Eureka 32019L0904 Sign in

produttur

as defined in Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju…, Article 3, point (11) (Definizzjonijiet)

(11)

“produttur” tfisser:

(a)

kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fi Stat Membru li timmanifattura, timla, tbiegħ jew timporta professjonalment, irrispettivament mill-metodu ta’ bejgħ użat, inkluż permezz ta’ kuntratti mill-bogħod kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u tqiegħed fis-suq ta’ dak l-Istat Membru prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mimlija jew irkaptu tas-sajd li fih il-plastik, minbarra persuni li jwettqu attivitajiet tas-sajd kif definiti fil-punt (28) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; jew

(b)

kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fi Stat Membru wieħed jew f’pajjiż terz li professjonalment tbiegħ fi Stat Membru ieħor direttament lid-djar privati, jew lil utenti oħra li mhumiex djar privati, permezz ta’ kuntratti mill-bogħod kif definiti fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE, prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mimlijin jew rkaptu tas-sajd li fih il-plastik, għajr persuni li jwettqu attivitajiet tas-sajd kif definiti fil-punt (28) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in