apparat mediku
as defined in Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April…, Article 2, point (1) (Definizzjonijiet)
kull strument, apparat, għodda, software, proteżi, reaġent, materjal jew oġġett ieħor maħsub mill-manifattur biex jintuża, waħdu jew ikkombinat, għall-bnedmin għal għan mediku speċifiku wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: — dijanjosi, prevenzjoni, monitoraġġ, tbassir, pronjosi, trattament, jew taffija tal-mard; — dijanjosi, monitoraġġ, trattament, taffija ta', jew l-għoti ta' kumpens għal, korriment jew diżabbiltà, — investigazzjoni, sostituzzjoni jew modifika tal-anatomija jew ta' proċess jew stat fiżjoloġiku jew patoloġiku, — l-għoti ta' informazzjoni permezz ta' eżami in vitro ta' kampjuni derivati mill-ġisem tal-bniedem, inklużi donazzjonijiet ta' organi, ta' demm u ta' tessuti, u li ma jiksibx l-azzjoni ewlenija prevista għalih b'mezzi farmakoloġiċi, immunoloġiċi jew metaboliċi, fil-ġisem tal-bniedem jew fuqu, iżda li jista' jiġi megħjun fil-funzjoni tiegħu b'dawn il-mezzi. Il-prodotti li ġejjin għandhom jitqiesu wkoll bħala apparati mediċi: — apparati għall-kontroll jew is-sostenn tal-konċepiment; — prodotti speċifikament maħsuba għat-tindif, id-diżinfezzjoni jew l-isterilizzazzjoni ta' apparati kif imsemmija fl-Artikolu 1(4) u ta' dawk imsemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan il-punt.
Install the extension for EUR-Lex
Also defined in
- Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar theddid transkonfinali… 32022R2371, Article 3, point (12)
(12) "apparat mediku" tfisser kemm apparat mediku kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 1(6), il-punt (a), ta' dak ir-Regolament, kif ukoll apparat mediku dijanjostiku in vitro kif… - Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 2022 dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija… 32022R0123, Article 2, point (e)
(e) “apparat mediku” tfisser apparat mediku kif definit fl-Artikolu 2, punt (1), tar-Regolament (UE) 2017/745 jew apparat mediku dijanjostiku in vitro kif definit fl-Artikolu 2, punt (2), tar-Regolament (UE) 2017/746, u jinkludi aċċessorji għal tali apparati fis-sens tal-Artikolu 2, punt (2)… - Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u… 32012L0019, Article 3(1), point (m)
(m) “apparat mediku” tfisser apparat jew aċċessorju mediku fis-sens tal-punti (a) jew (b), tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi li jikkostitwixxi EEE; - Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti… 32011L0065, Article 3, point (21)
(21) “apparat mediku” tfisser apparat mediku skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/42/KEE u li jkun ukoll EEE;