Eureka 32009L0138 Sign in

grupp

as defined in Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Novembru…, Article 212(1), point (c) (Definizzjonijiet)

(ċ)

“grupp” tfisser grupp ta’ impriżi li:

(i)

jikkonsisti minn impriża parteċipanti, l-impriżi sussidjarji tagħha u l-entitajiet li fihom l-impriża parteċipanti jew l-impriżi sussidjarji tagħha jkollhom sehem, kif ukoll impriżi marbuta bejniethom b’relazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE; jew

(ii)

jkun ibbażat fuq l-istabbiliment kuntrattwali jew mod ieħor ta’ rabtiet finanzjarji b’saħħithom u sostenibbli bejn dawk l-impriżi u li jista’ jinkludi wkoll assoċjazzjonijiet reċiproċi jew tat-tip reċiproku, sakemm:

—

waħda minn dawn l-impriżi teżerċita b’mod effettiv, permezz tal-koordinazzjoni ċentralizzata, influwenza dominanti fuq id-deċiżjonijiet, inklużi dawk finanzjarji, tal-impriżi l-oħra li jiffurmaw parti mill-grupp; u

—

l-istabbiliment u x-xoljiment ta’ dawn ir-relazzjonijiet għall-finijiet ta’ dan it-Titolu jkunu suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel mill-grupp ta’ superviżjoni.

fejn l-impriża li teżerċita l-koordinazzjoni ċentralizzata għandha titqies bħala l-impriża prinċipali, u l-impriżi l-oħra għandhom jitqiesu bħala sussidjarji;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in