avveniment avvers serju
as defined in Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April…, Article 2, point (58) (Definizzjonijiet)
kull avveniment avvers li jkun wassal għal wieħed minn dawn: (a) mewt, (b) deterjorament serju fis-saħħa tas-suġġett, li rriżulta minn wieħed minn dawn: (i) marda jew korriment ta' theddida għall-ħajja, (ii) l-indeboliment permanenti ta' parti mill-istruttura tal-ġisem jew ta' funzjoni tal-ġisem, (iii) trattament fl-isptar jew prolongazzjoni tat-trattament tal-pazjent fl-isptar, (iv) intervent mediku jew kirurġiku biex tiġi impedita marda jew korriment ta' theddida għall-ħajja jew l-indeboliment permanenti ta' parti mill-istruttura tal-ġisem jew ta' funzjoni tal-ġisem, (v) mard kroniku, (c) sitwazzjoni inkwetanti tal-fetu, mewt tal-fetu jew indeboliment fiżiku jew mentali konġenitali jew difett fit-twelid;