Eureka 32022R0868 Sign in

servizz ta’ intermedjazzjoni tad-data

as defined in Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju…, Article 2, point (11) (Definizzjonijiet)

(11)

“servizz ta’ intermedjazzjoni tad-data” tfisser servizz, li għandu l-għan li jistabbilixxi relazzjonijiet kummerċjali għall-finijiet ta’ kondiviżjoni tad-data bejn għadd mhux determinat ta’ suġġetti tad-data u detenturi tad-data minn naħa, u utenti tad-data min-naħa l-oħra, permezz ta’ mezzi tekniċi, legali jew oħrajn, inkluż għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data fir-rigward ta’ data personali, bl-eżklużjoni ta’ mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

servizzi li jiksbu data mid-detenturi tad-data u jaggregaw, jarrikkixxu jew jittrasformaw id-data għall-iskop li jżidu valur sostanzjali magħha u jilliċenzjaw l-użu tad-data li tirriżulta lill-utenti tad-data, mingħajr ma jistabbilixxu relazzjoni kummerċjali bejn id-detenturi tad-data u l-utenti tad-data;

(b)

servizzi li jagħmlu enfasi fuq l-intermedjazzjoni ta’ kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur;

(c)

servizzi li huma esklużivament użati minn detentur tad-data wieħed sabiex jippermettu l-użu tad-data miżmuma minn dak id-detentur tad-data, jew li jintużaw minn diversi persuni ġuridiċi fi grupp magħluq, inkluż relazzjonijiet bejn fornituri jew klijenti jew kollaborazzjonijiet stabbiliti b’kuntratt, b’mod partikolari dawk li l-objettiv ewlieni tagħhom huwa li jiżguraw il-funzjonalitajiet tal-oġġetti u l-apparat imqabbad mal-Internet tal-Oġġetti;

(d)

servizzi ta’ kondiviżjoni tad-data offruti minn korpi tas-settur pubbliku s li ma jkollhomx l-għan li jistabbilixxu relazzjonijiet kummerċjali;

Open in the act with Eureka

Install the extension for EUR-Lex