stabbiliment
as defined in Direttiva (UE) 2023/1544 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju…, Article 2, point (4) (Definizzjonijiet)
|
(4) |
"stabbiliment" tfisser entità li effettivament twettaq attività ekonomika għal perjodu indefinit permezz ta' infrastruttura stabbli minn fejn jitwettaq in-negozju tal-forniment tas-servizzi jew minn fejn jiġi ġestit in-negozju; |
Install the extension for EUR-Lex
Also defined in
- Regolament (UE) 2024/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-prevenzjoni tal-użu… 32024R1624, Article 2(1), point (18)
(18) “stabbiliment” tfisser it-twettiq attwali minn entità marbuta b’obbligu ta’ attività ekonomika koperta mill-Artikolu 3 fi Stat Membru jew pajjiż terz għajr il-pajjiż fejn l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun jinsab għal perjodu indefinit u permezz ta’ infrastruttura stabbli, inkluż: (a) fergħa… - Regolament (UE) 2023/1543 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar l-Ordnijiet ta’ Produzzjoni… 32023R1543, Article 3, point (5)
(5) “stabbiliment” tfisser entità li fil-fatt twettaq attività ekonomika għal perjodu indefinit permezz ta’ infrastruttura stabbli minn fejn jitwettaq in-negozju tal-forniment tas-servizzi jew inkella jiġi mmaniġġjat in-negozju; - Regolament (UE) 2023/1115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni… 32023R1115, Article 2, point (29)
(29) “stabbiliment” tfisser kwalunkwe post, struttura, jew, fil-każ ta’ biedja fil-beraħ, kwalunkwe ambjent jew post, fejn jinżammu l-bhejjem., fuq bażi temporanja jew permanenti; - Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza… 32015R0848, Article 2, point (10)
(10) “stabbiliment” tfisser kull post ta' operazzjoni fejn debitur iwettaq jew ikun wettaq fi tliet xhur qabel it-talba għall-ftuħ tal-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza attività ekonomika mhux transitorja b'mezzi umani jew b'assi; - Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’… 32012L0018, Article 3, point (1)
1. “stabbiliment” tfisser il-post sħiħ taħt il-kontroll ta’ operatur fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi stallazzjoni waħda jew aktar, inklużi infrastrutturi jew attivitajiet komuni jew relatati; l-istabbilimenti huma stabbilimenti tal-livelli aktar baxxi jew ta’ livelli ogħla; - Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern 32006L0123, Article 4, point (5)
5) “stabbiliment” tfisser is-segwitu effettiv ta’ attività ekonomika, kif imsemmi fl-Artikolu 43 tat-Trattat, mill-fornitur għal perjodu indefinit u permezz ta’ infrastruttura stabbli li minnu n-negozju ta’ provvista ta‘ servizzi qiegħed tassew iseħħ; - Id-direttiva 2002/14/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tal-11 ta’ Marzu 2003 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar… 32002L0014, Article 2, point (b)
(b) "stabbiliment" tfisser unità ta’ negozju definita bi qbil mal-liġi jew il-prattika nazzjonali, u lokalizzata fi ħdan it-territorju ta’ Stat Membru, fejn attivita ekonomika tkun imwettqa fuq bażi kontinwa b’riżorsi umani u materjali; - Id-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet… 32000L0026, Article 2, point (b)
(b) "stabbiliment" tfisser l-uffiċju prinċipali, l-aġenzija jew il-fergħa ta’ impriża ta’ assigurazzjoni kif iddefinit fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 88/357/KEE; - Id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta'… 31996L0082, Article 3, point (1)
1. "stabbiliment" għandu jfisser iż-żona kollha taħt il-kontroll ta' operatur fejn ikunu preżenti sustanzi perikolużi fi stabbiliment wieħed jew aktar, inklużi infrastrutturi jew attivitajiet komuni jew relatati;