Eureka 31998L0026 Sign in

sistema

as defined in Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998…, Article 2, point (a)

(a) "sistema" għandha tfisser arranġament formali:

- bejn tlieta jew aktar parteċipanti, mingħajr ma wieħed iqis il-possibbiltà ta’ aġent għall-ftehim, possibbiltà ta’ kontraparti ċentrali, possibbiltà ta’ stabbiliment bankarju jew possibbiltà ta’ parteċipant indirett, bir-regoli komuni u arranġamenti standardizzati għat-twettiq ta’ ordnijiet ta’ trasferiment bejn il-parteċipanti,

- irregolati bil-liġi ta’ Stat Membru magħżul mill-parteċipanti; il-parteċipanti jistgħu, madankollu, jagħżlu biss il-liġi ta’ Stat Membru f’liema wieħed minnhom għandu l-uffiċċju ewlieni tagħhom, u

- innominati, mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet l-oħra aktar ħorox ta’ l-implimentazzjoni ġenerali ddettata mil-liġi nazzjonali, bħala sistema u notifikata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru li l-liġi tiegħu hija applikabbli, wara li dak l-Istat Membru jkun sodisfatt skond kemm ir-regoli tas-sistema jkunu addattati.

Suġġett għall-kondizzjonijiet fl-ewwel subparagrafu, Stat Membru jista’ jinnomina bħal sistema bħal din l-arranġament formali bħal dawn li xogħolhom jikkonsisti fl-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ trasferiment kif hemm definit fit-tieni subinċiż ta’ (i) u liema sa ċertu punt jesegwixxi ordnijiet relatati ma’ strumenti finanzjarji oħra, meta dak l-Istat Membru jikkonsidra li nominazzjoni bħal din tkun ġustifikata abbażi ta’ riskji sistematiċi.

Stat Membru jista’ wkoll fuq il-bażi ta’ każ b’każ jinnomina bħala arranġament formali bejn żewġ parteċipanti, mingħajr ma jqisu l-possibbiltà ta’ aġent għal ftehim, il-possibbiltà ta’ kontraparti ċentrali, il-possibbiltà ta’ stabbiliment bankarju jew il-possibbiltà ta’ parteċipant indirett, meta dak l-Istat Membru jikkonsidra li nominazzjoni bħal din hija mogħtija abbażi ta’ riskju sistematiku;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in