Eureka 32022L2523 Sign in

stabbiliment permanenti

as defined in Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/2523 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar l-iżgurar…, Article 3, point (13) (Definizzjonijiet)

(13)

“stabbiliment permanenti” tfisser:

(a)

post tan-negozju jew post preżunt tan-negozju li jinsab f'ġuriżdizzjoni fejn jiġi ttrattat bħala stabbiliment permanenti f'konformità ma' trattat dwar it-taxxa applikabbli, dment li tali ġuriżdizzjoni tintaxxa l-introjtu attribwibbli għaliha f'konformità ma' dispożizzjoni simili għall-Artikolu 7 tal-Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD fuq l-Introjtu u fuq il-Kapital, kif emendat;

(b)

jekk ma jkun hemm l-ebda trattat tat-taxxa applikabbli, post tan-negozju jew post preżunt tan-negozju li jinsab f'ġuriżdizzjoni li tintaxxa l-introjtu attribwibbli għal tali post tan-negozju fuq bażi netta b'mod simili għal dak li bih tintaxxa lir-residenti tat-taxxa tagħha stess;

(c)

jekk ġuriżdizzjoni ma jkollha l-ebda sistema ta' taxxa korporattiva, post tan-negozju jew post preżunt tan-negozju li jinsab f'tali ġurisdizzjoni li jiġi ttrattat bħala stabbiliment permanenti f'konformità mal-Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD fuq l-Introjtu u fuq il-Kapital, kif emendat, dment li tali ġuriżdizzjoni kien ikollha d-dritt ta' intaxxar tal-introjtu li kien ikun attribwibbli għall-post tan-negozju f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dik il-Konvenzjoni; jew

(d)

post tan-negozju jew post preżunt tan-negozju li mhuwiex deskritt fil-punti (a) sa (c) li permezz tiegħu l-operazzjonijiet jitwettqu barra mill-ġuriżdizzjoni fejn tinsab l-entità, dment li tali ġuriżdizzjoni teżenta l-introjtu attribwibbli għal tali operazzjonijiet;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex

Also defined in