Eureka 32006L0043 Sign in

soċju

as defined in Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006…, Article 2, point (16) ('Definizzjonijiet)

16)

“soċju jew soċji essenzjali fil-verifika” tfisser:

(a)

l-awditur jew awdituri statutorji maħtura minn kumpannija tal-verifika għal kompitu partikolari ta' verifika bħala l-persuna jew persuni primarjament responsabbli sabiex iwettqu l-verifika statutorja f'isem il-kumpannija tal-verifika; jew

(b)

fil-każ ta' verifika ta' grupp, almenu l-awditur jew awdituri statutorji maħtura minn kumpannija tal-verifika bħala l-persuna jew persuni primarjament responsabbli sabiex iwettqu l-verifika statutorja fil-livell ta' grupp u l-awditur jew awdituri statutorji maħtura bħala l-persuna jew persuni primarjament responsabbli fil-livell ta' sussidjarji materjali; jew

(ċ)

l-awditur jew awdituri statutorji li ffirmaw ir-rapport tal-verifika.

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex