|
14.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 315/74 |
DIRETTIVA 2012/30/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Ottubru 2012
dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti
(Riformulazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50(1) u (2) (g) tiegħu;
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara trażmissjoni tal-proposta tal-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1), Mal-proċedura ordinarja leġiżlattiva,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
It-tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta’ Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 54 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Peress li għandhom isiru iktar emendi, din għandha tiġi rriformulata fl-interessi taċ-ċarezza. |
|
(2) |
Il-koordinazzjoni prevista fil-punt (g) tal-Artikolu 50(2) (g) tat-Trattat u fil-Programm Ġenerali għat-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment, li nbdiet mill-ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE tad-9 ta’ Marzu 1968 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità (5), hija speċjalment importanti dwar kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata, għaliex l-attivitajiet tagħhom jippredominaw fl-ekonomija ta’ l-Istati Membri u jestendu ħafna drabi lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tagħhom. |
|
(3) |
Sabiex tiġi assigurata protezzjoni minima ekwivalenti kemm għal azzjonisti u kemm għal kredituri ta’ kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata, l-koordinazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jirreferu għall-formazzjoni tagħhom u għaż-żamma, żieda jew tnaqqis tal-kapital tagħhom hija partikolarment importanti. |
|
(4) |
Fl-Unjoni-, l-istatuti jew l-att ta’ inkorporazzjoni ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata għandhom jagħmluha possibbli għal kull persuna interessata li tkun taf id-dettalji bażiċi tal-kumpannija, inkluż l-kompożizzjoni eżatta tal-kapital tagħha. |
|
(5) |
Dispożizzjonijiet fl-Unjoni — huma meħtieġa biex jinżamm il-kapital, li jikkostitwixxi s-sigurtà tal-kredituri, b’mod partikolari billi ma jippermettux it-tnaqqis tiegħu bit-tqassim lill-azzjonisti meta dawn ta' l-aħħar ma għandhomx dritt għalih u billi jimponu limiti fuq id-dritt tal-kumpannija li takkwista l-azzjonijiet tagħha stess. |
|
(6) |
Ir-restrizzjonijiet fuq il-kisba minn kumpannija ta’ l-ishma tagħha stess għandhom japplikaw mhux biss għall-kisbiet magħmula minn kumpannija nfisha iżda wkoll għal dawk magħmula minn kull persuna li taġixxi f’isimha stess imma f’isem il-kumpannija. |
|
(7) |
Sabiex kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata ma titħalliex tuża kumpannija oħra li fiha żżomm il-maġġoranza tal-jeddijiet tal-vot jew li fuqha tista’ teżerċita influwenza dominanti sabiex tagħmel dawn il-kisbiet mingħajr ma tħares ir-restrizzjonijiet imposti f’dan ir-rigward, l-arranġamenti li jirregolaw kisba minn kumpannija ta’ l-ishma tagħha stess għandhom jiġu estiżi sabiex ikopru l-iktar każijiet importanti u frekwenti tal-kisba ta’ l-ishma minn kumpanniji oħra bħal dawn. Dawn l-arranġamenti għandhom jiġu estiżi sabiex ikopru s-sottoskrizzjoni għall-ishma fil-kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata. |
|
(8) |
Sabiex jiġi pprevenut il-ħrib minn din id-Direttiva, il-kumpanniji rregolati mid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (6) u l-kumpanniji rregolati mil-liġijiet ta’ pajjiżi terzi u li għandhom forom legali paragunabbli għandhom jiġu koperti wkoll mill-arranġamenti msemmija fil-premessa 7. |
|
(9) |
Meta r-relazzjoni bejn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata u kumpannija oħra bħal dik imsemmija fil-premessa 7 tkun indiretta biss, ikun jidher iġġustifikat li jiġu llaxkati d-dispożizzjonijiet li japplikaw meta din ir-relazzjoni tkun diretta billi jiġi pprovvdut għas-sospensjoni tal-jeddijiet tal-vot bħala miżura minima sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva. |
|
(10) |
Barra minn hekk, ikun iġġustifikat li jiġu eżentati każijiet li fihom in-natura speċifika tar-regoli ta’ attività professjonali teskludi l-possibbiltà li l-kisba ta’ l-għanijiet ta’ din id-Direttiva jistgħu jiġu pperikolati. |
|
(11) |
Huwa meħtieġ, wara li jiġu kkunsidrati l-għanijiet tal-punt (g) tal-Artikolu 50(2) tat-Trattat, li l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar iż-żieda jew tnaqqis ta’ kapital jassiguraw li l-prinċipji ta’ trattament indaqs ta’ azzjonisti fl-istess pożizzjoni u ta’ protezzjoni ta’ kredituri li t-talbiet tagħhom jeżistu qabel id-deċiżjoni dwar tnaqqis huma mħarsa u armonizzati. |
|
(12) |
Sabiex tittejjeb il-protezzjoni standardizzata tal-kreditur fl-Istati Membri kollha, il-kredituri għandhom ikunu jistgħu jirreferu, taħt ċerti kundizzjonijiet, għall-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi fejn it-talbiet tagħhom huma fir-riskju bħala konsegwenza ta’ tnaqqis tal-kapital ta’ kumpannija pubblika b’responabbiltà limitata. |
|
(13) |
Sabiex jiġi assigurat li jiġi evitat l-abbuż fis-suq, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont, għall-iskop ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, tad-dispożizzjonjiet tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (7), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 tat-22 ta’ Diċembru 2003 li jimplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-eżenzjonijiet għall-programmi ta’ xiri lura u l-istabbilizzazzjoni ta’ l-istrumenti finanzjarji (8) u tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE tad-29 ta’ April 2004 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda l-prattiċi aċċettati tas-suq, id-definizzjoni ta’ l-informazzjoni interna b’relazzjoni mad-derivati dwar il-kommoditajiet, it-tħejjija ta’ listi ta’ persuni interni, in-notifika tat-tranżazzjonijiet ta' l-amministraturi u n-notifika ta' tranżazzjonijiet suspettużi (9). |
|
(14) |
Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Mejju 2008 fil-Każ C-133/06 Parlament v Kunsill (10), ġie meqjus neċessarju li l-kliem tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 77/91/KEE jiġi rriformulat sabiex titneħħa bażi ġuridika sekondarja eżistenti u sabiex ikun hemm provvediment għall-eżami u, jekk hemm bżonn, ir-reviżjoni tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu kemm mill-Parlament Ewropew u kemm mill-Kunsill. |
|
(15) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. Il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti minn din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, regolamenti jew azzjonijiet amministrattivi fi Stati Membri dwar it-tipi ta’ kumpanniji elenkati fl-Anness I.
L-isem ta’ kull kumpannija tat-tipi elenkati fl-Anness I għandu jinkludi jew ikollu miegħu deskrizzjoni li hija distinta mid-deskrizzjoni meħtieġa għal tipi oħra ta’ kumpanniji.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva għal kumpanniji ta’ investiment b’kapital varjabbli u għal kooperattivi inkorporati bħala wħud mit-tipi ta’ kumpanniji elenkati fl-Anness I. Safejn il-liġijiet ta’ l-Istati Membri jagħmlu użu minn din l-għażla, huma għandhom jeħtieġu li dawk il-kumpanniji jinkludu l-kliem “kumpannija ta’ investiment b’kapital varjabbli” jew “kooperattiva” fid-dokumenti kollha indikati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/101/KE.
L-espressjoni “kumpannija ta’ investiment b’kapital varjabbli”, fis-sens ta’ din id-Direttiva, tfisser dawk il-kumpanniji biss:
|
— |
li l-iskop esklussiv tagħhom huwa li jinvestu l-fondi tagħhom f’diversi azzjonijiet u ishma, artijiet jew a ieħor bil-għan uniku li jifirxu r-riskji ta’ l-investiment u li jagħtu lill-azzjonisti tagħhom il-benefiċċju tar-riżultati tat-tmexxija ta’ l- tagħhom, |
|
— |
li joffru l-ishma tagħhom stess għal sottoskrizzjoni mill-pubbliku, u |
|
— |
li l-istatuti tagħhom jiddisponu li, fil-limiti ta’ kapital minimu u massimu, huma jistgħu f’kull żmien joħorġu, jifdu jew jerġgħu jbiegħu l-ishma tagħhom. |
Artikolu 2
L-istatuti jew l-atti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpannija għandhom għall-inqas dejjem jagħtu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
it-tip u l-isem tal-kumpannija; |
|
(b) |
l-għanijiet tal-kumpannija; |
|
(c) |
meta l-kumpannija ma għandhiex kapital awtorizzat, l-ammont tal-kapital sottoskritt, |
|
(d) |
meta l-kumpannija għandha kapital awtorizzat, l-ammont tiegħu kif ukoll l-ammont tal-kapital sottoskritt fiż-żmien li l-kumpannija hija inkorporata jew hija awtorizzata biex tibda n-negozju, u fiż-żmien ta’ kull tibdil fil-kapital awtorizzat, mingħajr preġudizzju għall-punt (e) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE; |
|
(e) |
safejn ma jkunux legalment stabbiliti, r-regoli li jirregolaw in-numru ta’, u l-proċedura għall-ħatra tal-membri tal-korpi responsabbli biex jirrappreżentaw il-kumpannija rigward partijiet terzi, amministrazzjoni, ġestjoni, sorveljanza jew kontroll tal-kumpannija u l-għoti ta’ setgħat fost dawn il-korpi; |
|
(f) |
it-tul ta’ żmien tal-kumpannija, ħlief meta dan mhux definit. |
Artikolu 3
L-informazzjoni li ġejja għandha mill-inqas tidher fl-istatuti jew fl-atti ta’ inkorporazzjoni jew f’dokument separat ippubblikat skond il-proċedura stabbilita fil-liġijiet ta’ kull Stat Membru skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE:
|
(a) |
l-uffiċċju reġistrat; |
|
(b) |
il-valur nominali ta’ l-ishma sottoskritti u, għall-inqas darba fis-sena, in-numru tagħhom; |
|
(c) |
in-numru ta’ ishma sottoskritti mingħajr dikjarazzjoni tal-valur nominali, meta dawk l-ishma jistgħu jinħarġu skond il-liġi nazzjonali; |
|
(d) |
il-kondizzjonijiet speċjali, jekk hemm, li jillimitaw it-trasferiment ta’ ishma; |
|
(e) |
meta hemm diversi klassijiet ta’ ishma, l-informazzjoni msemmija f’punti (b), (c) u (d) għal kull klassi u d-drittijiet assoċjati ma’ l-ishma ta’ kull klassi; |
|
(f) |
jekk l-ishma huma rreġistrati jew għad-detentur, meta l-liġi nazzjonali tiddisponi għaż-żewġ tipi, u kull dispożizzjoni li tirreferixxi għall-konverżjoni ta’ dawk l-ishma kemm-il darba l-proċedura hija speċifikata bil-liġi; |
|
(g) |
l-ammont tal-kapital sottoskritt imħallas fiż-żmien li l-kumpannija hija inkorporata jew hija awtorizzata biex tibda n-negozju; |
|
(h) |
il-valur nominali ta’ l-ishma jew, meta ma hemmx valur nominali, in-numru ta’ ishma maħruġa għal xi konsiderazzjoni oħra għajr fi flus, flimkien max-xorta tal-konsiderazzjoni u l-isem tal-persuna li tagħti dik il-konsiderazzjoni; |
|
(i) |
l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew kumpanniji jew ditti li ffirmaw jew li ġew iffirmati f’isimhom l-istatuti jew l-atti ta’ inkorporazzjoni, jew meta l-kumpannija ma kenitx iffurmata fl-istess żmien, l-abbozzi ta’ dawk id-dokumenti; |
|
(j) |
l-ammont totali, jew għall-inqas stima, ta’ l-ispejjeż kollha li għandhom jitħallsu mill-kumpannija jew li għandhom jitħallsu minnha minħabba l-formazzjoni tagħha u, meta xieraq, qabel il-kumpannija hija awtorizzata biex tibda n-negozju; u |
|
(k) |
kull vantaġġ speċjali mogħti, fiż-żmien li l-kumpannija hija ffurmata jew sa meta hija tirċievi awtorizzazzjoni biex tibda n-negozju, lil kull min ħa parti fil-formazzjoni tal-kumpannija jew fi transazzjonijet li jwasslu għall-għoti ta’ dik l-awtorizzazzjoni. |
Artikolu 4
1. Meta l-liġijiet ta’ Stat Membru jippreskrivu li kumpannija ma tistax tibda n-negozju mingħajr awtorizzazzjoni, huma għandhom jiddisponu wkoll għal responsabbilta' għal passivi inkorsi minn jew f’isem il-kumpannija matul il-perjodu qabel dik l-awtorizzazzjoni hija mogħtija jew rifjutata.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal passivi taħt kuntratti konklużi mill-kumpannija bil-kondizzjoni li hija tingħata awtorizzazzjoni li tibda n-negozju.
