02022R1925 — MT — 12.10.2022 — 000.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2022/1925 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265 12.10.2022, p. 1) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2022/1925 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Settembru 2022
dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal swieq relatati ma’:
networks tal-komunikazzjoni elettronika kif definit fl-Artikolu 2, punt (1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972;
servizzi tal-komunikazzjoni elettronika kif definit fl-Artikolu 2, punt (4) tad-Direttiva (UE) 2018/1972, għajr dawk relatati ma’ servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri.
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE. Huwa wkoll mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’:
regoli nazzjonali tal-kompetizzjoni li jipprojbixxu ftehimiet li jkunu antikompetittivi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, prattiki miftiehma u abbużi ta’ pożizzjonijiet dominanti;
regoli nazzjonali tal-kompetizzjoni li jipprojbixxu forom oħra ta’ mġiba unilaterali dment li dawn jiġu applikati għall-impriżi li mhumiex gwardjani jew jammontaw għall-impożizzjoni ta’ aktar obbligi fuq il-gwardjani; u
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ( 1 ) u r-regoli nazzjonali dwar il-kontroll tal-amalgamazzjonijiet.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“gwardjan” tfisser impriża li tipprovdi servizzi ewlenin ta’ pjattaforma, ddeżinjata skont l-Artikolu 3;
“servizz ewlieni ta’ pjattaforma” tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
servizzi ta’ intermedjazzjoni online;
magni tat-tiftix online;
servizzi ta’ networking soċjali online;
servizzi ta’ pjattaforma tal-video-sharing;
servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri;
sistemi operattivi;
web browsers;
assistenti virtwali;
servizzi ta’ cloud computing;
servizzi ta’ reklamar online, inkluż kwalunkwe network ta’ reklamar, skambji ta’ reklamar u kwalunkwe servizz ieħor ta’ intermedjazzjoni tar-reklamar, ipprovduti minn impriża li tipprovdi kwalunkwe mis-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma elenkati fil-punti (a) sa (i);
“servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni” tfisser kwalunkwe servizz kif definit fl-Artikolu 1(1), punt (b), tad-Direttiva (UE) 2015/1535;
“settur diġitali” tfisser is-settur tal-prodotti u s-servizzi pprovduti permezz ta’, jew permezz ta’, servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni;
“servizzi ta’ intermedjazzjoni online” tfisser servizzi ta’ intermedjazzjoni online kif definit fl-Artikolu 2, punt (2), tar-Regolament (UE) 2019/1150;
“magna tat-tiftix online” tfisser magna tat-tiftix online kif definit fl-Artikolu 2, punt (5), tar-Regolament (UE) 2019/1150;
“servizz ta’ networking soċjali online” tfisser pjattaforma li tippermetti lill-utenti finali jikkonnettjaw u jikkomunikaw ma’ xulxin, jikkondividu l-kontenut u jiskopru utenti u kontenut oħrajn fost diversi apparati, u b’mod partikolari permezz ta’ chats, posts, vidjos u rakkomandazzjonijiet;
‘‘servizz ta’ pjattaforma tal-video-sharing’’ tfisser servizz ta’ pjattaforma tal-video-sharing kif definit fl-Artikolu 1(1), punt (aa), tad-Direttiva 2010/13/UE;
“servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri” tfisser servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri kif definit fl-Artikolu 2, punt (7), tad-Direttiva (UE) 2018/1972;
“sistema operattiva” tfisser software tas-sistema li jikkontrolla l-funzjonijiet bażiċi tal-hardware jew tas-software u li jippermetti li l-applikazzjonijiet tas-software jaħdmu fuqu;
“web browser” tfisser applikazzjoni tas-software li tippermetti l-utenti finali jaċċessaw u jinteraġixxu ma’ kontenut ospitat fuq servers konnessi ma’ networks bħall-internet, inkluż browsers awtonomi kif ukoll browsers integrati jew inkorporati f’software jew apparat simili;
‘‘assistent virtwali’’ tfisser software li jista’ jipproċessa domandi, kompiti jew mistoqsijiet, inkluż dawk ibbażati fuq awdjo, viżiv, input bil-miktub, ġesti jew mozzjonijiet, u li, abbażi ta’ dawk id-domandi, il-kompiti jew il-mistoqsijiet, jipprovdi aċċess għal servizzi oħra jew jikkontrolla apparati fiżiċi konnessi;
“servizz ta’ cloud computing” tfisser servizz ta’ cloud computing kif definit fl-Artikolu 4, punt (19), tad-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“ħwienet ta’ applikazzjonijiet tas-software” tfisser tip ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online li hu ffukat fuq applikazzjonijiet tas-software bħala l-prodott jew is-servizz intermedjat;
“applikazzjoni tas-software” tfisser prodott jew servizz diġitali li jaħdem fuq sistema operattiva;
“servizz ta’ pagament” tfisser servizz ta’ pagament kif definit fl-Artikolu 4, punt (3) tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
‘‘servizz tekniku ta’ appoġġ għas-servizz ta’ pagament’’ tfisser servizz skont it-tifsira tal-Artikolu 3, punt (j), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
‘‘sistema ta’ pagament għal xiri in-app’’ tfisser applikazzjoni tas-software, servizz jew interfaċċa tal-utent li tiffaċilita x-xiri ta’ kontenut diġitali jew servizzi diġitali fi ħdan applikazzjoni ta’ software, inkluż kontenut, abbonamenti, karatteristiċi jew funzjonalità, u l-pagamenti għal tali xiri;
“servizz ta’ identifikazzjoni” tfisser tip ta’ servizz ipprovdut flimkien ma’ servizzi ewlenin ta’ pjattaforma jew b’appoġġ għalihom li jippermetti kwalunkwe tip ta’ verifika tal-identità tal-utenti finali jew tal-utenti kummerċjali, irrispettivament mit-teknoloġija użata;
“utent finali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża servizzi ewlenin ta’ pjattaforma, għajr utent kummerċjali;
“utent kummerċjali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f’kapaċità kummerċjali jew professjonali u li tuża servizzi ewlenin ta’ pjattaforma għall-fini li tipprovdi, jew waqt li tkun qed tipprovdi, oġġetti jew servizzi lill-utenti finali;
‘‘klassifikazzjoni’’ tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lil prodotti jew servizzi offruti permezz ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online, servizzi ta’ networking soċjali online, servizzi ta’ pjattaforma tal-video-sharing jew assistenti virtwali, jew ir-rilevanza mogħtija lir-riżultati tat-tiftix minn magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-impriżi li jipprovdu servizzi ta’ intermedjazzjoni online, servizzi ta’ networking soċjali online, servizzi ta’ pjattaforma tal-video-sharing, assistenti virtwali jew magni tat-tiftix online, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal tali preżentazzjoni, organizzazzjoni jew komunikazzjoni u irrispettivament minn jekk jiġix ippreżentat jew ikkomunikat riżultat wieħed biss;
“riżultati tat-tiftix” tfisser kwalunkwe informazzjoni fi kwalunkwe format, inkluż outputs testwali, grafiċi, vokali jew oħrajn, irritornati bi tweġiba għal, u relatati ma’, mistoqsija ta’ tfittxija, irrispettivament minn jekk l-informazzjoni rritornata hijiex riżultat imħallas jew mhux imħallas, tweġiba diretta jew kwalunkwe prodott, servizz jew informazzjoni offruti b’rabta mar-riżultati organiċi, jew murija flimkien magħhom jew integrata parzjalment jew kompletament magħhom;
“data” tfisser kwalunkwe rappreżentazzjoni diġitali ta’ atti, fatti jew informazzjoni u kwalunkwe kompilazzjoni ta’ dawn l-atti, fatti jew informazzjoni, inkluż fil-forma ta’ reġistrazzjoni awdjo, viżiva jew awdjoviżiva;
“data personali” tfisser data personali kif definit fl-Artikolu 4, punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679;
“data mhux personali” tfisser data għajr id-data personali;
‘‘impriża’’ tfisser entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u mill-mod li bih tiġi ffinanzjata, inkluż l-intrapriżi relatati jew l-impriżi konnessi kollha li jiffurmaw grupp permezz tal-kontroll dirett jew indirett ta’ intrapriża jew impriża minn intrapriża jew impriża oħra;
“kontroll” tfisser il-possibbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004;
‘‘interoperabbiltà’’ tfisser l-abbiltà li tiġi skambjata informazzjoni u li l-informazzjoni li tkun ġiet skambjata permezz ta’ interfaċċi jew soluzzjonijiet oħra tintuża b’mod reċiproku, sabiex l-elementi kollha tal-hardware jew tas-software jaħdmu ma’ hardware u software ieħor u mal-utenti fil-modi kollha li bihom huma maħsuba biex jiffunzjonaw;
“fatturat” tfisser l-ammont derivat minn impriża fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004;
“tfassil tal-profili” tfisser tfassil tal-profili kif definit fl-Artikolu 4, punt (4), tar-Regolament (UE) 2016/679;
“kunsens” tfisser kunsens kif definit fl-Artikolu 4, punt (11), tar-Regolament (UE) 2016/679;
“qorti nazzjonali” tfisser qorti jew tribunal ta’ Stat Membru fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE.
KAPITOLU II
GWARDJANI
Artikolu 3
Deżinjazzjoni tal-gwardjani
Impriża għandha tiġi deżinjata bħala gwardjan jekk:
ikollha impatt sinifikanti fuq is-suq intern;
tipprovdi servizz ewlieni ta’ pjattaforma li jkun gateway importanti għall-utenti kummerċjali biex jilħqu lil utenti finali; u
tgawdi minn pożizzjoni stabbilita u dejjiema, fl-operazzjonijiet tagħha, jew ikun prevedibbli li fil-futur qrib ser tgawdi tali pożizzjoni.
Impriża għandha titqies li tissodisfa r-rekwiżiti rispettivi fil-paragrafu 1:
fir-rigward tal-paragrafu 1, punt (a), meta tikseb fatturat annwali fl-Unjoni ta’ EUR 7,5 biljun jew aktar f’kull waħda mill-aħħar tliet snin finanzjarji, jew meta l-kapitalizzazzjoni medja tas-suq tagħha jew il-valur ġust ekwivalenti tas-suq tagħha jammontaw għal mill-inqas EUR 75 biljun fl-aħħar sena finanzjarja, u tkun tipprovdi l-istess servizz ewlieni ta’ pjattaforma f’mill-inqas tliet Stati Membri;
fir-rigward tal-paragrafu 1, punt (b), meta tipprovdi servizz ewlieni ta’ pjattaforma li fl-aħħar sena finanzjarja jkollu ta’ mill-inqas 45 miljun utent finali attiv fix-xahar stabbiliti jew li jinsabu fl-Unjoni u mill-inqas 10 000 utent kummerċjali attiv fis-sena stabbiliti fl-Unjoni, identifikati u kkalkulati skont il-metodoloġija u l-indikaturi stabbiliti fl-Anness;
fir-rigward tal-paragrafu 1, punt (c), fejn il-limiti fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu jkunu ntlaħqu f’kull waħda mit-tliet snin finanzjarji tal-aħħar.
Meta l-impriża li tipprovdi s-servizz ewlieni ta’ pjattaforma tonqos milli tinnotifika lill-Kummissjoni skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u tonqos milli tipprovdi sal-iskadenza stabbilita mill-Kummissjoni fit-talba għal informazzjoni skont l-Artikolu 21 l-informazzjoni rilevanti kollha li hija meħtieġa biex il-Kummissjoni tiddeżinja l-impriża kkonċernata bħala gwardjan skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni xorta waħda għandha tkun intitolata tiddeżinja lil dik l-impriża bħala gwardjan, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni.
Meta l-impriża li tipprovdi servizzi ewlenin ta’ pjattaforma tikkonforma mat-talba għal informazzjoni skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jew meta l-informazzjoni hija pprovduta wara l-iskadenza msemmija f’dak is-subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4.
Meta l-Kummissjoni tqis li l-argumenti mressqa skont l-ewwel subparagrafu mill-impriża li tipprovdi servizzi ewlenin ta’ pjattaforma ma jkunux sostanzjati biżżejjed minħabba li ma jixħtux dubju ċar fuq il-preżunzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, hija tista’ tirrifjuta dawk l-argumenti fil-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 4, mingħajr ma tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(3).
Meta l-impriża li tipprovdi servizzi ewlenin ta’ pjattaforma tippreżenta tali argumenti sostanzjati biżżejjed li b’mod ċar jixħtu dubju fuq il-preżunzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fil-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, tiftaħ il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(3).
Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-impriża li tipprovdi servizzi ewlenin ta’ pjattaforma ma setgħetx turi li s-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma rilevanti li tipprovdi ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tiddeżinja lil dik l-impriża bħala gwardjan skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(3).
Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi kollha li ġejjin jew uħud minnhom, sa fejn huma rilevanti għall-impriża li tipprovdi servizzi ewlenin ta’ pjattaforma li tkun qed tiġi kkunsidrata:
id-daqs, inkluż il-fatturat u l-kapitalizzazzjoni tas-suq, l-operazzjonijiet u l-pożizzjoni ta’ dik l-impriża;
l-għadd ta’ utenti kummerċjali li jużaw is-servizz ewlieni ta’ pjattaforma biex jilħqu l-utenti finali, u l-għadd ta’ utenti finali;
l-effetti tan-network u vantaġġi xprunati mid-data, b’mod partikolari b’rabta mal-aċċess ta’ dik l-impriża għad-data personali u data mhux personali u l-ġbir tagħha, jew il-kapaċitajiet analitiċi tagħha;
kwalunkwe skala u effett tal-kamp ta’ applikazzjoni li minnhom tibbenefika l-impriża, inkluż fir-rigward tad-data, u, fejn rilevanti, tal-attivitajiet tagħha barra mill-Unjoni;
l-intrappolament tal-utent kummerċjali jew tal-utent finali, inkluż l-ispejjeż tal-bdil u l-preġudizzji marbutin mal-imġiba li jnaqqsu l-abbiltà tal-utenti kummerċjali u tal-utenti finali li jibdlu s-servizz jew jużaw multi-homing;
struttura korporattiva ta’ konglomerat jew integrazzjoni vertikali ta’ dik l-impriża, pereżempju li tippermetti lil dik l-impriża li tissussidja reċiprokament, tikkombina data minn sorsi differenti jew tingrana l-pożizzjoni tagħha; jew
karatteristiċi strutturali oħra tan-negozju jew tas-servizz.
Fit-twettiq tal-valutazzjoni tagħha skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tqis l-iżviluppi prevedibbli b’rabta mal-elementi elenkati fit-tieni subparagrafu, inkluż kwalunkwe konċentrazzjoni ppjanata li tinvolvi impriża oħra li tipprovdi servizzi ewlenin ta’ pjattaforma jew li tipprovdi kwalunkwe servizz ieħor fis-settur diġitali jew li tippermetti l-ġbir ta’ data.
Meta impriża li tipprovdi servizz ewlieni ta’ pjattaforma li ma tilħaqx il-limiti kwantitattivi tal-paragrafu 2 tonqos b’mod sinifikanti milli tikkonforma mal-miżuri investigattivi ordnati mill-Kummissjoni, u dak in-nuqqas jippersisti wara li dik l-impriża tkun ġiet mistiedna tikkonforma f’limitu ta’ żmien raġonevoli u tressaq osservazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ tiddeżinja dik l-impriża bħala gwardjan abbażi tal-fatti disponibbli għall-Kummissjoni.
Artikolu 4
Rieżami tal-istatus tal-gwardjan
Meta tintalab, jew b’inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra mill-ġdid, temenda jew tħassar fi kwalunkwe mument deċiżjoni tad-deżinjazzjoni adottata skont l-Artikolu 3 għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
tkun saret bidla sostanzjali fi kwalunkwe wieħed mill-fatti li fuqhom issejset id-deċiżjoni tad-deżinjazzjoni;
id-deċiżjoni tad-deżinjazzjoni tkun issejset fuq informazzjoni mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa.
Il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll mill-inqas kull sena jekk impriżi ġodda li jipprovdu servizzi ewlenin ta’ pjattaforma jissodisfawx dawk ir-rekwiżiti.
Meta l-Kummissjoni, abbażi tar-rieżamijiet skont l-ewwel subparagrafu, issib li nbidlu l-fatti li fuqhom issejset id-deżinjazzjoni tal-impriżi li jipprovdu servizzi ewlenin ta’ pjattaforma bħala gwardjani, hija għandha tadotta deċiżjoni li tikkonferma, temenda jew tħassar id-deċiżjoni tad-deżinjazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna kontinwament il-lista tal-gwardjani u l-lista tas-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma li għalihom jeħtieġ jikkonformaw mal-obbligi stipulati fil-Kapitolu III.
KAPITOLU III
PRATTIKI TA’ GWARDJANI LI JILLIMITAW IL-KONTESTABBILTÀ JEW LI HUMA INĠUSTI
Artikolu 5
Obbligi għall-gwardjani
Il-gwardjan ma għandux jagħmel dan li ġej:
jipproċessa, għall-fini tal-forniment ta’ servizzi ta’ reklamar online, data personali tal-utenti finali li jużaw servizzi ta’ partijiet terzi li jagħmlu użu minn servizzi ewlenin ta’ pjattaforma tal-gwardjan;
jikkombina data personali mis-servizz ewlieni ta’ pjattaforma rilevanti ma’ data personali minn kwalunkwe servizz ewleni ulterjuri ta’ pjattaforma jew minn kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-gwardjan jew ma’ data personali minn servizzi ta’ partijiet terzi;
juża b’mod inkroċjat data personali mis-servizz ewlieni ta’ pjattaforma rilevanti f’servizzi oħra pprovduti separatament mill-gwardjan, inkluż servizzi ewlenin oħra ta’ pjattaforma, u viċi versa; u
jikkonnettja utenti finali għal servizzi oħra tal-gwardjan sabiex jikkombina data personali,
sakemm l-utent finali ma jkunx ġie ppreżentat bl-għażla speċifika u ma jkunx ta l-kunsens fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4, punt (11), u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/679.
Meta l-kunsens mogħti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu jkun ġie rrifjutat jew irtirat mill-utent finali, il-gwardjan ma għandux jirrepeti t-talba tiegħu għal kunsens għall-istess fini aktar minn darba f’perjodu ta’ sena.
Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-gwardjan jiddependi fuq l-Artikolu 6(1), punti (c), (d) u (e) tar-Regolament (UE) 2016/679, fejn applikabbli.
Il-gwardjan għandu, fuq talba tar-reklamatur, jipprovdi lil kull reklamatur li lilu jipprovdi servizzi ta’ reklamar online, jew lil partijiet terzi awtorizzati mir-reklamaturi, informazzjoni rigward dan li ġej, ta’ kuljum u mingħajr ħlas dwar kull reklam li jsir mir-reklamatur:
il-prezz u t-tariffi mħallsa minn dak ir-reklamatur, inkluż kwalunkwe tnaqqis u ħlas addizzjonali, għal kull wieħed mis-servizzi ta’ reklamar online rilevanti pprovduti mill-gwardjan,
ir-remunerazzjoni li jirċievi l-pubblikatur, inkluż kwalunkwe tnaqqis u ħlas addizzjonali, soġġett għall-kunsens tal-pubblikatur; u
il-metriċi li fuqhom jiġi kkalkulat kull wieħed mill-prezzijiet, it-tariffi u r-remunerazzjonijiet.
F’każ li pubblikatur ma jagħtix il-kunsens tiegħu għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni riċevuta, kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-gwardjan għandu jipprovdi lil kull reklamatur mingħajr ħlas informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni medja ta’ kuljum riċevuta minn dak il-pubblikatur, inkluż kwalunkwe tnaqqis u ħlas addizzjonali, għar-reklami rilevanti.
Il-gwardjan għandu, fuq talba tal-pubblikatur, jipprovdi lil kull pubblikatur li lilu jipprovdi servizzi ta’ reklamar online, jew lil partijiet terzi awtorizzati mill-pubblikatur, informazzjoni rigward dan li ġej, ta’ kuljum u mingħajr ħlas dwar kull reklam muri fuq l-inventarju tal-pubblikatur:
ir-remunerazzjoni riċevuta u t-tariffi mħallsa minn dak il-pubblikatur, inkluż kwalunkwe tnaqqis u ħlas addizzjonali, għal kull wieħed mis-servizzi ta’ reklamar online rilevanti pprovduti mill-gwardjan;
il-prezz imħallas mir-reklamatur, inkluż kwalunkwe tnaqqis u ħlas addizzjonali, soġġett għall-kunsens tar-reklamatur; u
il-metriċi li fuqhom jiġi kkalkulat kull wieħed mill-prezzijiet u r-remunerazzjonijiet.
F’każ li reklamatur ma jagħtix il-kunsens tiegħu għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, il-gwardjan għandu jipprovdi lil kull pubblikatur informazzjoni mingħajr ħlas dwar il-prezz medju ta’ kuljum imħallas minn dak ir-reklamatur, inkluż kwalunkwe tnaqqis u ħlas addizzjonali, għar-reklami rilevanti.
Artikolu 6
Obbligi għall-gwardjani li huma suxxettibbli li jiġu speċifikati aktar skont l-Artikolu 8
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, id-data li mhijiex disponibbli pubblikament għandha tinkludi kwalunkwe data aggregata u mhux aggregata ġġenerata mill-utenti kummerċjali li tista’ tiġi dedotta mill-attivitajiet kummerċjali tal-utenti kummerċjali jew tal-konsumaturi tagħhom jew miġbura permezz tagħhom, inkluż data dwar il-klikks, it-tiftix, il-viżjonijiet u l-vuċi, dwar is-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma rilevanti jew dwar servizzi pprovduti flimkien ma’, jew b’appoġġ għas-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma rilevanti tal-gwardjan.
Il-gwardjan għandu jippermetti u jagħmel possibbli b’mod tekniku li l-utenti finali jibdlu faċilment is-settings prestabbiliti fis-sistema operattiva, l-assistent virtwali u l-web browser tal-gwardjan li jidderieġu jew imexxu lill-utenti finali lejn prodotti jew servizzi pprovduti mill-gwardjan. Dan jinkludi t-tħeġġiġ tal-utenti finali, fil-mument tal-ewwel użu mill-utenti finali ta’ magna tat-tiftix online, assistent virtwali jew web browser tal-gwardjan elenkati fid-deċiżjoni tad-deżinjazzjoni skont l-Artikolu 3(9), biex jagħżlu, minn lista tal-fornituri tas-servizzi ewlenin disponibbli, il-magna tat-tiftix online, l-assistent virtwali jew il-web browser li s-sistema operattiva tal-gwardjan tidderieġi jew tmexxi lill-utenti b’mod awtomatiku, u l-magna tat-tiftix online li l-assistent virtwali u l-web browser tal-gwardjan jidderieġu jew imexxu lill-utenti b’mod prestabbilit.
Il-gwardjan ma għandux jitwaqqaf milli jieħu, sa fejn huma strettament meħtieġa u proporzjonati, miżuri biex jiżgura li applikazzjonijiet tas-software jew ħwienet ta’ applikazzjonijiet tas-software ta’ partijiet terzi ma jipperikolawx l-integrità tal-hardware jew tas-sistema operattiva pprovduta mill-gwardjan, dment li tali miżuri jkunu debitament ġustifikati mill-gwardjan.
Barra minn hekk, il-gwardjan ma għandux jitwaqqaf milli japplika, sa fejn huma strettament meħtieġa u proporzjonati, miżuri u settings għajr settings prestabbiliti, li jippermettu lill-utenti finali jipproteġu b’mod effettiv is-sigurtà fir-rigward ta’ applikazzjonijiet tas-software jew ħwienet ta’ applikazzjonijiet tas-software ta’ partijiet terzi, dment li tali miżuri u settings għajr settings prestabbiliti jkunu debitament ġustifikati mill-gwardjan.
Il-gwardjan ma għandux jitwaqqaf milli jieħu miżuri strettament meħtieġa u proporzjonati biex jiżgura li l-interoperabbiltà ma tikkompromettix l-integrità tas-sistema operattiva, tal-assistent virtwali, tal-karatteristiċi tal-hardware jew tas-software pprovduti mill-gwardjan, dment li tali miżuri jkunu debitament ġustifikati mill-gwardjan.
Għal dak il-għan, il-gwardjan għandu jippubblika l-kondizzjonijiet ġenerali tal-aċċess, inkluż mekkaniżmu alternattiv għas-soluzzjoni tat-tilwim.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet ġenerali tal-aċċess ippubblikati jikkonformawx ma’ dan il-paragrafu.
Artikolu 7
Obbligu għall-gwardjani dwar l-interoperabbiltà tas-servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri
Il-gwardjan għandu jagħmel mill-inqas il-funzjonalitajiet bażiċi li ġejjin imsemmija fil-paragrafu 1 interoperabbli meta l-gwardjan innifsu jipprovdi dawk il-funzjonalitajiet lill-utenti finali tiegħu stess:
wara l-elenkar fid-deċiżjoni tad-deżinjazzjoni skont l-Artikolu 3(9):
messaġġi testwali minn tarf sa tarf bejn żewġ utenti finali individwali;
kondiviżjoni ta’ stampi, messaġġi bil-vuċi, vidjos u fajls mehmuża oħra f’komunikazzjoni minn tarf sa tarf bejn żewġ utenti finali individwali.
fi żmien sentejn mid-deżinjazzjoni:
messaġġi testwali minn tarf sa tarf fi gruppi ta’ utenti finali individwali;
kondiviżjoni ta’ stampi, messaġġi bil-vuċi, vidjos u fajls mehmuża oħra f’komunikazzjoni minn tarf sa tarf bejn chat fi grupp u utent finali individwali;
fi żmien erba’ snin mid-deżinjazzjoni:
telefonati bil-vuċi minn tarf sa tarf bejn żewġ utenti finali individwali;
telefonati bil-vidjo minn tarf sa tarf bejn żewġ utenti finali individwali;
telefonati bil-vuċi minn tarf sa tarf bejn chat fi grupp u utent finali individwali;
telefonati bil-vidjo minn tarf sa tarf bejn chat fi grupp u utent finali individwali.
Artikolu 8
Konformità mal-obbligi għall-gwardjani
Il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni, li jispeċifika l-miżuri li l-gwardjan ikkonċernat għandu jimplimenta sabiex jikkonforma b’mod effettiv mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat fi żmien sitt xhur mill-ftuħ tal-proċedimenti skont l-Artikolu 20 f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 50(2).
Meta jinfetħu proċedimenti fuq inizjattiva tagħha stess għal ċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13, tali miżuri jistgħu jikkonċernaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7.
Fit-talba tiegħu, il-gwardjan għandu jipprovdi sottomissjoni motivata biex jispjega l-miżuri li jkun beħsiebu jimplimenta jew li jkun implimenta. Barra minn hekk, il-gwardjan għandu jipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sottomissjoni motivata tiegħu li tista’ tiġi kondiviża ma’ partijiet terzi skont il-paragrafu 6.
Fir-rigward ta’ proċedimenti skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’, fuq talba jew fuq inizjattiva tagħha stess, tiddeċiedi li terġa’ tiftaħhom meta:
tkun saret bidla materjali f’xi wieħed mill-fatti li fuqhom tkun issejset id-deċiżjoni; jew
id-deċiżjoni tkun issejset fuq informazzjoni mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa; jew
il-miżuri kif speċifikati fid-deċiżjoni ma jkunux effettivi.
Artikolu 9
Sospensjoni
Artikolu 10
Eżenzjoni għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika u sigurtà pubblika
Artikolu 11
Rappurtar
Il-gwardjan għandu jaġġorna dak ir-rapport u dak is-sommarju mhux kunfidenzjali mill-inqas darba fis-sena.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel link għal dak is-sommarju mhux kunfidenzjali disponibbli fuq is-sit web tagħha.
Artikolu 12
Aġġornament tal-obbligi għall-gwardjani
Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ att delegat adottat skont il-paragrafu 1 għandu jkun limitat għal:
l-estensjoni ta’ obbligu li japplika biss għal ċerti servizzi ewlenin tal-pjattaforma, għal servizzi ewlenin oħra tal-pjattaforma elenkati fl-Artikolu 2, punt (2);
l-estensjoni ta’ obbligu li jkun ta’ benefiċċju għal ċerti utenti kummerċjali jew utenti finali sabiex ikun ta’ benefiċċju għal utenti kummerċjali jew utenti finali oħra;
l-ispeċifikazzjoni tal-mod li bih għandhom jitwettqu l-obbligi stipulati fl-Artikoli 5 u 6 mill-gwardjani sabiex tiġi żgurata konformità effettiva ma’ dawk l-obbligi;
l-estensjoni ta’ obbligu li japplika biss b’rabta ma’ ċerti servizzi pprovduti flimkien ma’ servizzi ewlenin ta’ pjattaforma, jew b’appoġġ għalihom, għal servizzi oħra pprovduti flimkien ma’ servizzi ewlenin ta’ pjattaforma jew b’appoġġ għalihom;
l-estensjoni ta’ obbligu li japplika biss fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ data li għandu japplika fir-rigward ta’ tipi oħra ta’ data;
iż-żieda ta’ aktar kondizzjonijiet fejn obbligu jimponi ċerti kondizzjonijiet fuq l-imġiba ta’ gwardjan; jew
l-applikazzjoni ta’ obbligu li jirregola r-relazzjoni bejn diversi servizzi ewlenin ta’ pjattaforma tal-gwardjan u r-relazzjoni bejn servizz ewlieni ta’ pjattaforma u servizzi oħra tal-gwardjan.
Dawk l-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq investigazzjoni tas-suq skont l-Artikolu 19 li tkun identifikat il-ħtieġa li dawk l-obbligi jinżammu aġġornati sabiex jindirizzaw prattiki li jillimitaw il-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma jew li jkunu inġusti bl-istess mod bħall-prattiki indirizzati mill-obbligi stipulati fl-Artikolu 7.
Prattika kif imsemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 għandha titqies bħala li tillimita l-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma jew li tkun inġusta meta:
dik il-prattika jkunu involuti fiha l-gwardjani u tkun kapaċi timpedixxi l-innovazzjoni u tillimita l-għażla għall-utenti kummerċjali u l-utenti finali minħabba li:
taffettwa jew tirriskja li taffettwa l-kontestabbiltà ta’ servizz ewlieni ta’ pjattaforma jew servizzi oħra fis-settur diġitali fuq bażi dejjiema minħabba li toħloq jew issaħħaħ ostakli għad-dħul għal impriżi oħra jew biex jespandu bħala fornituri ta’ servizz ewlieni ta’ pjattaforma jew servizzi oħra fis-settur diġitali; jew
tipprevjeni lil operaturi oħra milli jkollhom l-istess aċċess għal input ewlieni bħall-gwardjan; jew
ikun hemm żbilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-utenti kummerċjali u l-gwardjan jikseb vantaġġ mill-utenti kummerċjali li jkun sproporzjonat għas-servizz ipprovdut minn dak il-gwardjan lil dawk l-utenti kummerċjali.
Artikolu 13
Antiċirkomvenzjoni
Artikolu 14
Obbligu tal-għoti ta’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet
Gwardjan għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar din il-konċentrazzjoni qabel l-implimentazzjoni tagħha u wara l-konklużjoni tal-ftehim, it-tħabbira tal-offerta pubblika, jew l-akkwiżizzjoni ta’ interess kontrollanti.
L-informazzjoni pprovduta mill-gwardjan għandha tiddeskrivi wkoll, għal kwalunkwe servizz ewlieni ta’ pjattaforma rilevanti, il-fatturati annwali tagħhom fl-Unjoni, l-għadd tagħhom ta’ utenti kummerċjali attivi annwali u l-għadd tagħhom ta’ utenti finali attivi ta’ kull xahar, rispettivament.
Il-Kummissjoni għandha tqis l-interess leġittimu tal-impriżi li s-sigrieti kummerċjali tagħhom ikunu protetti.
Artikolu 15
Obbligu ta’ awditu
Il-gwardjan għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku ħarsa ġenerali tad-deskrizzjoni awditjata msemmija fil-paragrafu 1. Meta jagħmel dan, il-gwardjan għandu jkun jista’ jqis il-ħtieġa li jiġu rrispettati s-sigrieti kummerċjali tiegħu. Il-gwardjan għandu jaġġorna dik id-deskrizzjoni u dik il-ħarsa ġenerali mill-inqas darba fis-sena.
KAPITOLU IV
INVESTIGAZZJONI TAS-SUQ
Artikolu 16
Ftuħ ta’ investigazzjoni tas-suq
Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika:
id-data tal-ftuħ ta’ investigazzjoni tas-suq;
id-deskrizzjoni tal-kwistjoni li dwarha qed issir l-investigazzjoni tas-suq;
l-iskop tal-investigazzjoni tas-suq.
Il-Kummissjoni tista’ tiftaħ mill-ġdid investigazzjoni tas-suq li tkun għalqet meta:
tkun saret bidla materjali f’xi wieħed mill-fatti li fuqhom tkun issejset deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 17, 18 jew 19; jew
id-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 17, 18 jew 19 tkun issejset fuq informazzjoni mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa.
Artikolu 17
Investigazzjoni tas-suq għad-deżinjazzjoni tal-gwardjani
F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkomunika s-sejbiet preliminari tagħha skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu lill-impriża kkonċernata fi żmien tliet xhur mid-data msemmija fl-Artikolu 16(3), punt (a).
Artikolu 18
Investigazzjoni tas-suq dwar nonkonformità sistematika
Artikolu 19
Investigazzjoni tas-suq dwar servizzi ġodda u prattiki ġodda
Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, fejn xieraq, għandu jkun akkumpanjat minn:
proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament ħalli jiġu inklużi servizzi addizzjonali fis-settur diġitali fil-lista tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma stipulata fl-Artikolu 2, punt (2), jew biex jiġu inklużi obbligi ġodda fil-Kapitolu III; jew
abbozz ta’ att delegat li jissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6, jew abbozz ta’ att delegat li jemenda jew jissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7, kif previst fl-Artikolu 12.
Fejn xieraq, il-proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tista’ wkoll tipproponi li jitneħħew is-servizzi eżistenti mil-lista tas-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma stipulata fl-Artikolu 2, punt (2), jew biex jitneħħew obbligi eżistenti mill-Artikolu 5, 6 jew 7.
KAPITOLI V
SETGĦAT INVESTIGATTIVI, TA’ INFURZAR U TA’ MONITORAĠĠ
Artikolu 20
Ftuħ ta’ proċedimenti
Artikolu 21
Talbiet għall-informazzjoni
Artikolu 22
Setgħa biex isiru intervisti u jittieħdu dikjarazzjonijiet
Artikolu 23
Setgħat biex jitwettqu spezzjonijiet
L-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni biex iwettqu spezzjoni għandhom is-setgħa li:
jidħlu fi kwalunkwe bini, art u mezz tat-trasport tal-impriżi u tal-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi;
jeżaminaw il-kotba u rekords oħra marbuta man-negozju, irrispettivament mill-mezz li fih kienu maħżuna;
jieħdu jew jiksbu fi kwalunkwe forma kopji ta’ jew siltiet minn tali kotba jew rekords;
jirrikjedu li l-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ impriżi tipprovdi aċċess għall-organizzazzjoni, il-funzjonament, is-sistema tal-IT, l-algoritmi, it-trattament tad-data u l-prattiki kummerċjali tagħha u spjegazzjoni dwarhom u li jirreġistraw jew jiddokumentaw l-ispjegazzjonijiet mogħtija permezz ta’ kwalunkwe mezz tekniku;
jissiġillaw kwalunkwe bini kummerċjali u kotba jew rekords għall-perjodu ta’ żmien tal-ispezzjoni u sa fejn meħtieġ;
jistaqsu lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal tal-impriża jew tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi għal spjegazzjonijiet ta’ fatti jew dokumenti marbuta mas-suġġett u mal-għan tal-ispezzjoni u li jirrekordjaw it-tweġibiet permezz ta’ kwalunkwe mezz tekniku.
Artikolu 24
Miżuri interim
F’każ ta’ urġenza minħabba r-riskju ta’ dannu serju u irreparabbli għall-utenti kummerċjali jew għall-utenti finali tal-gwardjani, il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jordna miżuri interim kontra gwardjan abbażi ta’ sejba prima facie ta’ ksur tal-Artikolu 5, 6 jew 7. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat biss fil-kuntest ta’ proċedimenti miftuħa bil-ħsieb tal-adozzjoni possibbli ta’ deċiżjoni ta’ nonkonformità skont l-Artikolu 29(1). Dan għandu japplika biss għal perjodu ta’ żmien speċifikat u jista’ jiġġedded sa fejn dan ikun meħtieġ u xieraq. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 50(2).
Artikolu 25
Impenji
Il-Kummissjoni tista’, meta tintalab jew b’inizjattiva tagħha stess, tiftaħ mill-ġdid il-proċedimenti rilevanti b’deċiżjoni, meta:
tkun saret bidla materjali f’xi wieħed mill-fatti li fuqhom tkun issejset id-deċiżjoni;
il-gwardjan kkonċernat jaġixxi kontra l-impenji tiegħu;
id-deċiżjoni kienet issejset fuq informazzjoni mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa mogħtija mill-partijiet;
l-impenji ma jkunux effettivi.
Artikolu 26
Monitoraġġ ta’ obbligi u miżuri
Artikolu 27
Informazzjoni minn partijiet terzi
Artikolu 28
Funzjoni ta’ verifika tal-konformità
Il-korp maniġerjali tal-gwardjan għandu jiżgura wkoll li tali kap tal-funzjoni ta’ verifika tal-konformità jkun maniġer superjuri indipendenti b’responsabbiltà distinta għall-funzjoni ta’ verifika tal-konformità.
Il-kap tal-funzjoni ta’ verifika tal-konformità ma għandux jitneħħa mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-korp maniġerjali tal-gwardjan.
L-uffiċjali tal-konformità maħtura mill-gwardjan skont il-paragrafu 1 għandu jkollhom il-kompiti li ġejjin:
l-organizzazzjoni, il-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-miżuri u l-attivitajiet tal-gwardjani li għandhom l-għan li jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament;
l-infurmar u l-għoti ta’ pariri lill-maniġment u lill-impjegati tal-gwardjan dwar il-konformità ma’ dan ir-Regolament;
fejn applikabbli, il-monitoraġġ tal-konformità mal-impenji magħmula vinkolanti skont l-Artikolu 25, mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-Kummissjoni tkun tista’ taħtar esperti esterni indipendenti skont l-Artikolu 26(2);
il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni għall-fini ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 29
Nonkonformità
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi s-sejba tagħha ta’ nonkonformità (“id-deċiżjoni ta’ nonkonformità”) meta ssib li gwardjan ma jikkonformax ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
kwalunkwe wieħed mill-obbligi stipulati fl-Artikolu 5, 6 jew 7;
il-miżuri speċifikati mill-Kummissjoni f’deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 8(2);
ir-rimedji imposti skont l-Artikolu 18(1);
il-miżuri interim ordnati skont l-Artikolu 24; jew
l-impenji magħmula vinkolanti legalment skont l-Artikolu 25.
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 50(2).
Artikolu 30
Multi
Fid-deċiżjoni ta’ nonkonformità, il-Kummissjoni tista’ timponi multi fuq gwardjan li ma jaqbżux l-10 % tal-fatturat dinji totali tiegħu fis-sena finanzjarja preċedenti meta ssib li l-gwardjan, intenzjonalment jew b’negliġenza, jonqos milli jikkonforma ma’:
kwalunkwe wieħed mill-obbligi stipulati fl-Artikoli 5, 6 u 7;
il-miżuri speċifikati mill-Kummissjoni f’deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 8(2);
ir-rimedji imposti skont l-Artikolu 18(1);
il-miżuri interim ordnati skont l-Artikolu 24; jew
l-impenji magħmula vinkolanti legalment skont l-Artikolu 25.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni, li timponi fuq impriżi, inkluż gwardjani fejn applikabbli, u assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, multi li ma jaqbżux 1 % tal-fatturat dinji totali tagħhom fis-sena finanzjarja preċedenti meta dawn intenzjonalment jew b’negliġenza:
jonqsu milli jipprovdu informazzjoni fil-limitu ta’ żmien li hija meħtieġa għall-valutazzjoni tad-deżinjazzjoni tagħhom bħala gwardjani skont l-Artikolu 3 jew jipprovdu informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa;
jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(3);
jonqsu milli jinnotifikaw informazzjoni jew jipprovdu informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa li hija meħtieġa skont l-Artikolu 14;
jonqsu milli jagħtu d-deskrizzjoni jew jipprovdu informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa li hija meħtieġa skont l-Artikolu 15;
jonqsu milli jipprovdu aċċess għad-data, algoritmi jew informazzjoni dwar ittestjar b’risposta għal talba magħmula skont l-Artikolu 21(3);
jonqsu milli jipprovdu l-informazzjoni mitluba fil-limitu ta’ żmien stabbilit skont l-Artikolu 21(3) jew jipprovdu informazzjoni jew spjegazzjonijiet skorretti, mhux kompluti jew qarrieqa li huma mitluba skont l-Artikolu 21 jew li huma mogħtija waqt intervista skont l-Artikolu 22;
jonqsu milli jirrettifikaw f’limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni, informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa mogħtija minn rappreżentant jew membru tal-persunal, jew jonqsu milli, jew jirrifjutaw li, jipprovdu informazzjoni kompluta dwar fatti relatati mas-suġġett u l-għan ta’ spezzjoni, skont l-Artikolu 23;
jirrifjutaw li jissottomettu ruħhom għal spezzjoni skont l-Artikolu 23;
jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26;
jonqsu milli jintroduċu funzjoni ta’ verifika tal-konformità skont l-Artikolu 28; jew
jonqsu milli jikkonformaw mal-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 34(4).
Meta dawn il-kontribuzzjonijiet ma jkunux saru lill-assoċjazzjoni ta’ impriżi f’limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob il-pagament tal-multa direttament mingħand kwalunkwe impriża li r-rappreżentanti tagħha kienu membri tal-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet ikkonċernati ta’ dik l-assoċjazzjoni.
Wara li tkun talbet il-pagament skont it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni tista’ titlob il-pagament tal-bilanċ minn kwalunkwe wieħed mill-membri tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi, meta meħtieġ, biex tiżgura l-pagament kollu tal-multa.
Iżda l-Kummissjoni ma għandhiex titlob pagament skont it-tieni jew it-tielet subparagrafu mingħand impriżi li juru li ma implimentawx id-deċiżjoni tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi li kisru dan ir-Regolament, u ma kinux konxji mill-eżistenza tagħha, jew iddistanzjaw ruħhom b’mod attiv minnha qabel ma l-Kummissjoni tkun fetħet il-proċedimenti skont l-Artikolu 20.
Ir-responsabbiltà finanzjarja ta’ kull impriża fir-rigward tal-pagament tal-multa ma għandhiex taqbeż 20 % tal-fatturat dinji totali tagħha fis-sena finanzjarja preċedenti.
Artikolu 31
Pagamenti perjodiċi ta’ penali
Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali fuq impriżi, inkluż fuq gwardjani meta applikabbli, u assoċjazzjonijiet ta’ impriżi għal kull jum li ma jaqbżux il-5 % tal-fatturat dinji medju ta’ kuljum fis-sena finanzjarja preċedenti, ikkalkulati mid-data stabbilita minn dik id-deċiżjoni, biex iġġegħelhom:
jikkonformaw mal-miżuri speċifikati mill-Kummissjoni f’deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 8(2);
jikkonformaw mad-deċiżjoni skont l-Artikolu 18(1);
jipprovdu informazzjoni korretta u kompluta fil-limitu ta’ żmien mitlub f’talba għal informazzjoni magħmula permezz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 21;
jiżguraw l-aċċess għad-data, algoritmi u informazzjoni dwar ittestjar b’risposta għal talba magħmula skont l-Artikolu 21(3) u jagħtu spjegazzjonijiet dwarhom kif teżiġi deċiżjoni skont l-Artikolu 21;
jissottomettu ruħhom għal spezzjoni li ġiet ordnata b’deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 23;
jikkonformaw ma’ deċiżjoni li tordna miżuri interim meħuda skont l-Artikolu 24;
jikkonformaw mal-impenji magħmula vinkolanti legalment b’deċiżjoni skont l-Artikolu 25(1);
jikkonformaw ma’ deċiżjoni skont l-Artikolu 29(1).
Artikolu 32
Perjodi ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ penali
Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjoni ta’ suq jew proċedimenti fir-rigward ta’ ksur għandha tinterrompi l-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi jew ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jiġi interrott b’effett mid-data meta l-azzjoni tiġi notifikata lil mill-inqas waħda mill-impriżi jew mill-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi li tkun ipparteċipat fil-ksur. L-azzjonijiet li jinterrompu d-dekorrenza tal-perjodu għandhom jinkludu b’mod partikolari dan li ġej:
talbiet għal informazzjoni mill-Kummissjoni;
awtorizzazzjonijiet bil-miktub biex jitwettqu spezzjonijiet maħruġa lill-uffiċjali tagħha mill-Kummissjoni;
il-ftuħ ta’ proċediment mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20.
