Eureka 02017R0373-20220127 Sign in

iap

as defined in Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta' Marzu…

204. 

“proċedura ta’ avviċinament bl-istrumenti (IAP)” tfisser sensiela ta’ manuvri ddeterminati minn qabel b’referenza għal strumenti tat-titjir bi protezzjoni speċifikata minn ostakoli mill-punt tal-avviċinament inizjali jew fejn ikun applikabbli, mill-bidu ta’ rotta tal-wasla ddefinita sa punt minn fejn jista’ jiġi kkompletat l-inżul u wara, jekk l-inżul ma jiġix ikkompletat, sa pożizzjoni li fiha japplikaw kriterji ta’ twarrib ta’ ostakoli f’punt ta’ stennija jew waqt ir-rotta. Il-proċeduri ta’ avviċinament bl-istrumenti jiġu kklassifikati kif ġej:

(a) 

“proċedura ta’ avviċinament mhux ta’ preċiżjoni (NPA)” tfisser proċedura ta’ avviċinament bl-istrumenti mfassla għal operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti 2D tat-Tip A.

(b) 

“proċedura ta’ avviċinament bi gwida vertikali (APV)” tfisser proċedura ta’ avviċinament bl-istrumenti għan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN) imfassla għal operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti 3D tat-Tip A.

(c) 

“proċedura ta’ avviċinament ta’ preċiżjoni (PA)” tfisser proċedura ta’ avviċinament bl-istrumenti bbażata fuq sistemi tan-navigazzjoni (ILS, MLS, GLS u SBAS Kat I) iddiżinjati għal operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti 3D tat-Tip A jew B;]

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex