prova mhux ta' intervent
as defined in Id-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta'…, Article 2, point (c)
(ċ) "prova mhux ta' intervent": studju fejn il-prodott/i mediċinali huwa/huma preskritti bil-mod normali skond it-termini ta' l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq. In-nomina ta' pazjent għal strateġija partikolari ta' terapija ma tiġix deċiża bil-quddiem minn protokoll ta' prova iżda taqa' fi ħdan il-prattika kurrenti u l-preskrizzjoni tal-mediċina hija separata b'mod ċar mid-deċiżjoni biex il-pazjent jiġi nkluż fl-istudju. Ebda dijanjosi addizzjonali jew proċeduri ta' monitoraġġ m'għandhom jiġu applikati lill-pazjenti u metodi epidemjoloġiċi għandhom jintużaw għall-analiżi tat-tagħrif miġbur;