Artikolu 33
Perjodi ta’ preskrizzjoni għall-infurzar ta’ penali
Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-infurzar ta’ penali għandu jiġi interrott:
b’notifika ta’ deċiżjoni li tvarja l-ammont oriġinali tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’ penali jew li tirrifjuta applikazzjoni għall-varjazzjoni; jew
bi kwalunkwe azzjoni tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, li jaġixxi skont talba tal-Kummissjoni, maħsuba biex tinforza l-pagament tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’ penali.
Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-infurzar ta’ penali għandu jiġi sospiż sakemm:
jingħata l-ħin għall-pagament; jew
l-infurzar tal-pagament ikun sospiż skont deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jew skont deċiżjoni minn qorti nazzjonali.
Artikolu 34
Dritt ta’ smigħ u ta’ aċċess għall-fajl
Qabel ma tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(1), l-Artikolu 10(1), l-Artikoli 17, 18, 24, 25, 29 u 30, u l-Artikolu 31(2), il-Kummissjoni għandha tagħti l-opportunità ta’ smigħ lill-gwardjan jew lill-impriża jew lill-assoċjazzjoni ta’ impriżi kkonċernati, dwar:
sejbiet preliminari tal-Kummissjoni, inkluż kwalunkwe kwistjoni li l-Kummissjoni tkun oġġezzjonat għaliha; u
miżuri li l-Kummissjoni jaf ikun beħsiebha tieħu fid-dawl tas-sejbiet preliminari skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 35
Rappurtar annwali
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi:
sommarju tal-attivitajiet tal-Kummissjoni inkluż kwalunkwe miżura jew deċiżjoni adottata u investigazzjonijiet tas-suq li jkunu għaddejjin b’rabta ma’ dan ir-Regolament;
is-sejbiet li jirriżultaw mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni mill-gwardjani tal-obbligi skont dan ir-Regolament;
valutazzjoni tad-deskrizzjoni awditjata msemmija fl-Artikolu 15;
ħarsa ġenerali lejn il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali b’rabta ma’ dan ir-Regolament;
ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet u l-kompiti mwettqa mill-Grupp ta’ Livell Għoli tar-Regolaturi Diġitali, inkluż kif għandhom jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-infurzar ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 36
Segretezza professjonali
Artikolu 37
Kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali
Artikolu 38
Kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jinfurzaw ir-regoli dwar il-kompetizzjoni
Il-ftuħ ta' proċedimenti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20 għandu jeħles lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri li jinfurzaw ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6) mill-possibbiltà li jwettqu tali investigazzjoni jew għandu jtemm l-investigazzjoni fejn din tkun diġà għaddejja. Dawk l-awtoritajiet għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar is-sejbiet ta’ tali investigazzjoni sabiex jappoġġaw lill-Kummissjoni fir-rwol tagħha bħala infurzatur uniku ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 39
Kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali
Artikolu 40
Il-grupp ta’ livell għoli
Il-grupp ta’ livell għoli għandu jkun magħmul mill-korpi u n-networks Ewropej li ġejjin:
il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi,
il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,
in-Network Ewropew għall-Kompetizzjoni,
in-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur, u
il-Grupp Regolatorju Ewropew ta’ Regolaturi tal-Media Awdjoviżiva.
Il-grupp ta’ livell għoli jista’ jipprovdi lill-Kummissjoni b’pariri u għarfien espert fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-membri tiegħu, inkluż:
pariri u rakkomandazzjonijiet li jaqgħu taħt l-għarfien espert tagħhom rilevanti għal kwalunkwe kwistjoni ġenerali ta’ implimentazzjoni jew ta’ infurzar ta’ dan ir-Regolament; jew
pariri u għarfien espert li jippromwovu approċċ regolatorju konsistenti fi strumenti regolatorji differenti.
Artikolu 41
Talba għal investigazzjoni tas-suq
Tliet Stati Membri jew aktar jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tiftaħ investigazzjoni tas-suq skont l-Artikolu 19 għaliex huma jqisu li hemm raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li:
servizz wieħed jew aktar fis-settur diġitali jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta’ servizzi ewlenin ta’ pjattaforma stabbilita fl-Artikolu 2, punt (2), jew
prattika waħda jew aktar mhumiex indirizzati b’mod effettiv minn dan ir-Regolament u jistgħu jillimitaw il-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma jew ikunu inġusti.
Artikolu 42
Azzjonijiet rappreżentattivi
Id-Direttiva (UE) 2020/1828 għandha tapplika għall-azzjonijiet rappreżentattivi mressqa kontra l-ksur mill-gwardjani tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jagħmlu ħsara jew li jistgħu jagħmlu ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi.
Artikolu 43
Rappurtar ta’ ksur u protezzjoni tal-persuni li jirrappurtaw
Id-Direttiva (UE) 2019/1937 għandha tapplika għar-rappurtar tal-ksur kollu ta’ dan ir-Regolament u għall-protezzjoni ta’ persuni li jirrappurtaw tali ksur.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 44
Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet
Artikolu 45
Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja
F’konformità mal-Artikolu 261 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġuriżdizzjoni bla limiti biex tirrieżamina deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni tkun imponiet multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali. Din tista’ tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagament perjodiku ta’ penali imposti.
Artikolu 46
Dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan li ġej:
il-forma, il-kontenut u dettalji oħra tan-notifiki u s-sottomissjonijiet skont l-Artikolu 3;
il-forma, il-kontenut u dettalji oħra tal-miżuri tekniċi li l-gwardjani għandhom jimplimentaw biex jiżguraw il-konformità mal-Artikolu 5, 6 jew 7;
arranġamenti operazzjonali u tekniċi bil-ħsieb li tiġi implimentata l-interoperabbiltà tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri skont l-Artikolu 7;
il-forma, il-kontenut u dettalji oħra tat-talba motivata skont l-Artikolu 8(3);
il-forma, il-kontenut u dettalji oħra tat-talbiet motivati skont l-Artikoli 9 u 10;
il-forma, il-kontenut u dettalji oħra tar-rapporti regolatorji pprovduti skont l-Artikolu 11;
il-metodoloġija u l-proċedura għad-deskrizzjoni awditjata tat-tekniki użati għat-tfassil tal-profili tal-konsumaturi prevista fl-Artikolu 15(1); meta tiżviluppa abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tista’ tikkonsulta lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lis-soċjetà ċivili u lil esperti rilevanti oħra
il-forma, il-kontenut u dettalji oħra tan-notifiki u s-sottomissjonijiet magħmula skont l-Artikoli 14 u 15;
l-arranġamenti prattiċi tal-proċedimenti li jikkonċernaw l-investigazzjonijiet tas-suq skont l-Artikoli 17, 18 u 19, u l-proċedimenti skont l-Artikoli 24, 25 u 29;
l-arranġamenti prattiċi għall-eżerċitar tad-dritt ta’ smigħ previst fl-Artikolu 34;
l-arranġamenti prattiċi għat-termini ta’ divulgazzjoni previsti fl-Artikolu 34;
l-arranġamenti prattiċi għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali previsti fl-Artikoli 37 u 38; u
l-arranġamenti prattiċi għall-kalkolu u l-estensjoni tal-iskadenzi.
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, punt (l), ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 50(3).
Artikolu 47
Linji Gwida
Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida dwar kwalunkwe wieħed mill-aspetti ta’ dan ir-Regolament sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tiegħu.
Artikolu 48
Standardizzazzjoni
Fejn ikun xieraq u meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tagħti s-setgħa lill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament billi jiġu żviluppati standards xierqa.
Artikolu 49
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 50
Proċedura ta’ Kumitat
Fejn l-opinjoni tal-Kumitat tkun trid tinkiseb permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tittermina mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-President tal-Kumitat hekk jiddeċiedi, jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Kumitat titlob li jsir hekk.
Artikolu 51
Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/1937
Fil-Punti J tal-Parti I tal-Anness għad-Direttiva (UE) 2019/1937, jiżdied il-punt li ġej:
Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 21.9.2022, p. 1).”
Artikolu 52
Emenda għad-Direttiva (UE) 2020/1828
Fl-Anness I għad-Direttiva (UE) 2020/1828, jiżdied il-punt li ġej:
Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 21.9.2022, p. 1).”
Artikolu 53
Rieżami
Artikolu 54
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mit-2 ta' Mejju 2023.
Madankollu, l-Artikolu 3(6) u (7) u l-Artikoli 40, 46, 47, 48, 49 u 50 għandhom japplikaw mill-1 ta' Novembru 2022 u l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43 għandhom japplikaw mill-25 ta’ Ġunju 2023.
Madankollu, jekk id-data tal-25 ta’ Ġunju 2023 tippreċedi d-data tal-applikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, l-applikazzjoni tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43 għandha tiġi posposta sad-data tal-applikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan l-Artikolu.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
A. “Ġenerali”
1. Dan l-Anness għandu l-għan li jispeċifika l-metodoloġija għall-identifikazzjoni u l-kalkolu tal-“utenti finali attivi” u l-“utenti kummerċjali attivi” għal kull servizz ewlieni ta’ pjattaforma elenkat fl-Artikolu 2, punt (2). Huwa jipprovdi referenza biex impriża tkun tista’ tivvaluta jekk is-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma tagħha jissodisfawx il-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2), punt (b) u għalhekk ikun preżunt li jissodisfaw ir-rekwiżit fl-Artikolu 3(1), punt (b). Tali referenza għalhekk ser tkun ugwalment rilevanti għal kwalunkwe valutazzjoni usa’ skont l-Artikolu 3(8). Hija r-responsabbiltà tal-impriża li tasal għall-aħjar approssimazzjoni possibbli skont il-prinċipji komuni u l-metodoloġija speċifika stabbiliti f’dan l-Anness. Xejn f’dan l-Anness ma jipprekludi lill-Kummissjoni, fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament, milli tirrikjedi li l-impriża li tipprovdi servizzi ewlenin ta’ pjattaforma biex tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati u kkalkulati l-“utenti finali attivi” u l-“utenti kummerċjali attivi”. Jenħtieġ li xejn f’dan l-Anness ma jikkostitwixxi bażi legali għat-traċċar tal-utenti. Il-metodoloġija li tinsab f’dan l-Anness hija wkoll mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu stipulat f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fl-Artikolu 3(3) u (8) u l-Artikolu 13(3). B’mod partikolari, il-konformità meħtieġa mal-Artikolu 13(3) tfisser ukoll l-identifikazzjoni u l-ikkalkular tal-“utenti finali attivi” u l-“utenti kummerċjali attivi” abbażi ta’ kejl preċiż jew tal-aħjar approssimazzjoni disponibbli, f’konformità mal-kapaċitajiet ta’ identifikazzjoni u kalkolu attwali li l-impriża li tipprovdi s-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma għandha fil-mument rilevanti. Dak il-kejl jew l-aħjar approssimazzjoni disponibbli għandhom ikunu konsistenti ma’, u jinkludu, dawk irrappurtati skont l-Artikolu 15.
2. L-Artikolu 2, punti (20) u (21) jistabbilixxu d-definizzjonijiet ta’ “utent finali” u “utent kummerċjali”, li huma komuni għas-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma kollha.
3. Sabiex jidentifika u jikkalkula l-għadd ta’ “utenti finali attivi” u “utenti kummerċjali attivi”, dan l-Anness jirreferi għall-kunċett ta’ “utenti uniċi”. Il-kunċett ta’ “utenti uniċi” jinkludi “utenti finali attivi” u “utenti kummerċjali attivi” magħduda darba biss, għas-servizz ewlieni ta’ pjattaforma rilevanti, matul perjodu ta’ żmien speċifikat (jiġifieri għal kull xahar fil-każ ta’ “utenti finali attivi” u għal kull sena fil-każ ta’ “utenti kummerċjali attivi”), irrispettivament minn kemm-il darba interaġew mas-servizz ewlieni ta’ pjattaforma rilevanti matul dak il-perjodu. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-istess persuna fiżika jew ġuridika tista’ simultanjament tkun “utent finali attiv” jew “utent kummerċjali attiv” għal servizzi ewlenin differenti ta’ pjattaforma.
B. “Utenti finali attivi”
1. L-għadd ta’ “utenti uniċi” fir-rigward ta’ “utenti finali attivi” għandhom jiġu identifikati skont l-aktar metrika preċiża rrappurtata mill-impriża li tipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma, speċifikament:
Huwa meqjus li l-ġbir ta’ data dwar l-użu ta’ servizzi ewlenin ta’ pjattaforma minn ambjenti aċċessati permezz ta’ reġistrazzjoni jew konnessjoni prima facie jippreżentaw l-aktar riskju baxx ta’ duplikazzjoni, pereżempju fir-rigward tal-imġiba tal-utent fuq l-apparati jew il-pjattaformi. Għalhekk, l-impriża għandha tippreżenta data anonimizzata aggregata dwar l-għadd ta’ utenti finali uniċi għal kull servizz ewlieni ta’ pjattaforma rispettiv ibbażat fuq ambjenti aċċessati permezz ta’ reġistrazzjoni jew konnessjoni, jekk teżisti tali data.
Fil-każ ta’ servizzi ewlenin ta’ pjattaforma li huma aċċessati wkoll minn utenti finali barra ambjenti aċċessati permezz ta’ reġistrazzjoni jew konnessjoni, l-impriża għandha tippreżenta addizzjonalment data anonimizzata aggregata dwar l-għadd ta’ utenti finali uniċi tas-servizz ewlieni ta’ pjattaforma abbażi ta’ metrika alternattiva li taqbad ukoll utenti finali barra mill-ambjenti aċċessati permezz ta’ reġistrazzjoni jew konnessjoni, bħal indirizzi tal-protokoll tal-internet, identifikaturi tal-cookies jew identifikaturi oħra bħal tags ta’ identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju, dment li dawk l-indirizzi jew identifikaturi huma oġġettivament neċessarji biex jiġu pprovduti s-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma.
2. L-għadd ta’ “utenti finali attivi ta’ kull xahar” huwa bbażat fuq l-għadd medju ta’ utenti finali attivi ta’ kull xahar tul l-akbar parti tas-sena finanzjarja. Il-kunċett tal-“akbar parti tas-sena finanzjarja” huwa maħsub biex impriża li tipprovdi servizzi ewlenin ta’ pjattaforma tkun tista’ tnaqqas ċifri outlier f’sena partikolari. Ċifri outlier minnhom infushom ifissru ċifri li jaqgħu b’mod sinifikanti barra ċ-ċifri normali u prevedibbli. Livelli għoljin ħafna jew tnaqqis mhux previst fl-involviment tal-utenti li seħħ matul xahar wieħed tas-sena finanzjarja huwa eżempju ta’ x’jista’ jikkostitwixxi tali ċifri outlier. Iċ-ċifri relatati ma’ okkorrenzi rikorrenti kull sena, bħall-promozzjonijiet tal-bejgħ annwali, mhumiex ċifri outlier
C. “Utenti kummerċjali attivi”
L-għadd ta’ “utenti uniċi” fir-rigward ta’ “utenti kummerċjali attivi” għandu jiġi determinat, fejn applikabbli, fil-livell tal-kont b’kull kont kummerċjali distint assoċjat mal-użu ta’ servizz ewlieni ta’ pjattaforma pprovdut mill-impriża li tikkostitwixxi utent kummerċjali uniku wieħed ta’ dak is-servizz ewlieni rispettiv ta’ pjattaforma. Jekk il-kunċett ta’ “kont kummerċjali” ma japplikax għal servizz ewlieni ta’ pjattaforma partikolari, l-impriża rilevanti li tipprovdi servizzi ewlenin ta’ pjattaforma għandha tiddetermina l-għadd ta’ utenti kummerċjali uniċi billi tirreferi għall-impriża rilevanti.
D. “Preżentazzjoni ta’ informazzjoni”
1. L-impriża li tippreżenta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(3) informazzjoni dwar l-għadd ta’ utenti finali attivi u utenti kummerċjali attivi għal kull servizz ewlieni ta’ pjattaforma għandha tkun responsabbli biex tiżgura l-kompletezza u l-preċiżjoni ta’ dik l-informazzjoni. F’dan ir-rigward:
L-impriża għandha tkun responsabbli għall-preżentazzjoni tad-data għal servizz ewlieni ta’ pjattaforma rispettiv li jevita l-għadd nieqes u l-għadd żejjed tal-għadd ta’ utenti finali attivi u utenti kummerċjali attivi (pereżempju, fejn l-utenti jaċċessaw is-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma minn pjattaformi jew apparati differenti).
L-impriża għandha tkun responsabbli biex tipprovdi spjegazzjonijiet preċiżi u konċiżi dwar il-metodoloġija użata biex tasal għall-informazzjoni u għal kwalunkwe riskju ta’ għadd nieqes jew għadd żejjed tal-għadd ta’ utenti finali attivi u utenti kummerċjali attivi għal servizz ewlieni ta’ pjattaforma rispettiv u għas-soluzzjonijiet adottati biex jiġi indirizzat dak ir-riskju.
L-impriża għandha tipprovdi data li tkun ibbażata fuq metrika alternattiva meta l-Kummissjoni jkollha tħassib dwar il-preċiżjoni tad-data pprovduta mill-impriża li tipprovdi servizzi ewlenin ta’ pjattaforma.
2. Għall-fini tal-kalkolu tan-numru ta’ “utenti finali attivi” u “utenti kummerċjali attivi”:
L-impriża li tipprovdi servizz(i) ewlieni/ewlenin ta’ pjattaforma ma għandhiex tidentifika servizzi ewlenin ta’ pjattaforma li jappartjenu għall-istess kategorija ta’ servizzi ewlenin ta’ pjattaforma skont l-Artikolu 2, punt (2) bħala distinti prinċipalment fuq il-bażi li jiġu pprovduti bl-użu ta’ ismijiet ta’ dominji differenti, kemm jekk dominji tal-ogħla livell tal-kodiċi tal-pajjiż (country code top-level domains - ccTLDs) jew dominji tal-ogħla livell ġeneriċi (generic top-level domains - gTLDs), jew kwalunkwe attribut ġeografiku.
L-impriża li tipprovdi servizz(i) ewlieni/ewlenin ta’ pjattaforma għandha tqis bħala servizzi ewlenin ta’ pjattaforma distinti dawk is-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma, li jintużaw għal skopijiet differenti mill-utenti finali tagħhom jew mill-utenti kummerċjali tagħhom, jew mit-tnejn, anki jekk l-utenti finali jew l-utenti kummerċjali tagħhom jistgħu jkunu l-istess u anki jekk jappartjenu għall-istess kategorija ta’ servizzi ewlenin ta’ pjattaforma skont l-Artikolu 2, punt (2).
L-impriża li tipprovdi servizz(i) ewlieni/ewlenin ta’ pjattaforma għandha tqis bħala servizzi ewlenin ta’ pjattaforma distinti dawk is-servizzi li l-impriża rilevanti toffri b’mod integrat, iżda li:
ma jagħmlux parti mill-istess kategorija ta’ servizzi ewlenin ta’ pjattaforma skont l-Artikolu 2, punt (2) jew
jintużaw għal skopijiet differenti mill-utenti finali tagħhom jew mill-utenti kummerċjali tagħhom, jew mit-tnejn, anki jekk l-utenti finali u l-utenti kummerċjali tagħhom jistgħu jkunu l-istess u anki jekk jappartjenu għall-istess kategorija ta’ servizzi ewlenin ta’ pjattaforma skont l-Artikolu 2, punt (2).
E. “Definizzjonijiet speċifiċi”
It-tabella hawn taħt tagħti definizzjonijiet speċifiċi ta’ “utenti finali attivi” u “utenti kummerċjali attivi” għal kull servizz ewlieni ta’ pjattaforma.
|
Servizzi ewlenin ta’ pjattaforma |
Utenti finali attivi |
Utenti kummerċjali attivi |
|
Servizzi ta’ intermedjazzjoni online |
L-għadd ta’ utenti finali uniċi li kellhom kuntatt mas-servizz ta’ intermedjazzjoni online mill-inqas darba matul ix-xahar pereżempju billi aċċessaw attivament permezz ta’ konnessjoni, billi għamlu tfittxija, ikklikkjaw jew skrolljaw jew billi kkonkludew tranżazzjoni permezz tas-servizz ta’ intermedjazzjoni online mill-inqas darba matul ix-xahar. |
L-għadd ta’ utenti kummerċjali uniċi li kellhom mill-inqas oġġett wieħed elenkat fis-servizz tal-intermedjazzjoni online matul is-sena kollha jew li kkonkludew tranżazzjoni attivata mis-servizz tal-intermedjazzjoni online matul is-sena. |
|
Magni tat-tiftix online |
L-għadd ta’ utenti finali uniċi li kellhom kuntatt mal-magna tat-tiftix online mill-inqas darba matul ix-xahar, pereżempju billi daħħlu mistoqsija. |
L-għadd ta’ utenti kummerċjali uniċi b’siti web tan-negozju (jiġifieri sit web użat f’kapaċità kummerċjali jew professjonali) indiċjati mill-magna tat-tiftix online jew parti mill-indiċi tagħha matul is-sena. |
|
Servizzi ta’ networking soċjali online |
L-għadd ta’ utenti finali uniċi li kellhom kuntatt mas-servizz ta’ networking soċjali online mill-inqas darba matul ix-xahar, pereżempju permezz ta’ log-in attiv, ftuħ ta’ paġna, skrolljar, ikklikkjar, reazzjoni, mistoqsija, kitba ta’ post jew kummenti. |
L-għadd ta’ utenti kummerċjali uniċi li għandhom inklużjoni f’lista tan-negozju jew kont tan-negozju fis-servizz tan-networking soċjali online u li kellhom kuntatt b’xi mod mas-servizz tal-inqas darba matul is-sena, pereżempju permezz ta’ log-in attiv, ftuħ ta’ paġna, skrolljar, ikklikkjar, like, mistoqsija, kitba ta’ post, kummenti jew użu tal-għodod tiegħu għan-negozji. |
|
Servizzi ta’ pjattaforma tal-video-sharing |
L-għadd ta’ utenti finali uniċi li kellhom kuntatt mas-servizz ta’ pjattaforma tal-video-sharing mill-inqas darba matul ix-xahar, pereżempju billi raw parti minn kontenut awdjoviżiv, fittxew jew tellgħu kontenut awdjoviżiv, b’mod partikolari inkluż filmati maħluqa mill-utenti. |
L-għadd ta’ utenti kummerċjali uniċi li pprovdew mill-inqas silta waħda ta’ kontenut awdjoviżiv imtella’ jew viżwalizzat fuq is-servizz ta’ pjattaforma tal-video-sharing matul is-sena. |
|
Servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri |
L-għadd ta’ utenti finali uniċi li bdew jew ipparteċipaw b’xi mod f’komunikazzjoni permezz tas-servizz ta’ komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri mill-inqas darba matul ix-xahar. |
L-għadd ta’ utenti kummerċjali uniċi li użaw kont tan-negozju jew inkella bdew jew ipparteċipaw b’xi mod f’komunikazzjoni permezz tas-servizz ta’ komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri biex jikkomunikaw direttament ma’ utent aħħari mill-inqas darba matul is-sena. |
|
Sistemi operattivi |
L-għadd ta’ utenti finali uniċi li użaw apparat bis-sistema operattiva, li ġie attivat, aġġornat jew intuża mill-inqas darba matul ix-xahar. |
L-għadd ta’ developers uniċi li ppubblikaw, aġġornaw jew offrew mill-inqas applikazzjoni waħda ta’ software jew programm ta’ software bl-użu tal-lingwa tal-ipprogrammar jew kwalunkwe għodda għall-iżvilupp ta’ software tas-sistema operattiva, jew li jużaha b’xi mod, matul is-sena. |
|
Assistent virtwali |
L-għadd ta’ utenti finali uniċi li involvew ruħhom mal-assistent virtwali bi kwalunkwe mod mill-inqas darba fix-xahar, bħal pereżempju billi jattivawh, jistaqsu mistoqsija, jaċċessaw servizz permezz ta’ kmand jew jikkontrollaw apparat tad-dar intelliġenti. |
L-għadd ta’ żviluppaturi uniċi li offrew mill-inqas applikazzjoni ta’ software ta’ assistent virtwali waħda jew funzjonalità biex jagħmlu applikazzjoni tas-software eżistenti aċċessibbli permezz tal-assistent virtwali matul is-sena. |
|
Web browsers |
L-għadd ta’ utenti finali uniċi li involvew ruħhom mal-web browser mill-inqas darba fix-xahar, pereżempju billi daħħlu mistoqsija jew indirizz tas-sit web fil-linja URL tal-web browser. |
L-għadd ta’ utenti kummerċjali uniċi li s-siti web kummerċjali tagħhom (jiġifieri s-sit web użat f’kapaċità kummerċjali jew professjonali) ġew aċċessati permezz tal-web browser mill-inqas darba matul is-sena jew li offrew plug-in, estensjoni jew add-ons użati fuq il-web browser matul is-sena. |
|
Servizzi tal-cloud computing |
L-għadd ta’ utenti finali uniċi li użaw xi servizz tal-cloud computing mill-fornitur rilevanti ta’ servizzi ta’ cloud computing mill-inqas darba matul ix-xahar, għal kwalunkwe tip ta’ remunerazzjoni, irrispettivament minn jekk din ir-remunerazzjoni sseħħx fl-istess xahar. |
L-għadd ta’ utenti kummerċjali uniċi li pprovdew kwalunkwe servizz ta’ cloud computing ospitat fl-infrastruttura tal-cloud tal-fornitur rilevanti tas-servizzi ta’ cloud computing matul is-sena. |
|
Servizzi ta’ reklamar online |
Għall-bejgħ proprjetarju ta’ spazju għar-reklamar: L-għadd ta’ utenti finali uniċi li kienu esposti għal impressjoni ta’ reklam mill-inqas darba matul ix-xahar. Għal servizzi ta’ intermedjazzjoni ta’ reklamar (inkluż networks ta’ reklamar, skambji ta’ reklamar u kwalunkwe servizz ieħor ta’ intermedjazzjoni ta’ reklamar): L-għadd ta’ utenti finali uniċi li kienu esposti għal impressjoni ta’ reklam li skattat is-servizz ta’ intermedjazzjoni ta’ reklamar mill-inqas darba matul ix-xahar. |
Għall-bejgħ proprjetarju ta’ spazju għar-reklamar: L-għadd ta’ reklamaturi uniċi li kellhom mill-inqas impressjoni ta’ reklam waħda murija matul is-sena. Għal servizzi ta’ intermedjazzjoni ta’ reklamar (inkluż networks ta’ reklamar, skambji ta’ reklamar u kwalunkwe servizz ieħor ta’ intermedjazzjoni ta’ reklamar): L-għadd ta’ utenti kummerċjali uniċi (inkluż reklamaturi, pubblikaturi jew intermedjarji oħra) li interaġixxew permezz tas-servizz ta’ intermedjazzjoni ta’ reklamar jew kienu moqdija minnu matul is-sena. |
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).
( 2 ) Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).