Eureka 31992L0051 Sign in

it-test tal-kapaċit

as defined in Id-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar it-tieni sistema…, Article 1, point (j)

(j) it-test tal-kapaċità: test limitat għat-tagħrif professjonali ta' l-applikant, magħmul mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti bl-iskop li tiġi stmata l-abilità ta' l-applikant li jwettaq professjoni regolata f'dak l-Istat Membru.

Sabiex dan it-test ikun jista' jitwettaq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu lista tas-suġġetti li, fuq il-bażi ta' paragun bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ meħtieġa fl-Istat Membru u dik riċevuta mill-applikant, ma jkunux koperti bil-prova ta' edukazzjoni u taħriġ fil-pussess ta' l-applikant. Dawn is-suġġetti jistgħu jkopru kemm tagħrif teoretiku kemm kapaċitajiet prattiċi għat-twettiq tal-professjoni.

Dan it-test tal-kapaċità għandu jieħu kont tal-fatt li l-applikant huwa professjonist ikkwalifikat fl-Istat Membru ta' l-oriġini jew fl-Istat Membru minn fejn ikun ġej. Għandu jkopri suġġetti li għandhom jintgħażlu minn dawk fil-lista msemmija fit-tieni subparagrafu, li t-tagħrif tagħhom huwa essenzjali għat-twettiq tal-professjoni fl-Istat Membru ospitanti. It-test jista' jinkludi wkoll tagħrif tar-regoli professjonali applikabbli għall-attivitajiet inkwistjoni fl-Istat Membru ospitanti. L-applikazzjoni dettaljata tat-test tal-kapaċità għandha tiġi ddeterminata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat.

L-istatus fl-Istat Membru ospitanti ta' l-applikant li jixtieq jipprepara lilu nnifsu għat-test tal-kapaċità f'dak l-Istat għandu jiġi ddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti f'dak l-Istat, skond il-liġi Komunitarja applikabbli.

IL-KAPITOLU II

Qasam ta' l-applikazzjoni

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex