02016R0426 — MT — 29.05.2026 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2016/426 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE (ĠU L 081 31.3.2016, p. 99) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2024/2748 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta’ Ottubru 2024 |
L 2748 |
1 |
8.11.2024 |
|
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2016/426 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-9 ta' Marzu 2016
dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Għall-fini ta' dan ir-Regolament, tagħmir jitqies li huwa 'użat b'mod normali' meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
huwa installat b'mod korrett u jingħata “service” b'mod regolari skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;
jintuża b'varjazzjoni normali fil-kwalità tal-gass u bidla normali fil-pressjoni tal-provvista kif stabbilit mill-Istati Membri fil-komunikazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 4(1);
jintuża skont l-iskop maħsub tiegħu jew b'mod li jista' jkun raġonevolment previst.
Dan ir-Regolament ma japplikax għal tagħmir iddisinjat b'mod speċifiku:
sabiex jintuża fil-proċessi industrijali mwettqa f'bini industrijali;
sabiex jintuża fuq inġenji tal-ajru u ferroviji;
għal skopijiet ta' riċerka għal użu temporanju fil-laboratorju.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, tagħmir jitqies li huwa 'ddisinjat b'mod speċifiku' meta d-disinn ikun maħsub biss sabiex jindirizza bżonn speċifiku għal użu jew proċess speċifiku.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“tagħmir” tfisser tagħmir li jaħraq il-karburanti gassużi użati għat-tisjir, it-tkessiħ, il-kundizzjonament tal-arja, it-tisħin tal-post, il-produzzjoni ta' ilma sħun, it-tidwil jew il-ħasil, u anki burners b'kurrent ta' arja sfurzat u korpi ta' tisħin li jkunu mgħammra bit-tali burners;
“fittings” tfisser strumenti ta' sikurezza, strumenti ta' kontroll jew strumenti ta' regolamentazzjoni u sottoassemblaġġi tagħhom, iddisinjati sabiex jiġu inkorporati f'tagħmir jew li għandhom jiġu mmuntati biex jikkostitwixxu tagħmir;
“ħruq” tfisser proċess li fih karburant gassuż jirreaġixxi ma' ossiġenu li jipproduċi sħana jew dawl;
“ħasil” tfisser il-proċess sħiħ ta' ħasil, inkluż it-tnixxif u l-mogħdija;
“tisjir” tfisser l-arti jew il-prattika ta' preparazzjoni jew tisħin ta' ikel għall-konsum bl-użu ta' sħana u li jużaw medda wiesgħa ta' metodi;
“karburant gassuż” tfisser kwalunkwe karburant li huwa fi stat gassuż b'temperatura ta' 15 °C taħt pressjoni assoluta ta' 1 bar;
“proċess industrijali” tfisser l-estrazzjoni, it-tkabbir, l-irfinar, l-ipproċessar, il-produzzjoni, il-manifattura jew it-tħejjija ta' materjali, pjanti, annimali tal-irziezet, prodotti tal-annimali, ikel jew prodotti oħra għall-użu kummerċjali tagħhom;
“bini industrijali” tfisser kwalunkwe post li fih l-attività ewlenija mwettqa hija proċess industrijali li tkun soġġetta għal regolamenti nazzjonali speċifiċi dwar is-saħħa u s-sikurezza;
“familja ta' gass” tfisser grupp ta' karburanti gassużi b'imġiba ta' ħruq simili marbuta flimkien minn medda ta' indiċijiet Wobbe;
“grupp ta' gass” tfisser medda speċifikata ta' indiċijiet Wobbe fi ħdan dik il-familja tal-gass ikkonċernata;
“indiċi Wobbe” tfisser indikatur tal-interkambjabbiltà ta' gassijiet karburanti użati biex titqabbel il-produzzjoni ta' enerġija ta' kombustjoni ta' gassijiet karburanti b'kompożizzjoni differenti f'tagħmir;
“kategorija ta' tagħmir” tfisser l-identifikazzjoni ta' familji ta' gass u/jew gruppi ta' gass li tagħmir huwa mfassal biex jaħraq b'mod sikur u bil-livell ta' prestazzjoni mixtieq, kif indikat mill-marka ta' kategorija tat-tagħmir;
“effiċjenza enerġetika” tfisser il-proporzjon ta' produzzjoni ta' prestazzjoni ta' tagħmir mal-input ta' enerġija;
“tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq” tfisser provvista ta' tagħmir jew fitting għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas jew b'xejn;
“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li tagħmir jew fitting jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni;
“tħaddim” tfisser l-ewwel użu ta' tagħmir fl-Unjoni mill-utent finali tiegħu;
“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura tagħmir jew fitting jew li tiddisinja jew timmanifattura tali tagħmir jew fitting, u tikkummerċjalizza dak it-tagħmir jew fitting taħt ismu jew it-trademark tiegħu jew tuża t-tagħmir għall-iskopijiet tagħha stess;
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fi ħdan l-Unjoni li rċiviet mandat bil-miktub minn manifattur sabiex taġixxi f'ismu fir-rigward ta' kompiti speċifikati;
“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fi ħdan l-Unjoni li tqiegħed fis-suq tal-Unjoni tagħmir jew fitting minn pajjiż terz;
“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, minbarra l-manifattur jew l-importatur, li jqiegħed tagħmir jew fitting għad-dispożizzjoni fis-suq;
“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;
“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jippreskrivi rekwiżiti tekniċi li għandhom ikunu ssodisfati minn tagħmir jew fitting;
“standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif definit fil-punt (c) tal-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;
“akkreditament” tfisser akkreditament kif definit fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
“korp nazzjonali ta' akkreditament” tfisser korp nazzjonali ta' akkreditament kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ġewx issodisfati r-rekwiżiti essenzjali ta' dan ir-Regolament relatati ma' tagħmir jew fitting;
“korp tal-valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni;
“sejħa lura” tfisser kwalunkwe miżura mmirata sabiex tikseb ir-ritorn ta' tagħmir li diġà tqiegħed għad-dispożizzjoni għall-utent finali jew ta' fitting li jkun diġà sar disponibbli għal manifattur ta' tagħmir;
“irtirar” tfisser kwalunkwe miżura mmirata sabiex tipprevjeni tagħmir jew fitting fil-katina tal-provvista milli jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq;
“leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni” tfisser kull leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti;
“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li t-tagħmir jew il-fitting huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħhom;
“oġġetti rilevanti għall-kriżi” tfisser oġġetti rilevanti għall-kriżi kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
“modalità ta’ emerġenza tas-suq intern” tfisser modalità ta’ emerġenza tas-suq intern kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2024/2747.
Artikolu 3
Tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq u tħaddim
Artikolu 4
Kundizzjonijiet tal-provvista tal-gass
Artikolu 5
Rekwiżiti essenzjali
Tagħmir u fittings għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness I li japplikaw għalihom.
Artikolu 6
Moviment liberu
KAPITOLU II
OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI
Artikolu 7
Obbligi tal-manifatturi
Meta l-konformità ta' tagħmir jew fitting ma' rekwiżiti applikabbli tkun intweriet permezz tal-proċedura msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE u jwaħħlu l-marka CE.
Meta jitqies xieraq fir-rigward tar-riskju ppreżentat minn tagħmir, il-manifatturi għandhom, biex iħarsu s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u utenti oħra, iwettqu testijiet tal-kampjun tat-tagħmir imqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq, jinvestigaw, u, jekk ikun hemm bżonn, iżommu reġistru ta' lmenti, ta' tagħmir u fittings mhux konformi u jsejħu lura t-tali tagħmir u fittings, u għandhom iżommu d-distributuri mgħarrfa bi kwalunkwe monitoraġġ bħal dan.
Meta d-daqs jew in-natura tat-tagħmir jew tal-fitting ma jippermettux li jsir hekk, il-manifatturi għandhom jiżguraw li fl-imballaġġ jew f'dokument li jakkumpanja t-tagħmir jew il-fitting tkun provduta l-informazzjoni meħtieġa.
