Eureka 32018R1999 Sign in

sforzi bikrija

as defined in Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta'…, Article 2, point (20) (Definizzjonijiet)

(20)

“sforzi bikrija” tfisser:

(a)

fil-kuntest tal-valutazzjonijiet ta' diskrepanza potenzjali bejn il-mira tal-Unjoni għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli għall-2030 u l-kontributi kollettivi tal-Istati Membri, il-kisba ta' Stat Membru ta' sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli 'l fuq mill-mira vinkolanti nazzjonali tiegħu għall-2020 kif stipulat fl-Anness I għad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew il-progress bikri ta' Stat Membru lejn il-mira nazzjonali vinkolanti tiegħu għall-2020;

(b)

fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni bbażati fuq il-valutazzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 29(1) fir-rigward tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, l-implimentazzjoni bikrija tal-kontribut ta' Stat Membru lejn il-mira vinkolanti tal-Unjoni ta' mill-inqas 32 % tal-enerġija rinnovabbli fl-2030 kif imkejla mal-punti ta' referenza nazzjonali tiegħu għall-enerġija rinnovabbli;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex