Eureka 32015L0849 Idħol

persuna esposta politikament

as defined in Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju…, Article 3, point (9)

(9)

“persuna esposta politikament” tfisser persuna fiżika li hi jew li kienet fdata bi funzjonijiet pubbliċi prominenti u jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

kapijiet ta' Stat, kapijiet ta' gvern, Ministri u viċi Ministri jew segretarji parlamentari;

(b)

membri parlamentari jew ta' korpi leġislattivi simili;

(c)

membri ta' korpi governattivi ta' partiti politiċi;

(d)

membri tal-qrati supremi, tal-qrati kostituzzjonali jew ta' korpi ġudizzjarji oħra ta' livell għoli li d-deċiżjonijiet tagħhom ġeneralment mhumiex soġġetti għal appell ulterjuri, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali;

(e)

membri tal-qrati tal-awdituri u tal-bordijiet tal-banek ċentrali;

(f)

ambaxxaturi, chargés d'affaires u uffiċjali ta' grad għoli fil-forzi armati;

(g)

membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-impriżi li huma proprjetà tal-Istat;

(h)

diretturi, viċi diretturi u membri tal-bord jew funzjoni ekwivalenti ta' organizzazzjoni internazzjonali.

L-ebda funzjoni pubblika msemmija fil-punti (a) sa (h) ma għandha tinftiehem li tkopri uffiċjali ta' gradi medji jew ta' gradi inqas;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in