konformità mal-liġi nazzjonali, billi ġġib il-kwistjoni direttament quddiem l-entità kompetenti.
L-infurzar jista’ jiġi sospiż biss b’deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, il-qrati tal-Istati Membru kkonċernat għandu jkollhom ġurisdizzjoni fuq l-ilmenti dwar il-fatt li l-infurzar ikun qed isir b’mod irregolari.
Artikolu 69
Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni mhux limitata li tirrieżamina d-deċiżjonijiet fejn l-AETS tkun imponiet multa jew ħlas perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas perjodiku impost ta’ penali.
Artikolu 70
Emendi għall-Anness II
Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 82 dwar miżuri biex temenda l-Anness II.
Artikolu 71
Irtirar tar-reġistrazzjoni
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 73, l-AETS għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fejn ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet:
ikun b’mod espliċitu rrinunzja r-reġistrazzjoni jew ma jkun ipprovda l-ebda servizz tal-kreditu għas-sitt xhur ta’ qabel;
ikun kiseb ir-reġistrazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor;
ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li taħthom kien ġie rreġistrat.
Artikolu 72
Drittijiet ta’ superviżjoni
Artikolu 73
Miżuri ta’ superviżjoni mill-AETS
Meta, skont l-Artikolu 64(5), l-AETS issib li repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun wettaq wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness I, din għandha tieħu deċiżjoni jew aktar minn dawn li ġejjin li:
tesiġi li r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet iġib il-ksur fi tmiemu;
timponi multi skont l-Artikolu 65;
toħroġ avviżi pubbliċi;
bħala l-aħħar miżura, tirtira r-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.
Meta tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwat li tqis il-kriterji li ġejjin:
it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-ksur;
jekk il-ksur kixifx dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri tal-impriżi jew fis-sistemi ta’ mmaniġġjar jew fil-kontrolli interni tagħha;
jekk ingħatx bidu għal reat finanzjarju, jekk ġix iffaċilitat jew li b’xi mod huwa attribwibbli għall-ksur;
jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza.
Meta tagħmel pubblika d-deċiżjoni tagħha kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu. l-AETS għandha wkoll tagħmel pubbliku d-dritt għar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat li jappella d-deċiżjoni, il-fatt, fejn rilevanti, li tali appell ikun sar, waqt li tispeċifika li tali appell ma jkollux effett ta’ sospensjoni, u l-fatt li huwa possibbli għall-Bord tal-Appell tal-AETS li jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata kkontestata skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 74
Delegazzjoni ta’ kompiti mill-AETS lill-awtoritajiet kompetenti
Qabel ma tiddelega kompitu, l-AETS għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti rilevanti. Tali konsultazzjoni għandha tikkonċerna:
l-ambitu tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat;
l-iskeda għat-twettiq tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat; u
it-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-AETS u lill-AETS.
KAPITOLU 2
Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi
Artikolu 75
Ekwivalenza u ftehimiet internazzjonali
Il-Kummissjoni tista’ tadotta att implimentattiv li jiddetermina li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ pajjiż terz jiżguraw li:
ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw mar-rekwiżiti li huma legalment vinkolanti u li huma ekwivalenti għal dawk stipulati f’dan ir-Regolament;
is-superviżjoni u l-infurzar effettivi tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet f’dak il-pajjiż terz issir fuq bażi kontinwa; u
jeżistu garanziji ta’ segretezza professjonali, inkluża l-protezzjoni ta’ sigrieti ta’ negozju maqsuma ma’ pajjiżi terzi mill-awtoritajiet, u li huma mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Dak l-att implimentattiv għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).
Wara l-konklużjoni tal-ftehimiet imsemmijin fil-paragrafu 2, u f’konformità magħhom, l-AETS għandha tistabbilixxi ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi rilevanti. Dawk l-arranġamenti għandhom jispeċifikaw mill-inqas:
mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn, l-AETS u kwalunkwe awtorità oħra tal-Unjoni li teżerċita responsabbiltajiet f’konformità ma’ dan ir-Regolament, minn naħa waħda, u, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, min-naħa l-oħra; u
il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji.
Artikolu 76
Arranġamenti ta’ kooperazzjoni
L-awtoritajiet relevanti ta’ pajjiżi terzi li ma għandhom l-ebda repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit fil-ġurisdizzjoni tagħhom jistgħu jikkuntattjaw lill-AETS bil-ħsieb li jistabbilixxu arranġamenti ta’ kooperazzjoni biex ikollhom aċċess għall-informazzjoni dwar kuntratti derivattivi miżmuma fir-repożitorji tal-Unjoni.
L-AETS tista’ tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ dawk l-awtoritajiet relevanti rigward aċċess għall-informazzjoni dwar kuntratti derivattivi miżmuma fir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet tal-Unjoni, li dawn l-awtoritajiet jeħtieġ li jissodisfaw ir-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom, sakemm ikunu jeżistu garanziji ta’ segretezza professjonali, inkluża l-protezzjoni ta’ sigrieti kummerċjali kondiviżi mill-awtoritajiet ma’ partijiet terzi.
Artikolu 76a
Aċċess dirett reċiproku għad-data
Mal-preżentazzjoni ta' talba mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 86(2), fejn jiġi ddeterminat jekk il-qafas legali tal-pajjiż terz tal-awtorità rikjedenti jkunx jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet stabbiliti f'dak il-pajjiż terz ikunu debitament awtorizzati;
is-superviżjoni u l-infurzar effettivi tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet f'dak il-pajjiż terz isiru fuq bażi kontinwa;
ikunu jeżistu garanziji ta' segretezza professjonali, inkluż il-protezzjoni ta' sigrieti ta' negozju kondiviżi ma' partijiet terzi mill-awtoritajiet, u dawn ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament;
ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet awtorizzati f'dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għal obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli li jagħtu lill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 81(3) aċċess dirett u immedjat għad-data.
Artikolu 77
Rikonoxximent tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet
Ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu lill-AETS għar-rikonoxximent, flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi vverifikat li r-repożitorju tal-kummerċ huma awtorizzat u huwa soġġett għal superviżjoni effettiva f’pajjiż terz li:
ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni, permezz ta’ att implimentattiv skont l-Artikolu 75(1), bħala li għandu qafas regolatorju u superviżorju li huwa ekwivalenti u infurzabbli;
daħal fi ftehim internazzjonali mal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 75(2); u
daħal fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 75(3) biex jiġi żgurat li awtoritajiet tal-Unjoni, inkluża l-AETS, ikollhom aċċess immedjat u kontinwu għall-informazzjoni kollha meħtieġa.
Fi żmien 30 jum ta’ xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni, l-AETS għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompleta. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompleta, l-AETS għandha tistabilixxi limitu ta’ żmien sa meta r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet applikanti għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.
Fi 180 jum tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompleta, l-AETS għandha tinforma lir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet applikanti bil-kitba bi spjegazzjoni kompletament irraġunata dwar jekk ir-rikonoxximent ikunx ingħata jew irrifjutat.
L-AETS għandha tippubblika, fuq is-sit tal-web tagħha, lista tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rikonoxxuti skont dan ir-Regolament.
TITOLU VII
REKWIŻITI GĦAR-REPOŻITORJI TAD-DATA DWAR IT-TRANŻAZZJONIJIET
Artikolu 78
Rekwiżiti ġenerali
Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jistabbilixxi l-proċeduri u l-politiki li ġejjin:
proċeduri għar-rikonċiljazzjoni effettiva tad-data bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet;
proċeduri għall-verifika tal-kompletezza u l-korrettezza tad-data rrapportata;
politiki għat-trasferiment b'mod ordnat tad-data lejn repożitorji tat-tranżazzjonijiet oħrajn fejn ikun mitlub mill-kontropartijiet jew mis-CCPs imsemmija fl-Artikolu 9 jew inkella fejn ikun meħtieġ.
Bil-għan li tiżgura l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
il-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni effettiva tad-data bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet;
il-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità mill-kontroparti tar-rapportar jew mill-entità li tippreżenta mar-rekwiżiti ta' rapportar u biex jiġu vverifikati l-kompletezza u l-korrettezza tad-data rrapportata skont l-Artikolu 9.
L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 79
Affidabilità operazzjonali
Artikolu 80
Salvagwardjar u reġistrar
▼M17 —————
Persuna fiżika li jkollha relazzjoni ma’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jew persuna ġuridika li jkollha impriża prinċipali jew relazzjoni sussidjarja mar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ma għandhiex tuża l-informazzjoni kundifenzjali rreġistrata f’repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għal użu kummerċjali.
