Eureka 02014R0833-20240224 Sign in

fondi

as defined in Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri…, Article 1, point (zd)

(zd) 

“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull tip, inkluż, iżda mhux limitati għal:

(i) 

flus, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders u strumenti oħra ta' pagament;

(ii) 

depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, djun u obbligi ta' dejn;

(iii) 

titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inkluż stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti ta' derivattivi;

(iv) 

imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew il-valur provenjenti jew iġġenerat minnhom;

(v) 

kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji ta' eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħrajn;

(vi) 

ittri ta' kreditu, poloz ta' kargu, poloz ta' bejgħ; u

(vii) 

dokumenti li jagħtu prova ta' xi interess f'fondi jew f'riżorsi finanzjarji.

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in