Il-manifatturi għandhom jindikaw fuq il-fitting, isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom, u l-indirizz postali fejn jistgħu jiġu kkuntattjati jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-fitting. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji ta' kuntatt għandhom ikunu f'lingwa li tinftiehem faċilment mill-manifatturi tat-tagħmir u l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-fitting huwa akkumpanjat minn kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, li, inter alia, ikun fiha struzzjonijiet għall-inkorporazzjoni jew l-assemblaġġ, l-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni skont il-punt 1.7 tal-Anness I, f'lingwa li faċilment tista' tinftiehem mill-manifatturi tat-tagħmir, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.
Madankollu, meta għadd kbir ta' fittings jiġu fornuti lil utent wieħed, il-lott jew il-kunsinna kkonċernati jistgħu jkunu akkumpanjati b'kopja unika tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE.
Artikolu 8
Rappreżentanti awtorizzati
L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u l-obbligu li titfassal id-dokumentazzjoni teknika ma għandhomx ikunu parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.
Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat riċevuti mill-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat sabiex tal-inqas jagħmel dan li ġej:
iżomm id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq għal 10 snin wara li t-tagħmir jew il-fitting ikun tqiegħed fis-suq;
fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juri l-konformità tat-tagħmir jew tal-fitting;
jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fuq kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji imposti mit-tagħmir jew il-fittings koperti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.
Artikolu 9
Obbligi tal-importaturi
Qabel ma jqiegħdu fitting fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun wettaq il-proċedura xierqa ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14. Għandhom jiżguraw li l-manifattur fassal id-dokumentazzjoni teknika, li l-fitting ikollu l-marka CE u huwa akkumpanjat minn kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE li, inter alia, ikun fiha l-istruzzjonijiet għall-inkorporazzjoni jew l-assemblaġġ, l-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni skont il-punt 1.7 tal-Anness I, u li l-manifattur ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6).
Meta importatur iqis jew ikollu raġuni għaliex jemmen li tagħmir jew fitting mhuwiex konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I, ma għandux iqiegħed it-tagħmir jew il-fitting fis-suq sakemm isir konformi. Barra minn hekk, fejn it-tagħmir jew il-fitting jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.
L-importaturi għandhom jindikaw, fuq il-fitting, isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata u l-indirizz postali fejn jistgħu jiġu kkuntattjati jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-fitting. Id-dettalji ta' kuntatt għandhom ikunu f'lingwa li tinftiehem faċilment mill-manifatturi tat-tagħmir u mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.
L-importaturi għandhom jiżguraw li l-fitting huwa akkumpanjat minn kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE li, inter alia, ikun fiha struzzjonijiet għall-inkorporazzjoni jew l-assemblaġġ, l-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni skont il-punt 1.7 tal-Anness I, f'lingwa li faċilment tista' tinftiehem mill-manifatturi tat-tagħmir, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 10
Obbligi tad-distributuri
Qabel ma jqiegħdu fitting għad-dispożizzjoni fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-fitting ikollu l-marka CE u li jkun akkumpanjat b'kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE li, inter alia, ikun fiha struzzjonijiet għall-inkorporazzjoni jew l-assemblaġġ, l-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni skont il-punt 1.7 tal-Anness I, b'lingwa li faċilment tista' tinftiehem mill-manifatturi tat-tagħmir, kif determinat mill-Istat Membru konċernat, u li l-manifattur u l-importatur ikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6) u l-Artikolu 9(3) rispettivament.
Meta distributur iqis jew ikollu raġuni għaliex jemmen li tagħmir jew fitting mhuwiex konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I, ma għandux iqiegħed it-tagħmir jew il-fitting għad-dispożizzjoni fis-suq sakemm isir konformi. Barra minn hekk, fejn it-tagħmir jew il-fitting jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq dwar dan.
Artikolu 11
Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri
Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 7, fejn qiegħed tagħmir jew fitting fis-suq taħt ismu jew it-trademark tiegħu, jew jimmodifika tagħmir jew fitting li diġà jkun tqiegħed fis-suq b'tali mod li jista' jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Identifikazzjoni ta' operaturi ekonomiċi
L-operaturi ekonomiċi għandhom, meta jintalbu, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq:
kull operatur ekonomiku li jkun ipprovdihom b'tagħmir jew fitting;
kull operatur ekonomiku li lilu jkunu pprovdew b'tagħmir jew fitting.
L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal 10 snin wara li jkunu ġew ipprovduti bit-tagħmir jew bil-fitting u għal 10 snin wara li jkunu pprovdew it-tagħmir jew il-fitting.
KAPITOLU III
KONFORMITÀ TAT-TAGĦMIR U TAL-FITTINGS
Artikolu 13
Preżunzjoni ta' konformità tat-tagħmir u tal-fittings
It-tagħmir jew fittings li jkunu konformi ma' standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.
Artikolu 14
Proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità għal tagħmir u fittings
Il-konformità tat-tagħmir u tal-fittings manifatturati tas-serje mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu vvalutati permezz tal-eżami tat-tip tal-UE (Modulu B — tip ta' produzzjoni) stipulat fil-punt 1 tal-Anness III, flimkien ma' wieħed mill-moduli li ġejjin, skont liema jagħżel il-manifattur:
konformità tat-tip ibbażata fuq kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma' verifiki ssorveljati tal-prodott f'intervalli mhux regolari (Modulu C2), stipulata fil-punt 2 tal-Anness III;
konformità tat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess tal-produzzjoni (Modulu D), stipulata fil-punt 3 tal-Anness III;
konformità tat-tip ibbażata fuq garanzija tal-kwalità ta' prodott (Modulu E), stipulata fil-punt 4 tal-Anness III;
konformità tat-tip ibbażata fuq verifika ta' prodott (Modulu F), stipulata fil-punt 5 tal-Anness III.
Artikolu 15
Dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE
Artikolu 16
Prinċipji ġenerali tal-marka CE
Il-marka CE għandha tkun soġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
Artikolu 17
Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE
Artikolu 18
Iskrizzjonijiet
KAPITOLU IV
NOTIFIKA TA' KORPI TAL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
Artikolu 19
Notifika
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, b'korpi awtorizzati sabiex iwettqu l-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità tal-parti terza skont dan ir-Regolament.
Artikolu 20
Awtoritajiet notifikanti
Artikolu 21
Rekwiżiti li jirrigwardaw l-awtoritajiet notifikanti
Artikolu 22
Obbligu ta' informazzjoni tal-awtoritajiet notifikanti
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta' korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ ta' korpi notifikanti, u dwar kull bdil li jkun hemm f'dan il-qasam.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 23
Rekwiżiti marbuta ma' korpi notifikati
Korp li jappartjeni għal assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-forniment, l-assemblaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni tat-tagħmir jew il-fittings li jivvaluta jista', bil-kundizzjoni li juri l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess, jista' jitqies li huwa korp bħal dan.
Korp tal-valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu jew il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, manifattura jew kostruzzjoni, kummerċjalizzazzjoni, installazzjoni, użu jew manutenzjoni ta' dak it-tagħmir jew fittings, lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jwettqu dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jieħdu sehem f'ebda attività li tista' toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b'rabta mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b'mod partikolari għas-servizzi ta' konsulenza.
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-subkuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom.
F'kull żmien, u għal kull proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip jew kategorija ta' tagħmir jew fittings li fir-rigward tagħhom ikun notifikat, il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu n-neċessitajiet li ġejjin:
persunal b'għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità;
deskrizzjonijiet ta' proċeduri li f'konformità magħhom titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, waqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta' riproduzzjoni ta' dawk il-proċeduri. Huwa għandu jkollu l-politika u l-proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;
proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet li jqisu d-daqs tal-impriża, is-settur li fih jopera, l-istruttura tiegħu, il-grad ta' kumplessità tat-teknoloġija tat-tagħmir jew fitting ikkonċernat u n-natura ta' massa jew ta' serje tal-proċess ta' produzzjoni.
Korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità b'mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.
Il-persunal responsabbli biex iwettaq kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:
taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha tal-valutazzjoni tal-konformità li għalih il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;
għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jsiru minnu u awtorità adegwata biex jagħmel dawk il-valutazzjonijiet;
għarfien adegwat u fehim tar-rekwiżiti essenzjali, stabbiliti fl-Anness I, tal-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti ta' armonizzazzjoni u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;
il-kapaċità meħtieġa biex ifassal ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru.
Ir-rimunerazzjoni ta' dawk fl-ogħla livell tal-ġestjoni u tal-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ta' korp tal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi fuq l-għadd ta' valutazzjonijiet li jsiru jew fuq ir-riżultati ta' dawk il-valutazzjonijiet.
Artikolu 24
Preżunzjoni ta' konformità ta' korpi notifikati
Fejn korp tal-valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dan għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 sakemm l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 25
Sussidjarji u subkuntrattar ta' korpi notifikati
Artikolu 26
Applikazzjoni għal notifika
Artikolu 27
Proċedura tan-notifika
Korp bħal dan biss għandu jitqies bħala korp notifikat għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 28
Numri ta' identifikazzjoni u listi ta' korpi notifikati
Hi għandha tassenja numru wieħed bħal dan, anki fil-każ fejn il-korp ikun notifikat skont diversi atti tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.
Artikolu 29
Tibdil fin-notifiki
Artikolu 30
Kontestazzjoni tal-kompetenza tal-korpi notifikati
Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 42(2).
Artikolu 31
Obbligi operattivi tal-korpi notifikati
Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jieħdu kont debitu tad-daqs tal-impriża, is-settur li fiha hija topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta' kumplessità tat-teknoloġija tat-tagħmir jew tal-fitting ikkonċernat u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta' produzzjoni.
Meta jagħmlu dan, xorta waħda għandhom jirrispettaw il-grad ta' rigorożità u l-livell ta' protezzjoni meħtieġa għall-konformità tat-tagħmir jew il-fitting ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 32
Appell kontra deċiżjonijiet tal-korpi notifikati
Il-korpi notifikati għandhom jiżguraw li tkun disponibbli proċedura ta' appell kontra d-deċiżjonijiet tagħhom.
Artikolu 33
Obbligi ta' informazzjoni dwar korpi notifikati
Il-korpi notifikati għandhom jinformaw lill-awtorità notifikanti dwar dan li ġej:
kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta' ċertifikat jew deċiżjoni ta' approvazzjoni;
kull ċirkustanza li jkollha effett fuq l-ambitu jew il-kundizzjonijiet għan-notifika;
kull talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità;
fuq talba, l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità li jsiru fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra li twettqet, inklużi attivitajiet transkonfinali u subkuntrattar.
Artikolu 34
Skambju ta' esperjenza
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta' skambji ta' esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli mill-politika tan-notifiki.
Artikolu 35
Koordinazzjoni ta' korpi notifikati
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati taħt dan ir-Regolament u li dawn joperaw kif xieraq f'forma ta' grupp jew gruppi settorjali ta' korpi notifikati.
Il-korpi notifikati għandhom jieħdu sehem fix-xogħol ta' dak il-grupp jew ta' dawk il-gruppi, b'mod dirett jew permezz ta' rappreżentanti nominati.
KAPITOLU V
SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, KONTROLL TAT-TAGĦMIR U L-FITTINGS LI JIDĦLU FIS-SUQ TAL-UNJONI U PROĊEDURA TA' SALVAGWARDJA TAL-UNJONI
Artikolu 36
Is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tat-tagħmir u l-fittings li jidħlu fis-suq tal-Unjoni
L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għat-tagħmir u l-fittings koperti b'dan ir-Regolament.
Artikolu 37
Proċedura fil-livell nazzjonali biex jiġu indirizzati tagħmir jew fittings li jippreżentaw riskju
Meta, tul l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq isibu li t-tagħmir jew il-fitting ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, huma għandhom mingħajr dewmien jeżiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa biex jagħmel it-tagħmir jew il-fitting konformi ma' dawk ir-rekwiżiti, jirtira t-tagħmir jew il-fitting mis-suq, jew li jsejħu lura fi żmien raġonevoli, b'mod li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxu.
L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-korp notifikat rilevanti dwar dan.
L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.
L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tagħmir jew il-fitting mhux konformi, l-oriġini tat-tagħmir jew il-fitting, in-natura tal-allegat nuqqas ta' konformità u r-riskju involut, in-natura u t-tul ta' żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta' konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
in-nuqqas tat-tagħmir jew il-fitting li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mas-saħħa jew is-sikurezza ta' persuni jew mal-protezzjoni tal-annimali domestiċi jew il-proprjetà; jew
nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 13 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.
Artikolu 38
Proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni
Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti.
Artikolu 39
Tagħmir jew fittings konformi li jippreżentaw riskju
L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(3).
Għal raġunijiet indispensabbli ġġustifikati ta' urġenza relatati mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(4).
Artikolu 40
Nuqqas ta' konformità formali
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 37, meta Stat Membru jasal għal xi waħda mill-konklużjonijiet li ġejjin, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jtemm in-nuqqas ta' konformità kkonċernata:
il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament;
il-marka CE ma tkunx twaħħlet;
l-iskrizzjonijiet imsemmija fl-Anness IV ma jkunux twaħħlu jew ikunu twaħħlu bi ksur tal-Artikolu 18;
in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat involut fil-fażi ta' kontroll tal-produzzjoni jkun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 17 jew ma jkunx twaħħal;
id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE ma tkunx tfasslet jew ma tkunx tfasslet korrettament;
kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE ma takkumpanjax il-fitting;
id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew inkella ma tkunx kompleta;
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(6) jew fl-Artikolu 9(3) tkun nieqsa, falza jew inkompleta;
kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 7 jew fl-Artikolu 9 ma ġiex sodisfatt.
KAPITOLU Va
PROĊEDURI TA’ EMERĠENZA
Artikolu 40a
Applikazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza
Madankollu, l-Artikolu 40c(7) ta’ dan ir-Regolament għandu japplika matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tagħha.
Artikolu 40b
Prijoritizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir u tal-fittings iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi
Artikolu 40c
Deroga mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat
It-tagħmir jew il-fitting soġġetti għall-estensjoni tal-validità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom l-informazzjoni li huma tqiegħdu fis-suq jew intużaw għall-iskopijiet tal-manifattur stess bħala “oġġett rilevanti għall-kriżi”. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandha tkun ċara, tiftiehem u intelliġibli u, meta rilevanti, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinata mill-Istat Membru kkonċernat.
Kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom it-tagħmir jew il-fitting jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew jintużaw għall-iskopijiet tal-manifattur stess. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu mill-anqas dawn li ġejjin:
deskrizzjoni tal-proċeduri, li permezz tagħhom intweriet b’suċċess il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;
kwalunkwe rekwiżit speċifiku rigward it-traċċabbiltà tat-tagħmir jew tal-fitting ikkonċernati;
data tat-tmiem tal-validità tal-awtorizzazzjoni, li ma tistax tmur lil hinn mill-aħħar jum tal-perjodu li għalih tkun ġiet attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747;
kwalunkwe rekwiżit speċifiku rigward il-ħtieġa li tiġi żgurata l-valutazzjoni tal-konformità kontinwa fir-rigward tat-tagħmir jew tal-fitting ikkonċernati;
miżuri li għandhom jittieħdu mal-iskadenza jew mad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern fir-rigward tat-tagħmir jew tal-fitting ikkonċernati li tqiegħdu fis-suq jew intużaw għall-iskopijiet tal-manifattur stess.
