konċessjoni ta' servizz
as defined in Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta'…, Article 1(3), point (b)
4. "Qafas ta' ftehim" huwa ftehim bejn entità kontraenti waħda jew aktar riferiti fl-Artikolu 2(2) u operatur ekonomiku wieħed jew aktar, li l-għan tiegħu huwa li jiġu stabbiliti kuntratti li jirregolaw li jridu jingħataw matul perjodu msemmi, partikolarment rigward prezz u, fejn xieraq, il-kwantitajiet prevvisti.
5. "Sistema dinamika ta' xiri" huwa proċess kompletament elettroniku biex isir xiri normalment użat, li l-karatteristiċi tiegħu, kif ġeneralment disponibbli fis-suq, jilħqu l-ħtiġijiet ta' l-entità kontraenti, li huwa limitat fit-tul taż-żmien tiegħu u miftuħ matul il-validita tiegħu lil kull operatur ekonomiku li jissodisfa l-kriterji ta' għażla u ssottometta offerta indikattiva li tikkonforma ma' l-ispeċifikazzjoni.
6. "Irkant elettroniku" huwa proċess ripetittiv li jinvolvi mezz elettroniku għall-preżentazzjoni ta' prezzijiet ġodda, riveduti ‘l isfel, u/jew valuri ġodda rigward ċerti elementi ta' offerti, li jseħħ wara evalwazzjoni sħiħa inizjali ta' l-offerti, li jippermettihom li jitqiegħdu f'ordni permezz ta' metodi awtomatiċi ta' evalwazzjoni. B'konsegwenza, ċerti kuntratti ta' servizz u ċerti kuntratti ta' xogħlijiet li għandhom bħala l-kontenut tas-suġġett tagħhom twettieq intelletwali, bħal ma huwa d-disinn ta' xogħlijiet, m'għandhomx ikunu l-għan ta' rkanti elettroniċi.
7. It-termini "kuntrattur", "supplent" jew "provveditur ta' servizz" ifissru jew persuna naturali jew legali, jew entità kontraenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(2)(a) jew (b), jew grupp ta' dawn il-persuni u/jew entitajiet li joffri fis-suq, rispettivament, l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet u/jew xogħol, prodotti jew servizzi.
It-termini "operatur ekonomiku" għandhom ikopru ugwalment il-kunċetti ta' kuntrattur, supplent u provveditur ta' servizz. Huwa wżat sempliċement fl-interessi ta' simplifikazzjoni.
"Persuna li tagħmel offerta" hija operatur ekonomiku li jissottometti offerta, u "kandidat" ifisser wieħed li fittex stedina biex jieħu parti fi proċedura ristretta jew negozjata.
8. "Korp ċentrali ta' xiri" huwa awtorita kontraenti li fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(1)(a) jew awtorita kontraenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE li:
- takkwista provvisti u/jew servizzi maħsuba għal entitajiet kontraenti jew
- tagħti kuntratti pubbliċi jew tikkonkludi qafas ta' ftehim għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għal entitajiet kontraenti.
9. "Proċeduri miftuħa, ristretti u negozjati" huma l-proċeduri ta' akkwist applikati minn entitajiet kontraenti, li bihom: