impriża
as defined in Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tal-31 ta’ Lulju 2002 dwar…, Article 1, point (2)
"Impriżi konnessi" huma:
(a) impriżi f’liema parti waħda mill-fteħim, direttament jew indirettament:
(i) għandha l-poter biex teserċita aktar minn nofs tad-drittijiet tal-vot, jew
(ii) għandha l-poter biex taħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord supervisorju, bord tal-amministrazzjoni jew korpijiet legali li jirrapresentaw l-impriża, jew
(iii) għandha d-dritt li tamministra l-affarijiet tal-impriża;
(b) impriżi li direttament jew indirettament għandhom, fuq parti waħda tal-fteħim, id-drittijiet jew poteri l-listjati fi (a);
(ċ) impriżi f’liema hemm riferiment għall-impriża fi (b) għandha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew poteri l-listjati fi (a);
(d) impriżi f’liema parti waħda mill-fteħim fliemkien ma’ wieħed jew aktar minn impriżi li huma msemmija fi (a), (b) jew (c), jew f’liema tnejn jew aktar minn dawn l-aħħar impriżi, konġuntament għandhom id-drittijiet jew poteri l-listjati fi (a);
(e) impriżi f’liema d-drittijiet jew il-poteri l-listjati fi (a) huma konġuntament miżmuma minn:
(i) partijiet fi fteħim jew l-impriżi rispettivament konnessi msemmija fi (a) sa (d), jew
(ii) wieħed jew aktar mill-partijiet tal-fteħim jew wieħed jew aktar mill-impriżi konnessi msemmija fi (a) sa (d) u wieħed jew aktar minn partijiet terzi.
Install the extension for EUR-Lex
Also defined in
- Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tistabbilixxi standards bażiċi tas-sikurezza kontra l-perikli li jirriżultaw… 52011PC0593, Article 4, point (81)
81. "Impriża" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha r-responsabbiltà legali li twettaq prattika jew li għandha r-responsabbiltà legali għal sors ta’ radjazzjoni (inklużi l-każijiet fejn is-sid jew detentur ta’ sors ta' radjazzjoni ma jwettaqx attivitajiet relatati); - Regolament (UE) 2024/590 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff… 32024R0590, Article 3, point (11)
(11) “impriża” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq attività msemmija f’dan ir-Regolament; - Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 dwar gassijiet fluworurati b’effett… 32024R0573, Article 3, point (27)
(27) “impriża” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq attività msemmija f’dan ir-Regolament; - GDPR 32016R0679, Article 4, point (18)
persuna fiżika jew ġuridika involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha, inkluż sħubiji jew assoċjazzjonijiet regolarment involuti f'attività ekonomika; - Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal- 5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal… 32013L0059, Article 4, point (98)
(98) “impriża” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha r-responsabbiltà legali skont il-liġi nazzjonali għat-twettiq ta' prattika, jew għal sors ta’ radjazzjoni (inklużi l-każijiet fejn is-sid jew detentur ta’ sors ta' radjazzjoni ma jwettaqx attivitajiet tal-bniedem relatati); - Id-direttiva 2002/14/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tal-11 ta’ Marzu 2003 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar… 32002L0014, Article 2, point (a)
(a) "impriża" tfisser impriża pubblika jew privata li twettaq attivita ekonomika, seww jekk topera jew le għal qliegħ, li tkun lokalizzata fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri; - Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta' Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta'… 31995L0050, Article 2
kull persuna naturali jew legali, kemm jekk qed tfittex qligħ jew le, kull għaqda jew grupp ta' persuni mingħajr personalità legali, kemm jekk qed tfittex qligħ jew le, u kull min jiġi taħt awtorità pubblika, kemm jekk dan ikollu personalità legali jew ikun jiddependi fuq awtorità li jkollha din…