Artikolu 40d
Preżunzjoni ta’ konformità abbażi ta’ standards u speċifikazzjonijiet komuni
Meta t-tagħmir jew il-fittings ikunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw standards xierqa jew jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għal tali tagħmir jew fittings biex ikopru r-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament fil-każijiet li ġejjin:
meta referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda tali referenza ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli; jew
meta t-tfixkil serju għall-funzjonament tas-suq intern, li wassal għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747, jirrestrinġi b’mod sinifikanti l-possibbiltajiet tal-manifatturi li jagħmlu użu mill-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament u r-referenzi tagħhom diġà jkunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
Artikolu 40e
Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet
KAPITOLU VI
ATTI DELEGATI U PROĊEDURA TAL-KUMITAT
Artikolu 41
Tħaddim tad-delega
Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika abitwali tagħha u li jkollha konsultazzjonijiet ma' esperti, inklużi esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.
Artikolu 42
Proċedura tal-Kumitat
Il-kumitat, barra minn hekk, jista' jeżamina kwalunkwe kwistjoni oħra li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament imqajma jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta' Stat Membru skont ir-regoli ta' proċedura tiegħu.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 43
Penali
Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumissjoni b'dawk ir-regoli sal-21 ta' Marzu 2018 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 44
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Artikolu 45
Tħassir
Id-Direttiva 2009/142/KE hija mħassra b'effett mill-21 ta' April 2018.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 46
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika il-21 ta' April 2018, bl-eċċezzjoni ta':
l-Artikoli 4, 19 sa 35 u 42 u l-Anness II, li għandhom japplikaw mill-21 ta' Ottubru 2016;
L-Artikolu 43(1), li għandu japplika mill-21 ta' Marzu 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
REKWIŻITI ESSENZJALI
OSSERVAZZJONIJIET PRELIMINARI:
|
1. |
Ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan ir-Regolament huma obbligatorji. |
|
2. |
Ir-rekwiżiti essenzjali għandhom jiġu interpretati u applikati b'tali mod li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-qagħda attwali u l-prattika kurrenti fi żmien id-disinn u l-manifattura kif ukoll kunsiderazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi li huma konsistenti ma' grad għoli ta' effiċjenza enerġetika u ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza. |
1. REKWIŻITI ĠENERALI
|
1.1. |
It-tagħmir għandu jiġi ddisinjat u jinbena b'tali mod li jopera b'mod sikur u ma jippreżenta ebda periklu lil persuni, annimali domestiċi jew proprjetà, meta jintużaw b'mod normali. Il-fittings għandhom jiġu ddisinjati u jinbnew b'tali mod li jissodisfaw kif suppost l-iskop intiż tagħhom meta jkunu inkorporati f'tagħmir jew jiġu mmuntati sabiex jikkostitwixxu t-tagħmir. |
|
1.2. |
Il-manifattur huwa obbligat janalizza r-riskji sabiex jidentifika dawk li japplikaw għat-tagħmir domestiku jew il-fitting tiegħu. Imbagħad għandu jiddisinja u jibnih wara li jqis il-valutazzjoni tar-riskju tiegħu. |
|
1.3. |
Meta jagħżel l-iktar soluzzjonijiet xierqa, il-manifattur għandu japplika l-prinċipji stipulati hawn taħt, fl-ordni li ġej:
(a)
jelimina jew inaqqas ir-riskji kemm jista' jkun (disinn u binja sikuri b'mod inerenti);
(b)
jieħu l-miżuri ta' protezzjoni neċessarji fir-rigward tar-riskji li ma jistgħux jiġu eliminati;
(c)
jinforma lill-utenti bir-riskji residwi dovuti għal xi nuqqasijiet fil-miżuri ta' protezzjoni adottati u jindika jekk hemmx bżonn ta' xi prekawzjoni partikolari. |
|
1.4. |
Meta jiddisinja u jibni t-tagħmir, u meta jabbozza l-istruzzjonijiet, il-manifattur għandu jipprevedi mhux biss l-użu maħsub tat-tagħmir, iżda anki l-użi li jistgħu jkunu raġonevolment prevedibbli. |
|
1.5. |
It-tagħmir kollu għandu:
(a)
ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet għall-installazzjoni maħsubin għall-installatur;
(b)
ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet għall-użu u għas-servizz ta' manutenzjoni, maħsubin għall-utent;
(c)
ikollu l-avviżi ta' twissija xierqa, li għandhom jidhru wkoll fuq l-imballaġġ. |
|
1.6.1. |
L-istruzzjonijiet għall-installazzjoni maħsubin għall-installatur għandu jkun fihom l-istruzzjonijiet kollha għall-installazzjoni, l-aġġustament u s-servizz ta' manutenzjoni meħtieġa biex ikun żgurat li dawk l-operazzjonijiet jitwettqu kif suppost sabiex it-tagħmir jista' jintuża b'mod sikur. L-istruzzjonijiet għall-installazzjoni maħsuba għall-installatur għandhom jinkludu anki informazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interfaċċja bejn it-tagħmir u l-ambjent ta' installazzjoni tiegħu biex ikun jista' jsir il-kollegament xieraq tiegħu man-netwerk tal-provvista tal-gass, il-provvista ta' enerġija awżiljari, il-provvista ta' arja ta' kombustjoni u s-sistema ta' evakwazzjoni tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija. |
|
1.6.2. |
L-istruzzjonijiet għall-użu u s-servizz ta' manutenzjoni maħsubin għall-utent għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-użu sikur u b'mod partikolari għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-utent lejn kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu. Il-manifatturi għandhom jinnotaw fl-istruzzjonijiet meta tkun meħtieġa attenzjoni addizzjonali jew meta jkun rakkomandabbli li kwalunkwe xogħol imsemmi hawn fuq jitwettaq minn professjonist. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti nazzjonali għal dak l-għan. Il-manifattur tat-tagħmir għandu jinkludi fl-istruzzjonijiet li jakkumpanjaw it-tagħmir, kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-aġġustament, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-fittings bħala parti mit-tagħmir lest, kif xieraq. |
|
1.6.3. |
L-avviżi ta' twissija fuq it-tagħmir u l-imballaġġ tiegħu għandhom jiddikjaraw biċ-ċar it-tip ta' gass li għandu jintuża, il-pressjoni tal-provvista tal-gass, il-kategorija tat-tagħmir u kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu, b'mod partikolari r-restrizzjoni li tistipula li t-tagħmir għandu jkun installat biss f'żoni fejn hemm biżżejjed ventilazzjoni biex ikun żgurat li r-riskji ppreżentati minnu jiġu minimizzati kemm jista' jkun. |
|
1.7. |
L-istruzzjonijiet għall-inkorporazzjoni tal-fitting f'tagħmir jew l-assemblaġġ tiegħu sabiex jikkostitwixxi tagħmir u għall-aġġustament tiegħu, it-tħaddim u l-manutenzjoni tiegħu għandhom ikunu pprovduti mal-fittings ikkonċernati bħala parti mid-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE. |
2. MATERJALI
Il-materjali għat-tagħmir jew il-fittings għandhom jkunu xierqa għall-iskop maħsub tagħhom u għandhom ikunu jifilħu għall-kundizzjonijiet mekkaniċi, kimiċi u termali li għalihom jistgħu jkunu previsti li ser ikunu soġġetti.
3. DISINN U BINJA
L-obbligi imposti fuq it-tagħmir mir-rekwiżiti essenzjali stipulati f'dan il-punt japplikaw għall-fittings ukoll, sa fejn ikunu rilevanti.
