Eureka 32019L0789 Sign in

ritrażmissjoni

as defined in Direttiva (UE) 2019/789 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April…, Article 2, point (2) (Definizzjonijiet)

(2)

“ritrażmissjoni” tfisser ir-ritrażmissjoni simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra, minbarra r-ritrażmissjoni bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE, bil-ħsieb li l-pubbliku jirċievi trażmissjoni inizjali minn Stat Membru ieħor ta' programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba biex jaslu għand il-pubbliku, fejn tali trażmissjoni inizjali ssir bil-fili jew fl-ajru, inkluż dik bis-satellita, iżda mhux bit-trażmissjoni online, sakemm:

(a)

ir-ritrażmissjoni titwettaq minn parti oħra għajr l-organizzazzjoni tax-xandir li tkun għamlet it-trażmissjoni inizjali jew li taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tagħha tkun saret tali trażmissjoni inizjali, irrilevanti mill-mod li bih il-parti li twettaq ir-ritrażmissjoni tkun akkwistat is-sinjali li jwasslu l-programm mill-organizzazzjoni tax-xandir għal raġunijiet ta' ritrażmissjoni, u

(b)

meta r-ritrażmissjoni tkun fuq servizz tal-aċċess għall-Internet kif definit fil-punt (2) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/2120, din titwettaq f'ambjent immaniġġjat;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex