utent professjonali
as defined in Regolament (UE) 2019/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju…, Article 3, point (9) (Definizzjonijiet)
|
(9) |
"utent professjonali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew entità pubblika jew grupp ta’ tali persuni jew entitajiet li jkollha ħtieġa dimostrabbli għal prekursur tal-isplussivi ristrett għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, jew il-professjoni tagħha, inkluż attività agrikola, kemm jekk titwettaq fuq bażi full-time jew fuq bażi part-time u mhux neċessarjament relatat mad-daqs tal-medda tal-art li fuqha titwettaq dik l-attività agrikola, sakemm tali skopijiet ma jinkludux it-tqegħid tal-prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra; |
Install the extension for EUR-Lex
Also defined in
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1670 tas-16 ta’ Ġunju 2023 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn… 32023R1670, Article 2(1), point (4)
(4) “utent professjonali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li prodott ikun sar disponibbli għaliha biex tużah waqt l-attivitajiet industrijali jew professjonali tagħha; - Regolament (UE) 2023/1230 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar il-makkinarju u li jħassar… 32023R1230, Article 3, point (36)
(36) "utent professjonali" tfisser persuna fiżika li tuża jew tħaddem makkinarju jew prodott relatat fl-iżvolġiment tal-attività professjonali jew tax-xogħol tagħha. - Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar qafas għall-moviment liberu… 32018R1807, Article 3, point (8)
(8) “utent professjonali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inklużi awtorità pubblika jew korp regolat mil-liġi pubblika, li tuża jew li titlob servizz ta' pproċessar tad-data għal skopijiet relatati mal-kummerċ, negozju, sengħa, professjoni jew kompitu tagħha.