Artikolu 81
Trasparenza u disponibbiltà tad-data
Ir-repożitorju tat-transazzjonijiet għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni meħtieġa lill-entitajiet li ġejjin biex ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom:
l-ESMA;
l-EBA;
l-EIOPA;
il-BERS;
l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-kontropartijiet ċentrali (CCPs) li jkollhom aċċess għar-repożitorju tat-transazzjonijiet;
l-awtorità kompetenti li tissorvelja ċ-ċentri tan-negozjar tal-kuntratti rrapportati;
il-membri rilevanti tas-SEBĊ, inkluż il-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tagħha fi ħdan mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( 25 );
l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz li jkunu daħlu fi ftehim internazzjonali mal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 75;
l-awtoritajiet superviżorji deżinjati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 );
l-awtoritajiet rilevanti tat-titoli u s-swieq tal-Unjoni li r-responsabbiltajiet u l-mandati superviżorji rispettivi tagħhom jkopru l-kuntratti, is-swieq, il-parteċipanti u l-istrumenti sottostanti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz li jkunu daħlu f’arranġament ta’ kooperazzjoni mal-ESMA, kif imsemmi fl-Artikolu 76;
l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 27 );
l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 28 );
il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014;
awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont it-tifsira tar-Regolamenti (UE) Nru 1024/2013 u (UE) Nru 909/2014 u tad-Direttivi 2003/41/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, u 2014/65/UE, u awtoritajiet superviżorji skont it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE;
l-awtoritajiet kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 10(5) ta’ dan ir-Regolament;
l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż terz li fir-rigward tiegħu jkun ġie adottat att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 76a;
l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Regolament (UE) 2021/23;
l-awtoritajiet nazzjonali fdati bit-twettiq tal-politika makroprudenzjali.
Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jittrasmetti dejta lill-awtoritajiet kompetenti skont ir-rekwiżiti taħt l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 ( 29 ).
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li ġej:
l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata jew issir disponibbli skont il-paragrafi 1 u 3;
il-frekwenza tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;
l-istandards operattivi meħtieġa biex tiġi aggregata u mqabbla d-data minn repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għal ieħor u biex l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni;
it-termini u l-kundizzjonijiet, l-arranġamenti u d-dokumentazzjoni meħtieġa li taħthom ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jagħtu aċċess lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3.
L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020.
Fl-iżvilupp ta' dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-AETS għandha tiżgura li l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiżvelax l-identità ta' kwalunkwe parti għal kwalunkwe kuntratt.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 82
Eżerċizzju tad-delega
TITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 83
Segretezza professjonali
Artikolu 84
Skambju ta’ informazzjoni
TITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 85
Rapporti u Reviżjoni
Sas-17 ta' Ġunju 2023 l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar dawn li ġejjin:
l-impatt tar-Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 30 ) fuq il-livell tal-ikklerjar minn kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji u fuq id-distribuzzjoni tal-ikklerjar f'kull tip ta' kontroparti, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontropartijiet finanzjarji li jkollhom b'volum limitat ta' attività f'derivattivi OTC u fir-rigward tal-adegwatezza tal-limiti ta' kklerjar imsemmija fl-Artikolu 10(4);
l-impatt tar-Regolament (UE) 2019/834 fuq il-kwalità u l-aċċessibbiltà tad-data rapportata lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, kif ukoll il-kwalità tal-informazzjoni li ssir disponibbli mir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet;
il-bidliet lill-qafas ta' rappurtar, inkluż l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-rappurtar delegat kif stipulat fl-Artikolu 9(1a) u b'mod partikolari l-impatt tagħha fuq il-piż tar-rappurtar għall-kontropartijiet mhux finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu ta' kklerjar;
l-aċċessibbiltà ta' servizzi ta' kklerjar, b'mod partikolari jekk ir-rekwiżit li jiġu pprovduti servizzi ta' kklerjar, direttament jew indirettament, skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji u trasparenti msemmija fl-Artikolu 4(3a) kienx effettiv fl-iffaċilitar tal-aċċess għall-ikklerjar.
▼M18 —————
Sat-18 ta' Diċembru 2020 il-Kummissjoni għandha tħejji rapport li jivvaluta:
jekk l-obbligi li jiġu rrappurtati tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u skont dan ir-Regolament joħolqux obbligu doppju ta' rappurtar ta' tranżazzjoni għal derivattivi mhux ta' OTC u jekk ir-rappurtar ta' tranżazzjonijiet mhux ta' OTC jistax jitnaqqas jew jiġi ssimplifikat għall-kontropartijiet kollha mingħajr telf mhux debitu ta' informazzjoni;
in-neċessità u l-adegwatezza ta' allinjament tal-obbligu tan-negozjar għad-derivattivi skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 mat-tibdil magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/834 għall-obbligu tal-ikklerjar għad-derivattivi, b'mod partikolari għall-ambitu tal-entitajiet li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar;
jekk xi tranżazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn servizzi ta' tnaqqis tar-riskju ta' wara n-negozjar, inkluż kompressjoni tal-portafoll, għandhomx ikunu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1), b'kont meħud ta' kemm dawk is-servizzi jnaqqsu r-riskju, b'mod partikolari r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju operazzjonali, il-potenzjal għal ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u d-diżinċentiv potenzjali għall-ikklerjar ċentrali.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe proposta adatta.
Sat-18 ta' Mejju 2020, l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni. Dak ir-rapport għandu jivvaluta:
il-konsistenza tar-rekwiżiti ta' rappurtar għal derivattivi mhux OTC skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, kemm f'termini tad-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi li għandhom jiġu rrappurtati kif ukoll tal-aċċess għad-data mill-entitajiet rilevanti u jekk dawk ir-rekwiżiti għandhomx jiġu allinjati;
il-fattibbiltà li jiġu ssimplifikati aktar il-ktajjen tar-rappurtar għall-kontropartijiet kollha, inkluż għall-klijenti indiretti kollha, filwaqt li titqies il-ħtieġa għar-rappurtar f'waqtu u b'kont meħud tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 4(4) ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
l-allinjament tal-obbligu tan-negozjar għad-derivattivi skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 mat-tibdil magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/834 mal-obbligu tal-ikklerjar għad-derivattivi, b'mod partikolari għall-ambitu tal-entitajiet li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar;
f'kooperazzjoni mal-BERS, jekk xi tranżazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn servizzi ta' tnaqqis tar-riskju ta' wara n-negozjar, inkluż il-kompressjoni tal-portafoll, għandhomx ikunu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1); dak ir-rapport għandu:
jinvestiga l-kompressjoni tal-portafoll u servizzi disponibbli oħrajn ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar li ma jifformawx prezz, li jnaqqsu r-riskji mhux tas-suq fil-portafolli tad-derivattivi mingħajr ma jinbidel ir-riskju tas-suq tal-portafolli, bħal tranżazzjonijiet ta' riekwilibriju;
jispjega l-iskopijiet u l-funzjonament ta' tali servizzi ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar, kemm itaffu r-riskju, b'mod partikolari r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju operattiv, u jivvaluta l-ħtieġa li jiġu kklerjati tali tranżazzjonijiet jew li jiġu eżentati mill-ikklerjar, sabiex jiġi ġestit ir-riskju sistemiku; u
jivvaluta sa fejn kwalunkwe eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar għal tali servizzi tiskoraġġixxi l-ikklerjar ċentrali u tista' twassal għaċ-ċirkomvenzjoni min-naħa tal-kontropartijiet tal-obbligu tal-ikklerjar;
jekk il-lista ta' strumenti finanzjarji li huma meqjusa bħala likwidi ħafna b'riskju minimu ta' kreditu u tas-suq, skont l-Artikolu 47, tistax tiġi estiża u jekk dik il-lista tistax tinkludi fond wieħed jew aktar tas-suq monetarju awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 31 ).
▼M18 —————
Fi żmien 12-il xahar mit-trasmissjoni tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dak l-att ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta adegwata.
▼M18 —————
Sal-25 ta’ Diċembru 2027, l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-attività ġenerali fit-tranżazzjonijiet tad-derivati tal-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji soġġetti għal dan ir-Regolament, li jforni, fost l-oħrajn, l-informazzjoni li ġejja rigward dawk il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji, b’distinzjoni bejn in-natura finanzjarja u mhux finanzjarja tagħhom:
ir-riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni li jistgħu jirriżultaw minn dak it-tip ta’ attività;
il-pożizzjonijiet f’derivati ta’ komoditajiet OTC li jaqbżu l-EUR 1 biljun, li tispeċifika l-ammont eżatt tal-pożizzjonijiet ikkonċernati;
il-volum totali ta’ kuntratti tad-derivattivi tal-enerġija nnegozjati, b’distinzjoni, meta rilevanti, bejn dawk il-kuntratti tad-derivattivi tal-enerġija nnegozjati li huma użati għal finijiet ta’ hedging u dawk il-kuntratti tad-derivattivi tal-enerġija nnegozjati li mhumiex li jintużaw għall-hedging;
il-volum totali tal-kuntratti tad-derivattivi agrikoli nnegozjati, li jiddistingwu, meta rilevanti, bejn dawk il-kuntratti tad-derivattivi agrikoli nnegozjati li jintużaw għall-hedging u dawk il-kuntratti tad-derivattivi agrikoli nnegozjati li ma jintużawx għall-hedging;
is-sehem tal-kuntratti tad-derivati tal-enerġija jew tal-agrikoltura u OTC innegozjati fil-borża li jiġu saldati fiżikament fil-volum totali tal-kuntratti tad-derivattivi tal-enerġija jew tal-kuntratti tad-derivati tal-agrikoltura nnegozjati.
Sal-25 ta’ Diċembru 2026, l-AETS, b’kooperazzjoni mal-BERS, għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni. Dak ir-rapport għandu:
jiddefinixxi fid-dettall il-kunċett ta’ proċikliċità fil-kuntest tal-Artikolu 41 għal marġnijiet mitluba minn CCP u l-Artikolu 46 għal telf impost applikat għal kollateral miżmum minn CCP;
jivvaluta kif id-dispożizzjonijiet kontra l-proċikliċità ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 ( 33 ) ġew applikati matul is-snin u jekk humiex meħtieġa aktar miżuri biex jittejjeb l-użu ta’ għodod kontra l-proċikliċità;
jinforma dwar kif l-għodod kontra l-proċikliċità jistgħu jew ma jistgħux jirriżultaw f’żidiet fil-marġni li jkunu akbar milli mingħajr l-applikazzjoni ta’ dawn l-għodod, filwaqt li jitqiesu supplimenti jew kumpensi potenzjali li CCP titħalla tapplika skont dan ir-Regolament.
Fit-tħejjija tar-rapport, l-AETS għandha tivvaluta wkoll ir-regoli li japplikaw għal CCPs ta’ pajjiżi terzi, u l-prattiki tagħhom, kif ukoll l-iżviluppi internazzjonali li jikkonċernaw il-proċikliċità.
B’mod partikolari, dik il-valutazzjoni għandha tistabbilixxi:
jekk il-bidliet introdotti bir-Regolament (UE) 2024/2987 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 34 ) kisbux l-effett mixtieq fir-rigward taż-żieda fil-kompetittività tas-CCPs tal-Unjoni u naqqsux il-piż regolatorju li jkollhom quddiemhom;
jekk il-bidliet introdotti bir-Regolament (UE) 2024/2987 naqqsux iż-żmien għas-suq għal servizzi tal-ikklerjar u prodotti ġodda mingħajr ma kellhom impatt negattiv fuq ir-riskju għas-CCPs, għall-membri tal-ikklerjar tagħhom jew għall-klijenti tagħhom;
jekk l-introduzzjoni tal-possibbiltà għas-CCPs li jimplimentaw direttament bidliet imsemmija fl-Artikolu 15a kellhiex impatt negattiv fuq il-profil tar-riskju tagħhom jew żiditx ir-riskji ġenerali għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, u jekk dik il-possibbiltà għandhiex tiġi emendata.
L-AETS għandha tissottometti rapport dwar l-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Sal-25 ta’ Diċembru 2028, l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni. Dak ir-rapport għandu, f’kooperazzjoni mal-BERS, jivvaluta jekk:
is-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ qabel in-negozjar għandhom jitqiesu bħala sistemikament importanti;
il-forniment ta’ servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ qabel in-negozjar mill-fornituri tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ qabel in-negozjar irriżulta f’riskju akbar għall-ekosistema finanzjarja tal-Unjoni; u
l-eżenzjoni rriżultat fi kwalunkwe ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4.
Fi żmien 18-il xahar mit-trażmissjoni tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-aspetti ppreżentati mill-AETS fir-rapport tagħha. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta adegwata.
Artikolu 86
Proċedura tal-kumitat
Artikolu 87
Emenda għad-Direttiva 98/26/KE
Fl-Arikolu 9(1) tad-Direttiva 98/26/KE, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:
“Meta operatur ta’ sistema jkun ipprovda titolu kollaterali lil operatur ta’ sistema ieħor b’rabta ma’ sistema interoperabbli, id-drittijiet tal-operatur tas-sistema li jipprovdi għal dak it-titolu kollaterali ma għandhomx jiġu affetwati minn proċeduri ta’ insolvenza kontra l-operatur ta’ sistema riċevitur.”
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva 98/26/KE jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 88
Websajts
L-AETS għandha żżom sit elettroniku li jipprovdi d-dettalji li ġejjin:
il-kuntratti eliġibbli għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 5;
il-penali imposti għall-ksur tal-Artikoli 4, 5 u 7 sa 11;
il-kontropartijiet ċentrali awtorizzati li joffru servizzi jew attivitajiet fl-Unjoni li huma stabbiliti fl-Unjoni, u s-servizzi jew l-attivitajiet li huma awtorizzati li jipprovdu jew jagħmlu, inkluż il-klassijiet ta’ strumenti finanzjarji koperti mill-awtorizzazzjoni tagħhom;
il-penali imposti għal ksur tat-Titoli IV u V;
il-kontropartijiet ċentrali awtorizzati li joffru servizzi jew attivitajiet fl-Unjoni stabbiliti f’pajjiż terz, u s-servizzi jew l-attivitajiet li huma awtorizzati li jipprovdu jew jagħmlu, inkluż il-klassijiet ta’ strumenti finanzjarji koperti mill-awtorizzazzjoni tagħhom;
ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet awtorizzati li joffru servizzi jew attivitajiet fl-Unjoni;
il-penali u multi imposti skont l-Artikoli 65 u 66;
ir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 6.
Arttikolu 89
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
L-obbligu tal-ikklerjar stipulat fl-Artikolu 4 ma għandux japplika għal kuntratti tad-derivattivi OTC kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu li jidħlu għalihom arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet mis-17 ta' Awwissu 2018 sas-16 ta' Ġunju 2019.
Il-kuntratti tad-derivati OTC, li altrimenti jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4, li jikkonkludu dawn l-entitajiet matul dan il-perjodu għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 11.
L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit tal-web tagħha lista ta’ tipi ta’ entitajiet u tipi ta’ arranġamenti msemmijin fl-Artikolu 2(10)(c)(d) li ngħataw eżenzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu. Biex tissaħħaħ aktar il-konsistenza fl-eżiti ta’ superviżjoni l-AETS għandha tagħmel reviżjoni kull sena minn pari tal-entitajiet inklużi fuq il-lista f’konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Kontroparti ċentrali li tkun ġiet awtorizzata f’pajjiż terz, li ġiet rikonoxxuta li tipprovdi servizzi ta’ kklerjar fi Stat Membru skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 16, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 47 u 49, għandha tapplika għal rikonoxximent skont l-Artikolu 25 għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 16, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 47 u 49.
Fejn, wara r-rieżami msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-AETS tiddetermina li CCP li tkun ġiet rikonoxxuta qabel l-1 ta’ Jannar 2020 jenħtieġ li tiġi klassifikata bħala CCP tal-Grad 2 f’konformità mal-Artikolu 25(2a), l-AETS għandha tistabbilixxi perijodu ta’ adattament adegwat li ma għandux jeċċedi 18-il xahar li fihom is-CCP għandha tikkonforma mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 25(2b). L-AETS tista’ testendi dak il-perijodu tal-adattament b’mhux aktar minn sitt xhur addizzjonali fuq it-talba motivata tas-CCP jew ta’ kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar fl-Unjoni, fejn tali estensjoni tkun iġġustifikata minn ċirkostanzi eċċezzjonali u mill-impatt fuq il-membri tal-ikklerjar stabbiliti fl-Unjoni.
Fejn awtorità kompetenti awtorizzat kontroparti ċentrali stabbilita f’pajjiż terz biex tipprovdi servizzi ta’ kklerjar skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tagħha qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 16, 26, 29, 34, 41, 42, 45, 47 u 49, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha tinnotifika l-AETS dwar dak ir-rikonoxximent fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 5(1).
Matul il-perijodu tranżitorju stipulat fl-Artikolu 497 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, CCP imsemmija f'dak l-Artikolu għandha tinkludi fl-informazzjoni li għandha tirrapporta f'konformità mal-Artikolu 50c(1) ta' dan ir-Regolament l-ammont totali ta' marġni inizjali, kif definit fil-punt 140 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li tkun irċeviet mill-membri ta' kklerjar tagħha meta jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
is-CCP ma jkollhiex fond inadempjenti;
is-CCP ma jkollhiex fis-seħħ arranġament vinkolanti mal-membri ta' kklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu riċevut minn dawk il-membri ta' kklerjar daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati.
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit f’pajjiż terz, li jkun ġie permess jiġbor jew iżomm ir-rekords ta’ derivati fi Stat Membru skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 9, 56 u 81, għandu japplika għal rikonoxximent skont l-Artikolu 77 fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-istandards tekniċi regolatorji u implimentattivi.
Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit f’pajjiż terz li jkun ġie permess jiġbor jew iżomm ir-rekords ta’ derivati skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji u implimentattivi kollha skont l-Artikoli 56 u 81, jista’ jintuża biex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta’ rappurtar skont l-Artikolu 9 sakemm tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament.
B’deroga mill-Artikolu 37(1), CCP tista’ tippermetti lil CCPs jew kmamar tal-ikklerjar oħra li kienu l-membri tal-ikklerjar tagħha, direttament jew indirettament, mill-31 ta’ Diċembru 2023 biex jibqgħu l-membri tal-ikklerjar tagħha sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Diċembru 2026.
Arranġament tal-interoperabbiltà stabbilit bejn CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 u CCP li la tkun awtorizzata skont l-Artikolu 14 u lanqas rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 ma għandux jitkompla qabel il-25 ta’ Ġunju 2025. Jekk is-CCP li jkun stabbilit dak l-arranġament tal-interoperabbiltà magħha ssir awtorizzata skont l-Artikolu 14 jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 qabel il-25 ta’ Ġunju 2025, is-CCPs li huma parti għal dak l-arranġament tal-interoperabbiltà għandhom jiksbu approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom f’konformità mal-Artikolu 54 qabel il-25 ta’ Ġunju 2027.
