impriża waħda
as defined in Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 dwar…, Article 2(2), point (2) (Definizzjonijiet)
|
(a) |
intrapriża waħda jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f'intrapriża oħra; |
|
(b) |
intrapriża waħda li jkollha d-dritt li taħtar jew li tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta' ġestjoni jew regolatorju ta' intrapriża oħra; |
|
(c) |
intrapriża waħda li jkollha d-dritt teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt li tkun daħlet fih flimkien ma' dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni fil-memorandum jew l-artikoli ta' assoċċjazzjoni tagħha; |
|
(d) |
intrapriża waħda, li tkun azzjonista f'intrapriża oħra jew membru tagħha, tikkontrolla waħedha, skont ftehim ma' azzjonisti oħra f'dik l-intrapriża jew ma' membri tagħha, il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f'dik l-intrapriża. |
L-intrapriżi li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu permezz ta' intrapriża waħda jew aktar, għandhom ukoll jitqiesu bħala impriża waħda.