foresta
as defined in Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju…, Article 3(1), point (6) (Definizzjonijiet)
|
(6) |
“foresta” tfisser żona ta’ art definita mill-valuri minimi għad-daqs taż-żona, il-kopertura ta’ qċaċet tas-siġar jew livell ekwivalenti ta’ ħżin, u l-għoli potenzjali tas-siġar meta jimmaturaw fil-post fejn jikbru s-siġar kif speċifikat għal kull Stat Membru fl-Anness II. Din tinkludi żoni bis-siġar, inklużi gruppi ta’ siġar naturali żgħar, li jkunu qed jikbru, jew pjantaġġuni li għad iridu jilħqu l-valuri minimi għall-kopertura ta’ qċaċet tas-siġar jew livell ekwivalenti ta’ ħżin jew għoli tas-siġar minimu, kif speċifikat fl-Anness II, inkluż kwalunkwe żona li normalment tkun tifforma parti miż-żona tal-foresta iżda li fuqha temporanjament ma jkun hemm l-ebda siġra b’riżultat ta’ intervent tal-bniedem, bħall-ħsad, jew b’riżultat ta’ kawżi naturali, iżda li tista’ tkun mistennija terġa’ ssir foresta; |
Install the extension for EUR-Lex
Also defined in
- Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni kif ukoll… 52021PC0706, Article 2, point (2)
(2)“foresta” tfisser medda ta’ art ta’ aktar minn 0,5 ettari b’siġar għoljin aktar minn 5 metri u kanupew li jkopri aktar minn 10 %, jew siġar li kapaċi jilħqu dawn is-sollijiet in situ u ma tinkludix pjantaġġuni agrikoli u art li predominantement għandhom użu agrikolu jew urban; - Regolament (UE) 2023/1115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni… 32023R1115, Article 2, point (4)
(4) “foresta”" tfisser medda ta’ art ta’ aktar minn 0,5 ettari b’siġar għoljin aktar minn 5 metri u kopertura ta’ qċaċet ta’ aktar minn 10 %, jew siġar li kapaċi jilħqu dawn il-limiti in situ, u ma tinkludix art li predominantement għandha użu agrikolu jew urban;