Eureka 32013R1316 Sign in

fattibbiltà, ta

as defined in Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’…, Article 2, point (7) (Definizzjonijiet)

(7)

'azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programm' tfisser, fil-livelltal-FNE, il-miżuri kollha ta’ akkumpanjament neċessarji għall-implimentazzjoni tagħha u tal-implimentazzjoni tal-linji gwida speċifiċi għal kull settur, bħas-servizzi, b'mod partikolari l-għoti ta' assistenza teknika, inkluż għall-użu tal-istrumenti finanzjarji, flimkien mal-attivitajiet preparatorji, ta’ fattibbiltà, ta’ koordinazzjoni, ta’ monitoraġġ, ta' konsultazzjoni ta' partijiet interessati, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni li jinħtieġu b'mod dirett għall-ġestjoni tal-FNE u l-ksib tal-objettivi tagħha. B’mod partikolari l-azzjonijiet ta' appoġġ għall-programm jinkludu l-istudji, il-laqgħat, il-kartografija infrastrutturali, l-informazzjoni, it-tqassim ta' informazzjoni, l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni l-ispiża marbuta mal-għodda u n-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq skambji ta’ informazzjoni dwar il-FNE, flimkien ma’ kull spiża teknika u ta’ assistenza amministrattiva oħra mġarrba mill-Kummissjoni li tista’ tinħtieġ għall-ġestjoni tal-FNE jew l-implimentazzjoni tal-linji gwida individwali speċifiċi għas-settur. Azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programm jinkludu wkoll attivitajiet meħtieġa sabiex jiffaċilitaw it-tħejjija tal-proġetti ta' interess komuni b'mod partikolari fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni, bil-ħsieb li jinkiseb il-finanzjament skont dan ir-Regolament jew fis-suq finanzjarju. Azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programm għandhom, fejn ikun xieraq, jinkludu wkoll l-kopertura tal-ispejjeż tal-Aġenzija Eżekuttiva inkarigata mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' partijiet speċifiċi tal-FNE ("Aġenzija Eżekuttiva");

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex