perijodu ta' adattament
as defined in Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru…, Article 3(1), point (g) (Definizzjonijiet)
|
(g) |
“perijodu ta' adattament”: l-eżerċizzju ta' professjoni regolata fl-Istat Membru ta' l-oriġini taħt ir-responsabbiltà ta' membru kwalifikat ta' dik il-professjoni, fejn tali perijodu ta' prattika sorveljata possibbilment ikun akkumpanjat minn aktar taħriġ. Dan il-perijodu ta' prattika sorveljata għandu jkun soġġett għal stima. Ir-regoli dettaljati li jkopru l-perijodu ta' adattament u l-istima tiegħu kif ukoll l-istatus ta' migrant taħt superviżjoni għandhom ikunu stabbiliti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta' l-oriġini; L-istatus li tgawdi fi Stat Membru ta' l-oriġini l-persuna li tgħaddi mill-perijodu ta' prattika sorveljata, b'mod partikolari rigward id-dritt ta' residenza kif ukoll obbligi, drittijiet soċjali u benefiċċji, allowances u ħlasijiet, għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti f'dak l-Istat Membru skond id-dritt Komunitarju applikabbli; |