Artikolu 90
Persunal u riżorsi tal-AETS
Sal-25 ta’ Diċembru 2027, l-AETS għandha tivvaluta l-ħtiġijiet tagħha rigward persunal u riżorsi fir-rigward tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha taħt dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Artikolu 91
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Lista ta’ ksur imsemmi fl-Artikolu 65(1)
Ksur relatat ma’ rekwiżiti organizzattivi jew konflitti ta’ interess:
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(1) billi ma jkollux arranġamenti ta’ governanza robusti li jinkludu struttura organizzattiva ċara b'linji tar-responsabilità definiti b'mod ċar, trasparenti u konsistenti u mekkaniżmi tal-kontroll intern adegwati, inklużi proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità sodi, li jipprevjenu ta’ żvelar tal-informazzjoni kunfidenzjali;
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(2) billi ma jżommx jew joperax arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-miktub sabiex jidentifika u jimmaniġġja kwalunkwe konflitt ta’ interess potenzjali li jikkonċerna l-maniġers tiegħu, l-impjegati tiegħu, jew kwalunkwe persuna direttament jew indirettament konnessa magħhom permezz ta’ konnessjonijiet mill-qrib;
repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(3) billi ma jistabbilixxix politiki u proċeduri adegwati u suffiċjenti biex tkun żgurata l-konformità tiegħu, inkluża dik tal-maniġers u l-impjegati tiegħu, mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament;
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(4) billi ma jżommx jew ma joperax struttura organizzattiva adegwata biex ikunu żgurati l-kontinwità u l-funzjonament tajjeb tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tiegħu;
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(5) billi ma jisseparax b'mod operattiv is-servizzi anċillari mill-funzjoni tiegħu li jiġbor u jżomm f'post ċentrali r-rekords tad-derivati;
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(6) billi ma jiżgurax li d-diriġenza għolja u l-membri tal-bord għandhom reputazzjoni u esperjenza tajba biżżejjed sabiex ikun żgurat il-maniġment sod u prudenti tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet;
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(7) billi ma jkollux rekwiżiti oġġettivi, mhux diskriminatorji u żvelati pubblikament għal aċċess minn fornituri tas-servizzi u impriżi soġġetti għall-obbligu tar-rappurtar skont l-Artikolu 9;
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(8) billi ma jiżvelax pubblikament il-prezzijiet u t-drittijiet assoċjati mas-servizzi pprovduti skont dan ir-Regolament billi ma jippermettix lill-entitajiet ta’ rappurtar li jkollhom aċċess għal servizzi speċifiċi separatament jew billi japplika prezzijiet u drittijiet li ma jkunux relatati mal-ispejjeż;
repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser il-punt (a) tal-Artikolu 78(9) billi ma jistabbilixxix proċeduri adegwati għar-rikonċiljazzjoni effettiva tad-data bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet;
repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser il-punt (b) tal-Artikolu 78(9) billi ma jistabbilixxix proċeduri adegwati biex jivverifika l-kompletezza u l-korrettezza tad-data rapportata;
repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser il-punt (c) tal-Artikolu 78(9) billi ma jistabbilixxix politika adegwata għat-trasferiment b'ordni ta' data lejn repożitorji tat-tranżazzjonijiet oħrajn meta mitlub mill-kontropartijiet u s-CCPs imsemmija fl-Artikolu 9 jew meta jkun meħtieġ mod ieħor.
Ksur relatat ma’ rekwiżiti operattivi:
repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 79(1) billi ma jidentifikax is-sorsi ta’ riskju operazzjonali jew billi ma jimminimizzax dawk ir-riskji permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa, inkluż sistemi tal-ICT ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554;
repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 79(2) billi ma jistabbilixxix, ma jimplimentax jew ma jżommx politika adegwata ta’ kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru minn diżastri stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, bl-għan li jiżgura ż-żamma tal-funzjonijiet tiegħu, l-irkupru bla dewmien tal-operazzjonijiet u l-issodisfar tal-obbligi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet;
▼M17 —————
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 80(2) billi juża d-data li jirċievi skont dan ir-Regolament għal finijiet kummerċjali ma l-kontropartijiet rilevanti jkunu taw il-kunsens tagħhom;
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 80(3) billi ma jirreġistrax minnufih l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 9 u billi ma jżommhiex għal mill-inqas għaxar snin wara t-terminazzjoni tal-kuntratti rilevanti jew billi ma jużax proċeduri ta’ żamma ta’ rekords puntwali u effiċjenti biex jirreġistra bidliet li saru f'informazzjoni rreġistrata;
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 80(4) billi ma jikkalkulax il-pożizzjonijiet skont il-klassi tad-derivati u bl-entità abbażi tad-dettalji tal-kuntratti tad-derivati rrappurtati skont l-Artikolu 9;
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 80(5) billi ma jippermettix lill-partijiet għal kuntratt li jkollhom aċċess għal u jikkoreġu informazzjoni dwar dak il-kuntratt fi żmien debitu;
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 80(6) billi ma jiħux il-passi kollha raġonevoli biex jimpedixxi kwalunkwe użu ħażin tal-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tiegħu.
Ksur relatat mat-trasparenza u d-disponibbiltà tal-informazzjoni:
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 81(1) billi ma jippubblikax regolarment, b'mod faċilment aċċessibbli, pożizzjonijiet aggregati skont il-klassi tad-derivati dwar il-kuntratti rrapportati lilu;
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 81(2) billi ma jippermettix lill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 81(3) li jkollhom aċċess dirett u immedjat għad-dettalji tal-kuntratti tad-derivati li huma jeħtieġu biex iwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom.
Ksur relatat mal-ostakoli għall-attivitajiet superviżorji:
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 61(1) billi jipprovdi informazzjoni mhux korretta jew li tiżgwida bħala tweġiba għal talba sempliċi għal informazzjoni mill-AETS skont l-Artikolu 61(2) jew bħala tweġiba għal deċiżjoni mill-AETS li tkun teħtieġ informazzjoni skont l-Artikolu 61(3);
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jipprovdi tweġibiet inkorretti jew li jiżgwidaw għal mistoqsijiet li jkunu saru skont l-Artikolu 62(1)(c);
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ma jikkonformax fi żmien debitu ma’ miżura superviżorja adottata mill-AETS skont l-Artikolu 73;
repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 55(4) billi ma jinnotifikax lill-AETS fil-ħin debitu b'kull tibdil materjali fil-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tiegħu.
ANNESS II
Lista ta’ koeffiċjenti marbutin ma’ fatturi aggravanti u attenwanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65(3)
Il-koeffiċjenti li ġejjin għandhom ikunu applikabbli, b'mod kumulattiv, għall-ammonti bażiċi msemmija fl-Artikolu 65(2);
Koeffiċjenti tal-aġġustamenti marbutin ma’ fatturi aggravanti:
jekk il-ksur jitwettaq ripetutament, għal kull darba li jiġi ripetut, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta’ 1,1;
jekk il-ksur jitwettaq għal aktar minn 6 xhur, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta’ 1,5;
jekk il-ksur ikun żvela dgħufijiet sistemiċi fl-organizzazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, b'mod partikolari fil-proċeduri, is-sistemi tal-maniġment jew il-kontrolli interni tiegħu, għandu japplika koeffiċjent ta’ 2,2;
jekk il-ksur ikollu impatt negattiv fuq il-kwalità tad-data li jżomm, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,5;
jekk il-ksur twettaq intenzjonalment, għandu japplika koeffiċjent ta’ 2;
jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta’ rimedju minn meta kien identifikat il-ksur, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,7;
jekk id-diriġenza għolja tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ma jkunx ikkoopera mal-AETS fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tiegħu, għandu japplikakoeffiċjent ta’ 1,5.
Koeffiċjenti tal-aġġustamenti marbutin ma’ fatturi attenwanti:
jekk il-ksur ikun twettaq għal inqas minn għaxart ijiem ta’ xogħol, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 0,9;
jekk id-diriġenza għolja tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jista' juri li jkun ħa l-miżuri meħtieġa kollha biex jimpedixxi l-ksur, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 0,7;
jekk ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun ressaq malajr, b'mod effettiv u komplet, il-ksur għall-attenzjoni tal-AETS, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 0,4;
jekk ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun ħa miżuri b'mod volontarju biex ikun żgurat li ksur simili ma jkunx jista' jitwettaq fil-futur, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 0,6.
ANNESS III
Lista ta’ ksur imsemmi fl-Artikolu 25j(1)
Ksur relatat ma’ rekwiżiti kapitali:
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 16(1) jekk ma jkollhiex kapital inizjali permanenti u disponibbli ta’ mill-inqas EUR 7,5 miljun;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 16(2) jekk ma jkollhiex kapital, inkluż dħul u riżervi miżmuma, li jkun proporzjonat għar-riskju li jirriżulta mill-attivitajiet tagħha u li dejjem ikun suffiċjenti sabiex jiżgura stralċ jew ristrutturar ordnat tal-attivitajiet fuq perijodu ta’ żmien adatt u protezzjoni adegwata lis-CCP kontra riskji tal-kreditu, tal-kontroparti, tas-suq, operazzjonali, legali u kummerċjali li mhumiex diġà koperti minn riżorsi finanzjarji speċifiċi kif imsemmi fl-Artikoli 41 sa 44.