Artikolu 5
1. Meta l-liġijiet ta’ Stat Membru jeħtieġu li kumpannija tiġi ffurmata minn iktar minn membru wieħed, il-fatt li l-ishma kollha jinżammu minn persuna waħda jew li n-numru ta’ membri niżel taħt il-minimu legali wara l-inkorporazzjoni tal-kumpannija ma għandux iwassal għax-xoljiment awtomatiku tal-kumpannija.
2. Jekk fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-liġijiet ta’ Stat Membru jħallu l-kumpannija li tiġi stralċjata b’ordni tal-qorti, l-imħallef li għandu ġurisdizzjoni għandu jkun jista’ jagħti lill-kumpannija biżżejjed żmien biex tirregolarizza l-pożizzjoni tagħha.
3. Meta ssir l-ordni ta’ stralċ imsemmi fil-paragrafu 2 il-kumpannija għandha tidħol f’likwidazzjoni.
Artikolu 6
1. Il-liġijiet ta’ l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, sabiex kumpannija tista’ tiġi inkorporata jew tikseb awtorizzazzjoni biex tibda n-negozju, kapital minimu għandu jiġi sottoskritt li l-ammont tiegħu għandu jkun mhux inqas minn EUR 25 000.
2. Kull ħames snin il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, waqt li jaġixxu fuq proposta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 50(1) u 2(g) tat-Trattat, għandhom jeżaminaw u, jekk ikun hemm bżonn, jirrevedu l-ammont espress fil-paragrafu 1 f’ euro fid-dawl ta’ tendenzi ekonomiċi u monetarji fl-Unjoni u tat-tendenza li impriżi kbar jew ta’ daqs medju biss jitħallew biex jagħżlu t-tipi ta’ kumpanniji elenkati fl- Anness I.
Artikolu 7
Il-kapital sottoskritt jista’ jiġi ffurmat biss minn attiv li jista' jkun valutat ekonomikament. Iżda, impriża li tagħmel xogħol jew tipprovdi servizzi ma tistax tifforma parti minn dak l-attiv.
Artikolu 8
Ma jistgħux jinħarġu ishma bi prezz inqas mill-valur nominali tagħhom, jew, meta ma hemmx valur nominali, mill-parità kontabbli tagħhom.
Iżda, l-Istati Membri jistgħu jħallu lil dawk li jimpenjaw ruħhom biex jallokaw ishma fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom biex iħallsu inqas mill-prezz totali ta’ l-ishma li għalihom huma jissottoskrivu fil-kors ta’ dik it-transazzjoni.
Artikolu 9
Ishma maħruġa għal xi konsiderazzjoni għandhom jitħallsu fiż-żmien li l-kumpannija hija inkorporata jew li tkun awtorizzata biex tibda n-negozju b’mhux inqas minn 25 % tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-parità kontabbli tagħhom.
Iżda, meta ishma jinħarġu għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus fiż-żmien li l-kumpannija hija inkorporata jew li tkun awtorizzata biex tibda n-negozju, il-konsiderazzjoni għandha tiġi trasferita kollha f’perjodu ta’ ħames snin minn dak iż-żmien.
Artikolu 10
1. Rapport dwar kull konsiderazzjoni li ma tkunx fi flus għandu jiġi mfassal qabel ma l-kumpannija tiġi inkorporata jew awtorizzata biex tibda n-negozju, minn espert indipendenti wieħed jew iżjed maħtura jew approvati minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja. Dawn l-esperti jistgħu jkunu persuni fiziċi kif ukoll persuni ġuridiċi u kumpanniji jew ditti skond il-liġijiet ta’ kull Stat Membru.
2. Ir-rapport ta’ l-esperti msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih għall-inqas deskrizzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-attiv inkluż fil-konsiderazzjoni kif ukoll tal-metodi ta’ valutazzjoni użati u għandu jiddikjara jekk il-valuri li jaslu għalihom bl-applikazzjoni ta’ dawk il-metodi jaqblux għall-inqas man-numru u valur nominali jew, meta ma hemmx valur nominali, għall-paritŕ kontabbli u, meta xieraq, għall-premium fuq l-ishma li għandhom jinħarġu għalihom.
3. Ir-rapport ta’ l-esperti għandu jiġi ppubblikat bil-mod preskritt mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru, skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE.
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan l-Artikolu meta 90 % tal-valur nominali, jew meta ma hemmx valur nominali, tal-parità kontabbli, ta’ l-ishma kollha jinħareġ lil kumpannija waħda jew iżjed għal xi konsiderazjoni għajr fi flus, u meta r-rekwiżiti li ġejjin huma mħarsa:
|
(a) |
rigward il-kumpannija li tirċievi dik il-konsiderazzjoni, il-persuni msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 3 ikunu ftiehmu li ma jużawx ir-rapport ta’ l-esperti; |
|
(b) |
dak il-ftehim ġie pubblikat kif previst fil-paragrafu 3; |
|
(c) |
il-kumpanniji li jipprovdu dik il-konsiderazzjoni għandhom riservi li ma jistgħux jitqassmu skond il-liġi jew l-istatuti u li huma għall-inqas daqs il-valur nominali jew, meta ma hemmx valur nominali, l-parità kontabbli ta’ l-ishma maħruġa għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus; |
|
(d) |
il-kumpanniji li jipprovdu din il-konsiderazzjoni jiggarantixxu, sa ammont daqs dak muri f’punt (c), id-djun tal-kumpannija li tirċievi li jsiru bejn iż-żmien meta l-ishma jinħarġu għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus u sena wara l-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali ta’ dik il-kumpannija għas-sena finanzjarja li matulha tkun ingħatat dik il-konsiderazzjoni; kull trasferiment ta’ dawk l-ishma huwa projbit f’dan il-perjodu; |
|
(e) |
il-garanzija msemmija f’punt (d) ġiet ippubblikata kif previst fil-paragrafu 3; u |
|
(f) |
il-kumpanniji li jipprovdu tali konsiderazzjoni għandhom iqiegħdu somma daqs dik indikata fil-punt (c) f’riserva li ma tistax tiġi mqassma sa tliet snin wara l-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali tal-kumpannija li tirċievi għas-sena finanzjarja li matulha din il-konsiderazzjoni tkun ingħatat jew, jekk meħtieġ, sa data aktar tard meta l-pretensjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-garanzija msemmija f’punt (d) li jingħataw matul dak il-perjodu jkunu ġew solvuti. |
5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan l-Artikolu fil-każ li titfassal kumpannija ġdida permezz ta’ għaqda jew diviżjoni meta rapport ta’ espert jew esperti indipendenti huwa mfassal dwar l-abbozz tat-termini tal-għaqda jew tad-diviżjoni.
Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw dan l-Artikolu fil-każijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, huma jistgħu jipprovdu li r-rapport taħt dan l-Artikolu u r-rapport tal- espert jew esperti indipendenti dwar l-abbozz tat-termini tal-għaqda jew tad-diviżjoni jista’ jitfassal mill-istess espert jew esperti.
Artikolu 11
1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma japplikawx l-Artikolu 10(1), (2) u (3) ta' din id-Direttiva fejn, wara deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew il-korp tat-tmexxija, titoli trasferibbli kif definiti fil-punt 18 ta’ l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (11) jew strumenti tas-suq tal-flus kif definiti fil-punt 19 ta’ l-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva, huma kontribwiti bħala konsiderazzjoni għajr fi flus, u dawk it-titoli jew strumenti tas-suq tal-flus huma valutati bil-prezz medju mwieżen li bih ġew negozjati f’suq wieħed jew aktar regolati kif definit fil-punt 14 ta’ l-Artikoli 4(1) ta’ dik id-Direttiva tul perjodu suffiċjenti, li għandu jiġi deċiż skond il-liġi nazzjonali, li jippreċedi d-data effettiva tal-kontribuzzjoni tal-konsiderazzjoni rispettiva għajr fi flus.
Madanakollu, fejn dak il-prezz ġie affettwat minn ċirkostanzi eċċezzjonali li jibdlu b’mod sinifikattiv il-valur ta’ l-attiv fid-data effettiva tal-kontribuzzjoni tagħha, inklużi sitwazzjonijiet fejn is-suq għat-tali titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus spiċċa b’nuqqas ta’ likwidità, għandha terġà ssir evalwazzjoni mill-ġdid fuq l-inizjattiva u taħt ir-responsabbiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija.
Għall-għanijiet ta’ tali evalwazzjoni mill-ġdid, l-Artikoli 10(1), (2) u (3) għandhom japplikaw.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 10(1), (2) u (3) fejn, fuq deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija, attiv, ħlief titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, huma kontribwiti bħala konsiderazzjoni għajr fi flus li diġà kien suġġett għal opinjoni ta’ valur ġust minn espert rikonoxxut indipendenti u fejn il-kondizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:
|
(a) |
il-valur ġust hu determinat sa mhux iżjed minn 6 xhur qabel id-data effettiva tal-kontribuzzjoni ta’ l-attiv; u |
|
(b) |
l-evalwazzjoni twettqet b’mod konformi ma’ l-istandards ta’ evalwazzjoni u l-prinċipji ġeneralment aċċettati fl-Istat Membru, li huma applikabbli għat-tip ta’ attiv li għandu jkun kontribwit. |
Fil-każ ta’ ċirkustanzi ġodda kwalifikanti, li jbiddlu b’mod sinifikattiv il-valur ġust ta’ l-attiv fid-data effettiva tal-kontribuzzjoni tiegħu, għandha ssir evalwazzjoni mill-ġdid fuq l-inizjattiva u taħt ir-responsabbiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija.
