Eureka 32015L1535 Sign in

servizz

as defined in Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta'…, Article 1(1), point (b)

(b)

“servizz” tfisser kull servizz tas-Soċjetà tal-Informatika, jiġifieri kull servizz normalment ipprovdut għal rimunerazzjoni, mill-bogħod, b'mezzi elettroniċi u fuq it-talba individwali ta' riċevitur ta' servizzi.

Għall-għanijiet ta' din id-definizzjoni:

(i)

“mill-bogħod” tfisser illi servizz jiġi pprovdut mingħajr ma l-partijiet ikunu preżenti simultanjament,

(ii)

“b'mezzi elettroniċi” tfisser illi fil-bidu s-servizz jintbagħat u jiġi rċevut fid-destinazzjoni tiegħu permezz ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża kompressjoni diġitali) u l-ħażna ta' data, u dan jiġi trasmess, imwassal u rċevut għalkollox permezz ta' wajers, bir-radju, b'mezzi ottiċi jew b'mezzi oħra elettro-manjetiċi,

(iii)

“fuq it-talba individwali ta' riċevitur tas-servizzi” tfisser illi s-servizz jiġi pprovdut permezz tat-trasmissjoni ta' data fuq talba individwali;

Lista indikattiva tas-servizzi mhux koperti b'din id-definizzjoni hija mogħtija fl-Anness I;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in