Eureka 32015L0849 Idħol

attività kriminali

as defined in Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju…, Article 3, point (4)

(4)

“attività kriminali” tfisser kwalunkwe tip ta' involviment kriminali fit-twettiq tar-reati serji li ġejjin:

(a)

atti previsti fl-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI;

(b)

kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1988 kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi;

(c)

l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet kriminali kif definit fl-Artikolu 1 tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/733/ĠAI;

(d)

frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, fejn tkun mill-inqas serja, kif definit fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej;

(e)

korruzzjoni;

(f)

ir-reati kollha, inklużi reati fiskali, relatati ma' taxxi diretti u taxxi indiretti u kif definiti fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri, li huma punibbli b'ċaħda tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni għal massimu ta' aktar minn sena jew, fir-rigward ta' Stati Membri li għandhom livell limitu minimu għal reati fis-sistema legali tagħhom, ir-reati kollha punibbli b'ċaħda tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni għal minimu ta' aktar minn sitt xhur;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in