3.1. Ġenerali
|
3.1.1. |
It-tagħmir għandu jiġi ddisinjat u jinbena b'tali mod li, meta jintuża b'mod normali, ma tkun tista' sseħħ ebda instabbiltà, tfixkil, ksur jew tkagħbir li aktarx ixekkel is-sikurezza tiegħu. |
|
3.1.2. |
Kondensazzjoni prodotta fil-fażi meta jinxtegħlu u/jew matul l-użu ma għandhiex taffettwa s-sikurezza tat-tagħmir. |
|
3.1.3. |
It-tagħmir għandu jiġi ddisinjat u jinbena b'tali mod li jimminimizza r-riskju ta' splużjoni f'każ ta' nirien ta' oriġini esterna. |
|
3.1.4. |
It-tagħmir għandu jiġi ddisinjat u jinbena b'tali mod li ma jkunx hemm ilma u penetrazzjoni ta' arja li mhux suppost isseħħ fiċ-ċirkwit tal-gass. |
|
3.1.5. |
F'każ ta' bidliet temporanji normali fl-enerġija awżiljari, it-tagħmir għandu jibqa' jaħdem b'mod sikur. |
|
3.1.6. |
Bidliet anormali jew ħsara fl-enerġija awżiljari jew ir-restawrar tagħha ma għandhomx iwasslu għal sitwazzjoni mhux sikura. |
|
3.1.7. |
It-tagħmir għandu jiġi ddisinjat u jinbena b'tali mod li jneħħi kwalunkwe gass relatat ma' riskji dovuti għal perikli ta' oriġini elettrika. Sa fejn huwa rilevanti, ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) jew l-objettivi tas-sikurezza tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) għandhom jiġu kkunsidrati. |
|
3.1.8. |
It-tagħmir għandu jiġi ddisinjat u jinbena b'tali mod li jneħħi kwalunkwe riskju relatat mal-gass dovut għal perikli li ġejjin minn fenomeni elettromanjetiċi. Sa fejn huma rilevanti, ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità relatata mar-rekwiżiti ta' kompatibilità elettromanjetika tad-Direttiva 2014/53/UE jew id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) għandhom jiġu kkunsidrati. |
|
3.1.9. |
Il-partijiet kollha bil-pressa ta' tagħmir għandhom ikunu jifilħu għall-istress mekkaniku u termiku li jkunu soġġetti għalih mingħajr ebda deformità li taffettwa s-sikurezza. |
|
3.1.10. |
It-tagħmir għandu jiġi ddisinjat u jinbena b'tali mod li ħsara fi strument ta' sikurezza, kontroll jew regolamentazzjoni ma tistax twassal għal sitwazzjoni mhux sikura. |
|
3.1.11. |
Jekk tagħmir ikun mgħammar bi strumenti ta' sikurezza u kontroll, it-tħaddim tal-istrumenti ta' sikurezza ma għandux jieħu t-tieni prijorità taħt it-tħaddim tal-istrumenti ta' kontroll. |
|
3.1.12. |
Il-partijiet kollha tat-tagħmir li huma ssettjati jew aġġustati fl-istadju tal-manifattura u li ma għandux isirilhom tibdil la mill-utent u lanqas mill-installatur għandhom ikunu protetti kif suppost. |
|
3.1.13. |
Il-livers u strumenti oħrajn ta' kontroll u ssettjar għandhom ikunu mmarkati biċ-ċar u jagħtu struzzjonijiet xierqa sabiex jevitaw kwalunkwe żball fit-tħaddim/l-użu. Id-disinn tagħhom għandu jkun tali li jipprekludi operazzjoni aċċidentali. |
3.2. Rilaxx ta' gass mhux maħruq
|
3.2.1. |
It-tagħmir għandu jiġi ddisinjat u jinbena b'tali mod li r-rata ta' tnixxija ta' gass ma tkunx perikoluża. |
|
3.2.2. |
It-tagħmir għandu jiġi ddisinjat u jinbena b'tali mod li l-ħlus ta' gass fi kwalunkwe stadju tat-tħaddim ikun limitat sabiex tiġi evitata akkumulazzjoni perikoluża ta' gass mhux maħruq fit-tagħmir. |
|
3.2.3. |
It-tagħmir maħsub biex jintuża fi spazji u kmamar fuq ġewwa għandu jiġi ddisinjat hekk u jinbena b'tali mod li jevita r-rilaxx ta' gass mhux maħruq fis-sitwazzjonijiet kollha li jistgħu jwasslu għal akkumulazzjoni perikoluża ta' gass mhux maħruq fit-tali spazji u kmamar. |
|
3.2.4. |
It-tagħmir iddisinjat u mibni biex jaħraq gass li fih monossidu tal-karbonju jew komponenti tossiċi oħrajn ma għandux jippreżenta periklu għal saħħet in-nies u l-annimali domestiċi esposti. |
3.3. Tqabbid
It-tagħmir għandu jiġi ddisinjat u jinbena b'tali mod li, meta jintuża b'mod normali, it-tqabbid u t-tqabbid mill-ġdid tiegħu jkun bla intoppi u cross-lighting ikun żgurat.
3.4. Kombustjoni
|
3.4.1. |
It-tagħmir għandu jiġi ddisinjat u jinbena b'tali mod li, meta jintuża b'mod normali, il-proċess ta' kombustjoni jkun stabbli u l-prodotti ta' kombustjoni ma jkunx fihom konċentrazzjonijiet inaċċettabbli ta' sustanzi li jagħmlu ħsara lis-saħħa. |
|
3.4.2. |
It-tagħmir għandu jiġi ddisinjat u jinbena b'tali mod li, meta jintuża b'mod normali, ma jkun hemm ebda rilaxx aċċidentali ta' prodotti ta' kombustjoni. |
|
3.4.3. |
It-tagħmir kollegat ma' ċumnija għad-dispersjoni ta' prodotti ta' kombustjoni għandu jiġi ddisinjat u jinbena b'tali mod li f'kundizzjonijiet anormali ta' nixfa ma jkun hemm ebda rilaxx ta' prodotti ta' kombustjoni fi kwantità perikoluża fl-ispazji jew il-kmamar fuq ġewwa kkonċernati. |
|
3.4.4. |
It-tagħmir għandu jiġi ddisinjat u jinbena b'tali mod li, meta jintuża b'mod normali, ma jikkaġunax konċentrazzjoni ta' monossidu tal-karbonju jew sustanzi oħra li jagħmlu ħsara lis-saħħa, b'tali mod li aktarx jippreżenta periklu għal saħħet in-nies u l-annimali domestiċi esposti. |
3.5. Użu razzjonali tal-enerġija
It-tagħmir għandu jiġi ddisinjat u jinbena b'tali mod li jiżgura l-użu razzjonali tal-enerġija, li jirrifletti l-aħħar żviluppi u jieħu f'kunsiderazzjoni aspetti tas-sikurezza.
3.6. Temperatura
|
3.6.1. |
Parts mit-tagħmir li huwa maħsub li jkun installat jew imqiegħed qrib uċuħ ma għandux jilħaq temperaturi li jippreżentaw periklu. |
|
3.6.2. |
It-temperatura tal-wiċċ tal-parts tat-tagħmir maħsub li ser jitqandel matul użu normali ma għandux jippreżenta periklu għall-utent. |
|
3.6.3. |
F'kundizzjonijiet operattivi, it-temperaturi tal-wiċċ ta' parts esterni tat-tagħmir, ħlief uċuħ jew partijiet li huma assoċjati mat-trażmissjoni ta' sħana, ma għandhomx jippreżentaw periklu għas-saħħa u s-sikurezza ta' persuni esposti u b'mod partikolari għal tfal u anzjani, li għalihom għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni ħin ta' reazzjoni xieraq. |
3.7. Kuntatt ma' ikel u ilma maħsubin għal konsum mill-bniedem
Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1935/2004 ( 6 ) u (UE) Nru 305/2011 ( 7 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, materjali u parts użati fil-bini ta' tagħmir, li jistgħu jkunu f'kuntatt ma' ikel jew ilma maħsubin għal konsum mill-bniedem kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE ( 8 ), ma għandhomx jaffettwaw il-kwalità tal-ikel jew l-ilma.
ANNESS II
KONTENUT TAL-KOMUNIKAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET TAL- PROVVISTA TAL-GASS
1. Il-komunikazzjonijiet tal-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn stipulati fl-Artikolu 4 għandu jkollhom il-kontenut li ġej:
|
(a) |
(i) valur Kalorifiku Gross (GCV) f'MJ/m3 |
Minimu/Massimu; |
|
|
(ii) Indiċi Wobbe f'MJ/m3 |
Minimu/Massimu; |
|
(b) |
Kompożizzjoni tal-gass skont il-volum f'% tal-kontenut totali: |
|
|
|
— kontenut C1 sa C5 f'% (somma) |
Minimu/Massimu; |
|
|
— kontenut ta' N2 + CO2 f'% |
Minimu/Massimu; |
|
|
— kontenut ta' CO f'% |
Minimu/Massimu; |
|
|
— kontenut ta' HC mhux saturat f'% |
Minimu/Massimu; |
|
|
— kontenut ta' idroġenu f'% |
Minimu/Massimu; |
|
(c) |
Informazzjoni dwar il-komponenti tossiċi li jinsabu fil-karburant gassuż. |
|
Dik il-komunikazzjoni għandha tinkludi wkoll waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
pressjoni tal-provvista fil-bokka tat-tagħmir f'mbar: |
Nominali/Minima/Massima; |
|
(b) |
(i) pressjoni tal-provvista fil-punt ta' kunsinna f'mbar: |
Nominali/Minima/Massima; |
|
|
(ii) telf ammissibbli tal-pressjoni fl-installazzjoni tal-gass tal-utent finali, f'mbar: |
Nominali/Minima/Massima; |
2. Il-kundizzjonijiet ta' referenza għall-indiċi Wobbe u l-Valur Kalorifiku Gross għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
temperatura ta' referenza tal-kombustjoni: |
15 °C; |
|
(b) |
temperatura ta' referenza għall-kejl tal-volum: |
15 °C; |
|
(c) |
pressjoni ta' referenza għall-kejl tal-volum: |
1 013,25 mbar. |
ANNESS III
PROĊEDURI TA' VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ GĦAL TAGĦMIR U FITTINGS
1. MODULU B: EŻAMI TAT-TIP TAL-UE — TIP TA' PRODUZZJONI
|
1.1. |
Eżami tat-tip tal-UE huwa l-parti ta' proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li fiha korp notifikat jeżamina d-disinn tekniku ta' tagħmir jew fitting u jivverifka u jikkonferma jekk id-disinn tekniku tat-tagħmir jew il-fitting jissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalih. |
|
1.2. |
L-eżami tat-tip tal-UE għandu jitwettaq permezz ta' valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tat-tagħmir jew il-fitting permezz ta' analiżi tad-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta' sostenn imsemmija fil-punt 1.3, flimkien ma' eżami ta' kampjun, li jirrappreżenta l-produzzjoni prevista, tat-tagħmir jew il-fitting sħaħ (tip ta' produzzjoni). |
|
1.3. |
Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għal eżami tat-tip tal-UE lil korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu.
|
|
1.4. |
Il-korp notifikat għandu: Għat-tagħmir jew il-fitting:
1.4.1.
jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta' appoġġ biex tkun eżaminata l-adegwatezza tad-disinn tekniku tat-tagħmir jew il-fitting. Għall-kampjun(i):
1.4.2.
jivverifika li l-kampjun(i) ġew manifatturati f'konformità mad-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li tfasslu skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati rilevanti, kif ukoll l-elementi li tfasslu f'konformità ma' speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra;
1.4.3.
iwettaq eżamijiet u testijiet xierqa, jew jara li jitwettqu, sabiex jiġi verifikat jekk, meta l-manifattur għażel li japplika s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti, dawn ġewx applikati kif suppost;
1.4.4.
iwettaq eżamijiet u testijiet xierqa, jew jara li jitwettqu, sabiex jiġi verifikat jekk, meta ma ġewx applikati l-istandards armonizzati rilevanti, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur li japplika speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali korrispondenti ta' dan ir-Regolament;
1.4.5.
jiftiehem mal-manifattur dwar fejn isiru l-eżamijiet u t-testijiet. |
|
1.5. |
Il-korp notifikat għandu jħejji rapport ta' valutazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet li jkunu saru taħt il-punt 1.4 u r-riżultati tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu vis-à-vis l-awtoritajiet tan-notifika, il-korp notifikat għandu joħroġ il-kontenut ta' dak ir-rapport, kollu jew parti minnu, biss bi ftehim mal-manifattur. |
|
1.6. |
Meta t-tip ta' tagħmir jew fitting jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta' eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk jeżistu) għall-validità tiegħu, id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tip approvat, bħat-tip ta' gass, il-kategorija tat-tagħmir u l-pressjoni tal-provvista tal-gass u, jekk rilevanti, deskrizzjonijiet tal-funzjonament tiegħu. Iċ-ċertifikat jista' jkollu anness wieħed jew iktar mehmuża miegħu. Iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu għandu jkollhom l-informazzjoni rilevanti kollha biex il-konformità tat-tagħmir u l-fittings manifatturati mat-tip eżaminat tkun tista' tiġi evalwata u biex ikun hemm lok għal kontroll intern. Dak iċ-ċertifikat għandu jindika wkoll kwalunkwe kundizzjoni li għaliha tista' tkun soġġetta l-pubblikazzjoni tiegħu u jkun akkumpanjat mid-deskrizzjonijiet u t-tpinġijiet meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Iċ-ċertifikat għandu jkollu perjodu ta' validità massimu ta' għaxar snin mid-data tal-ħruġ tiegħu. Fejn it-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma b'dan lill-applikant kif inhu xieraq, fejn jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu. |
|
1.7. |
Il-korp notifikat għandu jibqa' aġġornat dwar kwalunkwe bidla fil-qagħda ġeneralment rikonoxxuta li tindika li t-tip approvat jaf ma jibqax jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament, u għandu jiddetermina jekk it-tali bidliet jeħtiġux iktar investigazzjoni. Jekk ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma lill-manifattur b'dan. Il-manifattur għandu jinforma lill-korp notifikat li jkollu d-dokumentazzjoni relatata maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE bil-modifiki kollha għat-tip approvat li jistgħu jolqtu l-konformità tat-tagħmir jew il-fitting mar-rekwiżiti essenzjali ta' dan ir-Regolament jew mal-kundizzjonijiet għall-validità taċ-ċertifikat. Tali modifiki għandhom jeħtieġu approvazzjoni addizzjonali fil-forma ta' żieda għaċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tat-tip tal-UE. |
|
1.8. |
Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda għalihom li jkun ħareġ jew irtira, u għandu, perjodikament jew fuq talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifkanti tiegħu, il-lista ta' dawn iċ-ċertifikati u/jew kwalunkwe żieda għalihom rifjutata, sospiża jew b'xi mod ieħor limitata. Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda għalihom, li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b'xi mod ieħor illimita, u fuq talba, dwar tali ċertifikati u/jew żidiet għalihom, li jkun ħareġ. Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, fuq talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew iż-żidiet tagħhom. Fuq talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-eżamijiet li jkun wettaq il-korp notifikat. Il-korp notifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, kif ukoll tal-fajl tekniku, inkluża d-dokumentazzjoni sottomessa mill-manifattur, sal-iskadenza tal-validità ta' dak iċ-ċertifikat. |
|
1.9. |
Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perjodu ta' 10 snin wara li t-tagħmir jew il-fitting ikun tqiegħed fis-suq. |
|
1.10. |
Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jista' jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 1.3 u jissodisfa l-obbligi stipulati fil-punti 1.7 u 1.9, dment li huma speċifikati fil-mandat. |
2. MODULU C2: KONFORMITÀ MAT-TIP FUQ IL-BAŻI TA' KONTROLL INTERN TAL-PRODUZZJONI FLIMKIEN MAL-KONTROLLI TAL-PRODOTT B'SUPERVIŻJONI F'INTERVALLI MHUX REGOLARI
|
2.1. |
Il-konformità mat-tip fuq il-bażi ta' kontroll intern tal-produzzjoni flimkien mal-kontrolli b'superviżjoni tal-prodott f'intervalli mhux regolari hija l-parti ta' proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li fiha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati fil-punti 2.2, 2.3 u 2.4, u jiżgura u jiddikjara bir-responsabilità unika tiegħu li t-tagħmir jew il-fittings ikkonċernati huma konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament applikabbli għalihom. |
|
2.2. |
Manifattura Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta' manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tat-tagħmir jew fittings manifatturati mat-tip approvat kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom. |
|
2.3. |
