Eureka 32008L0052 Sign in

medjazzjoni

as defined in Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Mejju 2008…, Article 3, point (a) (Definizzjonijiet)

(a)

“Medjazzjoni” tfisser proċess strutturat, irrispettivament minn kif inhu msemmi jew minn kif issir referenza għalih, li permezz tiegħu żewġ partijiet jew aktar f’disputa jippruvaw, bejniethom fuq bażi volontarja jilħqu ftehim dwar ir-riżoluzzjoni tad-disputa tagħhom bl-assistenza ta’ medjatur. Dan il-proċess jista’ jinbeda mill-partijiet jew jiġi suġġerit jew ordnat minn qorti jew ikun preskritt mil-liġi ta’ Stat Membru.

Din tinkludi medjazzjoni magħmula minn imħallef li ma jkunx responsabbli għal kwalunkwe proċediment ġuridiku rigward id-disputa konċernata. Hija teskludi tentattivi magħmula mill-qorti jew l-imħallef invokati biex jiddeċiedu disputa fil-kors tal-proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tad-disputa konċernata.

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in