Eureka 32018L1972 Sign in

aċċess

as defined in Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’…, Article 2, point (27) (Definizzjonijiet)

(27)

“aċċess” tfisser it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ faċilitajiet u/jew servizzi lil impriża oħra, b’kondizzjonijiet definiti, fuq bażi esklussiva jew mhux esklussiva, bl-iskop li jkunu provduti s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż meta jintużaw għall-forniment ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jew servizzi tal-kontenut tax-xandir; din tkopri, fost l-oħrajn: l-aċċess għall-elementi ta’ netwerk u faċilitajiet assoċjati, li jistgħu jinvolvu l-konnessjoni ta’ tagħmir, b’mezzi fissi jew mhux fissi (b’mod partikolari dan jinkludi l-aċċess mal-linja lokali u għal faċilitajiet u servizzi meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi fuq il-linja lokali); l-aċċess għal infrastruttura fiżika, inklużi pajpijiet, arbli u bini; l-aċċess għal sistemi rilevanti tas-softwer, inklużi is-sistemi ta’ appoġġ operazzjonali; l-aċċess għal sistemi tal-informazzjoni jew bażijiet tad-dejta għall-ordnijiet minn qabel, forniment, ordnijiet, talbiet ta’ manutenzjoni u tiswija, u kontijiet; l-aċċess għat-traduzzjoni ta’ numri jew għal sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti; l-aċċess għal netwerks fissi u mobbli, partikolarment għar-roaming; l-aċċess għal sistema tal-aċċess kondizzjonali għal servizzi diġitali tat-televiżjoni u l-aċċess għal servizzi tan-netwerk virtwali;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in