Għall-għanijiet ta’ tali evalwazzjoni mill-ġdid, l-Artikoli 10(1), (2) u (3) għandhom japplikaw.
Fin-nuqqas ta’ tali evalwazzjoni mill-ġdid, azzjonist wieħed jew aktar li jkollhom persentaġġ aggregat ta’ mill-anqas 5 % tal-kapital sottoskritt tal-kumpannija fil-ġurnata li fiha tittieħed id-deċiżjoni fuq iż-żieda tal-kapital jistgħu jitolbu evalwazzjoni minn espert indipendenti, f’liema każ l-Artikolu 10(1), (2) u (3) għandu japplika.
Tali azzjonist(i) jistgħu jissottomettu talba sad-data effettiva tal-kontribuzzjoni ta’ l-attiv, bil-kondizzjoni li, fid-data tat-talba, l-azzjonist(i) involut(i) ikun għad għandhom persentaġġ aggregat ta’ mill-inqas 5 % tal-kapital sottoskritt tal-kumpannija, kif kien fil-ġurnata meta ttieħdet id-deċiżjoni dwar iż-żieda tal-kapital.
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 10(1), (2) u (3) fejn, fuq deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija, attiv, ħlief titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, huma kontribwiti bħala konsiderazzjoni għajr fi flus li l-valur ġust tagħhom hu derivat minn attiv individwali minn kontijiet statutorji tas-sena finanzjarja ta’ qabel sakemm il-kontijiet statutorji kienu soġġetti għal verifika b’mod konformi mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (12).
It-tieni u ħames subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 12
1. Fejn konsiderazzjoni għajr fi flus kif imsemmija fl-Artikolu 11 sseħħ mingħajr ir-rapport ta’ l- esperti imsemmi fl-Artikolu 10(1), (2) u (3), barra mill-ħtiġijiet stabbiliti fil-punt(h) ta’ l-Artikolu 3 u sa xahar wara d-data effettiva tal-kontribuzzjoni ta’ l-attiv, għandha tiġi ppubblikata dikjarazzjoni li jkun fiha dan li ġej:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-konsiderazzjoni għajr fi flus maħruġa; |
|
(b) |
il-valur tagħha, is-sors ta’ dik l-evalwazzjoni u, fejn ikun xieraq, il-metodu ta’ l-evalwazzjoni; |
|
(c) |
stqarrija dwar jekk il-valur miksub jikkorrispondiex għall-inqas għan-numru, għall-valur nominali jew, fejn m’hemmx valur nominali, għall-parità kontabbli u, fejn hu xieraq, għall-primjum fuq l-ishma li għandhom jinħarġu għal tali konsiderazzjoni; u |
|
(d) |
stqarrija dwar il-fatt li ma seħħew l-ebda ċirkustanzi kwalifikanti ġodda li jaffetwaw il-valutazzjoni oriġinali. |
Dik il-publikazzjoni għandha ssir bil-mod stipulat mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE.
2. Fejn konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti hija proposta li ssir mingħajr rapport ta’ l- esperti kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), (2) u (3) fir-rigward ta’ żieda fil-kapital proposta biex issir skond l-Artikolu 29(2), għandu jiġi ppubblikat avviż li jkun fih id-data ta’ meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar iż-żieda u l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, bil-mod stipulat mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE, qabel ma l-kontribuzzjoni ta’ l-attiv bħala konsiderazzjoni għajr fi flustidħol fis-seħħ. F’dak il-każ, id-dikjarazzjoni skond il-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-istqarrija dwar il-fatt li ma seħħew l-ebda ċirkustanzi kwalifikanti ġodda minn meta l-avviż hawn fuq imsemmi ġie ppubblikat.
3. Kull Stat Membru għandu jipprovdi salvagwardji xierqa li jaċċertaw il-konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 u f’dan l-Artikolu fejn kontribuzzjoni għal konsiderazzjoni għajr fi flus issir mingħajr rapport ta’ l- esperti kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), (2) u (3).
Artikolu 13
1. Jekk, qabel l-għeluq ta’ limitu ta’ żmien preskritt mil-liġi nazzjonali ta’ mill-inqas sentejn minn meta l-kumpannija tiġi inkorporata jew awtorizzata biex tibda n-negozju, l-kumpannija takkwista kwalunkwe wieħed mill-attiv li huwa ta’ persuna jew kumpannija jew ditta msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 3 għal konsiderazzjoni ta’ mhux inqas minn wieħed f’għaxra tal-kapital sottoskritt, l-akkwist għandu jiġi eżaminat u dettalji tiegħu għandhom jiġu pubblikati bil-mod previst fl- Artikolu 10(1), (2) u (3) u huwa għandu jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni tal-laqgħa ġenerali.
L-Artikoli 11 u 12 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
L-Istati Membri jistgħu wkoll jeħtieġu li dawk id-dispożizzjonijet għandhom jiġu applikati meta l-attiv ikun ta’ xi azzjonista jew ta’ xi persuna oħra.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal akkwisti effettwati fil-kors normali tan-negozju tal-kumpannija, għal akkwisti effettwati fuq talba jew taħt is-sorveljanza ta’ awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja, jew għal akkwisti tal-borża.
Artikolu 14
Bla ħsara għad-dispożizzjonjijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tnaqqis ta’ kapital sottoskritt, l-azzjonisti ma’ jistgħux jinħelsu mill-obbligu li jħallsu l-kontribuzzjonijet tagħhom.
Artikolu 15
Sakemm ikun hemm il-koordinazzjoni tal-liġijiet nazzjonali f’xi data sussegwenti, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jeħtieġu dispożizzjoni ta’ għall-inqas l-istess salvagwardji kif huma preskritti fl-Artikoli 2 sa 14 fil-każ ta’ konverżjoni ta’ tip ieħor ta’ kumpannija f’kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata.
Artikolu 16
L-Artikoli 2 sa 15 ma għandhomx ikunu ta’ ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ Stati Membri dwar kompetenza u proċedura li għandhom x’jaqsmu mal-modifika ta’ l-istatuti jew l-att ta’ inkorporazzjoni.
Artikolu 17
1. Ħlief għal każijiet ta’ tnaqqis ta’ kapital sottoskritt, ma tista’ ssir ebda distribuzzjoni lil azzjonisti meta fid-data ta’ l-għeluq ta’ l-aħħar sena finanzjarja l-attiv nett kif stabbilit fil-kontijiet annwali tal-kumpannija huwa, jew wara dak it-tqassim jista’ jsir, inqas mill-ammont tal-kapital sottoskritt biż-żieda ta’ dawk ir-riservi li ma jistgħux jiġu mqassma skond il-liġi jew l-istatuti.
2. Meta l-parti mhux imsejħa tal-kapital sottoskritt m’hix inkluża fl-attiv muri fil-karta tal-bilanċ, dak l-ammont għandu jitnaqqas mill-ammont ta’ kapital sottoskritt imsemmi fil-paragrafu 1.
3. L-ammont ta’ tqassim lil azzjonisti ma jistax ikun iżjed mill-ammont tal-qliegħ fit-tmiem ta’ l-aħħar sena finanzjarja b’żieda ta’ kull qliegħ magħmul u somom meħuda minn riservi disponibbli għal dan il-għan, imnaqqas kull telf magħmul u somom imqiegħda f’riserva skond il-liġi jew l-istatuti.
4. L-espressjoni ‘tqassim’ użata f’paragrafi 1 u 3 tinkludi b’mod partikolari l-ħlas ta’ dividendi u ta’ imgħax li għandhom x’jaqsmu ma’ ishma.
5. Meta l-liġijiet ta’ Stat Membru jippermettu l-ħlas ta’ dividendi interim, għandhom japplikaw għall-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
kontijiet interim għandhom jiġu mfassla biex juru li l-fondi disponibbli għal tqassim huma biżżejjed; |
|
(b) |
l-ammont li għandu jitqassam ma jistax ikun iżjed mill-profitti totali magħmula mit-tmiem ta’ l-aħħar sena finanzjarja li għaliha ġew imfassla l-kontijiet annwali, b’zjieda ta’ kull qliegħ magħmul u somom meħuda minn riservi disponibbli għal dak l-iskop, imnaqqsin kull telf magħmul u somom li għandhom jitqiegħdu f’riserva skond ir-rekwiżiti tal-liġi jew ta’ l-istatuti. |
6. Il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhomx jaffettwaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istati Membri dwar żidiet f’kapital sottoskritt b’ kapitalizzazzjoni ta’ riżervi.
7. Il-liġijiet ta’ Stat Membru jistgħu jiddisponu għal deroga minn paragrafu 1 fil-każ ta’ kumpanniji ta’ investiment b’kapital fiss.
L-espressjoni “kumpannija ta’ investiment b’kapital fiss”, fis-sens ta’ dan il-paragrafu, tfisser dawk il-kumpanniji biss:
|
(a) |
li l-għan esklussiv tagħhom huwa li jinvestu l-fondi tagħhom f’diversi azzjonijiet u ishma, artijiet jew assi oħrajn, bl-uniku għan li jifirxu riskji ta’ l-investiment u li jagħtu lill-azzjonisti tagħhom il-benefiċċju tar-riżultati ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-tagħhom, u |
|
(b) |
li joffru l-ishma tagħhom stess għal sottoskrizzjoni mill-pubbliku. |
Safejn il-liġijiet ta’ Stati Membri jagħmlu użu minn din l-għażla huma għandhom:
|
(a) |
jeħtieġu li dawk il-kumpanniji jinkludu l-espressjoni 'kumpannija ta’ investiment' fid-dokumenti kollha murija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/101/KE; |
|
(b) |
ma jħallux li xi kumpannija bħal dawn li l- nett tagħha jaqa’ taħt l-ammont speċifikat fil-paragrafu 1 tagħmel tqassim lil azzjonisti meta fid-data ta’ l-għeluq ta’ l-aħħar sena finanzjarja l-attiv totali tal-kumpannija kif jidher fil-kontijiet annwali huwa, jew wara dak it-tqassim jista’ jsir, inqas minn wieħed u nofs l-ammont tal-passiv totali tal-kumpannija lil kredituri kif imniżżel fil-kontijiet annwali; u |
|
(ċ) |
jeħtieġu li xi kumpannija bħal dawn li tagħmel tqassim meta l-attiv nett tagħha jaqa’ taħt l-ammont speċifikat fil-paragrafu 1 tinkludi fil-kontijiet annwali tagħha nota b'dan l-effett. |
Artikolu 18
Kull tqassim magħmul kuntrarju għall-Artikolu 17 għandu jintradd lura minn azzjonisti li irċevewh jekk il-kumpannija turi li dawn l-azzjonisti kienu jafu bl-irregolarità tat-tqassim magħmul lilhom, jew li minħabba ċ-ċirkostanzi ma setgħux ma kienux jafu bih.
Artikolu 19
1. Fi-każ ta’ telf serju tal-kapital sottoskrtitt, laqgħa ġenerali ta’ l-azzjonisti għandha tissejjaħ fil-perjodu speċifikat mil-liġijiet ta’ l-Istati Membri, biex jiġi kkunsidrat jekk il-kumpannija għandhiex tiġi stralċjata jew għandhomx jittieħdu xi miżuri oħra.
2. L-ammont ta’ telf meqjus serju fis-sens ta’ paragrafu 1 ma jistax jiġi stabbilit mil-liġijiet ta’ Stati Membri f’ċifra ogħla minn nofs il-kapital sottoskritt.
Artikolu 20
1. L-ishma ta’ kumpannija ma jistgħux jiġu sottoskritti mill-kumpannija nnifisha.
2. Jekk l-ishma ta’ kumpannija ġew sottoskritti minn persuna li qed taġixxi f’isimha stess, iżda fl-interess tal-kumpannija, dak li jissottoskrivi għandu jiġi meqjus li ssottoskriva għalihom akkont tiegħu stess.
3. Il-persuni jew kumpanniji jew ditti msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 3 jew, f’każijiet ta’ żieda f’kapital sottoskritt, il-membri tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija għandu jkun responsabbli li jħallas għal ishma sottoskritti mhux skond dan l-Artikolu.
Iżda, l-liġijiet ta’ Stat Membru jistgħu jiddisponu li kull persuna bħal dik tista’ tinħeles mill-obbligu tagħha jekk hija turi li ebda ħtija ma hija attribwibbli għaliha personalment.
Artikolu 21
1. Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ trattament l-istess ta’ l-azzjonisti kollha li jkunu fl-istess pożizzjoni, u għad-Direttiva 2003/6/KE, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li kumpannija takkwista l-ishma tagħha, hi stess jew permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha iżda fl-interess tal-kumpannija. Sakemm l-akkwisti huma permessi, l-Istati Membri għandhom jagħmlu dawn l-akkwisti suġġetti għall-kondizzjonjiet li ġejjin:
|
(a) |
l-awtorizazzjoni għandha tingħata permezz tal-laqgħa ġenerali, li għandha tiddetermina t-termini u l-kondizzjonijiet ta’ tali akkwisti, u b’mod partikolari n-numru massimu ta’ ishma li għandhom ikunu akkwistati, il-perjodu li għalih l-awtorizazzjoni hi mogħtija, li t-tul massimu tiegħu għandu jkun iddeterminat mil-liġi nazzjonali u li iżda ma jistax ikun iktar minn 5 snin, u, fil-każ ta’ akkwist għall-valur, il-konsiderazzjoni massima u minima. Il-Membri tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija jridu jissodisfaw lilhom infushom li, fiż-żmien meta jsir kull akkwist awtorizzat, il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (ċ) huma rispettati; |
|
(b) |
l-akkwisti, inklużi ishma akkwistati qabel mill-kumpannija u miżmuma minnha, u ishma akkwistati minn persuna li taġixxi f’isimha iżda fl-interess tal-kumpannija, ma jistgħux ikollhom l-effett li jnaqqsu l-attiv nett taħt l-ammont imsemmi fl-Artikolu 17(1) u (2); u |
|
(c) |
ishma mħallsa kompletament biss jistgħu jkunu inklużi fit-tranżazzjoni. |
Minnbarra dan, l-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu akkwisti fit-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu soġġetti għal xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
li l-valur nominali jew, fl-assenza ta’ dan, il-parità kontabbli ta’ l-ishma akkwistati, inklużi ishma akkwistati qabel mill-kumpannija u miżmuma minnha, u ishma akkwistati minn persuna li taġixxi f’isimha iżda fl-interess tal-kumpannija, ma tistax teċċedi l-limitu li għandu jkun iddeterminat mill-Istati Membri; dak il-limitu ma jistax ikun inqas minn 10 % tal-kapital sottoskritt; |
|
(b) |
li s-setgħa tal-kumpannija li takkwista l-ishma tagħha stess skond it-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu, in-numru massimu ta’ ishma li jistgħu jiġu akkwistati, it-tul tal-perjodu li għalih hija mogħtija s-setgħa u l-konsiderazzjoni massima jew minima, ikunu stipulati fl-istatuti jew fl-istrument ta’ l-inkorporazzjoni tal-kumpannija; |
|
(c) |
li l-kumpannija tkun konformi mar-rekwiżiti xierqa ta’ rappurtar u ta’ notifika; |
|
(d) |
li ċerti kumpanniji, skond kif iddeterminat mill-Istati Membri, jistgħu jkunu mitluba li jħassru l-ishma akkwistati, sakemm ammont ugwali għall-valur nominali ta’ l-ishma kkanċellati jkun inkluż f’riserva li ma tistax titqassam lill-azzjonisti, ħlief f’każ ta’ tnaqqis fil-kapital sottoskritt; dik ir-riserva tista’ tintuża biss biex jiġi miżjud il-kapital sottoskritt permezz tal-kapitalizzazzjoni tar-riservi; u |
|
(e) |
li l-akkwist ma jippreġudikax is-sodisfazzjoni tat-talbiet tal-kredituri. |
2. Il-liġijiet ta’ Stat Membru jistgħu jiddisponu għal derogi mill-ewwel sentenza tal-punt (a) tal-paragrafu 1 meta l-akkwist ta’ l-ishma tal-kumpannija stess huwa meħtieġ biex tiġi evitata ħsara serja u imminenti lill-kumpannija. F’dak il-każ, il-laqgħa ġenerali ta’ wara għandha tiġi infurmata mill-korp amministrattiv jew tat-tmexxija bir-raġunijiet u xorta ta’ l-akkwisti magħmula, bin-numru u valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-parità kontabbli, ta’ l-ishma akkwistati, bil-proporzjon tal-kapital sottoksritt li huma jirrappreżentaw, u bil-konsiderazzjoni għal dawn l-ishma.
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċieidu li ma japplikawx l-ewwel sentenza tal-punt (a) tal-paragrafu 1 (a) għal ishma akkwistati mill-kumpannija nifisha jew minn persuna li taġixxi f’isimha stess iżda fl-interess tal-kumpannija, għal tqassim lill-impjegati ta’ dik il-kumpannija jew lill-impjegati ta’ kumpannija assoċjata. Dawk l-ishma għandhom jitqassmu fi żmien 12-il xahar mill-akkwist tagħhom.
Artikolu 22
1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma japplikawx l-Artikolu 21 għal:
|
(a) |
ishma akkwistati fit-twettiq ta’ deċiżjoni biex jitnaqqas il-kapital, jew fiċ-ċirkostanzi msemmiija fl-Artikolu 43; |
|
(b) |
ishma akkwistati b’ riżultat ta’ trasferiment universali ta’ attiv; |
|
(c) |
ishma mħallsa kollha akkwistati bla ħlas jew minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra bħala kummissjoni għal xiri; |
|
(d) |
ishma akkwistati bis-saħħa ta’ obbligu legali jew li jirriżultaw minn deċiżjoni ta’ qorti għall-protezzjoni ta’ azzjonisti ta’ minoranza fil-każ, partikolarment, ta’ għaqda b'akkwist, bidla fil-għan jew forma tal-kumpannija, trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat barra l-pajjiż, jew l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq it-trasferiment ta’ ishma; |
|
(e) |
ishma akkwistati minn azzjonista fil-każ ta’ nuqqas li jħallas għalihom; |
|
(f) |
ishma akkwistati sabiex jindennizzaw azzjonisti ta’ minoranza f’kumpanniji assoċjati; |
|
(g) |
ishma mħallsa kollha u akkwistati minn bejgħ infurzat permezz ta' ordni tal-qorti għall-ħlas ta’ dejn dovut lill-kumpannija mis-sid ta’ l-ishma; u |
|
(h) |
ishma imħallsa kollha maħruġa minn kumpannija ta’ investiment b’kapital fiss, kif imfisser fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 17(7), u akkwistati fuq talba ta’ l-investitur minn dik il-kumpannija jew minn kumpannija assoċjata. Punt (a) ta' l-Artikolu 17 (7) għandu japplika. Dawn l-akkwisti ma jistgħux ikollhom l-effett li jnaqqsu l-attiv nett għal inqas mill-ammont tal-kapital sottoskritt biż-żieda ta’ kull riserva li t-tqassim tagħha huwa projbit mil-liġi. |
2. Ishma akkwistati fil-każijiet elenkati fil-punti (b) sa (g) tal-paragrafu 1 għandhom, madankollu, jitneħħew fi żmien mhux iżjed minn tliet snin mill-akkwist tagħhom sakemm il-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-parità kontabbli ta’ l-ishma akkwistati, magħdudin ishma li l-kumpannija setgħet akkwistat permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha stess iżda fl-interess tal-kumpannija, ma jkunux iżjed minn 10 % tal-kapital sottoskritt.
3. Jekk l-ishma ma jitneħħewx fil-perjodu speċifikat fil-paragrafu 2, huma għandhom jiġu kkanċellati. Il-liġijiet ta’ Stat Membru jistgħu jagħmlu dak it-tħassir suġġett għal tnaqqis korrispondenti fil-kapital sottoskritt. Dan it-tnaqqis għandu jiġi preskritt meta l-akkwist ta’ ishma li għandhom jiġu kkanċellati jirriżulta fl-attiv nett li jkun niżel għal inqas mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 17(1) u (2).
Artikolu 23
Ishma akkwistati li jmorru kontra l-Artikoli 21 u 22 għandhom jiġu wżati fi żmien sena mill-akkwist tagħhom. Jekk ma jitneħħewx f’dak il-perjodu, l-Artikolu 22(3) għandu japplika.
Artikolu 24
1. Meta l-liġijiet ta’ Stat Membru jippermettu li kumpannija tixtri l-ishma tagħha stess, sew hija nifisha u sew permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha stess iżda fl-interess tal-kumpannija, huma għandhom jagħmlu ż-żamma ta’ dawk l-ishma suġġetta f’kull ħin għall-inqas għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
fost id-drittijiet marbuta ma’ l-ishma, id-dritt għall-vot marbut ma’ l-ishma tal-kumpannija stess għandu f’kull każ jiġi sospiż; |
|
(b) |
jekk l-ishma huma inklużi fost l-attiv muri fil-karta tal-bilanċ, riserva ta’ l-istess ammont, li mhuwiex disponibbli għal tqassim, għandha tiġi inkluża mal-passiv. |
2. Meta l-liġijiet ta’ Stat Membru jippermettu li kumpannija takkwista l-ishma tagħha stess, sew hija innifisha u sew permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha stess iżda fl-interess tal-kumpannija, huma għandhom jeħtieġu li r-rapport annwali jiddikjara għall-inqas:
|
(a) |
ir-raġunijiet għal akkwisti magħmula matul is-sena finanzjarja; |
|
(b) |
in-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-parità kontabbli ta’ l-ishma akkwistati u mneħħija matul is-sena finanzjarja u l-proporzjon tal-kapital sottoskritt li huma jirrappreżentaw; |
|
(c) |
fil-każ ta’ akkwist jew tneħħija għal xi valur, il-konsiderazzjoni għall-ishma; |
|
(d) |
in-numru u valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-parità kontabbli ta’ l-ishma kollha akkwistati u miżmuma mill-kumpannija u l-proporzjon tal-kapital sottoskritt li huma jirrappreżentaw. |
Artikolu 25
1. Fejn l-Istati Membri jippermettu li kumpannija, b’mod dirett jew indirett, tavvanza fondi, tagħti self jew tipprovdi garanzija, bil-ħsieb li takkwista l-ishma tagħha minn parti terza, għandhom jissoġġettaw dawn it-tranżazzjonijiet għall-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 5.
2. It-tranżazzjonijiet għandhom isiru taħt ir-responsabbiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija fil-kondizzjonijiet ġusti tas-suq, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-imgħax li tirċievi l-kumpannija u fir-rigward tal-garanzija pprovduta lill-kumpannija għas-self u l-avvanzi msemmija f'paragrafu 1.
L-istanding tal-kreditu tal-parti terza jew, f’każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ iktar minn parti waħda, ta’ kull kontraparti tagħha, għandu jkun investigat kif xieraq.
3. It-tranżazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi mill-korp amministrattiv jew tat-tmexxija lil-laqgħa ġenerali għal approvazzjoni minn qabel, li fiha l-laqgħa ġenerali għandha taġixxi b’mod konformi mar-regoli tal-kworum u l-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 44.
Il-korp amministrattiv jew ta’ tmexxija jrid jippreżenta rapport bil-miktub lil-laqgħa ġenerali, li fih jindika:
|
(a) |
ir-raġunijiet għat-tranżazzjoni, |
|
(b) |
l-interess tal-kumpannija li tidħol f’tali tranżazzjoni, |
|
(c) |
il-kondizzjonijiet li fuqhom daħlu fit-tranżazzjoni, |
|
(d) |
ir-riskji involuti fit-tranżazzjoni għal-likwidità u s-solvenza tal-kumpannija, u |
|
(e) |
il-prezz li biha l-parti terza għandha takkwista l-ishma. |
Dak ir-rapport għandu jkun sottomess lir-reġistru għall-pubblikazzjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE.
4. L-għajnuna finanzjarja aggregata mogħtija lill-partijiet terzi m’għandha fl-ebda ħin tirriżulta fi tnaqqis ta’ l-assi netti inqas mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 17(1) u (2), u għandha tqis ukoll kull tnaqqis ta’ l-attiv nett li seta’ jkun seħħ permezz ta’ l-akkwist, mill-kumpannija jew fl-interess tal-kumpannija, ta’ l-ishma tagħha stess skond l-Artikolu 21(1).
Il-kumpannija għandha tinkludi, fost il-passivi fil-karta tal-bilanċ, riserva, li ma tkunx disponibbli għat-tqassim, ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna finanzjarja aggregata.
5. Fejn ishma tal-kumpannija stess skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 21(1) huma akkwistati jew fejn ishma maħruġa fil-kors ta’ żieda fil-kapital sottoskritt ikunu sottoskritti minn parti terza permezz ta’ għajnuna finanzjarja minn kumpannija, dan l-akkwist jew sottoskrizzjoni għandu jsir bi prezz ġust.
6. Il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhomx japplikaw għal transazzjonijiet konklużi minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra fil-kors normali tan-negozju, lanqas għal transazzjonijiet effettwati bil-għan li jiġu akkwistati ishma minn jew għall-impjegati tal-kumpannija jew l-impjegati ta’ kumpannija assoċjata.
Iżda dawk it-transazzjonijiet ma jistgħux ikollhom l-effett li jnaqqsu l-attiv nett għal anqas mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 17(1).
7. Il-paragrafi 1 sa 5 m'għandhomx japplikaw għal transazzjonijet effettwati bil-għan li jiġu akkwistati ishma kif deskritt fil-punt (h) tal-Artikolu 22(1).
Artikolu 26
Fil-każijiet fejn membri individwali tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija tal-kumpannija li tkun parti mit-transazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(1), jew membri individwali tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija ta’ intrapriża prinċipali skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 1 tad-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 50(2)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet kosolidati (13) jew tat-tali intrapriża prinċipali nfisha, jew individwi li jaġixxu taħt isimhom stess, iżda fl-interess tal-membri tat-tali korpi jew it-tali intrapriża, huma kontropartijiet mit-tali transazzjoni, l-Istati Membri għandhom jassiguraw permezz ta’ salvagwardji adegwati li tali transazzjoni ma’ tmurx kontra l-aħjar interessi tal-kumpannija.
Artikolu 27
1. L-aċċettazzjoni ta’ l-ishma tal-kumpannija stess bħala garanzija, sew mill-kumpannija nnifisha u sew permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha stess iżda fl-interess tal-kumpannija, għandha tiġi trattata bħala akkwist għall-iskop ta’ l-Artikolu 21, l-Artikolu 22(1), u l-Artikoli 24 u 25.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma japplikawx il-paragrafu 1 għal transazzjonijiet konklużi minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra fil-kors normali tan-negozju.
Artikolu 28
1. Is-sottoskrizzjoni, l-akkwist jew iż-żamma ta’ l-ishma f’kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata minn kumpannija oħra skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE li fiha l-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata żżomm direttament jew indirettament il-maġġoranza tal-jeddijiet tal-vot jew li fuqha hija tista’ teżerċita influwenza dominanti direttament jew indirettament, għandhom jitqiesu bħala li ġew effettwati mill-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata nfisha.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll meta l-kumpannija l-oħra tkun irregolata mil-liġi ta’ pajjiż terz u għandha forma legali li tista’ titqabbel ma’ dawk elenkati fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE.
Madankollu, meta l-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata żżomm il-maġġoranza tal-jeddijiet tal-vot indirettament jew tista’ teżerċita influwenza dominanti indirettament, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi jekk huma jipprovdu għas-sospensjoni tal-jeddijiet tal-vot mehmuża ma’ l-ishma fil-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata miżmuma mill-kumpannija l-oħra.
2. Fin-nuqqas tal-koordinament tal-leġislazzjoni nazzjonali fuq gruppi ta’ kumpanniji, l-Istati Membri jistgħu:
|
(a) |
jiddefinixxu l-każijiet li fihom kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata għandha titqies bħala li tkun tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq kumpannija oħra; jekk Stat Membru jeżerċita din l-għażla, il-liġi nazzjonali tiegħu għandha f’kull każ tipprovdi illi influwenza dominanti tista’ tiġi eżerċitata jekk kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata:
L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati li jagħmlu provvediment għall-ebda każ għajr dawk imsemmija fl-ewwel u t-tieni inċiżi; |
|
(b) |
jiddefinixxu l-każijiet li fihom kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata għandha titqies bħala li żżomm indirettament il-jeddijiet tal-vot jew bħala li tista’ teżerċita indirettament influwenza dominanti; |
|
(c) |
jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata għandha titqies bħala li żżomm il-jeddijiet tal-vot. |
3. L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 meta s-sottoskrizzjoni, l-akkwist jew iż-żamma huma effettwati f’isem persuna għajr il-persuna li tissottoskrivi, takkwista jew iżżomm l-ishma, kemm jekk mhix il-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata msemmija fil-paragrafu 1 u lanqas jekk kumpannija oħra li fiha l-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata żżomm direttament jew indirettament maġġoranza tal-jeddijiet tal-vot jew li fuqha tista’ teżerċita direttament jew indirettament influwenza dominanti.
4. L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 meta s-sottoskrizzjoni, l-akkwist jew iż-żamma huma effettwati mill-kumpannija l-oħra fil-kapaċità tagħha u fil-kuntest ta’ l-attivitajiet tagħha bħala negozjant professjonali tat-titoli, sakemm tkun membru ta’ borża li tinsab jew li taħdem ġewwa Stat Membru, jew hija approvata jew issorveljata minn awtorità ta’ Stat Membru kompetenti sabiex tissorvelja n-negozjanti professjonali tat-titoli li, skond it-tifsira ta’ din id-Direttiva, tista’ tinkludi istituzzjonijiet ta’ kreditu.
5. L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 meta l-ishma f’kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata miżmuma minn kumpannija oħra jkunu ġew akkwistati qabel ir-relazzjoni bejn iż-żewġ kumpanniji tkun ikkorrispondiet mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1.
Madankollu, il-jeddijiet tal-vot mehmuża ma’ dawn l-ishma għandhom jiġu sospiżi u l-ishma għandhom jittieħdu f’ kunsiderazzjoni meta jiġi stabbilit jekk tkunx twettqet il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) ta' l-Artikolu 21(1) (b).
6. L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-Artikolu 22(2) jew (3) jew l-Artikolu 23 meta l-ishma f’kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata jiġu akkwistati minn kumpannija oħra bil-kondizzjoni li huma jipprovdu:
|
(a) |
is-sospensjoni tal-jeddijiet tal-vot mehmuża ma’ l-ishma fil-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata miżmuma mill-kumpannija l-oħra, u |
|
(b) |
il-membri ta’ l-organu amministrattiv jew tat-tmexxija tal-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata jkunu obbligati li jixtru lura mill-kumpannija l-oħra l-ishma msemmija fl-Artikolu 22(2) u (3) u l-Artikolu 23 għall-prezz li bih kienet akkwistathom il-kumpannija l-oħra; din is-sanzjoni għandha tapplika biss meta l-membri ta’ l-organu amministrattiv jew tat-tmexxija tal-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata juru li din il-kumpannija ma ħadet l-ebda sehem fis-sottoskrizzjoni jew l-akkwist ta’ l-ishma fil-kwistjoni. |
Artikolu 29
1. Kull żieda fil-kapital għandha tiġi deċiża mil-laqgħa ġenerali. Kemm dik id-deċiżjoni kif ukoll iż-żieda fil-kapital sottoskritt għandhom jiġu ppubblikati fil-mod speċifikat mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru, skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE.
2. Madankollu, l-istatuti jew atti ta’ inkorporazzjoni jew il-laqgħa ġenerali, li d-deċiżjoni tagħhom għandha tiġi ppubblikata skond ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1, jistgħu jawtorizzaw żieda fil-kapital sottoskritt sa ammont massimu li huma għandhom jistabbilixxu b’konsiderazzjoni xierqa għal kull ammont massimu previst mil-liġi. Meta xieraq, iż-żieda fil-kapital sottoskritt għandha tiġi deċiża fil-limiti ta’ l-ammont stabbilit mill-korp tal-kumpannija inkarigata li tagħmel hekk. Is-setgħa ta’ dan il-korp fir-rigward ta' dan għandha tkun għal perjodu massimu ta’ ħames snin u jista’ jiġi mġedded darba jew iżjed drabi mil-laqgħa ġenerali, kull darba għal perjodu li ma jkunx iżjed minn ħames snin.
3. Meta jkun hemm diversi klassijiet ta’ ishma, id-deċiżjoni mil-laqgħa ġenerali dwar iż-żieda fil-kapital imsemmi fil-paragrafu 1 jew l-awtorizzazzjoni biex jiżdied il-kapital imsemmi fil-paragrafu 2, għandha tkun suġġetta għal vot separat għall-inqas għal kull klassi ta’ azzjonisti li d-drittijiet tagħhom huma milquta mit-transazzjoni.
4. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-ħruġ tat-titoli kollha li jistgħu jinbidlu f’ishma jew li magħhom hemm id-dritt ta’ sottoskrizzjoni għal ishma, iżda mhux għal-konverżjoni ta’ dawn it-titoli, lanqas għall-eżerċizzju tad-dritt għal sottoskrizzjoni.
Artikolu 30
Ishma maħruġa għal xi konsiderazzjoni, fil-kors ta’ żieda fil-kapital sottoskritt, għandhom jitħallsu sa għall-inqas 25 % tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-parità kontabbli tagħhom. Meta ssir dispożizzjoni għal xi ħruġ ta’ premium, dan għandu jitħallas kollu.
Artikolu 31
1. Meta ishma jinħarġu għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus fil-kors ta’ żieda fil-kapital sottoskritt il-konsiderazzjoni għandha tiġi trasferita kollha f’perjodu ta’ ħames snin mid-deċiżjoni biex il-kapital sottoskritt jiżdied.
2. Il-konsiderazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun is-suġġett ta’ rapport imfassal qabel iż-żieda fil-kapital issir minn espert wieħed jew iktar li huma indipendenti mill-kumpannija u maħtura jew approvati minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja. Dawn l-esperti jistgħu jkunu persuni fiżiċi kif ukoll persuni ġuridiċi u kumpanniji u ditti skond il-liġijiet ta’ kull Stat Membru.
L-Artikolu 10(2) u (3) u l-Artikoli 11 u 12 għandhom japplikaw.
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 2 fil-każ ta’ żieda fil-kapital sottoskritt magħmul sabiex tagħti effett lil xi għaqda, diviżjoni jew offerta pubblika għax-xiri jew l-iskambju ta’ ishma u biex jitħallsu l-azzjonisti tal-kumpannija li qiegħda tiġi assorbita jew diviża jew li hija s-suġġett tal-offerta pubblika għax-xiri jew l-iskambju ta’ ishma.
Fil-każ ta’ għaqda jew diviżjoni, madankollu, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-ewwel paragrafu biss fejn ikun tħejja rapport ta’ espert jew esperti indipendenti dwar l-abbozz tat-termini tal-għaqda jew tad-diviżjoni.
Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw il-paragrafu 2 fil-każ ta’ għaqda jew diviżjoni, huma jistgħu jipprovdu li r-rapport taħt dan l-Artikolu u r-rapport tal- espert jew esperti indipendenti dwar l-abbozz tat-termini tal-għaqda jew tad-diviżjoni, jitħejjew mill-istess espert jew esperti.
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 2 jekk l-ishma kollha maħruġa fil-kors ta’ żieda fil-kapital sottoskritt jinħarġu għal xi konsiderazzjoni li ma tkunx fi flus lil kumpannija waħda jew iżjed, bil-kondizzjoni li l-azzjonisti kollha fil-kumpannija li jirċievu l-konsiderazzjoni jkunu ftiehmu li ma jkollhomx rapport ta’ l-esperti u li r-rekwiżiti tal-punti (b) sa (f) tal-Artikolu 10(4) huma mħarsa.
Artikolu 32
Meta żieda fil-kapital ma tkunx sottoskritta kollha, il-kapital għandu jiżdied bl-ammont tas-sottoskrizzjonijiet li jkunu ġew irċevuti biss jekk il-kondizzjonijiet tal-ħruġ jiddisponu hekk.
Artikolu 33
1. Kull meta l-kapital jiżdied b’konsiderazzjoni ta’ flus, l-ishma għandhom jiġu offruti fuq bażi ta' prelazzjoni lill-azzjonisti fil-proporzjon tal-kapital rappreżentat mill-ishma tagħhom.
2. Il-liġijiet ta’ Stat Membru:
|
(a) |
m’għandhomx bżonn japplikaw il-paragrafu 1 għal ishma li magħhom hemm id-dritt limitat biex jipparteċipaw fi tqassim fis-sens ta’ l-Artikolu 17 u/jew fl-attiv tal-kumpannija fil-każ ta’ stralċ; jew |
|
(b) |
jistgħu jippermettu, meta l-kapital sottoskritt ta’ kumpannija li għandha diversi klassijiet ta’ ishma li jkollhom jeddijiet differenti dwar votazzjoni, jew parteċipazzjoni fit-tqassim fis-sens ta’ l-Artikolu 17 jew f’attiv fil-każ ta’stralċ, jiżdied bil-ħruġ ta’ ishma ġodda f’waħda biss minn dawk il-klassijiet, waqt li l-jedd ta' prelazzjoni ta’ l-azzjonisti tal-klassijiet l-oħra għandu jkun eżerċitat biss wara li l-azzjonisti tal-klassi li fiha jkunu qed jinħarġu l-ishma l-ġodda jkunu eżerċitaw dak il-jedd. |
3. Kull offerta ta’ sottoskrizzjoni fuq bażi ta' prelazzjoni u l-perjodu li fih dak id-dritt għandu jkun eżerċitat għandhom jiġu ppubblikati fil-gazzetta nazzjonali nominata skond id-Direttiva 2009/101/KE. Iżda, il-liġijiet ta’ Stat Membru ma għandhomx bżonn jiddisponu għal dik il-pubblikazzjoni meta l-ishma kollha ta’ kumpannija huma rreġistrati. F’dak il-każ, l-azzjonisti kollha tal-kumpannija għandhom ikunu infurmati bil-miktub. Il-jedd ta' prelazzjoni għandu jkun eżerċitat f’perjodu li ma għandux ikun inqas minn 14-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-offerta jew mid-data minn meta jintbagħtu l-ittri lill-azzjonisti.
4. Il-jedd ta' prelazzjoni ma jistax ikun ristrett jew irtirat mill-istatuti jew atti ta’ inkorporazzjoni. Dan jista’, madankollu, jsir b’deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali. Il-korp amministrattiv jew tat-tmexxija għandu jkun meħtieġ li jippreżenta lil dik il-laqgħa rapport bil-miktub li juri r-raġunijiet għar-restrizzjoni jew irtirar tal-jedd ta' prelazzjoni, u li jiġġustifka l-prezz tal-ħruġ propost. Il-laqgħa ġenerali għandha taġixxi skond ir-regoli dwar quorum u maġġoranza speċifikati fl-Artikolu 44. Id-deċiżjoni tagħha għandha tiġi ppubblikata bil-mod preskritt fil-liġijiet ta’ kull Stat Membru, skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE.
5. Il-liġijiet ta’ Stat Membru jistgħu jiddisponu li l-istatuti, l-atti ta’ inkorporazjoni jew il-laqgħa ġenerali, li jaġixxu skond ir-regoli dwar quorum, maġġoranza u pubblikazzjoni preskritti fil-paragrafu 4, jistgħu jagħtu s-setgħa ta’ restrizzjoni jew irtirar tal-jedd ta' prelazzjoni lill-korp tal-kumpannija li għandu s-setgħa li jiddeċiedi dwar żieda fil-kapital sottoskritt fil-limiti tal-kapital awtorizzat. Dik is-setgħa ma tistax tingħata għal perjodu itwal mis-setgħa li għaliha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 29(2).
6. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw għall-ħruġ tat-titoli kollha li jistgħu jinbidlu f’ishma jew li jkollhom il-jedd ta’ sottoskrizzjoni għal ishma, iżda mhux għall-konverżjoni ta’ dawn it-titoli, lanqas għall-eżerċizzju tal-jedd ta’ sottoskrizzjoni.
7. Il-jedd ta' prelazzjoni mhuwiex eskluż mill-iskop tal-paragrafi 4 u 5 meta, skond id-deċiżjoni biex jiżdied il-kapital sottoskritt, jinħarġu ishma lil banek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra bl-iskop li dawn jiġu offruti lil azzjonisti tal-kumpannija skond il-paragrafi 1 u 3.
Artikolu 34
Kull tnaqqis fil-kapital sottoskritt, ħlief skond ordni tal-qorti, għandu jkun suġġett għall-inqas għal deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali li taġixxi skond ir-regoli dwar quorum u maġġoranza speċifikati fl-Artikolu 44 bla ħsara għall-Artikoli 40 u 41. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata bil-mod speċifikat mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE.
L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa għandu jispeċifika għall-inqas l-iskop għat-tnaqqis u l-mod li bih għandu jitwettaq.
Artikolu 35
Meta hemm diversi klassijiet ta’ ishma, id-deċiżjoni mil-laqgħa ġenerali dwar tnaqqis fil-kapital sottoskritt għandha tkun suġġetta għal vot separat, għall-inqas għal kull klassi ta’ azzjonisti li l-jeddijiet tagħhom jintlaqtu mit-transazzjoni.
Artikolu 36
1. Fil-każ ta’ tnaqqis fil-kapital sottoskritt, għall-inqas il-kredituri li t-talbiet tagħhom kienu saru qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni biex issir tnaqqis għandhom mill-inqas ikollhom id-dritt li jakkwistaw garanzija għat-talbiet li ma jkunux dovuti sad-data tal-pubblikazzjoni. L-Istati Membri jistgħu ma jwarbux tali dritt sakemm il-kreditur ikollu salwagwardji adegwati, jew sakemm tali salvagwardji ma jkunux neċessarji meta jitqies l-attiv tal-kumpannija.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt imsemmi taħt l-ewwel subparagrafu. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kredituri huma awtorizzati li japplikaw lill-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja kompetenti għal salvagwardji adegwati sabiex huma jistgħu juru b’mod kredibli li minħabba t-tnaqqis fil-kapital sottoskritt is-sodisfazzjon tat-talbiet tagħhom huwa pperikolat u li l-kumpannija ma tagħhomx salvagwardji adegwati.
2. Il-liġijiet ta’ l-Istati Membri għandhom jistipulaw ukoll għall-anqas li t-tnaqqis għandu jkun null, jew li ma jista’ jsir ebda ħlas għall-benefiċċju ta’ l-azzjonisti, sakemm il-kredituri jkunu kisbu sodisfazzjon jew xi qorti ddeċidiet li l-applikazzjoni tagħhom ma għandhiex tiġi milqugħha.
3. Dan l-Artikolu għandu japplika meta t-tnaqqis fil-kapital sottoskritt iseħħ bir-rinunzja totali jew parzjali tal-ħlas tal-bilanċ tal-kontribuzzjonijiet ta’ l-azzjonisti.
Artikolu 37
1. L-Istati Membri ma għandhomx bżonn japplikaw l-Artikolu 36 għal tnaqqis fil-kapital sottoskritt li l-iskop tiegħu huwa li jibbilanċja telf imġarrab jew li jinkludi somom ta’ flus f’riserva iżda li, wara dik l-operazzjoni, l-ammont ta’ dik ir-riserva ma jkunx iżjed minn 10 % tal-kapital sottoskritt imnaqqas. Ħlief fil-każ ta’ tnaqqis fil-kapital sottoskritt, dik ir-riserva ma tistax titqassam lill-azzjonisti; hija tista’ tintuża biss biex tibbilanċja telf imġarrab jew biex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta’ dik ir-riserva, safejn l-Istati Membri jippermettu dik l-operazzjoni.
2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 il-liġijiet ta’ l-Istati Membri għandhom għall-inqas jiddisponu għall-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-ammonti li ġejjin mit-tnaqqis tal-kapital sottoskritt ma jistgħux jintużaw biex isiru ħlasijiet jew tqassim lil azzjonisti jew biex jeħilsu azzjonisti mill-obbligu li jagħmlu l-kontribuzzjonijet tagħhom.
Artikolu 38
Il-kapital sottoskritt ma jistax jitnaqqas għal ammont inqas mill-kapital minimu speċifikat skond l-Artikolu 6.
Iżda, l-Istati Membri jistgħu jippermettu dak it-tnaqqis jekk huma jiddisponu wkoll li d-deċiżjoni li jitnaqqas il-kapital sottoskritt jista’ jkollha effett biss meta l-kapital sottoskritt jiżdied ma’ ammont għall-inqas daqs il-minimu preskritt.
Artikolu 39
Meta l-liġijiet ta’ Stat Membru jawtorizzaw fidwa totali jew parzjali tal-kapital sottoskritt mingħajr tnaqqis ta’ dan ta’ l-aħħar, huma għandhom għall-inqas jeħtieġu li jiġu mħarsa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta l-istatuti jew dokument ta’ inkorporazzjoni jipprovdu għal fidwa, din ta’ l-aħħar għandha tiġi deċiża mil-laqgħa ġenerali li tivvota għall-inqas taħt il-kondizzjonijiet normali dwar quorum u maġġoranza; meta l-istatuti jew atti ta’ inkorporazzjoni ma jiddisponux għal fidwa, din ta’ l-aħħar għandha tiġi deċiża mil-laqgħa ġenerali li taġixxi għall-inqas taħt il-kondizzjonijiet ta’ quorum u maġġoranza speċifikati fl-Artikolu 44; id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata bil-mod preskritt mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru, skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE; |
|
(b) |
somom biss li huma disponibbli għal tqassim fis-sens ta’ l-Artikolu 17(1) sa (4) jistgħu jintużaw għal skopijiet ta’ fidwa; |
|
(c) |
azzjonisti li l-ishma tagħhom jinfdew għandhom iżommu l-jeddijiet tagħhom fil-kumpannija, bl-eċċezzjoni tal-jeddijiet tagħhom għal ħlas lura ta’ l-investiment tagħhom u parteċipazzjoni fit-tqassim ta’ dividend tal-bidu fuq ishma mhux mifdija. |
Artikolu 40
1. Meta l-liġijiet ta’ Stat Membru jistgħu jippermettu li kumpanniji jnaqqsu l-kapital sottoskritt tagħhom b’irtirar obbligatorju ta’ ishma, huma għandhom jeħtieġu li għall-inqas jiġu mħarsa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-irtirar obbligatorju għandu jiġi preskritt jew awtorizzat mill-istatuti jew l-atti ta’ inkorporazzjoni qabel l-ishma li għandhom jiġu irtirati jkunu sottoskritti; |
|
(b) |
meta l-irtirar obbligatorju huwa sempliċiment awtorizzat mill-istatuti jew l-atti ta’ inkorporazzjoni, dan għandu jiġi deċiż mil-laqgħa ġenerali sakemm ma jkunx gie approvat b’mod unanimu mill-azzjonisti kkonċernati; |
|
(c) |
il-korp tal-kumpannija li jiddeċiedi fuq l-irtirar obbligatorju għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-mod tagħhom meta huma ma ġewx diġà stabbiliti mill-istatuti jew l-atti ta’ inkorporazzjoni; |
|
(d) |
L-Artikolu 36 għandu japplika ħlief fil-każ ta’ ishma mħallsa kollha li jkunu disponibbli għall-kumpannija mingħajr ħlas jew huma rtirati bl-użu ta’ somom disponibbli għal tqassim skond l-Artikolu 17(1) sa (4); f’dawk il-każijiet, ammont daqs il-valur nominali jew, fin-nuqqas tiegħu, għall-parità kontabbli ta’ l-ishma kollha rtirati għandu jkun magħdud f’riserva; ħlief fil-każ ta’ tnaqqis fil-kapital sottoskritt dik ir-riserva ma tistax titqassam lill-azzjonisti; hija tista’ tintuża biss biex tibbilanċja telf imġarrab jew biex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta’ din ir-riserva, safejn l-Istati Membri jippermettu din l-operazzjoni; u |
|
(e) |
id-deċiżjoni dwar l-irtirar obbligatorju għandha tiġi ppubblikata bil-mod speċifikat mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE. |
2. L-Artikolu 34(1) u l-Artikoli 35, 37 u 44 ma għandhomx japplikaw għal każijiet li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 41
1. Fil-każ ta’ tnaqqis fil-kapital sottoskritt bl-irtirar ta’ ishma akkwistati mill-kumpannija nnifisha jew minn persuna li taġixxi f’isimha stess iżda fl-interess tal-kumpannija, l-irtirar għandu jkun dejjem deċiż mil-laqgħa ġenerali.
2. L-Artikolu 36 għandu japplika sakemm l-ishma ma jkunux mħallsa kollha u akkwistati bla ħlas jew bl-użu ta’ somom disponibbli għal tqassim skond l-Artikolu 17(1) sa (4); f’dawk il-każijiet ammont daqs il-valur nominali jew, fin-nuqqas tiegħu, għall-parità kontabbli ta’ l-ishma kollha rtirati għandu jkun inkluż f’riserva. Ħlief fil-każ ta’ tnaqqis mil-kapital sottoskritt, dik ir-riserva ma tistax titqassam lill-azzjonisti. Hija tista’ tintuża biss biex tibbilanċja telf imġarrab jew biex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta’ dik ir-riserva, safejn l-Istati Membri jippermettu dik l-operazzjoni;
3. L-Artikoli 35, 37 u 44 ma għandhomx japplikaw għall-każijiet li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 42
Fil-każijiet koperti bl-Artikolu 39, il-punt (b) tal-Artikolu 40(1) u l-Artikolu 41(1), meta hemm diversi klassijiet ta’ ishma, id-deċiżjoni mil-laqgħa ġenerali dwar fidwa tal-kapital sottoskritt jew it-tnaqqis tiegħu bl-irtirar ta’ ishma għandha tkun suġġetta għal vot separat, għall-inqas għal kull kategorija ta’ azzjonisti li d-drittijiet tagħhom jintlaqtu mit-transazzjoni.
Artikolu 43
Meta l-liġijiet ta’ Stat Membru jawtorizzaw lil kumpanniji biex joħorġu ishma li jkunu jistgħu jinfdew, huma għandhom jeħtieġu li l-kondizzjonijiet li ġejjin, għall-inqas, huma mħarsa għall-fidwa ta’ dawk l-ishma:
|
(a) |
il-fidwa għandha tiġi awtorizzata mill-istatuti tal-kumpannija jew mill-att ta’ inkorporazzjoni qabel l-ishma li jkunu jistgħu jinfdew huma sottoskritti; |
|
(b) |
l-ishma għandhom jitħallsu kollha; |
|
(c) |
il-kondizzjonjiet u l-mod tal-fidwa għandhom jiġu speċifikati fl-istatuti jew fl-atti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpannija; |
|
(d) |
il-fidwa tista’ tiġi effettwata biss bl-użu ta’ somom li huma disponibbli għal tqassim skond l-Artikolu 17(1) sa (4) jew bid-dħul minn ħruġ ġdid li jsir bil-ħsieb li jwettaq dik il-fidwa; |
|
(e) |
ammont daqs il-valur nominali jew, fin-nuqqas tiegħu, daqs il-parità kontabbli ta’ l-ishma mifdija kollha għandu jiġi inkluż f’riserva li ma tistax tiġi mqassma lill-azzjonisti, ħlief fil-każ ta’ tnaqqis mill-kapital sottoskritt; hija tista’ tintuża biss għall-iskop biex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta’ riservi; |
|
(f) |
il-punt (e) ma għandux japplika għal fidwa permezz ta’ l-użu mid-dħul ta’ ħruġ ġdid li jsir bil-ħsieb li jaffettwa dik il-fidwa; |
|
(g) |
meta ssir dispożizzjoni għall-ħlas ta’ premium lill-azzjonisti minħabba fidwa, il-premium jista’ jitħallas biss minn somom disponibbli għal tqassim skond l–Artikolu 17(1) sa (4), jew minn riserva għajr dik imsemmija f’punt (e) ta' dan l-Artikolu li ma tistax tiġi mqassma lill-azzjonisti ħlief fil-każ ta’ tnaqqis mill-kapital sottoskritt; dik ir-riserva tista’ tintuża biss sabiex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta’ riservi jew biex tkopri l-ispejjeż imsemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 3 jew l-ispiża biex jinħarġu ishma jew ishma ta’ obbligazzjoni jew għall-ħlas ta’ premium lid-detenturi ta’ ishma li jkunu jistgħu jinfdew jew ta’ ishma ta’ obbligazzjoni; |
|
(h) |
l-avviż tal-fidwa għandu jiġi ppubblikat bil-mod speċifikat mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE. |
Artikolu 44
Il-liġijiet ta’ l-Istati Membri għandhom jiddisponu li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 33(4) u (5) u fl-Artikoli 34, 35, 39 u 42 għandhom jittieħdu għall-inqas b’maġġoranza ta’ mhux inqas minn żewġ terzi tal-voti marbuta mat-titoli jew mal-kapital sottoskritt rappreżentat.
Il-liġijiet ta’ l-Istati Membri jistgħu, iżda, jispeċifikaw li maġġoranza sempliċi tal-voti speċifikata fl-ewwel paragrafu hija biżżejjed meta għall-inqas nofs il-kapital sottoskritt huwa rappreżentat.
Artikolu 45
1. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9, l-ewwel sentenza tal-punt (a) ta’ l-Artikolu 21(1) u mill-Artikoli 29, 30 u 33 sakemm dawn id-derogi huma neċessarji għall-adozzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imfassla biex iħeġġu l-parteċipazzjoni ta’ l-impjegati, jew ta’ gruppi oħrajn ta’ persuni definiti mil-liġi nazzjonali, fil-kapital ta’ l-impriżi.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-ewwel sentenza tal-punt (a) tal-Artikolu 21(1), u l-Artikoli 34, 35, 40, 41, 42 u 43 għal kumpanniji inkorporati taħt liġi speċjali li joħorġu kemm ishma ta’ kapital u kemm ishma ta’ ħaddiema, meta dawn ta’ l-aħħar jinħarġu lill-impjegati tal-kumpannija bħala korp, li huma rappreżentati f’laqgħat ġenerali tal-azzjonisti minn delegati li għandhom il-jedd li jivvutaw.
Artikolu 46
Għall-għanijiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-liġijiet ta’ l-Istati Membri għandhom jassiguraw trattament indaqs ta’ l-azzjonisti kollha li huma fl-istess pożizzjoni.
Artikolu 47
1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-punti (g), (i), (j) u (k) tal-Artikolu 3 għal kumpanniji li jeżistu diġà fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġijiet, ir-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li ġew adottati sabiex ikunu konformi mad-Direttiva 77/91/KEE.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 48
Id-Direttiva 77/91/KEE, kif emendata mill-Atti elenkati fl-Anness II, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 49
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Gurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 50
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 113.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2012,
(3) ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1. Nota editorjali: It-titolu tad-Direttiva 77/91/KEE ġie aġġustat sabiex jittieħed kont tar-rinumerazzjoni tal-artikoli tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skont l-Artikolu 5 tat-Trattat ta' Lisbona; ir-referenza oriġinali kienet għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat.
(4) Ara l-Anness II, Parti A.
(6) ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11. Nota editorjali: It-titolu tad-Direttiva 2009/101/KE ġie aġġustat sabiex jittieħed kont tar-rinumerazzjoni tal-artikoli tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skont l-Artikolu 5 tat-Trattat ta' Lisbona; ir-referenza oriġinali kienet għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat.
(7) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.
(8) ĠU L 336, 23.12.2003, p. 33.
(9) ĠU L 162, 30.4.2004, p. 70.
(10) [2008] ECR I-03189.
(11) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(12) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.
(13) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1. Nota editorjali: It-titolu tad-Direttiva 83/349/KEE ġie aġġustat sabiex jittieħed kont tar-rinumerazzjoni tal-artikoli tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skont l-Artikolu 5 tat-Trattat ta' Lisbona; ir-referenza oriġinali kienet għall-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat.
ANNESS I
TIPI TA' KUMPANNIJI MSEMMIJA FL-EWWEL SUBPARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 1(1)
|
— |
fil-Belġju: société anonyme/naamloze vennootschap; |
|
— |
fil-Bulgarija: акционерно дружество; |
|
— |
fir-Repubblika Ċeka: akciová společnost; |
|
— |
fid-Danimarka: aktieselskab; |
|
— |
fil-Ġermanja: Aktiengesellschaft; |
|
— |
fl-Estonja: aktsiaselts; |
|
— |
fl-Irlanda:
|
|
— |
fil-Greċja: ανώνυμη εταιρία; |
|
— |
fi Spanja: sociedad anonima; |
|
— |
fi Franza: société anonyme; |
|
— |
fl-Italja: società per azioni; |
|
— |
fiċ-Ċipru: ημόσιεςε ταιρείεςπεριορισμένης ευθύνηςμε μετοχές, δημόσιες εταιρείες περιορισμένηςε υθύνης με εγγύηση που διαθέτουν μετοχικό κεφάλαιο; |
|
— |
fil-Latvja: akciju sabiedrība; |
|
— |
fil-Litwanja: akcinė bendrovė; |
|
— |
fil-Lussemburgu: société anonyme; |
|
— |
fl-Ungerija: nyilvánosan működő részvénytársaság; |
|
— |
f’Malta: kumpannija pubblika/public limited liability company; |
|
— |
fl-Olanda: naamloze vennootschap; |
|
— |
fl-Awstrija: Aktiengesellschaft; |
|
— |
fil-Polonja: spółka akcyjna; |
|
— |
fil-Portugall: sociedade anonima; |
|
— |
fir-Rumanija: societate pe acțiuni; |
|
— |
fis-Slovenja: delniška družba; |
|
— |
fis-Slovakkja: akciová spoločnosť; |
|
— |
fil-Finlandja: julkinen osakeyhtiö/publikt aktiebolag |
|
— |
fl-Isvezja: aktiebolag; |
|
— |
fir-Renju Unit:
|
ANNESS II
PARTI A
Direttiva mħassra mal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 48)
|
Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE |
|
|
Anness I, Punt III (Ċ) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta' l-1979 |
|
|
Anness I ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta' l-1985 |
|
|
Direttiva tal-Kunsill 92/101/KEE |
|
|
Anness I, Punt XI (A) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta' l-1994 |
|
|
Anness II, Punt 4 (A) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta' l-2003 |
|
|
Direttiva 2006/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
|
Direttiva tal-Kunsill 2006/99/KE |
Punt A(2) ta’ l-Anness biss |
|
Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
Artikolu 1 biss |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 48)
|
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta’ applikazzjoni |
|
77/91/KEE |
17 ta’ Diċembru 1978 |
— |
|
92/101/KEE |
31 ta’ Diċembru 1993 |
1 ta’ Jannar 1995 |
|
2006/68/KE |
15 ta’ April 2008 |
— |
|
2006/99/KE |
1 ta’ Jannar 2007 |
— |
|
2009/109/KE |
30 ta’ Ġunju 2011 |
— |
ANNESS III
TABELLA TA' KORELLAZZJONI
|
Direttiva 77/91/KEE |
Din id-Direttiva |
|
Artikoli 1(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu |
Artikoli 1(1) l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sas-seba' u għoxrin inċiż |
Anness I |
|
Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(2) |
|
Artikolu 2, kliem tal-bidu |
Artikolu 2, kliem tal-bidu |
|
Artikolu 2, punt (a) |
Artikolu 2, punt (a) |
|
Artikolu 2, punt (b) |
Artikolu 2, punt (b) |
|
Artikolu 2, punt (ċ), l-ewwel inċiż |
Artikolu 2, punt (ċ) |
|
Artikolu 2, punt (ċ), it-tieni inċiż |
Artikolu 2, punt (d) |
|
Artikolu 2, punt (d) |
Artikolu 2, punt (e) |
|
Artikolu 2, punt (e) |
Artikolu 2, punt (f) |
|
Artikoli 3 sa 5 |
Artikoli 3 sa 5 |
|
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 6 (1) |
|
Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu |
— |
|
Artikolu 6(2) |
— |
|
Artikolu 6(3) |
Artikolu 6(2) |
|
Artikoli 7 |
Artikoli 7 |
|
Artikolu 8(1) |
Artikolu 8, l-ewwel paragrafu |
|
Artikolu 8(2) |
Artikolu 8, it-tieni paragrafu |
|
Artikolu 9(1) |
Artikolu 9, l-ewwel paragrafu |
|
Artikolu 9(2) |
Artikolu 9, it-tieni paragrafu |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 10a(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 10a(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 10a(1), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 11(1), it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 10a(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 10a(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 10a(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 11(2), it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 10a(2), it-tielet subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 11(2), ir-raba' subparagrafu |
|
Artikolu 10a(2), it-tielet subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 11(2), il-ħames subparagrafu |
|
Artikolu 10a(2), ir-raba' subparagrafu |
Artikolu 11(2), il-ħames subparagrafu |
|
Artikolu 10a(3) |
Artikolu 11(3) |
|
Artikolu 10b |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 13(1), it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 11(2) |
Artikolu 13(2) |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 15(1), punt (a) |
Artikolu 17(1) |
|
Artikolu 15(1), punt (b) |
Artikolu 17(2) |
|
Artikolu 15(1), punt (ċ) |
Artikolu 17(3) |
|
Artikolu 15(1), punt (d) |
Artikolu 17(4) |
|
Artikolu 15(2) |
Artikolu 17(5) |
|
Artikolu 15(3) |
Artikolu 17(6) |
|
Artikolu 15(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 17(7), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 15(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 17(7), it-tieni subparagrafu, punt (a) |
|
Artikolu 15(4), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 17(7), it-tieni subparagrafu, punt (b) |
|
Artikolu 15(4), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 17(7), it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 19(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 19(1), it-tieni subparagrafu, punti (i) sa (v) |
Artikolu 21(1), it-tieni subparagrafu, punti (a) sa (e) |
|
Artikolu 19(2) u (3) |
Artikolu 21(2) u (3) |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 25(1) |
|
Artikolu 23(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 25(2), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 23(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 25(2), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 23(1), it-tielet subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 25(3), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 23(1), it-tielet subparagrafu, l-ewwel parti tat-tieni sentenza |
Artikolu 25(3), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu |
|
Artikolu 23(1), it-tielet subparagrafu, it-tieni parti tat-tieni sentenza |
Artikolu 23(1), it-tielet subparagrafu, punti (a) sa (e) |
|
Artikolu 23(1), it-tielet subparagrafu, it-tielet sentenza |
Artikolu 25(3), it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 23(1), ir-raba' subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 25(4), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 23(1), ir-raba' subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 25(4), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 23(1), il-ħames subparagrafu |
Artikolu 25(5) |
|
Artikolu 23(2), l-ewwel sentenza |
Artikolu 25(6), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 23(2), it-tieni sentenza |
Artikolu 25(6), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 23(3) |
Artikolu 25(7) |
|
Artikolu 23a |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 24a(1), punt (a) |
Artikolu 28(1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 24a(1), punt (b) |
Artikolu 28(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 24a(2) |
Artikolu 28(1), it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 24a(3) |
Artikolu 28(2) |
|
Artikolu 24a(4), punt (a) |
Artikolu 28(3) |
|
Artikolu 24a(4), punt (b) |
Artikolu 28(4) |
|
Artikolu 24a(5) |
Artikolu 28(5) |
|
Artikolu 24a(6) |
Artikolu 28(6) |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 31 |
|
Artikolu 28 |
Artikolu 32 |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 33 |
|
Artikolu 30 |
Artikolu 34 |
|
Artikolu 31 |
Artikolu 35 |
|
Artikolu 32 |
Artikolu 36 |
|
Artikolu 33 |
Artikolu 37 |
|
Artikolu 34, l-ewwel sentenza |
Artikolu 38, l-ewwel paragrafu |
|
Artikolu 34, it-tieni sentenza |
Artikolu 38, it-tieni paragrafu |
|
Artikolu 35 |
Artikolu 39 |
|
Artikolu 36 |
Artikolu 40 |
|
Artikolu 37 |
Artikolu 41 |
|
Artikolu 38 |
Artikolu 42 |
|
Artikolu 39 |
Artikolu 43 |
|
Artikolu 40(1) |
Artikolu 44, l-ewwel paragrafu |
|
Artikolu 40(2) |
Artikolu 44, it-tieni paragrafu |
|
Artikolu 41 |
Artikolu 45 |
|
Artikolu 42 |
Artikolu 46 |
|
Artikolu 43(1) |
— |
|
Artikolu 43(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 47(1) |
|
Artikolu 43(2), it-tieni u t-tielet subparagrafu |
— |
|
Artikolu 43(3) |
Artikolu 47(2) |
|
— |
Artikolu 48 |
|
— |
Artikolu 49 |
|
Artikolu 44 |
Artikolu 50 |
|
— |
Anness I |
|
— |
Anness II |
|
— |
Anness III |