qerda
as defined in Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru…, Article 3, point (10)
10. "qerda" għandha tfisser kull operazzjoni applikabbli pprovduta fl-Anness II.A tad-Direttiva 75/442/KEE;
Install the extension for EUR-Lex
Also defined in
- Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas… 32024R1781, Article 2, point (34)
(34) “qerda” tfisser il-ħsara jew ir-rimi intenzjonati ta’ prodott bħala skart bl-eċċezzjoni tar-rimi għall-iskop uniku li jiġi pprovdut il-prodott mormi għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, inkluża r-rinnovazzjoni jew għall-operazzjonijiet ta’ manifattura mill-ġdid; - Regolament (UE) 2024/590 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff… 32024R0590, Article 3, point (16)
(16) “qerda” tfisser il-proċess ta’ trasformazzjoni jew ta’ dekompożizzjoni, permanenti u kemm jista’ jkun kompletament, ta’ sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu f’sustanza stabbli waħda jew aktar li ma jkunux sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu; - Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 dwar gassijiet fluworurati b’effett… 32024R0573, Article 3, point (14)
(14) “qerda” tfisser il-proċess ta’ trasformazzjoni jew ta’ dekompożizzjoni, b’mod permanenti u kompletament kemm jista’ jkun, ta’ gass fluworurat b’effett ta’ serra f’sustanza stabbli waħda jew aktar li ma tkunx gass fluworurat b’effett ta’ serra;