konċessjoni
as defined in Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18…, Article 2, point (14) (Definizzjonijiet)
|
(14)
|
“kuntratt ta’ konċessjoni” tfisser kuntratt għal interess pekunjarju konkluż bil-miktub bejn attur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar fis-sens tal-Artikoli 174 u 178, sabiex it-twettiq ta’ xogħlijiet jew il-forniment u l-ġestjoni ta’ servizzi tiġi fdata f’idejn attur ekonomiku (il-“konċessjoni”), u fejn:
|
(a)
|
ir-rimunerazzjoni tikkonsisti jew biss fid-dritt li jiġu sfruttati xogħlijiet jew servizzi jew f’dak id-dritt flimkien ma’ pagament;
|
|
(b)
|
l-għoti tal-kuntratt ta’ konċessjoni jinvolvi t-trasferiment lill-konċessjonarju ta’ riskju operattiv fl-isfruttament ta’ dawk ix-xogħlijiet jew is-servizzi, li jinkludi riskju ta’ domanda jew ta’ disponibbiltà jew tat-tnejn. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi riskju operattiv, meta, f’kondizzjonijiet ta’ operazzjoni normali, ma jkunx hemm garanzija li jiġu rkuprati l-investimenti magħmula jew il-kostijiet imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi kkonċernati;
|
|
Open in the act with Eureka
Install the extension for EUR-Lex