Eureka 31989L0048 Sign in

aptitude test

as defined in Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar sistema ġenerali…, Article 1, point (g)

(g) aptitude test: test limitat għat-tagħrif professjonali ta' l-applikant, magħmul mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti bl-iskop li tiġi stmata l-abilità ta' l-applikant li jwettaq professjoni regolata f' dak l-Istat Membru.

Sabiex jiġi permess li dan it-test jitwettaq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu lista ta' suġġetti li, abbażi ta' paragun ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ meħtieġa fl-Istat Membru u dak irċevut mill-applikant, mhumiex koperti mid-diploma jew prova oħra ta' kwalifiki formali posseduti mill-applikant.

L-aptitude test għandu jieħu kont tal-fatt li l-applikant huwa professjonist kwalifikat fl-Istat Membru ta' l-oriġini jew fl-Istat Membru minn fejn ikun ġej. Għandu jkopri suġġetti li għandhom jintagħżlu minn dawk fuq il-lista, li t-tagħrif tagħhom huwa essenzjali sabiex ikun possibli li wieħed jeżerċita l-professjoni fl-Istat Membru ospitanti. It-test jista' wkoll jinkludi t-tagħrif tar-regoli professjonali applikabbli għall-attivitajiet inkwistjoni fl-Istat Membru ospitanti. L-applikazzjoni dettaljata ta' l-aptitude test għandha tiġi determinata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat b' konsiderazzjoni xierqa għar-regoli tal-liġi Komunitarja.

L-istatus, fl-Istat Membru ospitanti, ta' l-applikant li jixtieq jipprepara ruħu għall-aptitude test dak l-Istat għandu jiġi determinat mill-awtoritajiet kompetenti f' dak l-Istat.

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex