diploma
as defined in Id-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar it-tieni sistema…, Article 1, point (a)
- li tkun ingħatat minn awtorità kompetenti fi Stat Membru, maħtur skond il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' dan l-Istat,
- li turi li t-titolari jkun ikkompleta b'suċċess:
(i) jew kors post-sekondarju ta' xort' oħra minn dak imsemmi fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 89/48/KEE, ta' mill-inqas sena tul ta' żmien jew ta' tul taż-żmien ekwivalenti fuq bażi part-time, li waħda mill-kondizzjonijiet tad-dħul għalih tkun, bħala regola ġenerali, il-kompletazzjoni b'suċċess tal-kors sekondarju meħtieġ sabiex jintlaħaq id-dħul f'università jew f'edukazzjoni ogħla, kif ukoll it-taħriġ professjonali li jista' jkun meħtieġ b'żieda għal dak il-kors post-sekondarju;
(ii) jew wieħed mill-korsijiet ta' edukazzjoni u taħriġ fl-Anness Ċ, u
- li juri li t-titolari għandu l-kwalifiki professjonali meħtieġa għall-bidu jew it-twettiq ta' professjoni regolata f'dak l-Istat Membru,
sakemm l-edukazzjoni u t-taħriġ ċertifikati b'din il-prova ittieħdu prinċipalment fil-Komunità, jew barra mill-Komunità fi stabbilimenti tat-tagħlim li jipprovdu edukazzjoni u taħriġ skond il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' Stat Membru, jew li t-titolari tagħhom għandu tliet snin esperjenza professjonali ċċertifikata mill-Istat Membru li rrikonoxxa prova ta' pajjiż terz ta' edukazzjoni u taħriġ.
Dan li ġej għandu jiġi ttrattat bl-istess mod bħal diploma fis-sens ta' l-ewwel subparagrafu: kull prova ta' edukazzjoni u taħriġ jew kull sett ta' din il-prova mogħti minn awtorità kompetenti fi Stat Membru jekk jingħata mal-kompletazzjoni b'suċċess ta' edukazzjoni u taħriġ irċevuti fil-Komunità u rikonoxxuti minn awtorità kompetenti f'dan l-Istat Membru bħala ta' livell ekwivalenti u jekk tagħti l-istess drittijiet fir-rigward tal-bidu u t-twettiq ta' professjoni regolata f'dak l-Istat Membru;
Install the extension for EUR-Lex
Also defined in
- Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni… 31989L0048, Article 1, point (a)
(a) diploma: kull diploma, ċertifikat jew prova oħra ta' kwalifiki formali jew kull sett ta' dawn id-diplomi, ċertifikati jew provi oħrajn: - li ngħatat minn awtorità kompetenti fi Stat Membru, maħtur skond il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi proprji; - li turi li…