Ksur relatat ma’ rekwiżiti organizzazzjonali jew kunflitti ta’ interess:
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(1) jekk ma jkollhiex arranġamenti ta’ governanza robusti li jinkludu struttura organizzazzjonali ċara b’linji ta’ responsabbiltà definiti sew, trasparenti u konsistenti, proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u r-rapportar tar-riskji li għalihom hija jew tista’ tkun esposta u mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati, inklużi proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi jew billi ssir membru tal-ikklerjar, klijent, jew tistabbilixxi arranġamenti tal-ikklerjar indiretti ma’ membru tal-ikklerjar bl-għan li twettaq attivitajiet tal-ikklerjar f’CCP oħra, sakemm tali attivitajiet tal-ikklerjar ma jitwettqux skont arranġament tal-interoperabbiltà skont it-Titolu V jew meta twettaq il-politiki ta’ investiment tagħha skont l-Artikolu 47;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(2) jekk ma tadottax politiki u proċeduri adegwati li jkunu effettivi biżżejjed sabiex jiżguraw il-konformità, inkluża dik tal-maniġers u l-impjegati tagħha, ma’ dan ir-Regolament;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(3) billi ma żżommx jew ma toperax struttura organizzazzjonali li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament ordnat fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tagħha jew jekk ma tużax sistemi, riżorsi jew proċeduri xierqa u proporzjonati inkluż sistemi tal-ICT ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(4) jekk ma żżommx separazzjoni ċara bejn il-linji tar-rapportar għall-immaniġġjar tar-riskju u dawk għal operazzjonijiet oħra tas-CCP;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(5) jekk ma tadottax, ma timplimentax jew ma żżommx fis-seħħ politika ta’ rimunerazzjoni li tippromwovi ġestjoni tar-riskju soda u effikaċi u li ma toħloqx inċentivi biex titnaqqas ir-rigorożità tal-istandards tar-riskji;
▼M17 —————
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(7) jekk ma tagħmilx l-arranġamenti ta’ governanza tagħha, ir-regoli li jirregolaw is-CCP, jew il-kriterji ta’ ammissjoni tagħha għal sħubija tal-ikklerjar disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(8) jekk ma tkunx soġġetta għal verifiki frekwenti u indipendenti, jew jekk ma tikkomunikax ir-riżultati ta’ dawk il-verifiki lill-bord jew jekk ma tagħmilx dawk ir-riżultati disponibbli għall-AETS;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 27(1) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) jekk ma tiżgurax li d-diriġenza għolja u l-membri tal-bord ikunu ta’ reputazzjoni tajba u ta’ esperjenza biżżejjed biex jiżguraw l-immaniġġjar sod u prudenti tas-CCP;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 27(2) jekk ma tiżgurax li mill-inqas terz, iżda mhux anqas minn tnejn, mill-membri ta’ dak il-bord ikunu indipendenti jew jekk ma tistedinx lir-rappreżentanti tal-klijenti tal-membri tal-ikklerjar għal-laqgħat tal-bord għal kwistjonijiet rilevanti għall-Artikoli 38 u 39 jew jekk torbot il-kumpens tal-membri independenti u l-membri l-oħra mhux eżekuttivi tal-bord mal-prestazzjoni kummerċjali tas-CCP;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 27(3) jekk ma tiddeterminax b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabiltajiet tal-bord jew billi ma tagħmilx il-minuti tal-laqgħat tal-bord disponibbli għall-AETS jew għall-awdituri;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 28(1) jekk ma tistabbilixxix kumitat tar-riskju jew ma tgħammarx lil dak il-kumitat tar-riskju b’rappreżentanti tal-membri tal-ikklerjar tagħha, membri indipendenti tal-bord u rappreżentanti tal-klijenti tagħha, jekk tgħammar lill-kumitat tar-riskju b’tali mod li wieħed minn dawk il-gruppi ta’ rappreżentanti jkollu maġġoranza fil-kumitat tar-riskju, jew jekk ma tinformax lill-AETS bl-attivitajiet u d-deċiżjonijiet tal-kumitat tar-riskju meta l-AETS tkun talbet li tiġi informata kif dovut;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 28(2) jekk ma tiddeterminax b’mod ċar il-mandat, l-arranġamenti ta’ governanza biex tiġi żgurata l-indipendenza tagħha, il-proċeduri operazzjonali, il-kriterji tal-ammissjoni jew il-mekkaniżmu li bih jiġu eletti l-membri tal-kumitat tar-riskju, jew jekk ma tagħmilx dawk l-arranġamenti ta’ governanza pubblikament disponibbli jew jekk ma tiddeterminax li l-kumitat tar-riskju jkun presedut minn membru tal-bord indipendenti u jirrapporta direttament lill-bord u jkollu laqgħat regolari;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 28(3) jekk ma tippermettix lill-kumitat tar-riskju jagħti parir lill-bord dwar kwalunkwe arranġament li jista’ jkollu impatt fuq il-ġestjoni tar-riskji tas-CCP jew jekk ma tagħmilx sforzi raġonevoli biex tikkonsulta l-kumitat tar-riskju dwar żviluppi li jkollhom impatt fuq il-ġestjoni tar-riskju tas-CCP f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 28(5) jekk ma tinfurmax minnufih lill-AETS bi kwalunkwe deċiżjoni li fiha l-bord jiddeċiedi li ma jsegwix il-parir tal-kumitat tar-riskju;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 29(1) jekk ma żżommx ir-rekords kollha dwar is-servizzi u l-attività pprovduti minn dik is-CCP għal perijodu ta’ mhux inqas minn għaxar snin, li huma meħtieġa sabiex l-AETS tkun tista’ timmonitorja l-konformità tas-CCP ma’ dan ir-Regolament;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 29(2) billi ma żżommx, għal perijodu ta’ mhux anqas minn għaxar snin wara t-terminazzjoni ta’ kuntratt, l-informazzjoni kollha dwar il-kuntratti kollha li tkun ipproċessat b’tali mod li jippermetti l-identifikazzjoni tat-termini oriġinali ta’ transazzjoni qabel l-ikklerjar minn dik is-CCP;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 29(3) jekk ma tagħmilx ir-rekords u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 29, jew l-informazzjoni kollha dwar il-pożizzjonijiet tal-kuntratti kklerjati, irrispettivament mill-post fejn ikunu twettqu t-transazzjonijiet, disponibbli fuq talba għall-AETS u għall-membri rilevanti tas-SEBĊ;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 30(1) jekk ma tinfurmax, jew tagħmel dan b’mod falz jew mhux komplut, lill-AETS bl-identitajiet tal-azzjonisti jew membri tagħha, kemm jekk diretti jew indiretti, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li għandhom parteċipazzjoni kwalifikatorja jew bl-ammonti ta’ dawn il-parteċipazzjonijiet;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 30(4) jekk tippermetti li l-persuni msemmijin fl-Artikolu 30(1) jeżerċitaw influwenza li aktarx li tkun ta’ preġudizzju għall-ġestjoni soda u prudenti tas-CCP;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 31(1) jekk ma tinnotifikax, jew tinnotifika b’mod falz jew mhux komplut, lill-AETS bi kwalunkwe bidla fil-ġestjoni tagħha jew jekk ma tipprovdix lill-AETS l-informazzjoni neċessarja kollha biex tivvaluta l-konformità mal-Artikolu 27(1) jew mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2);
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 33(1) jekk ma żżommx fis-seħħ jew ma toperax arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-miktub għall-identifikazzjoni u l-immaniġġar ta’ kwalunkwe konflitt ta’ interess potenzjali bejnha, inklużi l-maniġers tagħha, l-impjegati tagħha, jew kwalunkwe persuna b’kontroll dirett jew indirett jew konnessjonijiet mill-qrib, u l-membri tal-ikklerjar tagħha jew il-klijenti tagħhom magħrufin mas-CCP jew billi ma żżommx fis-seħħ jew ma timplimentax proċeduri adegwati bl-għan tas-soluzzjoni ta’ konflitti ta’ interess possibbli;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 33(2) jekk ma tiżvelax b’mod ċar in-natura ġenerali jew is-sorsi tal-konflitti ta’ interess, qabel ma taċċetta transazzjonijiet ġodda mill-membru tal-ikklerjar ikkonċernat, lill-membru tal-ikklerjar jew lil klijent ikkonċernat ta’ dak il-membru tal-ikklerjar li huwa magħruf mis-CCP meta l-arranġamenti organizzazzjonali jew amministrattivi ta’ dik is-CCP biex timmaniġġja konflitt ta’ interess ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw, b’fiduċja raġonevoli, li r-riskji ta’ ħsara għall-interess ta’ membru tal-ikklerjar jew klijent jiġu evitati;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 33(3) jekk ma tikkunsidrax fl-arranġamenti bil-miktub tagħha kwalunkwe ċirkostanza, li hija jew għandha tkun konxja minnha, li tista’ twassal għal konflitt ta’ interess li jirriżulta b’konsegwenza tal-istruttura u l-attivitajiet tan-negozju ta’ impriżi oħra li magħhom hija għandha relazzjoni ta’ impriża prinċipali jew sussidjarja;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 33(5) jekk ma tiħux il-passi raġonevoli kollha għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe użu ħażin tal-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tagħha jew biex tipprevjeni l-użu ta’ dik l-informazzjoni għal attivitajiet kummerċjali oħrajn, jew minn persuna fiżika li għandha rabta mill-qrib ma’ CCP jew persuna ġuridika li għandha relazzjoni ta’ impriża prinċipali jew sussidjarja mas-CCP waqt li tuża l-informazzjoni konfidenzjali rreġistrata f’dik is-CCP għal kwalunkwe użu kummerċjali mingħajr il-kunsens mogħti minn qabel tal-klijent li lilu tkun tappartjeni din l-informazzjoni kunfidenzjali;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 36(1) jekk ma taġixxix b’mod ġust u professjonali skont l-aħjar interessi tal-membri tal-ikklerjar tagħha u l-klijenti tagħhom;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 36(2) jekk ma jkollhiex regoli aċċessibbli, trasparenti u ġusti biex tittratta l-ilmenti fil-pront;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 37(1) jew (2) jekk tuża, fuq bażi kontinwa, kriterji ta’ ammissjoni diskriminatorji, mhux trasparenti jew soġġettivi, jew jekk tonqos b’mod ieħor milli tiżgura aċċess ġust u miftuħ għal dik is-CCP fuq bażi kontinwa jew jekk tonqos milli tiżgura fuq bażi kontinwa li l-membri tal-ikklerjar tagħha jkollhom riżorsi finanzjarji u kapaċità operattiva suffiċjenti biex iwettqu l-obbligi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f’dik is-CCP, jew jekk ma jkollhiex kriterji tal-ammissjoni li jiżguraw li s-CCPs jew il-kmamar tal-ikklerjar ma jistgħux ikunu membri tal-ikklerjar, direttament jew indirettament, tas-CCP, jew jekk tonqos milli tagħmel rieżami komprensiv tal-konformità mill-membri tal-ikklerjar tagħha fuq bażi annwali;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 37(1a) billi taċċetta kontropartijiet mhux finanzjarji bħala membri tal-ikklerjar meta tali kontropartijiet ma jkunux urew kif biħsiebhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marġni u l-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza, jew billi tonqos milli tirrieżamina l-arranġamenti stabbiliti biex timmonitorja li tkun issodisfata l-kundizzjoni biex tali kontropartijiet mhux finanzjarji jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 37(4) jekk tonqos milli jkollha proċeduri oġġettivi u trasparenti għas-sospensjoni u l-ħruġ ordnat ta’ membri tal-ikklerjar li ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji msemmijin fl-Artikolu 37(1);
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 37(5) jekk tirrifjuta l-aċċess għal membru tal-ikklerjar li jissodisfa l-kriterji msemmijin fl-Artikolu 37(1) meta dan ir-rifjut għall-aċċess ma jkunx debitament ġustifikat bil-miktub u bbażat fuq analiżi tar-riskju komprensiva;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(1) jekk ma tippermettix lill-klijenti tal-membri tal-ikklerjar tagħha aċċess separat għas-servizzi speċifiċi pprovduti;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 39(7) jekk ma toffrix il-livelli differenti ta’ segregazzjoni msemmijin f’dak il-paragrafu skont termini kummerċjali raġonevoli.
Ksur relatat ma’ rekwiżiti operazzjonali:
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 34(1) billi ma tistabbilixxix, ma timplimentax jew ma żżommx politika adegwata ta’ kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru minn diżastri stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, bl-għan li tiżgura l-preservazzjoni tal-funzjonijiet tagħha, l-irkupru fil-ħin tal-operazzjonijiet u t-twettiq tal-obbligi tas-CCP, li tal-inqas jippermetti l-irkupru tat-tranżazzjonijiet kollha fil-waqt tat-tfixkil biex jippermetti li s-CCP tkompli topera b’ċertezza u tikkompleta s-saldu fid-data skedata;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 34(2) jekk ma tistabbilixxix, ma timplimentax jew ma żżommx fis-seħħ proċedura adegwata li tiżgura saldu fil-ħin u ordnat jew it-trasferiment tal-assi u tal-pożizzjonijiet tal-klijenti u tal-membri tal-ikklerjar fil-każ li r-rikonoxximent jiġi rtirat f’konformità ma’ deċiżjoni skont l-Artikolu 25;
CCP tal-Grad 2 tikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35(1) billi testernalizza attivitajiet ewlenin marbuta mal-ġestjoni tar-riskju ta’ dik is-CCP mingħajr l-approvazzjoni mill-AETS;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 39(1) jekk ma żżommx rekords u kontijiet separati li jippermettulha, fi kwalunkwe ħin u mingħajr dewmien, li tiddistingwi fil-kontijiet mas-CCP l-assi u l-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont ta’ membru tal-ikklerjar wieħed mill-assi u l-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont ta’ kwalunkwe membru tal-ikklerjar ieħor u mill-assi tagħha stess;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 39(2) jekk ma toffrix li żżomm u ma żżommx, meta hekk mitluba, rekords u kontijiet separati li jippermettu li kull membru tal-ikklerjar jiddistingwi fil-kontijiet mas-CCP l-assi u l-pożizzjonijiet ta’ dak il-membru tal-ikklerjar minn dawk miżmumin għall-kontijiet tal-klijenti tagħha;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 39(3) jekk ma toffrix li żżomm u ma żżommx, meta hekk mitluba, rekords u kontijiet separati li jippermettu li kull membru tal-ikklerjar jiddistingwi fil-kontijiet mas-CCP l-assi u l-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont ta’ klijent minn dawk miżmumin għall-kont ta’ klijenti oħrajn, jew jekk ma toffrix lill-membri tal-ikklerjar tagħha l-possibilità li jiftħu iktar kontijiet f’isimhom stess għall-kont tal-klijenti tagħhom meta hekk mitluba;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 40 jekk ma tkejjilx u tivvaluta l-likwidità tagħha u l-espożizzjonijiet tal-kreditu tagħha għal kull membru tal-ikklerjar u, fejn rilevanti, għal CCP oħra li magħha tkun ikkonkludiet arranġament dwar l-interoperabbiltà, fuq bażi ta’ kważi ħin reali jew jekk ma jkollhiex aċċess għas-sorsi tal-ipprezzar rilevanti sabiex tkun tista’ tkejjel l-espożizzjonijiet tagħha b’mod effettiv fuq bażi raġonevoli ta’ kost;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 41(1) jekk ma timponix, ma tappellax għall-marġni jew ma tiġborx marġni biex tillimita l-espożizzjonijiet tal-kreditu tagħha mill-membri tal-ikklerjar tagħha, u meta rilevanti, minn CCPs li magħhom tkun ikkonkludiet arranġament dwar l-interoperabbiltà, jew jekk timponi, tappella għall-marġni, jew tiġbor marġni li ma jkunux suffiċjenti biex ikopru l-espożizzjonijiet li s-CCP tistma li se jseħħu sal-likwidazzjoni tal-pożizzjonijiet rilevanti jew biex ikopru t-telfiet li jirriżultaw minn tal-inqas 99 % tal-movimenti fl-espożizzjonijiet fuq firxa adegwata ta’ żmien jew suffiċjenti biex jiżguraw li CCP tikkollateralizza b’mod sħiħ l-espożizzjonijiet tagħha mal-membri tal-ikklerjar kollha tagħha, u meta rilevanti mas-CCPs kollha li magħhom tkun ikkonkludiet arranġamenti dwar l-interoperabbiltà, mill-inqas fuq bażi ta’ kuljum, jew, billi naqset milli kontinwament timmonitorja u tirrevedi l-livell ta’ marġni biex jirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq attwali filwaqt li jittieħed kont ta’ kwalunkwe effett potenzjalment proċikliku;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 41(2) jekk tonqos milli tadotta mudelli u parametri meta tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-marġini tagħha li jaqbdu l-karatteristiċi tar-riskju tal-prodotti kklerjati b’kont meħud tal-intervall bejn il-ġbir tal-marġini, il-likwidità tas-suq u l-possibilità ta’ bidliet tul id-durata tat-tranżazzjoni;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 41(3) jekk ma ssejjaħx u ma tiġborx marġnijiet fuq bażi tal-istess ġurnata, tal-inqas meta jinqabżu l-limiti predefiniti jew jekk iżżomm pagamenti tal-marġni ta’ varjazzjoni tal-istess ġurnata wara li tkun ġabret dawn il-pagamenti kollha dovuti, minflok ma tgħaddihom, meta possibbli;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 42(3) jekk ma żżommx fis-seħħ fond tal-inadempjenza li tal-inqas jippermettilha tirreżisti, taħt kondizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli, l-inadempjenza tal-membru tal-ikklerjar li għalih għandha l-akbar espożizzjonijiet, jew tat-tieni jew it-tielet l-akbar membri tal-ikklerjar jekk is-somma tal-espożizzjonijiet tagħhom tkun akbar, jew jekk tiżviluppa xenarji li ma jinkludux l-aktar perijodi volatili li jkunu ġew esperjenzati mis-swieq li lilhom is-CCP tipprovdi s-servizzi tagħha u firxa ta’ xenarji futuri potenzjali, li jqisu l-bejgħ għall-għarrieda ta’ riżorsi finanzjarji u tnaqqis rapidu fil-likwidità tas-suq;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 43(2) jekk il-fond tal-inadempjenza tagħha msemmi fl-Artikolu 42 u r-riżorsi finanzjarji l-oħrajn tagħha msemmijin fl-Artikolu 43(1) ma jippermettulhiex li tkun tista’ tirreżisti f’kull ħin l-inadempjenza ta’ mill-inqas iż-żewġ membri tal-ikklerjar li għalihom għandha l-akbar espożizzjonijiet taħt kondizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 44(1) jekk ma jkollhiex aċċess f’kull ħin għal likwidità adegwata biex twettaq is-servizzi u l-attivitajiet tagħha jew jekk ma tkejjilx ta’ kuljum il-ħtiġijiet potenzjali ta’ likwidità tagħha;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 45(1), (2) u (3) jekk ma tużax il-marġini li jiddaħħlu minn membru tal-ikklerjar inadempjenti qabel riżorsi finanzjarji oħra biex jiġi kopert it-telf;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 45(4) jekk ma tużax riżorsi proprji ddedikati qabel ma tuża l-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza ta’ membri tal-ikklerjar li mhumiex inadempjenti;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 45a(1) jekk tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet elenkati fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dak il-paragrafu meta l-AETS tkun talbet lis-CCP toqgħod lura milli tieħu kwalunkwe azzjoni bħal din għal perjodu speċifikat mill-AETS;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 46(1) jekk taċċetta kwalunkwe ħaġa oħra għajr kollateral likwidu ħafna b’riskju minimu ta’ kreditu u tas-suq sabiex tkopri l-espożizzjoni inizjali u kontinwa tagħha għall-membri tal-ikklerjar tagħha meta kollateral ieħor ma jkunx permess skont l-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 46(3);
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 46(1) jekk taċċetta garanziji pubbliċi, garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali, meta tali garanziji ma jkunux disponibbli mingħajr kundizzjonijiet fuq talba fil-perjodu ta’ likwidazzjoni msemmi fl-Artikolu 41, jew jekk ma tistabbilixxix, fir-regoli operattivi tagħha, il-livell minimu aċċettabbli ta’ kollateralizzazzjoni għall-garanziji li taċċetta, jew billi taċċetta garanziji pubbliċi, garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali biex tkopri skoperturi għajr l-iskopertura inizjali u kontinwa tagħha għall-membri tal-ikklerjar tagħha li huma kontropartijiet mhux finanzjarji jew għal klijenti ta’ membri tal-ikklerjar, dment li dawk il-klijenti tal-membri tal-ikklerjar ikunu kontropartijiet mhux finanzjarji jew billi, meta garanziji pubbliċi, garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali jiġu pprovduti lis-CCP, ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti skont it-tielet subparagrafu, il-punti (a) sa (e), ta’ dak il-paragrafu;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 47(1) jekk tinvesti r-riżorsi finanzjarji tagħha għajr fi flus kontanti jew fi strumenti finanzjarji likwidi ħafna b’riskju minimu tas-suq u ta’ kreditu u li jkunu kapaċi li jiġu llikwidati b’mod rapidu b’effett avvers minimu fuq il-prezz;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 47(3) jekk ma tiddepożitax strumenti finanzjarji skjerati bħala marġini jew bħala kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza ma’ operaturi ta’ sistemi ta’ saldu ta’ titoli li jiżguraw il-protezzjoni sħiħa ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji meta dawk ikunu disponibbli, jew jekk ma tużax arranġamenti oħra sikuri ħafna ma’ istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 47(4) jekk tagħmel depożiti ta’ flus kontanti għajr permezz ta’ arranġamenti sikuri ħafna ma’ istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati jew inkella permezz tal-użu tal-faċilitajiet permanenti ta’ depożiti tal-banek ċentrali jew mezzi komparabbli oħrajn provduti mill-banek ċentrali;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 47(5) jekk tiddepożita assi ma’ parti terza mingħajr ma tiżgura li l-assi li jappartjenu lill-membri tal-ikklerjar ikunu identifikabbli b’mod separat mill-assi li jappartjenu lis-CCP u mill-assi li jappartjenu lil dik il-parti terza permezz ta’ kontijiet b’titoli differenti fil-kotba tal-parti terza jew kwalunkwe miżuri ekwivalenti oħrajn li jilħqu l-istess livell ta’ protezzjoni, jew jekk ma jkollhiex aċċess minnufih għall-istrumenti finanzjarji meta dan ikun meħtieġ;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 47(6) jekk tinvesti l-kapital tagħha jew l-ammonti li jirriżultaw mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 41 sa 44 fit-titoli tagħha stess jew dawk tal-impriża prinċipali jew sussidjarja tagħha;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 48(1) jekk ma jkollhiex proċeduri dettaljati li għandhom jiġu segwiti meta membru tal-ikklerjar ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ parteċipazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 37 fil-limitu taż-żmien u skont il-proċeduri stabbiliti mis-CCP, jew jekk ma tistabbilixxix fid-dettall il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’każ li l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar ma tkunx iddikjarata mis-CCP, jew jekk ma tagħmilx rieżami ta’ dawn il-proċeduri annwalment;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 48(2) jekk tonqos milli tieħu azzjoni minnufih biex tillimita t-telf u l-pressjonijiet ta’ likwidità li jirriżultaw minn inadempjenzi tal-membri tal-ikklerjar u milli tiżgura li l-għeluq totali ta’ kwalunkwe pożizzjonijiet tal-membru tal-ikklerjar ma jfixkilx l-operazzjonijiet tagħha jew jesponi lill-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti għal telf li ma jistgħux jantiċipaw jew jikkontrollaw;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 48(3) jekk tonqos milli tinforma lill-EMSA minnufih qabel ma tiġi ddikjarata jew skattata l-proċedura ta’ inadempjenza;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 48(4) jekk ma tivverifikax li l-proċeduri tal-inadempjenza tagħha huma infurzabbli u ma tiħux il-passi raġonevoli kollha biex tiżgura li jkollha s-setgħat legali biex tillikwida l-pożizzjonijiet proprjetarji tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti u biex tittrasferixxi jew tillikwida l-pożizzjonijiet tal-klijent tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 49(1) jekk ma teżaminax regolarment il-mudelli u l-parametri adottati biex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti tal-marġini tagħha, il-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza, ir-rekwiżiti tal-kollateral u mekkaniżmi oħra tal-kontroll tar-riskju, u jekk ma tissottoponix il-mudelli għal testijiet tal-istress rigorużi u frekwenti biex tivvaluta r-reżiljenza tagħhom f’kondizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli; jekk ma twettaqx ittestjar retrospettiv biex tivvaluta l-affidabbiltà tal-metodoloġija adottata, jew jekk tonqos milli tikseb validazzjoni indipendenti, jew jekk tonqos milli tinforma lill-AETS bir-riżultati tat-testijiet imwettqa; jew jekk tonqos milli tikseb il-validazzjoni mill-AETS qabel ma tadotta ebda bidla sinifikattiva fil-mudelli u l-parametri fejn l-AETS ma ppermettietx adozzjoni proviżorja ta’ dik il-bidla qabel il-validazzjoni tagħha;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 49(2) jekk ma tittestjax regolarment l-aspetti ewlenin tal-proċeduri tal-inadempjenza tagħha jew jekk tonqos milli tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tiżgura li l-membri tal-ikklerjar kollha jifhmuhom u jkollhom fis-seħħ arranġamenti adegwati biex jirrispondu għal każ ta’ inadempjenza;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50(1) jekk ma tużax, fejn ikun prattiku jew disponibbli, flus tal-bank ċentrali biex issalda t-tranżazzjonijiet tagħha jew jekk ma tiħux passi biex tillimita b’mod strett ir-riskji ta’ saldu bi flus kontanti meta ma jintużawx il-flus tal-bank ċentrali;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50(3) jekk ma teliminax ir-riskji prinċipali permezz tal-użu ta’ mekkaniżmi ta’ konsenja kontra ħlas sa fejn possibbli, meta dik is-CCP ikollha obbligu li tagħmel jew tirċievi konsenji ta’ strumenti finanzjarji;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50a jew l-Artikolu 50b jekk ma tikkalkolax KCCP kif speċifikat f’dawk l-Artikoli jew jekk ma timxix mar-regoli għall-kalkolu ta’ KCCP stabbilit fl-Artikoli 50a(2), 50b u 50d;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50a(3) jekk tikkalkula KCCP inqas minn darba kull tliet xhur jew inqas frekwentement milli rikjest mill-AETS skont l-Artikolu 50a(3);
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 51(2) jekk ma jkollhiex aċċess mhux diskriminatorju, kemm għad-data li tkun teħtieġ għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha minn ċentru tan-negozjar sal-punt li s-CCP tikkonforma mar-rekwiżiti operazzjonali u tekniċi stabbiliti minn dak iċ-ċentru tan-negozjar u għas-sistema ta’ saldu rilevanti;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 52(1) jekk tidħol f’arranġament dwar l-interoperabbiltà mingħajr ma tissodisfa l-ebda wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) sa (d) ta’ dak il-paragrafu;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 53(1) jekk ma tiddistingwix fil-kontijiet l-assi u l-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont ta’ CCP li tkun daħlet f’arranġament dwar l-interoperabbiltà magħha;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 54(1) jekk tidħol f’arranġament tal-interoperabbiltà, jew tagħmel bidla materjali għal arranġament tal-interoperabbiltà approvat skont it-Titolu V, mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-AETS.
