deċiżjoni
as defined in Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI ta’ l- 24 ta’ Frar 2005 dwar…, Article 1, point (a) (Definizzjonijiet)
|
(a)
|
“deċiżjoni” tfisser deċiżjoni finali li teħtieġ il-ħlas ta’ penali finanzjarja minn persuna fiżika jew ġuridika fejn id-deċiżjoni ttieħdet minn:
|
(i)
|
qorti ta’ l-Istat emittenti fir-rigward ta’ reat kriminali skond il-liġi ta’ l-Istat emittenti;
|
|
(ii)
|
awtorità ta’ l-Istat emittenti li ma tkunx qorti, fir-rigward ta’ reat kriminali skond il-liġi ta’ l-Istat emittenti, sakemm il-persuna konċernata kellha l-opportunità li jkollha l-każ deċiż minn qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali;
|
|
(iii)
|
awtorità ta’ l-Istat emittenti li ma tkunx qorti, fir-rigward ta’ atti li huma kastigabbli skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat emittenti billi jikkostitwixxu ksur tal-liġi, sakemm il-persuna konċernata kellha l-opportunità li jkollha l-każ deċiż minn qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali;
|
|
(iv)
|
qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali, fejn id-deċiżjoni ttieħdet dwar deċiżjoni kif imsemmija fil-punt (iii);
|
|
Open in the act with Eureka
Install the extension for EUR-Lex