Eureka 31998L0026 Sign in

istituzzjoni

as defined in Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998…, Article 2, point (b)

(b) "istituzzjoni" għandha tfisser:

- istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-ewwel subinċiż ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/780/KEE [5] li jinkludi l-istituzzjonijiet elenkati fil-lista fl-Artikolu 2(2), jew

- ditta ta’ investiment kif definita fl-ewwel subinċiż ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 93/22/KEE [6] li jinkludi l-istituzzjonijiet elenkati fil-lista fl-Artikolu 2(2)(a) sa (k), jew

- awtoritajiet pubbliċi u impriżi b’garanzija pubblika, jew

- kull impriża li l-uffiċċju ewlieni tagħha huwa ’l barra mill-Komunità u li l-funzjonijiet tagħha jikkorrispondu ma’ dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-Komunità jew azjendi ta’ l-investiment kif definiti fl-ewwel u t-tieni subinċiżi,

li jieħdu sehem fis-sistema u li hija responsabbli mil-liberazzjoni ta’ l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jiġu minn ordnijiet ta’ trasferiment fi ħdan dik is-sistema.

Jekk sistema hija ssorveljata skond il-leġislazzjoni nazzjonali u tesegwixxi ordnijiet ta’ trasferiment biss kif definit fit-tieni subinċiż ta’ (i), kif ukoll ħlasijiet li jirriżultaw minn ordnijiet bħal dawn, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li impriżi li jieħdu sehem f’sistema bħal din u li għandhom ir-responsabbiltà li jilliberalizzaw l-obligazzjonijiet finanzjarji li joriġinaw minn ordnijiet ta’ trasferiment fi ħdan is-sistema, jistgħu jkunu meqjusa bħala istituzzjonijiet, kemm-il darba almenu tliet parteċipanti ta’ din is-sistema huma koperti mill-kategoriji msemmija fl-ewwel subparagrafu u li t-tali deċiżjoni tingħat s-setgħa abbażi ta’ riskju sistematiku;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in