Ksur relatat mat-trasparenza u d-disponibbiltà tad-data:
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(1) jekk ma tiżvelax pubblikament il-prezzijiet u t-tariffi ta’ kull servizz provdut separatament, inkluż skontijiet u ribassi u l-kondizzjonijiet għall-benefiċċju minn tali tnaqqis;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(1) jekk ma tiżvelax l-informazzjoni dwar il-kostijiet u d-dħul tas-servizzi tagħha lill-AETS;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(2) jekk ma tiżvelax lill-membri tal-ikklerjar tagħha u lill-klijenti tagħhom ir-riskji assoċjati mas-servizzi pprovduti;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(3) jekk ma tiżvelax lill-membri tal-ikklerjar tagħha jew lill-AETS l-informazzjoni dwar il-prezz użata għall-kalkolu tal-espożizzjonijiet tagħha fi tmiem il-jum lill-membri tal-ikklerjar tagħha jew jekk ma tiżvelax pubblikament il-volum tat-transazzjonijiet ikklerjati għal kull strument ikklerjat mis-CCP fuq bażi aggregata;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(4) jekk ma tiżvelax pubblikament ir-rekwiżiti operazzjonali u tekniċi marbutin mal-protokolli tal-komunikazzjoni li jkopru l-formati tal-kontenut u tal-messaġġ li hija tuża fl-interazzjoni ma’ partijiet terzi, inkluż ir-rekwiżiti operazzjonali u tekniċi msemmijin fl-Artikolu 7;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(5) jekk ma tiżvelax pubblikament kull ksur mill-membri tal-ikklerjar tal-kriterji msemmijin fl-Artikolu 37(1) jew tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 38(1), għajr meta l-AETS tikkunsidra li dan l-iżvelar ikun jikkostitwixxi theddida għall-istabbiltà finanzjarja jew il-fiduċja tas-suq jew jipperikola serjament is-swieq finanzjarji jew jikkawża danni sproporzjonati lill-partijiet involuti;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(6) jekk ma tipprovdix għodda ta’ simulazzjoni lill-membri tal-ikklerjar tagħha li tippermettilhom jiddeterminaw l-ammont tal-marġni inizjali addizzjonali, fil-livell ta’ portafoll, li s-CCP tista’ tirrikjedi mal-ikklerjar ta’ tranżazzjoni ġdida, inkluża s-simulazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni li jaf ikunu soġġetti għalihom f’xenarji differenti, jew jekk ma tagħmilx dik l-għodda aċċessibbli fuq bażi ta’ aċċess sigura;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(7) jekk ma tipprovdix lill-membri tal-ikklerjar tagħha informazzjoni dwar il-mudelli ta’ marġni inizjali użati minnha, kif dettaljat fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dak il-paragrafu, b’mod ċar u trasparenti;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(8) jekk ma tipprovdix, jew ma tipprovdix b’dewmien sinifikanti, b’risposta għal talba minn membru tal-ikklerjar, l-informazzjoni mitluba biex dak il-membru tal-ikklerjar ikun jista’ jikkonforma mal-ewwel subparagrafu ta’ dak il-paragrafu, meta tali informazzjoni ma tkunx diġà ġiet ipprovduta;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 39(7) jekk ma tiżvelax pubblikament il-livelli tal-protezzjoni u l-ispejjeż assoċjati mal-livelli differenti ta’ segregazzjoni li hija tipprovdi;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 49(3) jekk ma tiżvelax pubblikament aspetti ewlenin fir-rigward tal-mudell tal-immaniġġjar tar-riskji tagħha jew il-preżunzjonijiet adottati għat-twettiq tat-test tal-istress imsemmi fl-Artikolu 49(1);
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50(2) jekk ma tiddikjarax b’mod ċar l-obbligi tagħha fir-rigward tal-konsenji ta’ strumenti finanzjarji, inkluż jekk ikollhiex obbligu li tagħmel jew tirċievi konsenja ta’ strument finanzjarju jew li tindennizza lill-parteċipanti għal telf imġarrab fil-proċess tal-konsenja;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50c(1) jekk ma tirrapportax l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 50c(1) lil dawk il-membri tal-ikklerjar tagħha li huma istituzzjonijiet jew lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom;
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50c(2) jekk tinnotifika lil dawk il-membri tal-ikklerjar tagħha li huma istituzzjonijiet inqas minn darba kull tliet xhur jew inqas frekwentement milli rikjest mill-AETS skont l-Artikolu 50c(2).
Ksur relatat ma’ ostakli għall-attivitajiet superviżorji:
CCP tikser l-Artikolu 25f billi tonqos milli tipprovdi informazzjoni bi tweġiba għal deċiżjoni li tirrikjedi informazzjoni skont l-Artikolu 25f(3), jew billi tipprovdi informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba sempliċi għall-informazzjoni mill-AETS f’konformità mal-Artikolu 25f(2) jew bi tweġiba għal deċiżjoni mill-AETS li tkun teħtieġ l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 25f(3);
CCP ta’ Grad 2 jew ir-rappreżentanti tagħha jipprovdu tweġibiet skorretti jew li jiżgwidaw għal mistoqsijiet li jkunu saru skont punt (c) tal-Artikolu 25g(1);
CCP tal-Grad 2 tikser punt (e) tal-Artikolu 25g(1) jekk ma tkunx konformi mat-talba tal-AETS għal rekords tat-telefon jew tat-traffiku tad-data;
CCP tal-Grad 2 twettaq ksur jekk ma tkunx konformi fil-ħin dovut ma’ miżura superviżorja meħtieġa minn deċiżjoni adottata mill-AETS skont l-Artikolu 25q;
CCP tal-Grad 2 twettaq ksur jekk ma toqgħodx għal spezzjoni fil-post meħtieġa minn deċiżjoni ta’ spezzjoni adottata mill-AETS skont l-Artikolu 25 h.
ANNESS IV
Lista tal-koeffiċjenti marbutin ma’ fatturi aggravanti u mitiganti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 25j(3)
Il-koeffiċjenti li ġejjin għandhom ikunu applikabbli, b’mod kumulattiv, għall-ammonti bażiċi msemmijin fl-Artikolu 25j(2):
Koeffiċjenti ta’ aġġustament marbutin ma’ fatturi aggravanti:
jekk il-ksur jitwettaq ripetutament, għal kull darba li jiġi ripetut, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta’ 1,1 ;
jekk il-ksur jitwettaq għal aktar minn sitt xhur, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta’ 1,5 ;
jekk il-ksur ikun żvela dgħufijiet sistemiċi fl-organizzazzjoni tas-CCP, b’mod partikolari fil-proċeduri, fis-sistemi ta’ ġestjoni jew il-kontrolli interni tagħha, għandu japplika koeffiċjent ta’ 2,2 ;
jekk il-ksur ikollu impatt negattiv fuq il-kwalità tal-attivitajiet u s-servizzi tas-CCP, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,5 ;
jekk il-ksur twettaq intenzjonalment, għandu japplika koeffiċjent ta’ 2;
jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta’ rimedju minn meta kien identifikat il-ksur, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,7 ;
jekk id-diriġenza għolja tas-CCP ma tkunx ikkooperat mal-AETS fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tagħha, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,5 .
Koeffiċjenti ta’ aġġustament marbutin ma’ fatturi mitiganti:
jekk il-ksur ikun twettaq għal inqas minn għaxart ijiem ta’ xogħol, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 0,9 ;
jekk id-diriġenza għolja tas-CCP tista’ turi li ħadet il-miżuri kollha neċessarji biex tipprevjeni l-ksur, għandu japplika koeffiċjent ta’ 0,7 ;
jekk is-CCP tkun ġibdet l-attenzjoni tal-AETS għall-ksur malajr, b’mod effettiv u sħiħ, għandu japplika koeffiċjent ta’ 0,4 ;
jekk is-CCP tkun ħadet miżuri volontarji biex tiżgura li ksur simili ma jkunx jista’ jseħħ fil-futur, għandu japplika koeffiċjent ta’ 0,6 .
( 1 ) Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
( 2 ) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
( 3 ) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
( 4 ) Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).
( 5 ) Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).
( 6 ) ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.
( 7 ) ĠU L 390, 30.6.2006, p. 38.
( 8 ) ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.
( 9 ) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.
( 10 ) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
( 11 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tad-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta’ titoli skond id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 340 22.12.2007, p. 66).
( 12 ) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/849/oj).
( 13 ) Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35)
( 14 ) Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
( 15 ) Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 022, 22.1.2021, p. 1).
( 16 ) Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014 p 84).
( 17 ) Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).
( 18 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
( 19 ) Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225 30.7.2014, p. 1).
( 20 ) Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
( 21 ) Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p1).
( 22 ) ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1.
( 23 ) ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43.
( 24 ) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
( 25 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
( 26 ) Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12).
( 27 ) Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).
( 28 ) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
( 29 ) Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014 p 84).
( 30 ) Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 141, 28.5.2019, p. 42).
( 31 ) Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).
( 32 ) Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40).
( 33 ) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 41).
( 34 ) Ir-Regolament (UE) 2024 /2987 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2017/1131 fir-rigward ta’ miżuri sabiex jittaffew l-iskoperturi eċċessivi għal kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi u tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq tal-ikklerjar tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2987, 4.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2987/oj).
( 35 ) ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45.