Eureka 32016R1011 Idħol

parametru referenzjarju ta' data regolata

as defined in Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju…, Article 3(1), point (24) (Definizzjonijiet)

(24)

“parametru referenzjarju ta' data regolata” tfisser parametru referenzjarju determinat bl-applikazzjoni ta' formula minn:

(a)

data tal-input ikkontribwita kompletament u direttament minn:

(i)

ċentru tan-negozjar kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE jew ċentru tan-negozjar f'pajjiż terz li għalih il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ta' implimentazzjoni li l-qafas legali u superviżorju ta' dak il-pajjiż huwa kkunsidrat li għandu effett ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew suq regolat ikkunsidrat ekwivalenti taħt l-Artikolu 2a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, iżda f'kull każ biss b'referenza għal data ta' tranżazzjoni li tikkonċerna strumenti finanzjarji;

(ii)

arranġament approvat ta' pubblikazzjoni kif definit fil-punt (52) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE jew fornitur ta' tejp ikkonsolidat kif definit fil-punt (53) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, skont ir-rekwiżiti obbligatorji tat-trasparenza ta' wara n-negozjar, iżda b'referenza biss għad-data tat-tranżazzjoni li tikkonċerna strumenti finanzjarji nnegozjati f'ċentru tan-negozjar;

(iii)

mekkaniżmu ta' rappurtar approvat kif definit fil-punt (54) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, iżda b'referenza biss għad-data tat-tranżazzjoni li tikkonċerna strumenti finanzjarji nnegozjati f'ċentru tan-negozjar u li tista' tiġi żvelata skont ir-rekwiżiti obbligatorji ta' trasparenza ta' wara n-negozjar;

(iv)

skambju tal-elettriku kif imsemmi fil-punt (j) tal-Artikolu 37(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(v)

skambju ta' gass naturali kif imsemmi fil-punt (j)tal-Artikolu 41(1) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(vi)

pjattaforma tal-irkant imsemmija fl-Artikolu 26 jew 30 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010;

(vii)

fornitur tas-servizzi li l-amministratur tal-parametri referenzjarji jkun esternalizzalu l-ġbir tad-data skont l-Artikolu 10, sakemm il-fornitur tas-servizzi jirċievi d-data kompletament u direttament minn entità msemmija fil-punti (i) sa (vi);

(b)

valuri netti tal-assi ta' fondi ta' investiment;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex