Eureka 32005L0060 Sign in

sid benefiċjarju

as defined in Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ottubru…, Article 3, point (6)

(6)

“sid benefiċjarju” tfisser il-persuna jew persuni fiżiċi li fl-aħħar mill-aħħar ikunu s-sidien tal-klijent jew jikkontrollaw il-klijent u/jew il-persuna fiżika li f'isimha titwettaq xi tranżazzjoni jew attività; is-sid benefiċjarju għandu mill-inqas jinkludi:

(a)

għal entitajiet korporati:

(i)

il-persuna jew persuni fiżiċi li fl-aħħar mill-aħħar ikunu s-sidien ta' entità ġuridika jew jikkontrollaw entità ġuridika permezz ta' titolu ta' proprjetà jew ta' kontroll dirett jew indirett ta' perċentwali biżżejjed ta' l-ishma jew tad-drittijiet tal-vot f'dik l-entità legali, anke permezz ta' ishma f'isem ħaddieħor, minbarra kumpannija reġistrata f'suq regolat li tkun suġġetta għal rekwiżiti ta' żvelar konformi mal-liġi Komunitarja jew suġġetta għal standards internazzjonali ekwivalenti; perċentwali ta' 25 % u sehem wieħed għandhom jitqiesu bħala biżżejjed sabiex jiġi sodisfatt dan il-kriterju;

(ii)

il-persuna jew persuni fiżiċi li bi kwalunkwe mod ieħor jeżerċitaw kontroll fuq it-tmexxija ta' l-entità ġuridika;

(b)

fil-każ ta' entitajiet ġuridiċi, bħal fondazzjonijiet, u ta' arranġamenti ġuridiċi, bħal trusts, li jamministraw u jqassmu fondi:

(i)

fejn il-benefiċjarji futuri diġà ġew determinati, il-persuna jew persuni fiżiċi li jkunu l-benefiċjarji ta' 25 % jew aktar tal-proprjetà ta' l-arranġament ġuridiku jew entità ġuridika;

(ii)

fejn l-individwi li jibbenefikaw mill-arranġament jew entità ġuridiċi għad iridu jiġu determinati, il-klassi tal-persuni li fl-interess ewlieni tagħhom l-arranġament ġuridiku jew l-entità ġuridika huma mwaqqfa jew joperaw;

(iii)

il-persuna jew persuni fiżiċi li jeżerċitaw kontroll fuq 25 % jew aktar tal-proprjetà ta' l-arranġament ġuridiku jew entità ġuridika;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in