ċertifikat
as defined in Id-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar it-tieni sistema…, Article 1, point (b)
- li jkun ingħata minn awtorità kompetenti fi Stat Membru, innominata skond il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' dak l-Istat,
- li turi illi t-titolari wara li jkun segwa kors sekondarju, jkun ikkompleta:
jew kors ta' edukazzjoni jew ta' taħriġ ta' xort' oħra mill-korsijiet imsemmija fil-punt (a) provduti fi stabbiliment ta' edukazzjoni jew taħriġ jew fuq il-post tax-xogħol, jew in kombinazzjoni fi stabbiliment edukattiv jew tat-taħriġ u fuq il-post tax-xogħol, u kkumplimentat, meta approprjat, bil-prattika ta' prova jew professjonali meħtieġa in addizzjoni għal dan il-kors,
jew il-prattika ta' prova jew professjonali meħtieġa in addizzjoni għal dan il-kors sekondarju, jew
- li juri illi t-titolari, wara li jkun segwa kors sekondarju ta' natura teknika jew professjonali jkun ikkompleta, meta neċessarju,
jew kors ta' edukazzjoni jew ta' taħriġ kif imsemmi fl-inċiż preċedenti,
jew il-prattika ta' prova jew professjonali meħtieġa b'żjieda ma' dan il-kors sekondarju ta' natura teknika jew professjonali u
- li juri illi t-titolari għandu l-kwalifiċi professionali meħtieġa għall-bidu jew it-twettiq ta' professjoni regolata f'dak l-Istat Membru,
sakemm l-edukazzjoni u t-taħriġ awtentikati b'din il-prova kienu riċevuti l-aktar fil-Komunità, jew barra l-Komunità fi stabbilimenti ta' tagħlim li jipprovdu edukazzjoni u taħriġ skond il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' Stat Membru, jew it-titolari tagħhom għandu sentejn esperjenza professinali ċertifikata mill-Istat Membru li rrikonoxxa l-prova ta' pajjiż terz ta' edukazzjoni u taħriġ.
Dan li ġej għandu jiġi trattat bl-istess mod bħal ċertifikat, fis-sens ta' l-ewwel subparagrafu: kull prova ta' edukazzjoni u taħriġ jew kull sett ta' din il-prova mogħtija minn awtorità kompetenti fi Stat Membru jekk hija mogħtija mal-kompletazzjoni b'suċċess ta' edukazzjoni u taħriġ riċevuti fil-Komunità u rikonoxxuti minn awtorità kompetenti fi Stat Membru bħala ta' livell ekwivalenti u jekk tagħti l-istess drittijiet fir-rigward tal-bidu u t-twettiq ta' professjoni regolata f'dak l-Istat Membru;
Install the extension for EUR-Lex
Also defined in
- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/996 tal-14 ta’ Ġunju 2022 dwar ir-regoli biex jiġu verifikati… 32022R0996, Article 2, point (4)
(4) “ċertifikat” tfisser dikjarazzjoni ta’ konformità minn korp ta’ ċertifikazzjoni fil-qafas ta’ skema volontarja, li tiċċertifika li operatur ekonomiku jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2018/2001; - Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam… 32018R1139, Article 3, point (12)
(12) “ċertifikat” tfisser kwalunkwe ċertifikat, approvazzjoni, liċenzja, awtorizzazzjoni, attestazzjoni jew dokument ieħor li nħareġ bħala r-riżultat ta' ċertifikazzjoni li turi l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli; - Regolament (KE) Nru 216/2008 Tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp… 32008R0216, Article 3, point (g)
(g) ‘ċertifikat’ tfisser kull approvazzjoni, liċenzja jew dokument ieħor maħruġa bħala riżultat taċ-ċertifikazzjoni; - Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas… 32004R0549, Article 2, point (15)
15. "ċertifikat" tfisser dokument maħruġ minn Stat Membru f'kull għamla li jikkonforma mal-liġi nazzjonali, li jikkonferma li l-fornitur tas-servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru jissodisfa r-rekwiżiti biex jipprovdi servizz speċifiku; - Id-Direttiva 1999/93/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità… 31999L0093, Article 2, point (9)
9. "ċertifikat" tfisser attestazzjoni elettronika li torbot id-data dwar il-verifika tal-firma ma' persuna u tikkonferma l-identità ta' dik il-persuna;