Eureka 32012L0019 Sign in

produttur

as defined in Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 4 ta’ Lulju 2012…, Article 3(1), point (f) (Definizzjonijiet)

(f)

“produttur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, irrispettivament mill-metodu ta’ bejgħ użat, inkluż komunikazzjoni mill-bogħod fis-sens tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi rigward kuntratti li jsiru mill-bogħod:

(i)

li hi stabbilita fi Stat Membru u li timmanifattura EEE f'isimha stess jew f'isem it-trademark tagħha, jew għandha EEE ddisinjat jew immanifatturat u tikkumerċjalizzah f'isimha jew f'isem it-trademark tagħha fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

(ii)

li hi stabbilita fi Stat Membru u li terġa' tbigħ fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, f'isimha jew f'isem it-trademark tagħha stess, tagħmir prodott minn fornituri oħrajn, fejn wieħed li jbigħ mill-ġdid ma jitqiesx bħala l-“produttur” jekk id-ditta tal-produttur tidher fuq it-tagħmir, kif stipulat fil-punt (i);

(iii)

li hija stabbilita fi Stat Membru u li tqiegħed fis-suq ta’ dak l-Istat Membru, fuq bażi professjonali, EEE minn pajjiż terz jew minn Stat Membru ieħor; jew

(iv)

li tbigħ EEE permezz ta’ komunikazzjoni minn distanza direttament lid-djar jew lill-utenti privati, minbarra d-djar privati, fi Stat Membru, u li hija stabbilita fi Stat Membru ieħor jew f'xi pajjiż terz.

Kull min jipprovdi esklussivament finanzjament fil-qafas ta’ jew skont kwalunkwe ftehim ta’ finanzjament ma għandux jitqies bħala “produttur” għajr jekk huwa wkoll jaġixxi bħala produttur fis-sens tal-punti (i) sa (iv);

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in