Eureka 32011L0061 Sign in

rabtiet mill-qrib

as defined in Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta’ Ġunju 2011…, Article 4(1), point (e) (Definizzjonijiet)

(e)

“rabtiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar fiżiċi jew ġuridiċi huma marbutin permezz ta’:

(i)

parteċipazzjoni, b’ mod partikolari, il-pussess, dirett jew permezz tal-kontroll, ta’ 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża,

(ii)

kontroll, b’ mod partikolari, ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 1 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati, jew relazzjoni simili bejn kull persuna fiżika jew ġuridika, u impriża; għall-iskopijiet ta’ dan il-punt, impriża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja għandha wkoll tkun ikkunsidrata tal-impriża prinċipali fuq dawk is-sussidjarji.

Sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar fiżiċi jew ġuridiċi huma marbutin b’mod permanenti mal-istess persuna b’relazzjoni ta’ kontroll għandha wkoll titqies bħala “rabta mill-qrib” bejn tali persuni;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in