Kontrolli tal-prodott Korp notifikat, magħżul mill-manifattur, għandu jwettaq kontrolli tal-prodott jew jara li jsiru f'intervelli ta' sena jew inqas, sabiex tiġi verifikata l-kwalità tal-kontrolli interni fuq it-tagħmir jew il-fitting, filwaqt li tittieħed f'kunsiderazzjoni, inter alia, il-kumplessità teknoloġika tat-tagħmir jew il-fittings u l-kwantità tal-produzzjoni. Kampjun adegwat tat-tagħmir jew il-fittings finali meħud fis-sit mill-korp notifikat qabel ma jitqiegħdu fis-suq, għandu jkun eżaminat u għandhom isiru testijiet xierqa kif identifikati mill-partijiet rilevanti tal-istandards, u/jew testijiet ekwivalenti stipulati fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi verifikata l-konformità tat-tagħmir jew il-fitting mar-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament. Meta kampjun ma jikkonformax mal-livell aċċettabbli tal-kwalità, il-korp notifikat għandu jieħu miżuri xierqa. Il-proċedura tal-kampjunar ta' aċċettazzjoni li għandha tkun applikata hija maħsuba biex tiddetermina jekk il-proċess ta' manifattura tat-tagħmir jew il-fitting jaħdimx fi ħdan limiti aċċettabbli, bil-għan li tkun żgurata l-konformità tat-tagħmir jew il-fitting. Il-manifattur għandu, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat, iwaħħal in-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat matul il-proċess ta' manifattura. |
|
2.4. |
Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE
|
|
2.5. |
Rappreżentant awtorizzat L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punt 2.4 jistgħu jkunu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu jew taħt ir-responsabilità tiegħu, dment li huma speċifikati fil-mandat. |
3. MODULU D: KONFORMITÀ MAT-TIP FUQ IL-BAŻI TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PROĊESS TA' PRODUZZJONI
|
3.1. |
Il-konformità mat-tip fuq il-bażi tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta' produzzjoni hija l-parti minn proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 3.2 u 3.5, u jiżgura, u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li t-tagħmir jew fittings ikkonċernati jkunu f'konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li huma applikabbli għalihom. |
|
3.2. |
Manifattura Il-manifattur għandu jopera sistema approvata tal-kwalità għall-produzzjoni, spezzjoni tal-prodott finali u ttestjar tat-tagħmir jew il-fittings ikkonċernati kif speċifikat fil-punt 3.3, u għandu jkun soġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 3.4. |
|
3.3. |
Sistema ta' kwalità
|
|
3.4. |
Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat
|
|
3.5. |
Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE
|
|
3.6. |
Il-manifattur għandu, għal perjodu li jintemm għallinqas 10 snin wara li t-tagħmir jew il-fitting jitqiegħed fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:
(a)
id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.3.1;
(b)
l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.3.5, kif approvata;
(c)
id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li jissemmew fil-punti 3.3.5, 3.4.3 u 3.4.4. |
|
3.7. |
Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet, tas-sistemi ta' kwalità, maħruġa jew irtirati u għandu, perjodikament jew fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtorità tan-notifika l-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità rifjutati, sospiżi jew inkella limitati. Kull korp notifikat għandu jgħarraf lill-korpi notifikati l-oħrajn dwar l-approvazzjonijiet tas-sistemi ta' kwalità li rrifjuta, issospenda, irtira jew b'xi mod ieħor illimita, u, fuq talba, għandu jinfurmahom dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità li jkun ħareġ. |
|
3.8. |
Rappreżentant awtorizzat L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 3.3.1, 3.3.5, 3.5 u 3.6 jistgħu jkunu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu, dment li huma speċifikati fil-mandat. |
4. MODULU E: KONFORMITÀ MAT-TIP IBBAŻATA FUQ L-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PRODOTT
|
4.1. |
Konformità mat-tip fuq il-bażi ta' garanzija tal-kwalità tal-prodott hija parti minn proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li fiha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati fil-punti 4.2 u 4.5, u jiżgura u jiddikjara bir-responsabilità unika tiegħu li t-tagħmir jew il-fittings ikkonċernati huma konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta' eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom. |
|
4.2. |
Manifattura Il-manifattur għandu jopera sistema ta' kwalità approvata għall-ispezzjoni tal-prodott finali u l-ittestjar tat-tagħmir jew il-fittings ikkonċernati kif speċifikati fil-punt 4.3 u għandu jkun soġġett għal sorvejanza kif speċifikat fil-punt 4.4. |
|
4.3. |
Sistema ta' kwalità
|
|
4.4. |
Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat
|
|
4.5. |
Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE
|
|
4.7. |
Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet, tas-sistemi ta' kwalità maħruġa jew irtirati, u għandu, perjodikament jew fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtorità tan-notifika l-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità rifjutati, sospiżi jew inkella limitati. Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħrajn bl-approvazzjonijiet ta' sistemi ta' kwalità li rrifjuta, issospenda, irtira jew b'xi mod ieħor illimita, u, fuq talba, dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità maħruġa minnu. |
|
4.8. |
Rappreżentant awtorizzat L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 4.3.1, 4.3.5, 4.5 u 4.6 jistgħu jkunu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu, dment li huma speċifikati fil-mandat. |
5. MODULU F: KONFORMITÀ TAT-TIP IMSEJSA FUQ IL-VERIFIKA TAL-PRODOTT
|
5.1. |
Il-konformità mat-tip fuq il-bażi tal-verifika tal-prodott hija parti minn proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li fiha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati fil-punti 5.2, 5.5.1 u 5.6, u jiżgura u jiddikjara bir-responsabilità unika tiegħu li t-tagħmir jew il-fittings ikkonċernati, li kienu soġġetti għall-punt 5.3, huma konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta' eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom. |
|
5.2. |
Manifattura Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta' manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tat-tagħmir jew fittings manifatturati mat-tip approvat kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament applikabbli għalihom. |
|
5.3. |
Verifika Korp notifikat mill-manifattur għandu jwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, jew jara li jitwettqu, sabiex tiġi verifikata l-konformità tat-tagħmir jew il-fittings mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat ta' eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti xierqa ta' dan ir-Regolament. L-eżamijiet u t-testijiet biex tiġi verifikata l-konformità tat-tagħmir jew il-fittings mar-rekwiżiti xierqa għandhom jitwettqu, bl-għażla tal-manifattur jew permezz ta' eżami u test ta' kull tagħmir jew fitting kif speċifikat fil-punt 5.4 jew permezz ta' eżami u test tat-tagħmir jew il-fittings fuq bażi statistika kif speċifikat fil-punt 5.5. |
|
5.4. |
Verifika tal-konformità permezz ta' eżami u test ta' kull tagħmir u fitting
|
|
5.5. |
Verifika statistika tal-konformità
|
|
5.6. |
Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE
|
|
5.7. |
Jekk il-korp notifikat jaqbel u taħt ir-responsabilità tiegħu, il-manifattur jista' jwaħħal in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat mat-tagħmir jew il-fittings matul il-proċess ta' manifattura. |
|
5.8. |
Rappreżentant awtorizzat L-obbligi tal-manifattur jistgħu jkunu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu, dment li huma speċifikati fil-mandat. Rappreżentant awtorizzat jista' ma jissodisfax l-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 5.2 u 5.5.1. |
6. MODULU G: KONFORMITÀ BBAŻATA FUQ IL-VERIFIKA TA' UNITÀ
|
6.1. |
Il-konformità bbażata fuq il-verifika ta' unità hija l-proċedura ta' valutazzjoni ta' konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 6.2, 6.3 u 6.5, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li t-tagħmir jew il-fitting ikkonċernat, li ġie soġġett għall-punt 6.4, huwa konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament applikabbli għalih. |
|
6.2. |
Dokumentazzjoni teknika Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika u għandu jagħmilha disponibbli għall-korp notifikat imsemmi fil-punt 6.4. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tagħmilha possibbli li ssir valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir jew tal-fitting mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament, u għandha tinkludi analiżi xierqa u valutazzjoni tar-riskju(i). Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tat-tagħmir jew tal-fitting.
|
|
6.3. |
Manifattura Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess ta' manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tat-tagħmir jew tal-fitting manifatturati mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament. |
|
6.4. |
Verifika Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel eżamijiet u testijiet adegwati, kif stabbilit fl-istandards armonizzati u/jew f'testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi kkontrollata l-konformità tat-tagħmir jew tal-fitting mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament, jew iqabbad lil min jagħmilhom. Fin-nuqqas ta' tali standard armonizzat, il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru. Jekk il-korp notifikat iqis li dan huwa neċessarju, l-eżamijiet u t-testijiet jistgħu jsiru wara l-inkorporazzjoni tal-fitting, l-assemblaġġ jew l-installazzjoni tat-tagħmir. Il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet li jkunu saru u għandu jwaħħal in-numru ta' identifikazzjoni tiegħu mat-tagħmir jew tal-fitting approvat, jew iqabbad lil min iwaħħlu taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta' 10 snin wara li t-tagħmir jew il-fitting ikun tqiegħed fis-suq. |
|
6.5. |
Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE
|
|
6.6. |
Rappreżentant awtorizzat L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 6.2 u 6.5 jistgħu jkunu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu, dment li huma speċifikati fil-mandat. |
ANNESS IV
SKRIZZJONIJIET
1. Barra mill-marka CE li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 16, it-tagħmir jew il-pjanċa tad-data tiegħu għandu jkollhom fuqhom l-informazzjoni li ġejja:
l-isem tal-manifattur, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trademark ireġistrata;
it-tip, il-lott jew in-numru tas-serje tat-tagħmir jew xi element ieħor li jista' jiġi identifikat bih;
it-tip ta' provvista elettrika użata, fejn applikabbli;
il-marka tal-kategorija tat-tagħmir;
il-provvista nominali ta' pressjoni għat-tagħmir;
l-informazzjoni meħtieġa biex tkun żgurata installazzjoni korretta u sikura, skont l-għamla tal-informazzjoni;
2. Il-fitting jew il-pjanċa tad-data tagħha għandu jkollhom fuqhom, fejn rilevanti, l-informazzjoni provduta fil-punt 1.
ANNESS V
DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ TAL-UE Nru … ( 9 )
1. Tagħmir jew fitting/mudell tat-tagħmir jew tal-fitting (prodott, tip, lott jew numru tas-serje):
2. L-isem u l-indirizz tal-manifattur u, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu:
3. Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tinħareġ taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur.
4. L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tat-tagħmir jew il-fitting li tippermetti t-traċċabbiltà; fejn meħtieġ għall-identifikazzjoni tat-tagħmir jew il-fitting, stampa tista' tiġi inkluża): deskrizzjoni tat-tagħmir jew tal-fitting.
5. L-oġġett tad-dikjarazzjoni deskritt fil-punt 4 huwa konformi mal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni: … (referenza għall-atti l-oħrajn tal-Unjoni applikati).
6. Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti użati, jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra fir-rigward ta' liema qed tiġi ddikjarata l-konformità:
7. Il-korp notifikat … (isem, indirizz, numru) … wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent) … u ħareġ iċ-ċertifikat(i): … (id-dettalji, inkluża d-data tiegħu, u, fejn ikun xieraq, l-informazzjoni dwar it-tul ta' żmien u l-kundizzjonijiet tal-validità tiegħu).
8. Fil-każ tal-fittings, struzzjonijiet dwar kif il-fitting għandu jkun inkorporat f'tagħmir jew immuntat biex jikkostitwixxi tagħmir sabiex tiġi assistita l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli għat-tagħmir lest.
9. Informazzjoni addizzjonali:
Iffirmat għal u f'isem: …
(post u data tal-ħruġ):
(isem, kariga) (firma):
ANNESS VI
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
|
Direttiva 2009/142/KE |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1(1) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 1(1) |
|
Artikolu 1(1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 1(3)(a) |
|
— |
Artikolu 1(3)(b) u (c) |
|
— |
Artikolu 1(4) sa (6) |
|
Artikolu 1(2) |
Artikolu 2, il-punti 1, 2 u 6 |
|
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(2) |
|
— |
Artikolu 2, il-punti 3, 4, 5, 7 sa 31 |
|
Artikolu 2(1) |
Artikolu 3(1) |
|
— |
Artikolu 3(2) u (3) |
|
Artikolu 2(2) |
Artikolu 4(1) u (4) |
|
— |
Artikolu 4(2) u (3) |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 6(1) u (2) |
|
— |
Artikolu 6(3) |
|
— |
Artikolu 7 |
|
— |
Artikolu 8 |
|
— |
Artikolu 9 |
|
— |
Artikolu 10 |
|
— |
Artikolu 11 |
|
— |
Artikolu 12 |
|
— |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 5(1)(a) |
— |
|
Artikolu 5(1)(b) |
— |
|
Artikolu 5(2) |
— |
|
Artikolu 6 |
— |
|
Artikolu 7 |
— |
|
Artikolu 8(1), (2) u (4) |
Artikolu 14(1) sa (3) |
|
Artikolu 8(3) u (5) |
— |
|
Artikolu 8(6) |
Artikolu 14(4) |
|
— |
Artikolu 15 |
|
— |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 9 |
— |
|
Artikolu 10 |
— |
|
— |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 11 |
— |
|
Artikolu 12 |
— |
|
— |
Artikolu 18 |
|
— |
Artikolu 19 |
|
— |
Artikolu 20 |
|
— |
Artikolu 21 |
|
— |
Artikolu 22 |
|
— |
Artikolu 23 |
|
— |
Artikolu 24 |
|
— |
Artikolu 25 |
|
— |
Artikolu 26 |
|
— |
Artikolu 27 |
|
— |
Artikolu 28 |
|
— |
Artikolu 29 |
|
— |
Artikolu 30 |
|
— |
Artikolu 31 |
|
— |
Artikolu 32 |
|
— |
Artikolu 33 |
|
— |
Artikolu 34 |
|
— |
Artikolu 35 |
|
— |
Artikolu 36 |
|
— |
Artikolu 37 |
|
— |
Artikolu 38 |
|
— |
Artikolu 39 |
|
— |
Artikolu 40 |
|
— |
Artikolu 41 |
|
— |
Artikolu 42 |
|
— |
Artikolu 43 |
|
— |
Artikolu 44 |
|
Artikolu 13 |
— |
|
Artikolu 14 |
— |
|
Artikolu 15 |
— |
|
Artikolu 16 |
— |
|
— |
Artikolu 45 |
|
— |
Artikolu 46 |
|
Anness I |
Anness I |
|
— |
Anness II |
|
Anness II |
Anness III |
|
Anness III |
Anness IV |
|
Anness IV |
— |
|
Anness V |
— |
|
Anness VI |
— |
|
— |
Anness V |
|
— |
Anness VI |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).
( 3 ) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).
( 4 ) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).
( 5 ) Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).
( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).
( 7 ) Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).
( 8 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).
( 9 ) Il-manifattur għandu l-għażla li jassenja numru għad-dikjarazzjoni tal-konformità.