Eureka 32001L0095 Sign in

prodott fis-sigurtà

as defined in Id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001…, Article 2, point (b)

(b) "prodott fis-sigurtà" għandu jfisser kull prodott li, taħt il-kondizzjonijiet normali jew previsti b’mod raġjonevoli ta’ l-użu inklużi t-tul taż-żmien u, meta japplika, it-tqegħid fis-servizz, l-istallazzjoni u l-ħtiġiet tal-manutenzjoni, ma jippreżenta l-ebda riskju jew ir-riskji minimi biss kompatibbli ma’ l-użu tal-prodott, ikkunsidrat aċċettabbli u konsistenti ma’ livell għoli tal-protezzjoni għas-sigurtà u s-saħħa tal-persuni, filwaqt li jitqiesu l-punti li ġejjin b’mod partikolari:

(i) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi l-kompożizzjoni, il-pakkeġġjar, l-istruzzjonijiet għall-montatura u meta japplika, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni tiegħu;

(ii) l-effett fuq il-prodotti l-oħra, meta jkun previst b’mod raġjonevoli illi jrid jintuża ma’ prodotti oħra;

(iii) il-preżentazzjoni tal-prodott, il-għoti tat-tikketti, kull twissija u istruzzjoni għall-użu tiegħu u d-disponiment minnu u kull indikazzjoni oħra jew tagħrif ieħor li jirrigwrda l-prodott;

(iv) il-kategoriji tal-konsumaturi fir-riskju meta jintuża l-prodott, b’mod partikolari t-tfal u l-persjuni anzjani.

Il-possibbiltà li jinkisbu livelli ogħla tas-sigurtà jew id-disponibbiltà ta’ prodotti oħra li jippreżentaw grad inqas tar-riskju ma għandhiex tikkostitwixxi raġunijiet għalbiex jiġu kkunsidrati li huma "perikolużi".

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex