Eureka 32009L0138 Sign in

riskji kbar

as defined in Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Novembru…, Article 13, point (27) (Definizzjonijiet)

(27)

“riskji kbar” tfisser:

(a)

riskji kklassifikati taħt il-klassijiet 4, 5, 6, 7, 11 u 12 fil-Parti A tal-Anness I;

(b)

riskji kklassifikati taħt il-klassijiet 14 u 15 fil-Parti A tal-Anness I, meta t-titolari tal-polza jkun ingaġġat professjonalment f’attività industrijali jew kummerċjali jew f’waħda mill-professjonijiet liberali, u r-riskji jirrelataw għal din l-attività;

(ċ)

riskji klassifikati taħt il-klassijiet 3, 8, 9, 10, 13 u 16 fil- Parti A tal-Anness I sa fejn it-titolari tal-polza jeċċedi l-limiti ta’ millanqas tnejn minn dawn il-kriterji li ġejjin:

(i)

total tal-karta tal-bilanċ ta’ EUR 6,2 miljun;

(ii)

valur fuq il-bejgħ nett, fis-sens tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju tal-1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji, ta’ EUR 12,8 miljun;

(iii)

numru medju ta’250 impjegati matul is-sena finanzjarja.

Jekk it-titolari tal-polza jappartieni għal grupp ta’ impriżi li jitfasslu għalihom kontijiet konsolidati fis-sens tad-Direttiva 83/349/KEE, il-kriterji stipulati fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu applikati fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati.

L-Istati Membri jistgħu jżidu mal-kategorija msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu riskji assigurati minn assoċjazzjonijiet professjonali, impriżi konġunti jew gruppi temporanji;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in