Eureka 31999L0045 Sign in

perikolużi

as defined in Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta'…, Article 2, point (2)

2. Dawn li ġejjin huma "perikolużi" fit-tifsira ta' din id-Direttiva:

(a) is-sustanzi u l-preparazzjonijiet splussivi: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet solidi, likwidi, f'għamla ta' pejst jew ta' ġelatina li jistgħu wkoll jirreaġixxu eżotermikament mingħajr l-ossiġenu atmosferiku hekk illi b'hekk jevolvu malajr f'gass, u li, taħt il-kondizzjonijiet definiti tat-testijiet, jieħdu n-nar, jaqbdu malajr jew jisplodu malli jisħnu meta jkunu magħluqa parzjalment;

(b) is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li jossidaw: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li jagħtu lok għal reazzjoni eżotermika għolja f'kuntatt ma' sustanzi oħra, partikolarment is-sustanzi fjammabbli;

(ċ) sustanzi u preparazzjonijiet estremament fjammabbli: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet likwidi li għandhom flashpoint estremament baxx u punt baxx tal-għali u s-sustanzi u l-preparazzjonijiet tal-gass li jieħdu n-nar f'kuntatt ma' l-arja f'temperatura u pressjoni ambjentali;

(d) s-sustanzi u preparazzjonijiet fjammabbli ħafna:

- is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li jistgħu jisħnu malajr u finalment jieħdu n-nar f'kuntatt ma' l-arja f'temperatura ambjentali mingħajr l-applikazzjoni ta' l-enerġija, jew

- is-sustanzi u l-preparazzjonijiet solidi li jistgħu jieħdu n-nar minnufih wara kuntatt qasir ma' sors tat-tqabbid tan-nar u li jinħarqu jew jiġu kkunsmati wara t-tneħħija tas-sors tat-tqabbid, jew

- is-sustanzi u l-preparazzjonijiet likwidi li għandhom flashpoint baxx ħafna, jew

- is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li, f'kuntatt ma' l-ilma jew ma' l-arja umda, jevolvu gassijiet estremament fjammabbli fi kwantitajiet perikolużi;

(e) is-sustanzi u l-preparazzjonijiet fjammabbli: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet likwidi li għandhom flashpoint baxx, jew

(f) is-sustanzi u l-preparazzjonijiet tossiċi ħafna: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li fi kwantitajiet żgħar ħafna jikkaġunaw il-mewt jew ħsara akuta jew kronika għas-saħħa meta jittieħdu 'l ġewwa man-nifs, jinbelgħu jew jiġu assorbiti permezz tal-ġilda;

(ġ) is-sustanzi u l-preparazzjonijiet tossiċi: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li fi kwantitajiet żgħar jikkaġunaw il-mewt jew ħsara akuta jew kronika għas-saħħa meta jittieħdu 'l ġewwa man-nifs, jinbelgħu jew jiġu assorbiti permezz tal-ġilda;

(ħ) is-sustanzi u l-preparazzjonijiet ta' ħsara: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li jistgħu jikkaġunaw il-mewt jew ħsara akuta jew kronika għas-saħħa meta jittieħdu 'l ġewwa man-nifs, jinbelgħu jew jiġu assorbiti permezz tal-ġilda;

(i) is-sustanzi u l-preparazzjonijiet korrużivi/li jaħfu: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li, mal-kuntatt ma' tessuti ħajjin, jistgħu jeqirduhom;

(j) is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li jirritaw: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet mhux korrużivi li, permezz ta' kuntatt immedjat, imtawwal jew imtenni mal-ġilda jew mal-membrana mukuża, jistgħu jikkaġunaw infjammazzjoni;

(k) is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li jissensitizzaw: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li, jekk jittieħdu 'l ġewwa man-nifs jew jekk jippenetraw il-ġilda, huma kapaċi li jġibu reazzjoni ta' ipersensitizzazzjoni b'mod li b'aktar espożizzjoni għas-sustanza jew il-preparazzjoni, jiġu prodotti effetti karatteristiċi ħżiena;

(l) is-sustanzi u l-preparazzjonijiet karċinoġeniċi: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li, jekk jittieħdu 'l ġewwa man-nifs jew jinbelgħu jew jekk jippenetraw il-ġilda, jistgħu jwasslu għall-kanċer jew iżidu l-inċidenza tiegħu;

(m) is-sustanzi u l-preparazzjonijiet mutaġeniċi: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li, jekk jittieħdu 'l ġewwa man-nifs jew jinbelgħu jew jekk jippenetraw il-ġilda, jistgħu jwasslu għal difetti ġenetiċi li jintirtu jew iżidu l-inċidenza tagħhom;

(n) is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li huma tossiċi għar-riproduzzjoni: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li, jekk jittieħdu 'l ġewwa man-nifs jew jinbelgħu jew jekk jippenetraw il-ġilda, jistgħu jipproduċu, jew iżidu l-inċidenza ta' effetti ħżiena mhux ereditarji fin-nisel u/jew ħsara fil-funzjonijiet jew fil-kapaċità riproduttiva ta' l-irġiel jew tan-nisa;

(o) is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li huma perikolużi għall-ambjent: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li, jekk jidħlu fl-ambjent, jippreżentaw jew jistgħu jippreżentaw perikoli għal xi komponent jew aktar ta' l-ambjent.

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex