Eureka 31998L0034 Idħol

regolament tekniku

as defined in Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998…, Article 1, point (9)

9. “regolament tekniku”, speċifikazzjonijiet u ħtiġiet oħra tekniċi, inklużi d-dispożizzjonijiet amministrattivi relevanti, li l-osservanza tagħhom hija obbligatorja, de jure jew de facto, fil-każ tal-bejgħ fis-suq jew l-użu fi Stat Membru jew f’parti kbira minnu, kif ukoll il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri, għajr dawk li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 10, li jipprojbixxu l-manifattura, l-importazzjoni, il-bejgħ fis-suq jew l-użu ta’ prodott.

Ir-regolamenti tekniċi de facto jinkludu:

- il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ Stat Membru li jirreferu jew għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew għal ħtiġiet oħra jew għal kodiċijiet professjonali jew għal kodiċijiet ta’ prattika li, min-naħa tagħhom, jirreferu għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew ħtiġiet oħra u li l-konformità magħhom tagħti presunzjoni ta’ konformità ma’ l-obbligi imposti mil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija iktar ’il fuq,

- ftehim volontarju li għalih, awtorità pubblika, tkun parti kontraenti u li jipprovdi, fl-interess pubbliku, konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew ma’ ħtiġiet oħra, għajr l-ispeċifikazzjonijiet dwar l-offerti tal-ksib pubbliku,

- speċifikazzjonijiet tekniċi jew ħtiġiet oħra li huma marbutin ma’ miżuri fiskali jew finanzjarji li jaffettwaw il-konsum tal-prodotti billi jinkoraġġixxu l-konformità ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew ħtiġiet oħra; speċifikazzjonijiet tekniċi jew ħtiġiet oħra marbutin mas-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali mhumiex inklużi.

Dan jinkludi r-regoli tekniċi imposti mill-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri u li jidhru f’lista li għad trid titfassal mill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Lulju 1995, fil-qafas tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 5.

Għandha tintuża l-istess proċedura biex tiġi emendata din il-lista;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in